<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0022</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sovranità teknoloġika Ewropea u l-infrastruttura diġitali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0107/2025 - Rapporteur: Sarah Knafo)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Jannar 2026 dwar is-sovranità teknoloġika Ewropea u l-infrastruttura diġitali (2025/2007(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 173, 179 u 190 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025: Nimxu ’l quddiem flimkien: Unjoni aktar kuraġġuża, sempliċi u rapida” (COM(2025)0045),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi li jemenda r-Regolament (UE) 2021/694<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 229, 18.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1781/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (l-Att dwar iċ-Ċipep),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva NIS 2),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport dettaljat tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) bit-titolu “Foresight Cybersecurity Threats For 2030 – Update 2024” (Valutazzjoni tat-Theddid għaċ-Ċibersigurtà sal-2030 – Aġġornament 2024), ippubblikat f’Marzu 2024<FOOTNOTE><FIELD> https://www.enisa.europa.eu/publications/foresight-cybersecurity-threats-for-2030-update-2024</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/2847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali u, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013 u (UE) 2019/1020 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2847, 20.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2847/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (L-Att dwar iċ-Ċibersigurtà)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/881/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2025/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li jistabbilixxi miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u l-kapaċitajiet fl-Unjoni tal-identifikazzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons għat-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/694 (Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/38, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/38/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2025/37 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/881 fir-rigward tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/37, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/37/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2024 bit-titolu “Kif nistgħu nissodisfaw il-ħtiġijiet tal-infrastruttura diġitali tal-Ewropa?” (COM(2024)0081),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tas-17 ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar minn suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2024 bit-titolu “L-Istat tad-Deċennju Diġitali 2024” (COM(2024)0260),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2481/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/903 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li jistipula miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku fl-Unjoni kollha (l-Att dwar Ewropa Interoperabbli)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/903, 22.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/903/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1024/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/795 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP), u li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE u r-Regolamenti (UE) 2021/1058, (UE) 2021/1056, (UE) 2021/1057, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) 2021/1060, (UE) 2021/523, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697 u (UE) 2021/241<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/795, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/795/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (l-Att dwar id-Data)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2854, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2854/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1309 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2024 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża tal-implimentazzjoni tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-gigabits, li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar id-Direttiva 2014/61/UE (l-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1309, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1309/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1153/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/694/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/696/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/588 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 79, 17.3.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/588/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2085/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 256, 19.7.2021, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1173/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1732 tas-17 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1173 fir-rigward ta’ inizjattiva EuroHPC għan-negozji ġodda sabiex tingħata spinta lit-tmexxija Ewropea fl-intelliġenza artifiċjali affidabbli<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1732, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1732/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/1972/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-21 ta’ Frar 2025 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-Sigurtà tal-Kejbils” (JOIN(2025)0009),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2020 bit-titolu “Introduzzjoni sigura tal-5G fl-UE – Implimentazzjoni tas-sett ta’ għodod tal-UE” (COM(2020)0050),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali, li twiegħed li “nippromwovu approċċ Ewropew għat-trasformazzjoni diġitali, li tpoġġi lin-nies fil-qalba tagħha”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 23, 23.1.2023, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni” (IPCEIs) (COM(2021)8481),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A10-0107/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi s-sovranità teknoloġika għandha titqies bħala l-katina tal-valur kollha mill-eċċellenza fir-riċerka għall-ħolqien ta’ kompetizzjoni aħjar u l-kisba ta’ sovranità Ewropea akbar;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-UE tiddependi fuq pajjiżi mhux tal-UE għal aktar minn 80 % tal-prodotti, is-servizzi, l-infrastruttura u l-proprjetà intellettwali diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi ftit kumpaniji teknoloġiċi għandhom setgħa konċentrata fuq is-swieq diġitali ewlenin u kontroll fuq l-infrastruttura tal-internet sottostanti, inklużi s-sistemi operattivi, il-computing, l-intelliġenza artifiċjali (IA), il-magni tat-tiftix, il-kapaċità tal-media soċjali, ir-reklamar diġitali u s-servizzi tal-pagament;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-sovranità teknoloġika tagħna se tiddependi ħafna fuq il-kapaċità tal-Ewropa li toħloq il-kundizzjonijiet tas-suq meħtieġa biex il-kumpaniji Ewropej jiffjorixxu u jikkompetu ma’ xulxin, u b’hekk tiżdied il-kwalità tal-prodotti tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-UE tinsab f’riskju li tonqos milli tilħaq il-miri u l-objettivi tad-deċennju diġitali tagħha, inkluża l-adozzjoni tal-cloud, il-big data u l-IA;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-kumpaniji Ewropej jikkontribwixxu sehem żgħir għar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) globali fis-software, it-teknoloġiji tal-internet u l-elettronika, filwaqt li l-Istati Uniti u ċ-Ċina huma minn ta’ quddiem f’dawn is-setturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Kumpass Diġitali, il-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali u l-Kumpass tal-Kompetittività tal-Kummissjoni huma oqfsa essenzjali għat-tisħiħ tal-ekosistema diġitali tal-Ewropa, għall-iżgurar tal-leadership teknoloġika u għall-iżgurar tar-reżiljenza ekonomika fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-infrastruttura diġitali hija magħmula minn elementi ta’ hardware relatati mal-konnettività, inklużi l-fibra, il-5G u s-6G, il-kejbils sottomarini, is-satelliti u l-ispettru, u l-computing, inklużi s-semikondutturi, iċ-ċentri tad-data, il-computing ta’ prestazzjoni għolja (HPC) u t-teknoloġiji kwantistiċi, u minn elementi ta’ software inklużi soluzzjonijiet tal-identità, l-Internet tal-Oġġetti, u s-sistemi tal-cloud u tal-IA, kif ukoll is-saff intermedjarju inklużi r-reklamar, il-magni tat-tiftix, u s-sistemi tal-pagament u tal-komunikazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kompetittività tal-UE se tiddependi dejjem aktar fuq id-diġitalizzazzjoni tas-setturi kollha, appoġġjata minn infrastruttura diġitali reżiljenti, sikura u affidabbli; jinnota, f’dan il-kuntest, li s-suq uniku diġitali huwa assi vitali peress li jista’ jippermetti lill-kumpaniji jikbru u jespandu;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-potenzjal sħiħ tas-suq uniku diġitali għadu mhux sfruttat, u l-kummerċ intra-UE fis-servizzi diġitali jirrappreżenta biss 8 % tal-PDG, ferm anqas mill-25 % għall-kummerċ fi prodotti diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi d-disponibbiltà tal-iskemi tal-eID u tas-servizzi pubbliċi diġitali u l-aċċess għar-rekords tal-e-Saħħa qed jiżdiedu, iżda għad hemm diskrepanzi sinifikanti fil-provvista ta’ servizzi pubbliċi diġitali li jippreservaw il-privatezza, ikunu ċċentrati għalkollox fuq l-utent, aċċessibbli u sovrani fost l-Istati Membri minħabba d-differenzi fl-adozzjoni tal-eID;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-eID bħalissa hija disponibbli għal 93 % tal-popolazzjoni tal-UE, iżda l-ilħuq ta’ 100 % ta’ servizzi diġitali pubbliċi għaċ-ċittadini u n-negozji sal-2030 għadu sfida;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-interoperabbiltà u l-interkonnettività jtejbu l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u jafu jibbenefikaw minn politiki bħal tas-sors miftuħ l-ewwel u tal-fondi pubbliċi, il-kodiċi pubbliku, u l-implimentazzjoni ta’ standards komuni u miftuħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-infrastruttura diġitali hija ta’ importanza fundamentali għall-industrija tal-UE, inkluża l-industrija awtomobilistika u l-iżvilupp possibbli ta’ vetturi konnessi u awtonomi; billi infrastruttura tad-data u tal-komunikazzjoni robusta hija meħtieġa biex tiġi appoġġjata ekosistema sigura għall-vetturi konnessi u awtonomi;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi n-networks tal-fibrottika jiffurmaw wieħed mis-sisien tal-infrastruttura diġitali tal-UE, li jippermettu internet b’veloċità għolja, networks tal-5G u titjib teknoloġiku futur;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-UE tinsab lura fil-varar tal-5G biex tilħaq il-miri tagħha tal-2030, b’kopertura tal-fibra li għadha limitata ta’ madwar 64 % biss tal-unitajiet domestiċi Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-ħtiġijiet ta’ investiment fil-konnettività tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fl-UE huma enormi;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi s-soluzzjoni tal-problemi relatati mal-aċċess għall-art u l-grids hija kruċjali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-infrastruttura diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-inizjattiva tal-GOVSATCOM tal-UE għandha l-għan li tiżgura d-disponibbiltà fit-tul ta’ servizzi governattivi ta’ komunikazzjoni bis-satellita siguri, affidabbli u kosteffettivi għall-awtoritajiet pubbliċi tal-UE u nazzjonali li jimmaniġġjaw infrastrutturi u missjonijiet kritiċi ta’ sigurtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi ċ-ċipep għandhom rwol kruċjali fiż-żieda tal-kompetittività u r-reżiljenza teknoloġiċi tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-Boxxla għall-Kompetittività tal-Kummissjoni, il-Patt għal Industrija Nadifa u l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2025 ftit li xejn isemmu t-teknoloġiji tas-semikondutturi minkejja l-importanza kritika tagħhom għall-ambizzjoni industrijali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-Att dwar iċ-Ċipep kien mekkaniżmu ta’ adattament <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> bl-għan li jindirizza ċerti sfidi rigward l-iskarsezzi tas-semikondutturi; billi l-oqsma ta’ azzjoni tiegħu huma fil-biċċa l-kbira limitati għas-semikondutturi avvanzati; billi l-impenn tal-UE rigward is-semikondutturi stabbiliti mhuwiex biżżejjed; billi r-reviżjoni tal-Att dwar iċ-Ċipep hija mistennija f’Settembru 2026;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi r-raggruppamenti reġjonali Ewropej eżistenti fis-settur tas-semikondutturi għandhom rwol x’jiżvolġu u għandhom jissaħħu aktar;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-proċessuri, it-teknoloġiji tal-memorja, l-unitajiet tal-ipproċessar tal-grafika (GPUs) u ċ-ċipep kwantistiċi huma kritiċi għall-infrastruttura diġitali u s-sigurtà tal-ktajjen ta’ provvista tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi s-servizzi ta’ cloud huma fundamentali għal firxa wiesgħa ta’ attivitajiet komputazzjonali u servizzi tal-computing li saru faċilitatur essenzjali tal-kompetittività;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-mudelli federati jistgħu jtejbu l-kompetittività tas-suq tal-UE billi jiffaċilitaw l-emerġenza ta’ alternattivi Ewropej sinifikanti, li jibnu fuq l-għarfien espert lokali u l-preżenza fis-suq lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi infrastruttura tal-IA fuq skala kbira, bħall-gigafabbriki tal-IA, hija essenzjali biex tippermetti żvilupp miftuħ u kollaborattiv tal-aktar mudelli kumplessi tal-IA;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-katina ta’ valur tal-IA għadha qed tiżviluppa u l-indirizzar tal-iżvilupp tal-mudelli tal-IA huwa biss parti minnha; billi soluzzjonijiet Ewropej tal-IA jistgħu jiġu żviluppati bl-użu tal-infrastruttura tal-computing pubblika u privata tal-Ewropa, li tixpruna l-innovazzjoni, u l-istart-ups u l-kumpaniji ż-żgħar għandhom, b’mod partikolari, ikunu benefiċjarji tal-aċċess għall-infrastruttura pubblika tal-computing;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-mudelli tal-IA li jistgħu jintużaw fuq il-hardware li jintuża l-aktar b’kostijiet moderati jippermettu lil numru akbar ta’ atturi jsawru kif is-sistemi tal-IA jinħolqu u jintużaw, jipprovdu valur aktar immedjat fl-applikazzjonijiet u jippermettu użu aktar demokratiku tal-IA;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi bħalissa, il-varar, il-kummerċjalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-IA spiss jissawru minn għadd żgħir ta’ kumpaniji kbar tat-teknoloġija; billi xi karatteristiċi tal-IA mhumiex qed jiġu introdotti fl-UE fl-istess ħin bħal f’pajjiżi mhux tal-UE, u dan joħloq żvantaġġ kompetittiv għan-negozji u l-konsumaturi Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi ċ-ċentri tad-data huma parti essenzjali minn soċjetà diġitali avvanzata, bħala faċilitaturi tal-ipproċessar distribwit u ħżin ta’ data effettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-kapaċità u d-disponibbiltà fdati tal-ħżin tad-data huma essenzjali għar-reżiljenza u l-iżvilupp Ewropej; billi l-biċċa l-kbira taċ-ċentri tad-data fl-Ewropa mhumiex proprjetà ta’ kumpaniji Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-bini u t-tħaddim ta’ ċentri tad-data fuq skala kbira jirrikjedu investiment sostanzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi madwar 9 % tal-konsum dinji tal-elettriku jirriżulta miċ-ċentri tad-data, mis-servizzi ta’ cloud u mill-konnettività;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-kejbils sottomarini huma infrastruttura kritika għall-konnettività globali, għall-istabbiltà u s-sigurtà ekonomiċi, u jwasslu aktar minn 99 % tal-komunikazzjonijiet internazzjonali minn ġo fihom, u jibqgħu vulnerabbli għall-ħsara fiżika, għat-theddid ċibernetiku u għar-riskji ġeopolitiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi infrastruttura diġitali sigura u reżiljenti hija kruċjali, b’mod partikolari meta jitqies l-għadd dejjem jikber ta’ attakki ċibernetiċi kontra l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-industrija u s-soċjetà tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi s-sett ta’ għodod tal-UE għas-sigurtà tal-5G huwa importanti biex jiġi evitat l-ispjunaġġ ċibernetiku u biex jissaħħu l-ktajjen tal-provvista fl-infrastruttura diġitali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi 21 % tan-negozji jsemmu l-konformità u l-inċertezzi legali bħala ostaklu għall-investiment diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi l-approċċ “one in, one out” jiżgura li l-piżijiet kollha introdotti mill-inizjattivi tal-Kummissjoni jitqiesu u li l-piżijiet amministrattivi jittaffew billi jitneħħew piżijiet ta’ valur ekwivalenti fl-istess qasam ta’ politika;
</CONS><CONS>
<NO.P>AN.</NO.P>billi l-isfidi tal-konsum tal-enerġija fl-IA, fil-cloud computing u fil-computing kwantistiku, kif ukoll fiċ-ċentri tad-data, jirrikjedu l-integrazzjoni tas-sostenibbiltà fl-istrateġiji tal-infrastruttura diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AO.</NO.P>billi l-konsum tal-enerġija taċ-ċentri tad-data huwa pprojettat li kważi jittriplika sa tmiem dan id-deċennju, u jiżdied minn madwar 62 terawatt-siegħa (TWh), kif inhu llum, għal aktar minn 150 TWh, u b’hekk jiżdied minn 2 % għal 5 % tal-konsum totali tal-enerġija Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>AP.</NO.P>billi d-diskrepanza fil-ħiliet diġitali għadha preokkupazzjoni kbira, u 54 % biss taċ-ċittadini Ewropej għandhom tal-anqas ħiliet diġitali bażiċi – ferm anqas mill-mira ta’ 80 % stabbilita fil-programm ta’ politika dwar id-deċennju diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AQ.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ professjonisti tal-ICT fl-UE huwa projettat li jilħaq 12-il miljun sal-2030, inqas b’mod sinifikanti mill-mira tal-UE ta’ 20 miljun ħaddiem tas-sengħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>AR.</NO.P>billi r-rapport tal-2024 dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali u r-rapport Draghi t-tnejn jisħqu fuq il-ħtieġa urġenti li jsir investiment fil-ħiliet diġitali u fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) biex jitħarsu l-kapaċitajiet teknoloġiċi u l-kompetittività globali tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>AS.</NO.P>billi 60 % tal-kumpaniji tal-UE jirrapportaw diffikultajiet fir-reklutaġġ ta’ ħaddiema tas-sengħa f’oqsma bħall-IA, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġiji nodfa, u dan huwa ostaklu sinifikanti għall-innovazzjoni, il-kompetittività u t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AT.</NO.P>billi l-iżviluppi attwali tas-suq tax-xogħol, inklużi s-sensji globali u l-instabbiltà politika barra l-UE, joħolqu opportunità biex jiġi attratt talent diġitali b’livell għoli ta’ ħiliet lejn l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AU.</NO.P>billi finanzjament xieraq huwa meħtieġ biex jiżdiedu l-kompetittività u r-reżiljenza; billi l-finanzjament pubbliku jista’ jaġixxi bħala katalist u l-investiment privat u l-forzi tas-suq kompetittivi huma fundamentali għall-iżvilupp fit-tul tal-infrastruttura diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AV.</NO.P>billi ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) robusta, aġli u xprunata mill-eċċellenza hija essenzjali biex jiġu żgurati l-kompetittività u l-leadership globali tal-UE fit-teknoloġiji strateġiċi, bħall-kwantistika u l-IA;
</CONS><CONS>
<NO.P>AW.</NO.P>billi l-istandardizzazzjoni tinsab fil-qalba ta’ sovranità diġitali u teknoloġika Ewropea ġenwina; billi l-importanza tal-istandards qed tikber minħabba l-kompetizzjoni teknoloġika li qed tiżdied fid-dinja kollha, b’mod partikolari mal-Istati Uniti u ċ-Ċina;
</CONS><CONS>
<NO.P>AX.</NO.P>billi l-UE hija impenjata li tinnegozja ftehimiet komprensivi dwar il-kummerċ diġitali (DTAs) biex tippromwovi l-iżvilupp ta’ infrastruttura diġitali sigura, reżiljenti u kompetittiva mal-pajjiżi sħab;
</CONS><CONS>
<NO.P>AY.</NO.P>billi l-Kummissjoni ħabbret DTAs storiċi mal-Korea t’Isfel u ma’ Singapore, li jistabbilixxu preċedent importanti għal ftehimiet futuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>AZ.</NO.P>billi l-Parlament u l-Kunsill qablu dwar id-“dispożizzjonijiet orizzontali tal-UE dwar il-flussi tad-data transfruntieri u l-protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza fit-Titlu tal-Kummerċ diġitali tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE”, li ġew approvati mill-Kummissjoni u li għadhom għodda importanti fir-rigward tal-kummerċ diġitali u l-istabbiliment ta’ DTAs ġodda;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Introduzzjoni ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jissottolinja li s-sovranità Ewropea hija l-abbiltà li jinbnew il-kapaċità, ir-reżiljenza u s-sigurtà billi jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi, tiġi evitata d-dipendenza fuq atturi barranin u fornituri uniċi tas-servizzi, u jiġu ssalvagwardjati t-teknoloġiji u l-infrastrutturi kritiċi; jappella għall-iżvilupp ta’ valutazzjoni komprensiva tar-riskji biex jiġu mmonitorjati u indirizzati d-dipendenzi fil-katina sħiħa tal-valur diġitali; jissottolinja li tali qafas għandu jservi bħala bażi għall-iżgurar tal-preparatezza u r-reżiljenza tal-UE billi jsaħħaħ il-politika industrijali Ewropea u jagħti spinta lill-kapaċitajiet nazzjonali tar-R&Ż u tal-manifattura fit-teknoloġiji strateġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jemmen li s-sovranità teknoloġika hija l-kapaċità ta’ tfassil, żvilupp u espansjoni tat-teknoloġiji diġitali meħtieġa għall-kompetittività tal-ekonomija tagħna, għall-benessri taċ-ċittadini tagħna u għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE f’dinja globalizzata; jemmen li dan jinkludi l-iżgurar tal-kapaċità tal-UE li tieħu deċiżjonijiet awtonomi, filwaqt li tikkollabora ma’ pajjiżi u entitajiet mhux tal-UE fdati, tiddiversifika u ssaħħaħ il-katini tal-provvista u tippromwovi l-kunċett tal-ftuħ u l-interoperabbiltà biex tiżgura li l-Ewropa tibqa’ ċentru attraenti għall-investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrikonoxxi l-konċentrazzjoni ta’ setgħa li qed tiżdied f’kumpaniji mhux tal-UE, li tillimita l-kapaċità tal-Ewropa biex tinnova, tikkompeti u żżomm kontroll fuq l-ekonomija diġitali, is-soċjetà u d-demokrazija tagħha; huwa preokkupat dwar id-dipendenzi eċċessivi fuq atturi mhux tal-UE f’oqsma kritiċi bħall-infrastruttura tal-cloud, is-semikondutturi, l-IA u ċ-ċibersigurtà – fejn il-konċentrazzjoni tas-suq u l-kontroll barrani kapaċi jimminaw il-kompetittività, ir-reżiljenza demokratika u s-sigurtà tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-UE jeħtiġilha tibqa’ sovrana fl-infurzar tal-liġijiet tagħha, speċjalment fil-qasam diġitali; jikkundanna bil-qawwa u jappella għall-kanċellazzjoni tal-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti mill-Istati Uniti fuq il-mexxejja tas-soċjetà ċivili Imran Ahmed, Clare Melford, Anna-Lena von Hodenberg u Josephine Ballon, li l-ħidma tagħhom tikkontribwixxi għal ambjent diġitali aktar sikur għal kulħadd u żżomm il-pjattaformi diġitali akkontabbli, kif ukoll tal-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar imposta mill-Istati Uniti fuq l-eks Kummissarju tal-UE Thierry Breton, li kellu rwol ewlieni fl-istabbiliment tar-regoli diġitali tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwasslu risposta soda għal dawn l-attakki bla preċedent; jinnota l-azzjonijiet ta’ infurzar reċenti meħuda fl-ambitu tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE> għall-ksur tal-obbligi ta’ trasparenza u ta’ mitigazzjoni tar-riskji, bħall-multa ta’ EUR 120 miljun kontra X; ifakkar li l-infurzar tal-leġiżlazzjoni diġitali tal-UE għandu l-għan li jiżgura l-konformità mal-liġi tal-UE u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u mhux li jirregola l-opinjonijiet politiċi; jissottolinja li l-użu ta’ funzjonalitajiet ġodda, inklużi dawk ibbażati fuq l-IA ġenerattiva, minn pjattaformi online kbar ħafna jrid ikun akkumpanjat minn salvagwardji xierqa u miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji biex tiġi żgurata konformità sħiħa mal-liġi tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta’ kontenut illegali jew immanipulat; jiddenunzja l-appoġġ ipprovdut minn ċerti partiti politiċi – bħall-AfD, ir-Reconquête, il-Fidesz jew il-Konfederacja – li jirrepetu narrattivi li joriġinaw minn barra l-UE u jdgħajfu l-leġiżlazzjoni diġitali u l-valuri demokratiċi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jemmen li l-ambizzjonijiet industrijali teknoloġiċi tal-UE għandhom jiffukaw fuq it-teknoloġiji strateġiċi ewlenin tal-futur, bħat-teknoloġiji tas-semikondutturi jew it-teknoloġiji kwantistiċi, li jikkontribwixxu għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE u huma essenzjali għat-tranżizzjoni ekoloġika, diġitali u tad-difiża tagħna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrikonoxxi l-bidla fix-xenarju ġeopolitiku u l-opportunità sussegwenti għad-domanda tas-suq għal prodotti u servizzi Ewropej; iqis dan il-fatt bħala tieqa ta’ opportunità biex l-Ewropa tieħu postha bħala leader globali fis-soluzzjonijiet diġitali fdati u siguri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jitrawwem ambjent regolatorju ta’ sostenn li jħeġġeġ l-innovazzjoni, l-investiment u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji mill-aktar avvanzati fl-Ewropa, filwaqt li jipproteġi lill-utenti finali tal-UE mill-konsegwenzi tal-ekstraterritorjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ politika industrijali Ewropea komprensiva għall-ekosistema diġitali, li tintegra l-oqsma ta’ politika rilevanti kollha bħall-aċċess għas-suq, l-istandardizzazzjoni, ir-R&Ż, l-investiment, il-kummerċ u l-kooperazzjoni internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa din il-politika komprensiva bl-għan li tnaqqas id-dipendenzi strateġiċi ta’ ħsara, issaħħaħ il-ktajjen tal-valur nazzjonali u tiżgura ekosistema diġitali sigura, affidabbli u mmexxija mill-innovazzjoni li tirrispetta l-valuri Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar li s-swieq tal-prodotti ta’ teknoloġija għolja u tas-servizzi diġitali jiddependu ferm fuq ktajjen tal-provvista esterni, u dan joħloq riskji għas-sovranità u r-reżiljenza; jisħaq fuq l-importanza li tingħata spinta lill-kapaċità industrijali u lill-għarfien espert teknoloġiku fit-teknoloġiji emerġenti u rivoluzzjonarji biex tiġi appoġġjata l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li l-għoti ta’ spinta lis-sovranità teknoloġika tal-Ewropa fl-era ta’ żvilupp teknoloġiku rapidu jirrikjedi t-tisħiħ tal-innovazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni sabiex jinbnew il-kapaċitajiet meħtieġa; jenfasizza li l-Ewropa jeħtiġilha tittrasforma ruħha f’ambjent tan-negozju globalment attraenti u aġli billi tnaqqas il-burokrazija, ittejjeb il-prevedibbiltà regolatorja u trawwem l-intraprenditorija u t-teħid ta’ riskji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-awtonomija strateġika miftuħa u r-reżiljenza demokratika jridu jkunu fil-qalba tal-aġenda tal-Kummissjoni u li approċċ komprensiv irid jintegra l-akkwist, il-finanzjament u l-oqfsa istituzzjonali fit-tul biex tiġi stabbilita infrastruttura diġitali sovrana fis-setturi kritiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza u tistabbilixxi lista komprensiva ta’ dipendenzi kritiċi fl-infrastruttura u t-teknoloġiji diġitali, filwaqt li tivvaluta, bħala minimu, is-servizzi ta’ ħżin, is-sistemi ta’ identità u pagament, il-pjattaformi tal-komunikazzjoni, kif ukoll is-software, il-protokolli u l-istandards li jsostnuhom, u tipproponi miżuri għall-promozzjoni tal-aċċess għas-suq għall-prodotti u s-servizzi b’impatt pożittiv qawwi fuq is-sovranità teknoloġika, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà tal-UE; jemmen, f’dak ir-rigward, li l-użu ta’ kriterji ta’ aġġudikazzjoni speċifiċi fl-akkwist pubbliku jista’ jiġi promoss f’oqsma fejn jeżistu tali dipendenzi kritiċi; jemmen li tali kriterji jistgħu jgħinu biex jinċentivaw il-kompetizzjoni u jsaħħu s-sovranità teknoloġika Ewropea billi jiffaċilitaw l-akkwist ta’ prodotti u servizzi diġitali Ewropej, fejn possibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Infrastruttura pubblika diġitali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li l-infrastruttura diġitali hija s-sinsla tal-ekonomija tagħna u li għalhekk għandu jkun hemm saff ta’ bażi ta’ infrastruttura pubblika diġitali (DPI) li jiżgura s-sovranità u ambjent tas-suq li jiffavorixxi l-kompetizzjoni; josserva li s-suq ma żviluppax dan is-saff ta’ bażi f’ħafna oqsma importanti, u dan irriżulta f’monopolji u f’dipendenza fuq atturi barranin; jissottolinja li sabiex dan id-distakk jitnaqqas, l-UE għandha tieħu r-riedni f’idejha u toħloq pedament b’saħħtu għad-DPI billi toħloq saffi ta’ teknoloġiji diġitali li jikkonsistu minn semikondutturi, soluzzjonijiet ta’ konnettività, infrastruttura tal-cloud, software, data u IA; jemmen li d-DPI Ewropea għandha tkun imsejsa fuq mudelli ekonomiċi ekwi u kompetittivi u tuża wkoll mudelli ta’ governanza fejn la l-kumpaniji privati u lanqas il-gvernijiet ma jżommu kontroll ċentralizzat; huwa tal-fehma li għandha tinbena fuq standards komuni u miftuħa, tħaddan l-interoperabbiltà u l-interkonnessjoni, sabiex tevita l-intrappolamenti tal-utenti u tal-klijentela, u tixpruna l-innovazzjoni billi tiffaċilita parteċipanti ġodda fis-suq, u li għandha tiżgura wkoll il-privatezza u s-sigurtà sa mit-tfassil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jemmen li l-implimentazjzoni tad-DPI għandha tiffoka fuq oqsma fejn jeżistu dipendenzi kritiċi, kif identifikati fil-lista komprensiva tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tħejji pjan dettaljat u komprensiv għall-istabbiliment ta’ DPI Ewropea billi tidentifika t-teknoloġiji li jkunu adattati l-aħjar għall-azzjoni Ewropea, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddedikaw riżorsi xierqa għall-implimentazzjoni tad-DPI Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li d-DPI Ewropea għandha tiġi stimulata permezz ta’ azzjoni koordinata fil-livell tal-UE biex jiġu żgurati l-preżenza u l-kompetittività tal-fornituri Ewropej kif ukoll ambjent tas-suq kompetittiv; jissottolinja li dawn l-objettivi mhux se jintlaħqu biss permezz ta’ regolamentazzjoni u se jirrikjedu investiment pubbliku sinifikanti; jirrikonoxxi li l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss għandu għalhekk jinkludi finanzjament addizzjonali għal dan l-għan, b’enfasi fuq il-valur miżjud tal-UE u l-finanzjament tas-saff ta’ bażi tad-DPI Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jirrikonoxxi li, bħala parti mill-QFP li jmiss, l-UE jeħtiġilha timpenja ruħha li żżid l-infiq biex tinkiseb is-sovranità teknoloġika; jissottolinja li dan għandu jinkludi pakkett iddedikat għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-saffi tad-DPI identifikati fil-lista komprensiva tal-Kummissjoni, kif ukoll fondi addizzjonali biex jiġi żgurat ambjent tas-suq li jiffavorixxi l-kompetizzjoni f’oqsma diġitali oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jemmen li l-finanzjament fl-ambitu tal-QFP li jmiss għandu jagħti prijorità lill-bini tal-kapaċitajiet attiv fl-oqsma tal-hardware, is-software u s-servizzi essenzjali, inklużi l-computing ta’ prestazzjoni għolja, il-computing kwantistiku, il-kriptaġġ u l-komunikazzjoni, il-konnettività, il-cloud, id-data, il-web u l-ekosistemi tal-IA, u l-libreriji diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Huwa tal-fehma li d-DPI Ewropea għandha tkun ibbażata fuq il-valuri tal-UE u tibqa’ miftuħa għal sħab mhux tal-UE tal-istess fehma; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu l-isforzi tagħhom u jżidu impetu ġdid lill-proċess bil-Programm ta’ Żvilupp tan-NU dwar id-DPI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jirrikonoxxi s-servizzi tal-gvern elettroniku bħala faċilitatur essenzjali tal-għoti ta’ servizz pubbliku effiċjenti, sigur u aċċessibbli, li għandhom jiġu mfassla biex jiffaċilitaw l-identifikazzjoni diġitali, il-kondiviżjoni tad-data tal-gvern u l-pagamenti tas-settur pubbliku mingħajr ma jgħawġu s-swieq jew jimminaw is-soluzzjonijiet eżistenti tas-settur privat; jenfasizza li l-approċċ tal-UE għas-servizzi tal-gvern elettroniku għandu jiffoka fuq it-tisħiħ tal-interazzjonijiet diġitali minn gvern għal ċittadin u minn gvern għal negozju, filwaqt li jiżgura l-fiduċja, l-interoperabbiltà u l-aċċessibbiltà; jemmen, għalhekk, li aċċess sigur u bla xkiel għas-servizzi pubbliċi jirrikjedi qafas affidabbli ta’ identifikazzjoni elettronika u jilqa’ t-tħabbira ta’ “kartiera tan-negozju” bl-għan li tissimplifika b’mod sinifikanti l-interkonnessjoni bejn in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa pjattaformi tad-data ta’ interess pubbliku, li jippermettu kondiviżjoni transfruntiera sigura tad-data bejn l-entitajiet pubbliċi u privati għal każijiet ta’ użu, b’mod partikolari fil-kura tas-saħħa, l-ippjanar urban u l-monitoraġġ ambjentali; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tippromwovi l-interoperabbiltà bejn l-interess pubbliku u l-pjattaformi tad-data speċifiċi għall-industrija, filwaqt li tiżgura l-fluss bla xkiel tad-data waqt li timminimizza l-piżijiet amministrattivi; jinnota li dan jista’ jinkiseb billi jiġu sfruttati soluzzjonijiet eżistenti xprunati mis-suq li jrawmu l-innovazzjoni, iżommu l-fiduċja u jħarsu l-istandards tal-privatezza u tas-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrikonoxxi li fl-ambitu tal-qafas legali attwali, iċ-ċittadini Ewropej għandhom id-dritt jikkontrollaw id-data personali tagħhom u li d-data ġġenerata fi ħdan l-UE trid tiġi pproċessata skont il-liġi tal-UE; jisħaq li s-salvagwardja tal-privatezza u tad-data personali hija essenzjali biex tinbena l-fiduċja fl-ekonomija diġitali, li tippermetti lill-konsumaturi Ewropej jinvolvu ruħhom b’fiduċja, irrispettivament minn fejn id-data tagħhom tiġi pproċessata; jenfasizza li l-kumpaniji Ewropej – b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) – jeħtiġilhom ikunu jistgħu jużaw id-data b’mod legali, etiku u sigur biex jixprunaw it-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Infrastruttura diġitali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza li l-infrastruttura diġitali hija s-sinsla tal-ekonomija u s-soċjetà tal-Ewropa u li l-importanza tagħha se tkompli tikber; jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-lista mitluba ta’ dipendenzi kritiċi, tinkludi valutazzjoni komprensiva tal-kompożizzjoni tal-infrastruttura diġitali Ewropea sabiex tanalizza b’mod adegwat is-sitwazzjoni attwali, tivvaluta r-riskji u tikkoordina l-azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jemmen li, sabiex tissaħħaħ l-infrastruttura diġitali, huwa essenzjali li jiġu implimentati inizjattivi ta’ bini tal-kapaċitajiet f’oqsma kritiċi fil-livell tal-UE; iqis li dawn l-inizjattivi għandhom jiffukaw fuq l-iżvilupp ta’ livell bażi ta’ infrastruttura pubblika, bħal network ta’ gigafabbriki tal-IA u mudell Ewropew ta’ indiċjar tal-web; huwa tal-fehma li dan is-saff bażi se jagħti s-setgħa lill-kumpaniji biex jiżviluppaw il-mudelli kummerċjali tagħhom u jagħti spinta lis-sovranità tad-data; jirrimarka dwar is-soluzzjonijiet diġitali maħluqa mill-UE, bħall-identità diġitali tal-UE, li jistgħu joffru infrastruttura innovattiva għall-ekonomija diġitali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza strateġika tal-infrastruttura diġitali kritika u l-ħtieġa li jissaħħu s-sigurtà u r-reżiljenza tagħhom; jifhem li l-infrastruttura diġitali kritika tinkludi, iżda mhix limitata għal, kejbils (terrestri u sottomarini), torrijiet tan-networks ċellulari, sistemi ta’ komunikazzjoni bis-satellita, tagħmir spektrum u tar-radju, servers tal-cloud li jkun fihom informazzjoni sensittiva u ċentri tad-data li jipproċessaw informazzjoni sensittiva, kif ukoll ċerti elementi tas-software, inkluża software tas-sigurtà li tipproteġi n-networks u ċ-ċentri tad-data kritiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li din l-infrastruttura taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-UE, li jfisser li tirrispetta bis-sħiħ il-liġi tal-UE; jisħaq fuq l-importanza tal-privatezza u s-sigurtà sa mit-tfassil; jistieden lil-Kummissjoni, għalhekk, tintroduċi leġiżlazzjoni biex timmitiga r-riskji minn bejjiegħa b’riskju għoli minn pajjiżi mhux tal-UE, inklużi r-riskji minn fornituri tar-riżorsi tal-enerġija b’kontroll barrani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni biex, waqt li tipprepara proposti leġiżlattivi futuri u l-QFP li jmiss, tikkonċentra l-isforzi fuq it-twessigħ tas-suq uniku, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport ta’ Enrico Letta bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar minn suq) u fir-rapport ta’ Mario Draghi dwar “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea), bl-għan li tisfrutta l-potenzjal tas-suq uniku diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f’dawn iż-żewġ rapporti li l-UE għandha bżonn bidla fundamentali milll-promozzjoni tal-konnettività fl-UE għall-istabbiliment ta’ suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-konnettività; jappoġġja qafas tat-telekomunikazzjonijiet simplifikat, armonizzat u li jħeġġeġ l-innovazzjoni li jiżgura kompetizzjoni ġusta u l-aċċessibbiltà tal-infrastruttura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-white paper tal-Kummissjoni dwar “Kif nistgħu nissodisfaw il-ħtiġijiet tal-infrastruttura diġitali tal-Ewropa”, li tiddeskrivi tliet pilastri: il-ħolqien tan-“Network 3C” – Computing Kollaborattiv Konness, it-tlestija tas-suq uniku diġitali, u infrastruttura diġitali sigura u reżiljenti għall-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Iqis il-white paper u l-proċess ta’ konsultazzjoni sussegwenti bħala parti mit-tħejjija tal-inizjattivi leġiżlattivi ppjanati għal dan it-terminu, inkluż l-Att dwar in-Networks Diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-infrastruttura diġitali b’mod aktar olistiku tul dan il-proċess kollu u tirrikonoxxi li l-infrastruttura diġitali tinkludi ħafna elementi minbarra l-konnettività; jissottolinja li hemm bżonn li kwalunkwe miżura ta’ politika diġitali ġdida tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissimplifika u tarmonizza r-regoli dwar it-telekomunikazzjonijiet bħala parti mill-Att dwar in-Networks Diġitali li jmiss u l-Pakkett Diġitali usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi att tal-UE dwar l-iżvilupp tal-cloud u tal-IA biex issaħħaħ l-infrastruttura tad-data Ewropea u l-promozzjoni tal-fornituri tal-cloud Ewropej; jissottolinja li dan l-att għandu jkollu l-għan li jibni attivament suq uniku Ewropew għall-cloud u l-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura diġitali mill-aktar avvanzata fl-UE kollha tirrikjedi investiment sostanzjali u jirrikonoxxi li kemm il-finanzjament pubbliku kif ukoll dak privat huma essenzjali biex dan l-għan jintlaħaq; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas persistenti ta’ kapital ta’ riskju u ta’ finanzjament tal-investiment fl-Ewropa, li jimmina s-sovranità teknoloġika; jistieden lill-Kummissjoni żżid b’mod sinifikanti l-mekkaniżmi ta’ investiment pubbliku-privat, inklużi l-kapital ta’ riskju, il-pjattaformi strateġiċi u l-għodod ta’ finanzjament iddedikati għall-istart-ups u l-iscale-ups f’setturi teknoloġiċi kritiċi; jenfasizza l-importanza li jiġi sfruttat l-akkwist pubbliku biex jappoġġja l-implimentazzjoni u l-espansjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali miftuħa u interoperabbli u li jiġi żgurat li l-kapital privat, il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni jsiru l-ixpruni ewlenin tat-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa fuq perjodu medju u twil ta’ żmien;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Konnettività b’veloċità għolja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Huwa tal-fehma li l-Att dwar in-Networks Diġitali li jmiss irid jappoġġja l-objettiv li, sal-2030, tiġi pprovduta konnettività ta’ kwalità għolja lill-konsumaturi kollha tal-UE, speċjalment f’żoni remoti u rurali, kif ukoll li jitneħħew l-ostakli amministrattivi għall-introduzzjoni tal-5G, is-6G u l-broadband sigur b’veloċità għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jirrikonoxxi l-konverġenza tiżdied tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet mal-cloud u t-teknoloġiji edge, u jara l-potenzjal tan-networks ta’ aċċess bir-radju miftuħa biex iġibu soluzzjonijiet teknoloġiċi avvanzati, inaqqsu l-kostijiet u jtejbu l-interoperabbiltà tal-konnettività; jemmen li l-futur tal-konnettività jinsab fil-komplementarjetà ta’ teknoloġiji diversi bħall-5G/6G, il-Wi-Fi u s-satellita, fejn l-integrazzjoni bla xkiel tkun ta’ benefiċċju kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jirrikonoxxi li bis-servizzi tal-cloud u tal-edge fil-qalba tat-trasformazzjoni tagħhom, in-networks tal-konnettività qed jevolvu malajr fi pjattaformi għall-innovazzjoni u se jiddependu dejjem aktar fuq il-cloud computing, l-IA, il-virtwalizzazzjoni u teknoloġiji oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jappella għal miri ambizzjużi fl-iżvilupp u l-innovazzjoni ta’ networks tal-komunikazzjoni mingħajr fili, filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ approċċ wiesa’ li jinkludi l-cloud computing, l-IA, l-edge computing, u l-computing kwantistiku; jenfasizza li l-ekosistema tal-innovazzjoni għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, speċjalment għat-telekomunikazzjonijiet integrati vertikalment, għandha tibqa’ mmexxija mis-suq, u jinsisti li l-miżuri regolatorji futuri jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet tal-impatt bir-reqqa u bbażati fuq l-għarfien tar-regolamenti eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-kompetizzjoni bejn l-operaturi ta’ kull daqs tibqa’ mutur ewlieni tal-investiment fin-networks tal-konnettività; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li n-networks tar-ram jintfew progressivament għall-benefiċċju tat-teknoloġiji tal-fibrottika jew tal-5G, b’mod partikolari meta jkunu meħtieġa manutenzjoni jew modernizzazzjoni regolari tan-network, biex b’hekk jiġi żgurat li l-bidla titwettaq b’mod li jista’ jinkiseb u l-fornituri jkunu jistgħu jippjanaw minn qabel b’mod loġistiku u finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq li l-konsumaturi kollha fl-UE għandu jkollhom aċċess għal konnettività adegwata ta’ kwalità, affidabbli u affordabbli, biex b’hekk jikkontribwixxu għad-domanda akbar għas-servizzi tal-konnettività; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jespandu u jtejbu n-networks diġitali, speċjalment fiż-żoni rurali, u jappoġġjaw l-investimenti pubbliċi-privati fl-implimentazzjoni tal-broadband u tal-5G/6G, filwaqt li jinżammu l-istandards taċ-ċibersigurtà u l-prinċipji tas-sigurtà sa mit-tfassil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Huwa konvint li, peress li l-infrastruttura tal-konnettività diġitali bħall-fibra, il-5G u s-6G se tkun kruċjali għall-kompetittività industrijali futura, il-QFP li jmiss għandu jinkludi fondi għall-implimentazzjoni fuq skala kbira tal-infrastruttura tan-network, it-tnaqqis tad-distakk eżistenti fl-implimentazzjoni biex jintlaħqu l-miri tad-Deċennju Diġitali tal-2030, il-ħolqien ta’ kopertura pan-Ewropea tal-5G għall-użu taċ-ċittadini u l-iżgurar tal-implimentazzjoni b’suċċess tal-għodod tal-Industrija 4.0;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fibra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jitħaffef l-użu ta’ networks fibrottiċi u sistemi moderni ta’ komunikazzjoni mingħajr fili li jistgħu jipprovdu servizzi diġitali rapidi, siguri u affidabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-ħtieġa li tingħata prijorità lill-konnessjonijiet diretti tal-fibra għad-djar, in-negozji u l-istituzzjonijiet pubbliċi hija kruċjali biex tiġi żgurata konnettività ultraveloċi u affidabbli, minbarra mal-varar tan-networks flimkien ma’ xogħlijiet pubbliċi bħat-toroq, l-ilma u l-elettriku, biex jiġi ssimplifikat il-varar tal-fibra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-introduzzjoni tal-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits, li jwieġeb għall-ħtiġijiet dejjem jikbru għal konnettività aktar rapida, affidabbli u intensiva fid-data; jagħraf l-importanza tal-użu kondiviż ta’ kanali u arbli biex jiġu implimentati networks b’kapaċità għolja ħafna ħalli jiġu ottimizzati r-riżorsi u jitnaqqsu l-kostijiet; iħeġġeġ lill-Istati Membri jissimplifikaw il-proċessi għall-ħruġ tal-permessi u jarmonizzaw ir-regolamenti biex inaqqsu l-ostakli finanzjarji u amministrattivi għall-espansjoni tal-infrastruttura tal-fibra;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">5G u 6G</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jemmen li l-investimenti privati huma essenzjali biex jiġu introdotti networks ta’ komunikazzjoni elettronika, 5G u 6G li jkunu avvanzati biżżejjed f’termini ta’ trażmissjoni, veloċità, kapaċità ta’ ħżin, qawwa tal-edge computing u interoperabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jisħaq li l-infurzar u l-implimentazzjoni tal-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits huma meħtieġa wkoll għall-ħolqien ta’ punt uniku ta’ servizz għall-permessi u proċess ċentralizzat għall-ħruġ tal-permessi diġitali biex jitnaqqas id-dewmien fl-introduzzjoni tal-infrastruttura u biex jiġu żgurati regoli uniformi għall-aċċess għall-infrastruttura, l-ipprezzar u l-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali; jappella, f’dan ir-rigward, għal sforzi qawwija f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Huwa tal-fehma li l-UE teħtieġ protezzjoni b’saħħitha taċ-ċibersigurtà fis-setturi kollha tal-infrastruttura kritika, b’miżuri aktar stretti biex tneħħi r-riskji billi taqta’ minn mal-bejjiegħa b’riskju għoli fin-networks 5G u 6G, filwaqt li jiġi żgurat l-użu dens ta’ ċelloli żgħar u torrijiet makro, b’mod partikolari f’żoni urbani u rurali b’kopertura inkonsistenti, u jiġu żgurati s-sostenibbiltà u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-infrastruttura biex tappoġġja l-kompetittività globali tal-Ewropa fl-ekonomija diġitali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Spettru</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu favur koordinazzjoni msaħħa tal-allokazzjonijiet tal-ispettru, b’mod partikolari permezz tal-identifikazzjoni aktar bikrija u tal-armonizzazzjoni tal-ħruġ ta’ frekwenzi ġodda, bl-ewwel frekwenzi jkunu dawk tas-6GHz; jappella għal politika tal-ispettru tar-radju li tippromwovi l-investiment fl-Ewropa, inkluż permezz tal-armonizzazzjoni tal-politiki dwar l-assenjazzjoni tal-ispettru madwar l-Istati Membri biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-5G abbażi tal-aħjar prattiki, il-promozzjoni ta’ durati itwal tal-liċenzji u l-aċċess għal spettru ġdid bħall-banda ogħla ta’ 6 GHz sabiex tiġi ssodisfata d-domanda futura u tiġi permessa s-6G; jemmen li sforz komuni mill-entitajiet pubbliċi u privati huwa neċessarju sabiex tiżdied il-kompetittività tal-Ewropa u jitnaqqas id-distakk man-networks li qed jikbru bl-aktar rata mgħaġġla fid-dinja, jiġifieri fiċ-Ċina u l-Korea t’Isfel;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Satelliti u sistemi ta’ komunikazzjoni bis-satelliti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-komunikazzjonijiet ibbażati fuq is-satelliti fl-iżvilupp ta’ infrastruttura diġitali tal-UE, fiż-żieda tar-reżiljenza tagħha, fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi tal-UE, u fit-tnaqqis tad-dipendenza fuq fornituri mhux tal-UE, b’mod partikolari fil-qasam tad-difiża; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti soluzzjonijiet alternattivi ta’ konnettività għall-konsumaturi f’żoni remoti u rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jenfasizza r-rwol strateġiku tal-programm spazjali tal-UE, bħala wieħed mill-pilastri tas-sovranità tal-UE, fil-provvista ta’ pożizzjonament mill-aktar avvanzat u sigur, servizzi ta’ navigazzjoni u timing għal Galileo u EGNOS u servizzi ta’ komunikazzjoni bis-satelliti kosteffettivi għal GOVSATCOM; jinnota li dan jippermetti lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkollhom sovranità akbar fil-kapaċitajiet satellitari tagħhom, inklużi l-ġeopożizzjonament, l-osservazzjoni tad-dinja, is-sorveljanza tal-ispazju u l-konnettività; jilqa’, b’mod partikolari, il-programmi GOVSATCOM u IRIS<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> tal-UE, li għandhom l-għan li jiżguraw id-disponibbiltà għal perjodu qasir u fit-tul ta’ servizzi governattivi ta’ komunikazzjoni bis-satelliti siguri, affidabbli u kosteffettivi għall-awtoritajiet pubbliċi tal-UE u nazzjonali li jimmaniġġjaw infrastrutturi u missjonijiet kritiċi tas-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jiddeplora d-dipendenza qawwija fuq data mhux tal-UE għat-traċċar u s-sorveljanza tal-oġġetti spazjali; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Ewropa ssaħħaħ urġentement il-kapaċitajiet u l-infrastrutturi tagħha stess fl-għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju (SSA) biex tiżgura l-awtonomija u s-sigurtà strateġiċi miftuħa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu b’mod sinifikanti l-investiment f’assi ta’ sorveljanza u traċċar li huma proprjetà tal-UE, u jiżviluppaw mekkaniżmi effettivi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fost l-Istati Membri, u dan jippermetti lill-Ewropa timmonitorja u tipproteġi b’mod indipendenti l-ispazju u l-infrastruttura kritiċi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li s-settur privat jinvolvi ruħu fit-teknoloġiji tal-lanċjaturi biex jitħaffef aktar l-użu tal-IRIS<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING>; jisħaq fuq l-importanza li jitrawwem settur Ewropew ta’ llanċjar fl-ispazju robust u kompetittiv permezz ta’ involviment akbar tas-settur privat u ta’ appoġġ għall-industriji upstream u downstream; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi politika dwar l-industrija spazjali Ewropea li ssaħħaħ is-sovranità fit-teknoloġiji u s-servizzi spazjali billi tnaqqas id-dipendenzi strateġiċi u ttejjeb il-governanza operattiva tal-programmi spazjali Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jappella, għal dan l-għan, għal miżuri konkreti li jiffaċilitaw il-forniment ta’ servizzi satellitari madwar l-Ewropa, inkluż billi jiġu definiti proċeduri u kundizzjonijiet komuni; jappella, b’mod parallel, għal kompetizzjoni ġusta, b’regoli ċari u infurzabbli għall-kostellazzjonijiet satellitari kollha li jaċċessaw is-suq tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota li attwalment hemm diversi kwistjonijiet ta’ latenza fin-networks satellitari u jirrikonoxxi li l-integrazzjoni tan-networks satellitari mat-teknoloġiji tal-5G u, fil-ġejjieni, tas-6G hija kruċjali biex jiġu estiżi l-firxa u l-affidabbiltà tan-networks terrestri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sistemi ta’ computing ta’ prestazzjoni għolja (HPC)</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jirrikonoxxi l-progress li sar f’dawn l-aħħar snin biex l-HPC jissaħħaħ; jistieden lill-Kummissjoni tintegra u ttejjeb kontinwament il-qawwa komputazzjonali fiċ-ċentri HPC tal-UE, b’mod partikolari biex ittejjeb it-tħarriġ tal-mudelli tal-IA u tħejji għal avvanzi futuri fis-supercomputing;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija koordinata biex tnaqqas id-distakk bejn it-teknoloġija tal-HPC mill-aktar avvanzata tal-Ewropa u l-użu prattiku u skalabbli tagħha fl-industriji kollha, inkluż billi toħloq network pubbliku għas-supercomputing; jinnota li din l-istrateġija għandha trawwem kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi u s-sħab tas-settur privat, inklużi l-SMEs, biex jiġi żgurat li l-kapaċitajiet tal-HPC tal-Ewropa jsiru mutur ewlieni tal-kompetittività ekonomika u s-sovranità teknoloġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jenfasizza li ċ-ċentri tal-HPC iridu jiżguraw l-aċċessibbiltà għall-iżviluppaturi u l-implimentaturi tal-mudelli bażi tal-IA, l-IA ġenerattiva u l-IA applikata; jinnota li ċ-ċentri tal-EuroHPC għandhom ikunu disponibbli għal dawn il-każijiet ta’ użu u b’mod partikolari għall-SMEs, l-istart-ups u l-iscale-ups; jenfasizza li dan irid jiġi kkomplementat bla xkiel minn inizjattivi li jippermettu l-iżvilupp u l-użu tal-IA fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jilqa’ l-ħolqien ta’ fabbriki ġodda tal-IA; jissottolinja li l-fabbriki tal-IA se jtejbu lis-supercomputers tal-EuroHPC biex jipprovdu kapaċità tal-computing għall-IA u jappoġġjaw l-istart-ups u l-iscale-ups fit-taħriġ u l-iżvilupp fuq skala kbira ta’ mudelli tal-IA bi skop ġenerali u affidabbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Hardware għall-computing: semikondutturi, ċipep u ċipep kwantistiċi </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jemmen li hija meħtieġa azzjoni urġenti biex tingħata spinta lill-manifattura nazzjonali tas-semikondutturi tal-UE, tittejjeb ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista billi jiġu ffurmati sħubijiet globali strateġiċi, jitħeġġu l-istart-ups u l-innovazzjoni, titrawwem kollaborazzjoni transfruntiera fl-iżvilupp avvanzat tas-semikondutturi u jiġu pprovduti inċentivi finanzjarji, appoġġ regolatorju u aċċess għas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ ċertezza legali biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tas-semikondutturi, jiġu żgurati ktajjen tal-provvista siguri għall-materja prima kritika u jiġi evitat tfixkil ikkawżat minn inċertezzi fl-investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Iħeġġeġ li tingħata l-akbar importanza politika biex tiġi żgurata provvista suffiċjenti taċ-ċipep tal-IA fl-UE u biex din issir punt fokali tal-politiki tal-UE dwar tal-industrija diġitali; jinnota ż-żieda fid-domanda għaċ-ċipep tal-IA xprunata mill-espansjoni tal-applikazzjonijiet fil-cloud computing, fl-apparati edge, fis-sistemi awtonomi u fl-IA ġenerattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirreaġixxi għar-realtajiet ġeopolitiċi l-ġodda u għall-użu tal-ktajjen tal-provvista diġitali bħala għodod ta’ pressjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssib soluzzjoni nnegozjata għall-projbizzjoni mill-Istati Uniti tal-esportazzjoni taċ-ċipep tal-IA lejn 16-il Stat Membru tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tqiegħed iċ-ċipep avvanzati tal-IA, inkluż id-disinn u l-produzzjoni tagħhom, fil-qalba tar-reviżjoni tal-Att dwar iċ-Ċipep; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta r-reviżjoni din is-sena, li tinkludi strateġija fit-tul imsejsa fuq ir-realtajiet ġeopolitiċi attwali li tibni l-indispensabbiltà strateġika Ewropea permezz ta’ leadership teknoloġika, kapaċitajiet ta’ produzzjoni adegwati u ekosistema b’saħħitha tar-R&Ż, li se jkunu essenzjali biex tiġi żgurata s-sovranità Ewropea fi żminijiet dejjem aktar diffiċli; jemmen li huwa kruċjali li jissaħħu l-interazzjonijiet bejn ir-riċerka, it-taħriġ, il-fornituri u infrastruttura pubblika robusta biex titħaffef it-triq tar-riċerka, l-iżvilupp, l-ittestjar u, fl-aħħar nett, il-produzzjoni sħiħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jemmen li l-UE għandha ssaħħaħ l-isforzi tagħha dwar l-iżvilupp taċ-ċipep kwantistiċi jekk biħsiebha taċċelera ż-żmien tat-tqegħid fis-suq għall-innovazzjoni industrijali tal-UE fit-teknoloġija kwantistika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-manifattura fi ħdan l-UE tal-aktar ċipep użati eż., għall-apparati elettroniċi u l-karozzi; jappella għall-appoġġ għall-iżvilupp ta’ ċipep li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija tas-settur diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi appoġġjata l-prestazzjoni tal-ekonomija ċirkolari u jfakkar li l-prodotti teknoloġiċi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u prodotti elettroniċi oħra huma parti mill-gruppi ta’ prodotti ta’ prijorità fil-pjan ta’ ħidma li għandu jiġi adottat sa April 2025 skont ir-Regolament (UE) 2024/1781<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE, (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jemmen li finanzjament addizzjonali fl-ambitu tal-QFP li jmiss għandu jiġi allokat għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni tas-semikondutturi kif ukoll ta’ teknoloġiji u proċessi oħra ta’ semikondutturi tal-ġenerazzjoni li jmiss (eż. iċ-ċipep fotoniċi, iċ-ċipep b’banda wiesgħa kif ukoll id-disinn, il-manifattura, l-ittestjar, l-assemblaġġ u l-imballaġġ avvanzat) fi ħdan l-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Servizzi tal-cloud</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jirrikonoxxi li hemm ħtieġa tas-suq għal soluzzjonijiet sovrani li joffru livelli mtejba ta’ kontroll fuq id-data għal ċerti kategoriji ta’ data sensittiva u jirrikonoxxi r-riskji assoċjati mad-dipendenza fuq fornituri dominanti uniċi; jappella għal strateġija biex titnaqqas id-dipendenza fuq fornituri barranin tal-cloud, filwaqt li jitrawmu alternattivi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jinnota li d-diskussjonijiet dwar l-Iskema tal-UE ta’ Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà għas-Servizzi tal-Cloud għadhom ma wasslux għal riżultati; jirrimarka li hemm kunsiderazzjonijiet dwar is-sovranità, b’mod partikolari relatati mal-ekstraterritorjalità ta’ reġimi legali vinkolanti, li ma jistgħux jissolvew permezz ta’ diskussjonijiet tekniċi; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi definizzjoni ta’ cloud sovrana u tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha fl-att ippjanat dwar l-iżvilupp tal-cloud u tal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jinnota l-ħtieġa li jiġu żgurati l-ħżin tad-data u l-qawwa komputazzjonali u l-infrastruttura tal-computing distribwit; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-utenti tal-cloud ikollhom il-kapaċità li jagħżlu soluzzjonijiet li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom billi tneħħi b’mod urġenti l-ostakli biex ibiddlu u jiddiversifikaw il-fornituri permezz ta’ strateġiji multicloud, u billi trawwem suq Ewropew kompetittiv tal-cloud, u b’hekk tnaqqas id-dipendenza fuq fornituri uniċi u ssaħħaħ is-sovranità diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta inizjattivi bħal 8ra u l-IPCEI CIS biex tavvanza l-infrastruttura deċentralizzata tal-cloud u tal-edge, li huma faċilitaturi tas-sovranità u jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq fornituri barranin u għall-iżgurar tar-reżiljenza filwaqt li tittejjeb il-flessibbiltà operazzjonali fl-Ewropa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sistemi tal-IA</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva InvestAI, inklużi l-gigafabbriki tal-IA; jenfasizza l-ħtieġa li l-Ewropa tippożizzjona ruħha bħala leader globali fit-taħriġ tal-mudell tal-IA, fir-riċerka xjentifika u fl-avvanzi fil-computing kwantistiku; huwa impenjat li jkompli jappoġġja l-iżvilupp tal-IA billi jvara inizjattivi bħall-fabbriki tal-IA biex jipprovdu saħħa komputazzjonali għall-istart-ups, għall-iscale-ups u għar-riċerkaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja d-disinn u l-iżvilupp tal-IA Ewropea u tadotta politiki u miżuri li jippermettu lis-setturi industrijali Ewropej jibbenefikaw mid-data u mill-implimentazzjoni tal-IA tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jenfasizza li d-dewmien fl-użu ta’ innovazzjonijiet imħaddma mill-IA jfixkel il-progress teknoloġiku, il-kompetittività tas-suq u t-trasformazzjoni diġitali fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jistenna li l-mudell ta’ finanzjament pubbliku-privat jillibera investiment privat mingħajr preċedent fl-IA li jiftaħ l-aċċess għas-supercomputers għall-istart-ups u għall-industrija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kwantum</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti li jiġi definit pjan direzzjonali ċar għall-iżvilupp tat-teknoloġija kwantistika, inkluż il-computing kwantistiku u l-kriptaġġ kwantistiku, filwaqt li jiġi żgurat li l-investimenti pubbliċi u privati jwasslu għal applikazzjonijiet kummerċjali tanġibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-oqfsa nazzjonali eżistenti tal-ambjent ta’ esperimentazzjoni kwantistiku u kif il-leġiżlazzjoni eżistenti tapplika għalihom biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq; jilqa’ t-tħabbira tal-Istrateġija Kwantistika u l-Att Kwantistiku fil-Boxxla għall-Kompetittività tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-Att Kwantistiku, akkumpanjat minn valutazzjoni tal-impatt, jippożizzjona lill-Ewropa bħala r-reġjun ewlieni għall-eċċellenza u l-innovazzjoni kwantistiċi billi jsir investiment fir-R&Ż u fl-innovazzjoni, jiġi mmobilizzat il-finanzjament biex issir espansjoni tal-ekosistema kwantistika, tal-kapaċitajiet u tal-produzzjoni Ewropej, u jiġi żgurat li r-riċerka kwantistika ewlenija tal-Ewropa tiġi kummerċjalizzata fl-Ewropa; jissottolinja li għandu jipprovdi applikazzjonijiet teknoloġiċi tanġibbli billi jrawwem politiki li jaċċeleraw il-maturità teknoloġika u jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mir-riċerka għas-suċċess kummerċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jappella għal investimenti mmirati, kollaborazzjoni tal-industrija u oqfsa regolatorji li jappoġġjaw l-iżvilupp, l-espansjoni u l-adozzjoni mis-suq tat-teknoloġiji kwantistiċi fis-setturi ewlenin kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jappella għal strateġija koordinata tal-UE għall-kriptografija postkwantistika biex id-data tiġi protetta minn theddid ċibernetiku futur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ċentri tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-ekosistemi li jikkondividu data speċifika għall-industrija fis-setturi industrijali, u trawwem il-kollaborazzjoni u l-ixprunar tal-innovazzjoni, filwaqt li żżomm is-sovranità tad-data u tiżgura l-konformità mar-regolamenti tal-UE, kif deskritt fl-Att dwar id-Data; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinforza r-regoli b’mod strett biex tiżgura li l-atturi dominanti fis-suq ma jimponux termini inġusti fuq l-SMEs u l-intrapriżi ta’ daqs medju meta jaċċessaw u jikkondividu d-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jemmen li hemm bżonn li tiġi żgurata infrastruttura interkonnessa li tippermetti liċ-ċentri tad-data jaħdmu flimkien b’mod effiċjenti skont standards komuni b’konnettività b’veloċità għolja, filwaqt li jinżammu l-flessibbiltà, is-sigurtà u l-kapaċità ta’ espansjoni; jemmen li din is-sistema interkonnessa tgħin biex tiġi żgurata ridondanza distribwita sabiex id-data u s-servizzi jibqgħu disponibbli anke f’każ li ċentru tad-data jkollu xi ħsara;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-interoperabbiltà fil-pjattaformi, u tippermetti l-integrazzjoni bla xkiel tad-data fost in-negozji u s-setturi, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Att dwar id-Data, li jirrikjedi obbligi ta’ portabbiltà u interoperabbiltà tad-data għas-servizzi tal-cloud u tal-edge; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ infurzar robust ta’ dawn id-dispożizzjonijiet biex jiġi evitat l-intrappolament tal-klijentela u jiġi żgurat li l-ekosistemi industrijali Ewropej ikunu jistgħu jisfruttaw l-innovazzjoni mmexxija mid-data mingħajr ostakli tekniċi jew kuntrattwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Ifakkar fil-pjan tal-Kummissjoni li ċ-ċentri tad-data jsiru newtrali għall-klima u effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija sal-2030; jara l-ħtieġa li tittejjeb l-integrazzjoni taċ-ċentri tad-data mas-sistema tal-enerġija, b’enfasi fuq l-użu mill-ġdid tas-sħana u l-għoti ta’ servizzi ta’ flessibbiltà għall-ħtiġijiet tal-grilja tal-elettriku; jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi inċentivata r-riċerka għat-tkessiħ tal-proċessuri u għal proċessuri effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-appoġġ taċ-ċentri tad-data tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni ċara u konsistenti tar-rekwiżiti legali eżistenti għall-operaturi taċ-ċentri tad-data fil-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu u jqiegħdu fil-mira l-investiment pubbliku u jinċentivaw l-investiment privat fl-infrastruttura diġitali biex jiffaċilitaw it-tkabbir u l-modernizzazzjoni taċ-ċentri tad-data;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kejbils sottomarini</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni koordinata biex tipproteġi l-kejbils sottomarini u ssaħħaħ is-sigurtà tal-kejbils u l-kapaċitajiet ta’ tiswija; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ investiment kontinwu fil-kostruzzjoni ta’ kejbils sottomarini ġodda biex tiġi żgurata r-ridondanza; jilqa’ r-rwol tal-UE fil-kofinanzjament ta’ proġetti bħal dawn biex jissaħħu l-infrastruttura diġitali u l-konnettività fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni tesplora sinerġiji potenzjali bejn il-manutenzjoni tal-infrastruttura diġitali u tal-enerġija taħt il-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jittejbu l-kapaċitajiet ta’ tiswija u l-mekkaniżmi ta’ rispons tal-UE u tal-Istati Membri biex iġestixxu t-tfixkil tal-kejbils sottomarini, li huma essenzjali biex jinżammu komunikazzjonijiet siguri u mingħajr interruzzjoni; jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali fit-tiswija tal-kejbils sabotati u fil-faċilitazzjoni tal-investimenti neċessarji, u jappella għall-istabbiliment ta’ flotta ta’ tiswija b’rispons rapidu bbażata fl-UE biex jiġu żgurati rkupru rapidu u kontinwità operazzjonali f’każ ta’ tfixkil; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-miżuri regolatorji biex tiżgura aċċess ġust u sigurtà, irrispettivament minn jekk l-infrastruttura tkunx proprjetà privata jew pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-pjan ta’ azzjoni dwar is-sigurtà tal-kejbils, li se jitfassal madwar erba’ pilastri: il-prevenzjoni, id-detezzjoni, ir-rispons u t-tiswija, u d-deterrenza; jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha tiegħu; iħeġġeġ, fil-kuntest ġeopolitiku attwali, żieda fl-investiment fit-teknoloġiji biex jissaħħu s-sigurtà u r-reżiljenza tal-infrastruttura taħt il-baħar u offshore;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi r-R&I biex tippermetti innovazzjonijiet teknoloġiċi avvanzati fis-sigurtà tal-kejbils, inklużi sistemi ta’ twissija bikrija u valutazzjonijiet tat-theddid ibbażati fuq l-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrieżamina l-istrumenti disponibbli mfassla biex jisfruttaw aħjar l-investimenti privati b’appoġġ għal Proġetti tal-Kejbils ta’ Interess Ewropew (CPEIs); jistieden lill-Kummissjoni tinkludi proġetti ta’ kejbils sottomarini fil-lista ta’ IPCEIs; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu razzjonalizzati u ssimplifikati il-proċess ta’ applikazzjoni u l-proċess amministrattiv li jirregolaw l-IPCEIs;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ċibersigurtà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Ifakkar fil-ħidma leġiżlattiva li saret matul il-leġiżlatura preċedenti bl-għan li ttejjeb b’mod sinifikanti ċ-ċibersigurtà fl-UE; jilqa’, b’mod partikolari, l-adozzjoni tal-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika, l-Att dwar iċ-Ċibersolidarjetà u d-Direttiva NIS2; jisħaq fuq il-ħtieġa tal-implimentazzjoni u l-infurzar armonizzati u f’waqthom ta’ dawn il-miżuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà u tipproponi att leġiżlattiv biex tirrieżaminah sabiex issaħħaħ il-qafas taċ-ċibersigurtà tal-UE, b’enfasi partikolari fuq il-korrelazzjoni bejn is-sovranità u s-sigurtà; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-protezzjoni tal-infrastruttura strateġika u kritika u tevita l-indħil barrani minn entitajiet soġġetti għal leġiżlazzjoni ekstraterritorjali, kif ukoll tħaffef il-proċess ta’ adozzjoni għall-iskemi tal-UE ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà; jitlob li l-mandat tal-ENISA jissaħħaħ biex tikkoordina r-rispons għall-kriżijiet, tissorvelja ċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-infrastruttura kritika u tiżgura implimentazzjoni uniformi tal-istandards taċ-ċibersigurtà fis-suq uniku kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-istrateġija Ewropea ta’ sigurtà interna li jmiss fit-tisħiħ taċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, skont it-tieni rapport dwar il-progress tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-sett ta’ għodod tal-UE dwar iċ-ċibersigurtà tal-5G, 14-il Stat Membru għad iridu jimplimentaw kwalunkwe restrizzjoni fuq fornituri b’riskju għoli, u dan joħloq vulnerabbiltajiet sinifikanti għas-sigurtà; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tas-sett ta’ għodod tal-UE għas-sigurtà tal-5G sabiex titnaqqas id-dipendenza fuq bejjiegħa b’riskju għoli; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel is-sett ta’ għodod vinkolanti, speċifikament fir-rigward tal-bejjiegħa b’riskju għoli fl-infrastruttura kritika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Simplifikazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jinnota li biex tinkiseb sovranità teknoloġika vera, l-UE għandu jkollha alternattivi kummerċjali vijabbli; jisħaq li l-UE jeħtiġilha ssegwi b’mod urġenti aġenda komprensiva ta’ simplifikazzjoni u tnaqqis tal-burokrazija biex trawwem ambjent favorevoli għall-innovazzjoni li kapaċi jappoġġja alternattivi Ewropej kompetittivi għal atturi diġitali globali dominanti; jissottolinja li piżijiet amministrattivi eċċessivi, oqfsa regolatorji frammentati, suq uniku diġitali mhux ikkompletat u proċeduri ta’ konformità kumplessi żżejjed għandhom impatt sproporzjonat fuq l-istart-ups, l-iscale-ups u l-SMEs Ewropej, u jillimitaw il-kapaċità tagħhom li jikkompetu fil-livell globali; jirrikonoxxi li l-UE għandha għalhekk tagħti prijorità lis-simplifikazzjoni regolatorja u lit-twessigħ tas-suq uniku diġitali, filwaqt li tiżgura li l-leġiżlazzjoni tkun proporzjonata, xprunata mill-innovazzjoni u ma toħnoqx l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li proposti leġiżlattivi ġodda jiġu allinjati mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar, filwaqt li jiġi żgurat li kwalunkwe miżura ġdida ta’ politika diġitali li taffettwa l-kompetittività tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt, inkluża verifika tal-kompetittività, tal-SMEs u tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja żgħar li tevalwa jekk strument leġiżlattiv partikolari huwiex neċessarju u proporzjonat u joħloqx piżijiet mhux neċessarji għan-negozji, speċjalment l-SMEs, u għaldaqstant l-effetti tagħha fuq il-kompetittività, il-prospetti ta’ investiment u l-benessri tal-konsumatur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jenfasizza li s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE ma trid tipperikola ebda wieħed mid-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u n-negozju u b’hekk tipperikola ċ-ċertezza regolatorja; jemmen li kwalunkwe proposta ta’ simplifikazzjoni m’għandhiex tiġi mgħaġġla jew proposta mingħajr kunsiderazzjoni, konsultazzjoni u valutazzjoni tal-impatt xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li timplimenta bis-sħiħ il-prinċipju tat-tnaqqis tal-piżijiet għall-kumpaniji fil-leġiżlazzjoni tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, issaħħaħ l-isforzi tagħha billi timmira li tneħħi aktar piżijiet f’kostijiet u piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji meta mqabbla mal-benefiċċji li joriġinaw minn kwalunkwe rekwiżit regolatorju ġdid introdott fil-livell tal-UE fl-istess qasam ta’ politika, ħalli l-ostakli għad-dħul fis-suq jitneħħew biex il-kumpaniji Ewropej jiġu megħjuna jespandu u jikbru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura simplifikazzjoni, implimentazzjoni u infurzar konsistenti tal-leġiżlazzjoni diġitali tal-UE permezz tal-Pakkett Diġitali, li jirrazzjonalizza d-definizzjonijiet u l-proċeduri ta’ rapportar, jivvaluta modi kif jittaffew l-obbligi ta’ rapportar u jnaqqas id-distakk bejn l-industrija u l-gvern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jemmen li l-appoġġ għall-kumpaniji u għall-innovaturi biex jibqgħu fl-Ewropa billi l-UE ssir ambjent tan-negozju attraenti u aġli huwa kruċjali biex tissaħħaħ is-sovranità teknoloġika; jenfasizza, f’dak ir-rigward, li r-regolamentazzjoni u l-piżijiet amministrattivi eċċessivi għandhom jiġu evitati u li r-regoli tal-UE għandhom ikunu ċari, konsistenti, prevedibbli, proporzjonati u teknoloġikament newtrali, biex b’hekk l-ambjent regolatorju jinżamm globalment kompetittiv; jemmen li metodi ġodda ta’ akkwist pubbliku u l-iżvilupp ta’ ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja u ta’ test beds għandhom jikkontribwixxu wkoll għal qafas li jiffavorixxi l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għat-28 reġim legali, filwaqt li jirrikonoxxi li sett uniku u armonizzat ta’ regoli għall-UE kollha jkun bidla radikali għall-investiment u l-innovazzjoni fis-settur diġitali; jemmen li t-tnaqqis tal-frammentazzjoni regolatorja f’27 reġim legali nazzjonali jagħti spinta lill-investiment privat, inaqqas il-kostijiet tal-konformità u jaċċelera l-varar tal-infrastruttura, il-prodotti u s-servizzi diġitali tal-ġenerazzjoni li jmiss; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li dan il-qafas jindirizza speċifikament l-ostakli regolatorji fis-settur diġitali, bħall-permessi u l-flussi transfruntieri tad-data, sabiex jinħoloq suq uniku diġitali veru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq punt uniku ta’ kuntatt biex tissimplifika l-proċess ta’ applikazzjoni għall-aċċess tas-settur privat għall-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE, filwaqt li tiżgura li l-kumpaniji privati, l-SMEs u l-istart-ups ikunu jistgħu jipparteċipaw aktar faċilment fi programmi ta’ investiment diġitali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Enerġija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jenfasizza li ċ-ċentri tad-data se jqiegħdu pressjoni addizzjonali fuq il-grilji tal-elettriku, u minħabba f’hekk huwa imperattiv li dawn jissaħħu permezz ta’ investimenti antiċipatorji; jisħaq li ċ-ċentri tad-data jistgħu jgħinu wkoll biex jistabbilizzaw il-grilja billi jipparteċipaw fil-flessibbiltà min-naħa tad-domanda; jappella għal miżuri li jinċentivaw tali kontribuzzjonijiet abbażi tal-implimentazzjoni tar-reviżjoni tar-riforma tas-suq Ewropew tal-elettriku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu u jimplimentaw strumenti li jiżguraw ippjanar ordnat tad-domanda dejjem tikber għall-enerġija miċ-ċentri tad-data, li jiffaċilitaw it-tqegħid strateġiku tagħhom qrib sorsi ta’ enerġija disponibbli u b’hekk jimminimizzaw id-dipendenza fuq l-infrastruttura usa’ tal-grilja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-fibra hija aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija meta mqabbla man-networks tradizzjonali tar-ram; jirrikonoxxi l-importanza li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fit-trażmissjoni tad-data u li jiġu żgurati l-istabbiltà u l-effiċjenza fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura provvista tal-enerġija nadifa affidabbli, suffiċjenti u b’teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti biex tappoġġja l-infrastruttura diġitali tal-futur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ħiliet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti ta’ professjonisti b’aktar ħiliet fl-oqsma diġitali biex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji u inċentivi nazzjonali biex iżommu t-talent Ewropew u jattiraw l-aqwa professjonisti tas-settur diġitali fid-dinja, biex b’hekk isaħħu l-kapaċità ta’ innovazzjoni u l-leadership teknoloġika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jitnaqqas id-distakk fil-ħiliet diġitali u fl-iSTEM biex jissaħħu r-reżiljenza teknoloġika, il-kapaċità ta’ innovazzjoni u l-awtonomija strateġika miftuħa; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-investimenti fl-edukazzjoni diġitali, it-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet, b’mod partikolari fl-oqsma essenzjali għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali; jappoġġja l-prijoritizzazzjoni tal-investimenti li jindirizzaw in-nuqqasijiet tal-ħiliet diġitali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-IA, iċ-ċibersigurtà, l-analiżi tad-data u t-teknoloġiji nodfa, sabiex jiġu appoġġjati l-innovazzjoni u s-sovranità teknoloġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jappella għal strateġiji koordinati fil-livell nazzjonali biex jittejjeb l-aċċess għal edukazzjoni STEM ta’ kwalità għolja, jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja u jiġi attratt it-talent lejn l-ICT u l-oqsma relatati; jinkoraġġixxi s-sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet pubbliċi, l-industrija u dawk li jipprovdu l-edukazzjoni biex jiġi żgurat allinjament bejn il-kurrikuli u l-ħtiġijiet tas-suq li jevolvu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jappella għal sforzi intensifikati biex jittejbu l-litteriżmu u l-ħiliet diġitali fid-demografiji kollha, b’enfasi fuq l-edukazzjoni STEM bikrija, l-edukazzjoni u t-tagħlim vokazzjonali, u t-tagħlim tul il-ħajja fit-teknoloġiji diġitali; jirrakkomanda l-allinjament tal-istrateġiji nazzjonali għall-edukazzjoni u t-taħriġ mal-mira tad-Deċennju Diġitali tal-UE li, sal-2030, 80 % tal-popolazzjoni jkollhom ħiliet diġitali bażiċi, b’enfasi fuq politiki ta’ inklużjoni tal-ġeneri biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-oqsma tal-ICT u tal-iSTEM; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu passi konkreti biex jirrispettaw l-impenji msemmija fid-Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali, kemm fil-qafas tal-UE kif ukoll fil-kooperazzjoni tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jappoġġja l-istabbiliment ta’ qafas komuni ta’ ċertifikazzjoni tal-UE għall-ħiliet diġitali u tekniċi biex jittejbu r-rikonoxximent u l-portabbiltà tal-kwalifiki fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-istituzzjonijiet nazzjonali tal-iżvilupp jappoġġjaw iż-żamma tat-talent diġitali billi jikkoinvestu fi start-ups Ewropej tat-teknoloġija profonda, filwaqt li jiżguraw li l-innovazzjoni ffinanzjata mill-UE tibqa’ fir-reġjun u tikkontribwixxi għas-sovranità teknoloġika tal-Ewropa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riċerka u innovazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza li jitnaqqas id-distakk bejn ir-riċerka u l-kummerċjalizzazzjoni u jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-valorizzazzjoni tal-innovazzjoni fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Jemmen li l-kapaċità tal-Ewropa li tittrasforma r-riċerka f’soluzzjonijiet lesti għas-suq hija kruċjali biex jinbnew il-kapaċitajiet meħtieġa u titnaqqas id-dipendenza fuq teknoloġiji mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jenfasizza li l-finanzjament jeħtieġ li jiġi allokat strateġikament biex jiġu aċċelerati l-iżvilupp u l-introduzzjoni fis-suq ta’ soluzzjonijiet li jsaħħu r-reżiljenza teknoloġika tal-Ewropa u jistimulaw l-innovazzjoni; jissottolinja l-importanza ta’ struttura ta’ finanzjament aktar aġli u bbażata fuq l-eċċellenza, b’mod partikolari fit-titjib tat-tisrif tar-riċerka f’applikazzjonijiet industrijali; jappella għal żieda fl-investiment fir-R&I biex jirrinforza l-kapaċitajiet teknoloġiċi u l-għarfien tal-Ewropa u jinsisti li l-finanzjament tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni (RDI) tal-UE jkun ibbażat fuq kompetizzjoni miftuħa u eċċellenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ politiki li jappoġġjaw l-innovazzjoni industrijali, inkluż investiment immirat f’teknoloġiji strateġiċi essenzjali fejn l-Ewropa tista’ tkun minn ta’ quddiem fid-dinja, bħall-computing kwantistiku, sabiex tinbena ekosistema tal-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Jemmen li l-investiment privat fl-RDI huwa ta’ importanza fundamentali u jitlob lill-UE toħloq inċentivi li effettivament jisfruttaw il-finanzjament privat għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji kritiċi, inkluż permezz tas-sħubijiet pubbliċi-privati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta’ inċentivi aktar b’saħħithom biex jiġi mobilizzat il-kapital tas-settur privat għal innovazzjoni xprunata mit-teknoloġija; iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu inċentivi fiskali mmirati, simplifikazzjoni regolatorja u strumenti ta’ kondiviżjoni tar-riskji mfassla biex jattiraw ekwità privata fis-settur tat-teknoloġija u f’dak diġitali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu razzjonalizzati l-flussi tal-kapital transfruntieri fis-suq uniku biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament għall-istart-ups innovattivi Ewropej;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Standards</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li l-promozzjoni tal-interoperabbiltà u tal-istandards tal-UE hija ta’ importanza kbira għat-trawwim tal-kompetittività fis-settur tat-teknoloġija, peress li tiżgura li l-prodotti jkunu jistgħu jiġu konnessi u jaħdmu ma’ xulxin, biex b’hekk jitrawmu l-innovazzjoni u s-swieq miftuħa; ifakkar li kemm l-interoperabbiltà kif ukoll l-istandards teknoloġiċi komuni jwittu t-triq għall-funzjonament tas-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jissottolinja li l-Kummissjoni jeħtiġilha żżid l-involviment tagħha fl-istrutturi ta’ standardizzazzjoni globali eżistenti u tiffoka fuq l-adozzjoni internazzjonali tal-istandards Ewropej permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq, filwaqt li tevita ċ-ċentralizzazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sħubijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-UE biex tinnegozja DTAs li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ infrastruttura diġitali sigura u kompetittiva mal-pajjiżi sħab; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-isforzi fin-negozjar ta’ DTAs ma’ pajjiżi sħab addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni taċċelera l-kooperazzjoni teknika f’fora multilaterali bħall-G7, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) sabiex tiżviluppa standards globali għall-governanza diġitali, ir-regolamentazzjoni tal-IA, il-flussi tad-data transfruntieri u t-teknoloġiji emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tavvanza n-negozjati dwar soluzzjoni permanenti għall-moratorju tad-WTO fuq il-kummerċ elettroniku biex tipprevjeni l-introduzzjoni ta’ tariffi diġitali, filwaqt li tiżgura li l-kummerċ diġitali internazzjonali jibqa’ miftuħ, prevedibbli u favorevoli għall-innovazzjoni;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>