<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0023</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-repressjoni brutali tad-dimostranti fl-Iran</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0071, 0080, 0081, 0083 u 0095/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2026 dwar ir-repressjoni brutali tad-dimostranti fl-Iran (2026/2565(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2025 dwar l-indirizzar tar-repressjoni tranżnazzjonali tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0258.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, u tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ), Kaja Kallas, wara r-repressjoni vjolenti f’Jannar 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov 2023 għal-Libertà tal-Ħsieb lil Jina Mahsa Amini u lill-moviment “Mara, Ħajja, Libertà” fl-Iran,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, li tipprojbixxi lill-persunal diplomatiku u lir-rappreżentanti kollha tar-reġim Iranjan mill-bini kollu tal-Parlament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni kontrihom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-13 ta’ Jannar 2026 tar-Rapporteurs Speċjali tan-NU u tal-esperti indipendenti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa maħruġa mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-10 ta’ Jannar 2026, bit-titolu “L-Iran: Il-missjoni ta’ Ġbir ta’ Informazzjoni tan-NU tappella għar-restawr immedjat tal-aċċess għall-internet u għar-rispett għad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fit-28 ta’ Diċembru 2025, faqqgħu dimostrazzjonijiet fl-Iran u malajr żviluppaw fi protesti fil-pajjiż kollu, u għexieren ta’ eluf ta’ Iranjani mlew it-toroq madwar diversi bliet u provinċji mit-8 ta’ Jannar 2026 u żdiedu għal mijiet ta’ eluf fil-ġranet ta’ wara; billi d-dimostrazzjonijiet inbdew minn negozjanti tal-bazaars li għalqu l-ħwienet tagħhom biex jipprotestaw kontra l-ekonomija tmajna tal-Iran, l-emarġinazzjoni tagħhom fi ħdanha, il-kollass tal-munita u l-erożjoni tal-istandards tal-għajxien, u evolvew fi protesti akbar kontra l-gvern li jirrappreżentaw spettru wiesa’ tas-soċjetà Iranjana li fihom id-dimostranti talbu bidla politika fundamentali u t-tmiem tar-reġim attwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi d-dimostrazzjonijiet inizjalment kienu xprunati minn ilmenti profondi dwar l-istat diżastruż tal-ekonomija tal-pajjiż, iż-żieda qawwija ħafna fil-prezzijiet tal-ikel, iż-żieda fl-inflazzjoni u l-korruzzjoni mifruxa; billi r-reġim Iranjan naqas b’mod konsistenti milli jissodisfa l-ħtiġijiet bażiċi tal-popolazzjoni tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-forzi tas-sigurtà Iranjani, inklużi l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-pulizija, wettqu repressjoni sistematika vjolenti fil-pajjiż kollu fuq id-dimostranti, bl-użu ta’ forza letali, bis-saħħa ta’ tagħmir u teknoloġija ta’ sorveljanza Ċiniżi, waqt li qatlu u żammew f’detenzjoni għeluf ta’ dimostranti paċifiċi; billi hemm rapporti li l-forzi tas-sigurtà Iranjani użaw ukoll armi kimiċi biex irażżnu l-protesti; billi l-għadd ta’ persuni maqtula bħalissa huwa sottovalutat minħabba li blackout tal-internet qed ixekkel il-komunikazzjoni; billi, skont il-Missjoni Internazzjonali Indipendenti tan-NU ta’ Ġbir ta’ Informazzjoni dwar ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran, rapporti kredibbli jindikaw li l-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali ħareġ dikjarazzjoni li tordna lill-forzi tas-sigurtà jwettqu repressjoni “b’mod deċiżiv” biex jintemmu l-protesti; billi, skont il-Missjoni ta’ Ġbir ta’ Informazzjoni tan-NU, il-vjolenza mill-Istat kienet partikolarment brutali f’reġjuni b’minoranzi etniċi; billi l-awtoritajiet Iranjani wettqu arresti arbitrarji tal-massa, filwaqt li żammew f’detenzjoni eluf ta’ dimostranti, attivisti, ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ta’ spiss mingħajr proċess ġust u abbażi ta’ akkużi foloz relatati mas-sigurtà nazzjonali; billi l-ġudikatura Iranjana aċċelerat proċedimenti sommarji kontra dimostranti miżmuma f’detenzjoni fi proċessi inġusti, u imponiet il-piena tal-mewt; billi matul il-protesti l-ġudikatura Iranjana wettqet sentenzi tal-mewt abbażi ta’ kundanni preċedenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi dawn l-azzjonijiet jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-obbligi skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li l-Iran huwa stat parti għalih;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Iran qed ikompli japplika l-piena tal-mewt bħala strument ewlieni ta’ repressjoni biex jintimida lid-dimostranti u jsikket id-dissens;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, mit-8 ta’ Jannar 2026, l-awtoritajiet Iranjani imponew blackout tal-komunikazzjonijiet fil-pajjiż kollu, filwaqt li qatgħu l-aċċess għall-internet u għalqu n-networks tal-mobiles u tal-linji fissi f’wieħed mill-aktar blackouts komprensivi u sofistikati fl-istorja globali, u dan fixkel il-kapaċità tal-poplu Iranjan li jikkomunika, jorganizza u jinforma lid-dinja ta’ barra f’nofs repressjoni brutali, bl-għan li jaħbu l-firxa vera tal-protesti u l-brutalità tar-repressjoni u li jxekklu l-assistenza medika; billi l-Iran huwa awtur ewlieni tal-għeluq tal-internet u ilu żmien twil jimblokka l-aċċess għall-internet u għat-telekomunikazzjoni matul żminijiet ta’ inkwiet biex isikket id-dissens u jrażżan il-protesti;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni huwa protett mill-Artikolu 20 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi t-tmexxija tar-reġim għadha qed tinjora t-talbiet leġittimi tad-dimostranti; billi skont id-Diviżjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti, kważi 60 % tal-popolazzjoni tal-Iran għandha anqas minn 39 sena, u l-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni twieldet wara r-Rivoluzzjoni Iżlamika tal-1979;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-awtoritajiet Iranjani heddew pubblikament li jkomplu jrażżnu l-protesti u jikkastigaw b’mod aħrax lil dawk involuti; billi, fl-14 ta’ Jannar 2026, il-Ministru tal-Ġustizzja tal-Iran allegatament iddikjara li kull min ġie arrestat wara t-8 ta’ Jannar 2026 kien kriminal u terrorist, u dan effettivament ikkriminalizza protesta paċifika u kompla jrażżan il-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda; billi l-Parlament ikkundanna b’mod konsistenti u inekwivoku l-oppressjoni u l-vjolenza tar-reġim Iranjan kontra l-poplu tiegħu stess, inkluż l-użu ta’ eżekuzzjonijiet, l-impożizzjoni ta’ sentenzi tal-mewt wara proċessi inġusti, il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani, u l-immirar sistematiku tal-attivisti politiċi u l-komunitajiet etniċi u reliġjużi; billi l-Parlament appella ripetutament biex l-IRGC jiġi ddeżinjat bħala organizzazzjoni terroristika;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi seba’ esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU talbu lill-awtoritajiet Iranjani jiksru ċ-ċiklu ta’ vjolenza, jirrispettaw id-dritt fundamentali tal-poplu li jkun jista’ jleħħen id-dissens u jipparteċipa fi protesti paċifiċi mingħajr biża’ ta’ rappreżalji, u jindirizzaw it-talbiet tal-poplu rigward id-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi u kulturali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-mewġa reċenti ta’ dimostrazzjonijiet hija l-qofol ta’ sensiela twila ta’ protesti tal-massa segwiti minn repressjonijiet terribbli; billi l-aħħar irvellijiet fuq skala nazzjonali fl-Iran — il-qawmien fl-2009 magħruf bħala l-“Moviment Aħdar” u l-moviment “Mara, Ħajja, Libertà” ta’ Settembru 2022, imqanqal mill-qtil ta’ Jina Mahsa Amini ta’ 22 sena mill-pulizija tal-moralità tal-pajjiż — intlaqgħu wkoll b’repressjoni brutali, fejn in-nisa sfaw fil-mira tan-nar minn snieter immirati lejn wiċċhom, sidirhom u l-ġenitali tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Parlament Ewropew ta l-Premju Sakharov tiegħu għal-Libertà tal-Ħsieb 2023 lil Jina Mahsa Amini u lill-Moviment “Mara, Ħajja, Libertà” fl-Iran bħala ġieħ lin-nisa, l-irġiel u ż-żgħażagħ qalbiena kollha fl-Iran li, taħt pressjoni enormi, komplew bil-ġlieda għad-drittijiet tagħhom u għall-bidla;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-politiki tal-istat ippermettew l-infurzar ta’ rutina tar-regolamenti obbligatorji dwar l-ilbies permezz ta’ pattulji tal-moralità, teknoloġiji ta’ sorveljanza u penali amministrattivi, li rriżultaw f’arresti, multi, ċaħda ta’ aċċess għall-edukazzjoni u l-impjiegi, u pieni li jċaħħdu l-libertà għan-nisa u l-bniet li ma jobdux; billi hemm każijiet dokumentati ta’ abbuż fiżiku u mwiet fil-kustodja marbuta ma’ tali infurzar; billi l-kuraġġ u d-determinazzjoni immensi tan-nisa qalbiena tal-Iran, li ffaċċjaw it-tattiċi kodardi tar-reġim mingħajr biża’ u bi sfida, kienu kruċjali għar-reżistenza kontra dan ir-reġim brutali;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi r-Repubblika tal-Iran kellha rwol destabbilizzanti ħafna fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun usa’, inkluż billi sostniet gruppi terroristiċi proxy bħall-Hezbollah fil-Libanu, il-Houthi fil-Jemen, il-Ħamas f’Gaża u l-milizzji Xiiti fl-Iraq, u stabbiliet assi ta’ terrur li jestendi mar-reġjun kollu; billi l-influwenza perikoluża tal-Iran mhijiex limitata għal-Lvant Nofsani, peress li għadu qed joħloq riskju enormi għas-sigurtà u d-demokraziji Ewropej madwar id-dinja permezz ta’ theddid ibridu u attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi, inkluż billi jgħin lir-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, pereżempju billi jipprovdi droni armati, missili u munizzjon u jipprovdi teknoloġija u taħriġ li ppermettew lir-Russja żżid il-produzzjoni tagħha, u jappoġġja d-dittatorjat Venezwelan;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi evidenza kredibbli tindika li missjonijiet diplomatiċi Iranjani f’diversi Stati Membri kienu involuti fi propaganda, diżinformazzjoni u intimidazzjoni mmirati lejn il-komunitajiet tad-dijaspora Iranjana fl-Ewropa, bi ksur tad-dritt internazzjonali u tal-prinċipji li jirregolaw ir-relazzjonijiet diplomatiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-UE adottat tliet reġimi ta’ sanzjonijiet kontra l-Iran: wieħed b’rispons għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, imġedded kull sena u estiż l-aħħar sat-13 ta’ April 2026, wieħed b’rabta man-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva, u t-tielet b’rispons għall-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar; billi, permezz ta’ dawn ir-reġimi, aktar minn 230 individwu u 40 entità fl-Iran, inkluż l-IRGC, bħalissa huma ssanzjonati;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi f’Jannar 2026, il-Parlament, permezz ta’ deċiżjoni tal-President tiegħu, ipprojbixxa lill-persunal diplomatiku u r-rappreżentanti kollha tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran milli jidħlu fi kwalunkwe bini tal-Parlament fi Brussell, Strażburgu u l-Lussemburgu, b’reazzjoni għar-repressjoni vjolenti tal-awtoritajiet Iranjani fir-rigward tal-protesti fil-pajjiż kollu u għar-rifjut tagħhom li jirrispettaw il-libertajiet fundamentali, u li d-detenturi ta’ passaporti Iranjani, jekk jiġu identifikati bħala li jaġixxu f’isem ir-reġim, ikunu soġġetti għal kontrolli u ċaħda tad-dħul;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar snin, l-awtoritajiet Iranjani intensifikaw il-persekuzzjoni u l-ikkastigar ta’ komunitajiet etniċi u reliġjużi, b’mod partikolari l-Insara, fejn il-qrati nazzjonali qed jagħtu sentenzi twal ta’ ħabs fuq akkużi relatati biss mat-twemmin jew mal-attivitajiet reliġjużi tagħhom;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi l-kundanna inekwivoka u l-għadab tiegħu għar-repressjoni brutali u l-qtil tal-massa mwettqa mir-reġim Iranjan kontra d-dimostranti li ħarġu fit-toroq f’għexieren ta’ bliet matul dawn l-aħħar ġimagħtejn; jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-poplu tal-Iran u l-moviment ta’ protesta kuraġġuż u leġittimu tiegħu li qed jeżiġi d-dinjità, is-sikurezza u r-rispett għad-drittijiet tal-poplu Iranjan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob li l-awtoritajiet Iranjani, taħt it-tmexxija tad-dittatur Ali Khamenei, itemmu mingħajr kundizzjonijiet l-użu tal-vjolenza kontra dimostranti paċifiċi, iwaqqfu minnufih l-eżekuzzjonijiet kollha u jtemmu l-qtil u r-repressjoni taċ-ċivili li jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom; jitlob li dawn id-drittijiet, b’mod partikolari l-libertajiet tal-espressjoni u tal-għaqda, jiġu rispettati mingħajr kundizzjonijiet u f’kull ħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jappella għall-ħelsien minnufih tad-dimostranti u l-priġunieri politiċi kollha li jinsabu l-ħabs; jinsab ixxukkjat bl-għadd orribbilment kbir ta’ mwiet u l-għadd kbir ta’ dimostranti detenuti illegalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jesprimi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji ta’ dawk kollha li nqatlu b’riżultat tar-repressjoni vjolenti mill-awtoritajiet Iranjani; jesprimi l-għadab profond tiegħu għal rapporti ta’ attakki u intimidazzjoni mwettqa minn forzi tas-sigurtà oppressivi u minn membri tal-IRGC kontra l-familji u l-qraba ta’ dawk maqtula waqt il-protesti; jinsab imħasseb ħafna dwar rapporti tal-prattika tal-waħx tal-awtoritajiet Iranjani li jisolħu somom kbar ta’ flus mill-familji tal-vittmi biex jirritornawlhom l-iġsma tal-qraba deċeduti tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93, ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2001/931/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2580/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva (UE) 2017/541<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/541/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, jipproċedi mingħajr dewmien bid-deżinjazzjoni sħiħa tal-IRGC, inklużi l-milizzja Basij u l-Forza Quds, bħala organizzazzjoni terroristika; jiddeplora l-oppożizzjoni persistenti ta’ xi Stati Membri għat-tisħiħ tal-miżuri restrittivi kontra r-reġim tal-Iran; jitlob li tali deżinjazzjoni tiġi riflessa fir-reġim ta’ miżuri restrittivi tal-UE; jappella għall-espansjoni u l-infurzar strett tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem u miżuri restrittivi oħra tal-UE, inklużi l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet tal-viża, kontra l-uffiċjali Iranjani kollha responsabbli għar-repressjoni u kontra l-entitajiet kollha taħt il-kontroll tal-Uffiċċju tal-Mexxej Suprem, jew li jaġixxu f’ismu, inkluż it-tqegħid tal-komponenti u l-individwi rilevanti kollha tal-IRGC fil-lista tal-UE ta’ terroristi u l-applikazzjoni tal-iffriżar tal-assi, il-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u miżuri restrittivi xierqa oħra; jenfasizza li l-IRGC, inklużi l-fergħat u l-entitajiet affiljati kollha tiegħu, għandu rwol ċentrali fir-repressjoni vjolenti tad-dimostranti paċifiċi, u fil-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, fil-qtil ekstraġudizzjarju u fit-terroriżmu sponsorjat mill-Istat, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak reġjonali; jistieden lill-Istati Membri jieħdu simultanjament il-miżuri nazzjonali xierqa kollha biex jiżguraw l-implimentazzjoni u l-infurzar sħaħ ta’ din id-deżinjazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti ġieħ u jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għall-poplu kuraġġuż Iranjan li, għal ġimgħat sħaħ, ħareġ fit-toroq biex jipprotesta kontra l-oppressjoni mir-reġim u l-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali estremament diffiċli; ifaħħar il-kuraġġ ta’ ħafna żgħażagħ, nisa u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jkomplu jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom minkejja r-riperkussjonijiet personali u r-repressjoni brutali li jiffaċċjaw; jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-moviment “Mara, Ħajja, Libertà” biex jitrawwem il-kuraġġ fost il-popolazzjoni u fost id-dimostranti u biex jiġu esposti d-dgħufija tar-reġim u d-distakk tiegħu mill-poplu Iranjan; jikkundanna s-sanzjonijiet imposti mill-awtoritajiet Iranjani kontra l-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali u jitlob li dawn jitneħħew minnufih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-użu mifrux, brutali, intenzjonat u sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà Iranjani kontra dimostranti paċifiċi; jiddeplora l-fatt li dan il-qtil mhuwiex ir-riżultat ta’ ġlied sporadiku iżda ta’ politika mifruxa u sistematika, u ta’ deċiżjoni premeditata biex tiġi eliminata kwalunkwe reżistenza u protesta; jinsab allarmat li l-qtil ta’ eluf ta’ dimostranti jindika bidla inkwetanti fil-politika ta’ oppressjoni tar-reġim Iranjan, mid-deterrenza għall-eliminazzjoni strateġika; jistieden lill-Istati Membri jżommu responsabbli għad-delitti, skont id-dritt internazzjonali, lill-uffiċjali Iranjani li hemm provi dwar l-involviment dirett tagħhom fir-repressjoni li għaddejja; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jħejju għax-xenarji kollha possibbli, inkluż kollass potenzjali tar-reġim Iranjan, u jiżguraw li fl-ebda mument ma jingħata ażil fit-territorju tal-UE lil xi awtur tar-repressjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jitlob li d-dimostranti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti kollha li bħalissa jinsabu taħt arrest fl-Iran jinħelsu mingħajr kundizzjonijiet; jitlob li l-awtoritajiet jinfurmaw lill-familji kollha dwar il-post fejn jinsabu l-qraba detenuti tagħhom; jappella sabiex l-avukati u l-osservaturi internazzjonali jingħataw aċċess mingħajr xkiel għal dawk kollha detenuti waqt il-protesti u sabiex il-komunità internazzjonali tiġi infurmata bl-identità tad-detenuti; jappella għall-ħelsien u r-ripatrijazzjoni sikura minnufih taċ-ċittadini kollha tal-UE li bħalissa jinsabu l-ħabs fl-Iran u jikkundanna bil-qawwa l-użu bla mistħija min-naħa tar-reġim tad-diplomazija tal-ostaġġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jiċħad kategorikament l-allegazzjonijiet tal-awtoritajiet Iranjani li l-protesti kienu instigati minn aġenti barranin; jinnota li l-protesti jirriżultaw mill-iskuntentizza profonda ta’ partijiet kbar tal-popolazzjoni Iranjana, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, in-nisa u l-gruppi ta’ minoranza, bil-kriżijiet profondi u multipli li qed jiffaċċja l-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar fl-obbligi internazzjonali tal-Iran fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ir-rispett għad-dritt għal għaqda paċifika, il-libertà tal-espressjoni u d-dritt għall-ħajja, kif minquxa fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fit-trattati internazzjonali li l-Iran huwa parti għalihom; jistieden lill-UE tkompli tappoġġja lis-soċjetà ċivili, id-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet umanitarji fl-Iran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza n-natura profondament illeġittima u vjolenti tar-reġim inuman Iranjan, li huwa bbażat biss fuq it-terrur, il-biża’ u l-intimidazzjoni u li huwa kontra kwalunkwe pluraliżmu reliġjuż, kulturali u etniku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżerċitaw pressjoni effettiva fuq ir-reġim; jirrikonoxxi fil-mewġa vasta ta’ protesti sinjal inekwivoku tan-nuqqas ta’ sostenibbiltà ta’ din is-sistema wara għexieren ta’ snin ta’ oppressjoni, u jitlob tranżizzjoni ħielsa u demokratika fl-Iran; jestendi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mad-dijaspora Iranjana, li għandha rwol kruċjali fit-talba għal-libertà u d-demokrazija u fl-appoġġ għall-protesti; jirrikonoxxi lill-poplu Iranjan bħala l-uniku sors leġittimu ta’ awtorità u sovranità fl-Iran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jitlob li l-miżuri jiġu kkoordinati ma’ sħab tal-istess fehma, akkumpanjati minn sforzi biex tiġi miġġielda ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet fil-livell dinji; jilqa’ l-adozzjoni reċenti mill-Istati Uniti ta’ sanzjonijiet immirati kontra uffiċjali għolja Iranjani responsabbli għar-repressjoni, u jħeġġeġ lill-UE tieħu azzjoni simili; jitlob it-tkeċċija tal-qraba tal-membri tal-IRGC li qed jistudjaw jew jaħdmu fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jużaw l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jirrispondu għall-attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi, kif ukoll għall-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn atturi barranin, inklużi dawk imwettqa mill-awtoritajiet Iranjani jew attribwiti lilhom; iħeġġeġ l-użu sħiħ tas-Sett ta’ Għodod taċ-Ċiberdiplomazija tal-UE, inklużi miżuri restrittivi kontra individwi u entitajiet responsabbli għal attakki ċibernetiċi, u tar-reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE mmirat lejn attakki bħal dawn; iħeġġeġ lill-UE ssaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha fl-oqsma tal-komunikazzjoni strateġika, il-bini tar-reżiljenza u l-attribuzzjoni, f’koordinazzjoni mas-sħab internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jikkundanna t-tentattivi tar-reġim Iranjan li jiċċensura l-protesti billi jaqta’ l-aċċess għall-internet u n-networks tat-telefon madwar il-pajjiż; jappella li l-projbizzjonijiet kollha fuq il-komunikazzjonijiet u s-servizzi bbażati fuq l-internet fl-Iran jitneħħew minnufih; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu b’mod sinifikanti l-appoġġ tekniku u finanzjarju biex jiżguraw aċċess diġitali sigur u l-forniment ta’ għodod ta’ ċirkomvenzjoni taċ-ċensura u protezzjoni diġitali għas-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Iranjani; jistieden lill-fornituri tat-teknoloġija u tas-servizzi satellitari jesploraw il-mezzi legali u fattibbli kollha biex jiffaċilitaw l-aċċess sikur għas-servizzi ta’ komunikazzjoni, bħall-konnettività “diretta għall-mobile”, jiżguraw aċċess mingħajr interruzzjoni għall-informazzjoni għaċ-ċittadini Iranjani, b’mod partikolari sabiex jippermettu komunikazzjoni u twissijiet ta’ emerġenza permezz ta’ SMS, u jipprevjenu l-użu ħażin tal-pjattaformi għar-repressjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li għal għexieren ta’ snin ir-reġim Iranjan kien involut b’mod persistenti fl-immirar sistematiku lejn attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, dissidenti politiċi, komunitajiet minoritarji u n-nisa, b’mod partikolari permezz ta’ sistemi malizzjużi ta’ repressjoni; jesprimi solidarjetà mal-individwi kollha fl-Iran ippersegwitati għat-twemmin jew għall-identità tagħhom u jirrikonoxxi l-kuraġġ tal-komunitajiet minoritarji li qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni sistemika, inklużi l-Kurdi, il-Baluċijin, il-Baħai u l-Insara; jappella għall-ħelsien minnufih u mingħajr kundizzjonijiet tal-persuni kollha detenuti unikament talli eżerċitaw il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni t-talbiet tiegħu lill-Iran biex jagħti aċċess minnufih u mingħajr xkiel għall-Missjoni ta’ Ġbir ta’ Informazzjoni b’mandat min-NU, minħabba l-ħtieġa ta’ skrutinju internazzjonali f’din il-klima ta’ impunità totali li fiha l-awtoritajiet Iranjani wettqu b’mod sistematiku delitti serji skont id-dritt internazzjonali, inklużi qtil, tortura, stupru u għajbien furzat biex isikktu d-dissens, u l-ħtieġa li tinġabar u tiġi ppreservata l-evidenza biex tappoġġja prosekuzzjonijiet futuri; jitlob lill-UE tappoġġja l-estensjoni tal-mandat tal-Missjoni ta’ Ġbir ta’ Informazzjoni tan-NU dwar l-Iran fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u testendi l-mandat tagħha għall-investigazzjoni tal-atroċitajiet attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota r-rwol prominenti tan-nisa u l-bniet fil-protesti u jikkundanna l-oppressjoni sistemika mir-reġim tan-nisa u gruppi vulnerabbli oħra permezz ta’ liġijiet u regolamenti li jirrestrinġu b’mod sever il-libertajiet u d-drittijiet tagħhom, inkluża l-liġi degradanti tal-ilbies obbligatorju tal-ħiġab u l-infurzar abbużiv tagħha, ir-restrizzjonijiet severi fuq id-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva tan-nisa, u l-ksur tad-drittijiet politiċi, soċjali, ekonomiċi, kulturali u personali tan-nisa; jenfasizza li d-diskriminazzjoni fil-wirt, u l-liġijiet dwar ix-xhieda u n-nazzjonalità, li jagħtu lin-nisa status legali mhux ugwali u jillimitaw l-awtonomija tagħhom kemm fil-ħajja pubblika kif ukoll f’dik privata, jiksru l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem li l-Iran huwa soġġett għalihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jikkundanna għal darb’oħra l-għadd kbir ħafna ta’ eżekuzzjonijiet imwettqa f’dawn l-aħħar sentejn, b’mod partikolari minn mindu faqqgħu d-dimostrazzjonijiet reċenti lejn l-aħħar ta’ Diċembru, bħala simbolu tan-nuqqas totali ta’ rispett tar-reġim għall-ħajja u d-dinjità tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li l-Iran għandu l-ogħla rata ta’ sentenzi tal-mewt per capita fid-dinja u li mir-rewwixta ta’ “Mara, Ħajja, Libertà” fl-2022, l-awtoritajiet Iranjani taw bidu għal mewġa ta’ eżekuzzjonijiet bla waqfien, inkluż kontra dissidenti, nisa, ġurnalisti u minoranzi; jikkundanna l-fatt li fl-2025 biss ir-reġim qatel 1 500 persuna; itenni l-oppożizzjoni li ilha teżisti tal-UE għall-piena kapitali u jappella għall-abolizzjoni minnufih tal-piena tal-mewt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-oppożizzjoni Iranjana u jistieden lill-VP/RGħ tibda djalogu inklużiv mal-oppożizzjoni demokratika Iranjana, bl-għan li jiġi promoss futur demokratiku, ħieles u pluralistiku għall-Iran; jitlob li r-rappreżentanti tal-oppożizzjoni demokratika Iranjana jiġu mistiedna fil-Parlament Ewropew, filwaqt li jtenni li huwa f’idejn il-poplu Iranjan li jiddetermina l-gvern futur tiegħu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tespandi l-assistenza teknika u finanzjarja lis-soċjetà ċivili Iranjana; jappella sabiex l-atturi differenti fl-oppożizzjoni demokratika jaħdmu flimkien, u jwittu t-triq għal proċess ġust, inklużiv u demokratiku li jirnexxi biex jinġiebu l-libertà u d-dinjità liċ-ċittadini Iranjani kollha irrispettivament mill-etniċità, mir-reliġjon u mill-ġeneru tagħhom; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkooperaw mill-qrib ma’ sħab tal-istess fehma sabiex jappoġġjaw Iran ħieles li fih jipprevalu d-drittijiet universali tal-bniedem u l-ugwaljanza, imsawra mill-poplu Iranjan innifsu; jinsab konvint li l-promozzjoni tal-komunitajiet diversi tal-pajjiż u d-diversità reġjonali, kulturali u etnika fundamentali hija essenzjali biex jiġi żgurat futur demokratiku u paċifiku għall-Iran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja għal darb’oħra kif ir-reġim Iranjan żera’ b’mod attiv il-kaos u l-qerda fir-reġjun kollu għal għexieren ta’ snin, filwaqt li adotta sistemi brutali ta’ repressjoni interna u tranżnazzjonali; jikkundanna l-użu brutali mill-awtoritajiet Iranjani tar-repressjoni tranżnazzjonali, kemm online kif ukoll offline, biex isikktu, jintimidaw, irażżnu, iġiegħlu jew saħansitra jaħtfu lill-opponenti, kif ukoll biex jheddu lill-familji tagħhom barra l-pajjiż; jistieden lill-Kummissjoni biex, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, issaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ prevenzjoni, protezzjoni u rispons fl-UE u tiżgura li l-atti kollha ta’ repressjoni tranżnazzjonali jiġu investigati b’mod effettiv u tittieħed azzjoni penali effettiva fir-rigward tagħhom; jenfasizza li l-Iran għadu jikkostitwixxi t-theddida l-aktar sostanzjali u l-akbar waħda għas-sigurtà u l-istabbiltà tar-reġjun usa’ u l-aktar ostaklu sinifikanti għall-paċi; itenni l-kundanna qawwija tiegħu tal-attivitajiet malizzjużi u l-indħil tal-Iran fir-reġjun kollu u lil hinn minnu, bl-aktar mod prominenti fil-Libanu, fis-Sirja, fil-Jemen, fl-Iraq, fix-Xatt tal-Punent u f’Gaża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li l-Iran u r-Russja ikkondividew dejjem aktar intelligence kritika u kkooperaw biex jevadu s-sanzjonijiet permezz ta’ kumpaniji fittizji, konnessjonijiet bankarji u trasferimenti taż-żejt b’apparat ta’ traċċar mitfi; jappella għal infurzar aħjar tas-sanzjonijiet tal-UE, għal aġġornament urġenti tas-sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatika biex tiġi miġġielda l-evażjoni tas-sanzjonijiet u tal-embargo, u għal aktar sorveljanza u spezzjonijiet ta’ bastimenti Iranjani ssuspettati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ, b’koordinazzjoni mal-Istati Membri, tintensifika l-impenn diplomatiku b’appoġġ tal-poplu Iranjan billi tesplora l-istabbiliment ta’ preżenza jew rappreżentanza diplomatika msaħħa tal-UE li tkun kapaċi tipprovdi protezzjoni, assistenza umanitarja u appoġġ konsulari lil individwi f’riskju talli eżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom, inklużi dimostranti paċifiċi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu kkunsidrati miżuri li jistgħu jipprovdu punti ta’ rifuġju, informazzjoni u assistenza f’konformità mad-dritt internazzjonali u preċedenti legali rilevanti tal-Istati Membri tal-UE, bl-objettiv li tittejjeb il-kapaċità tal-Unjoni li timmonitorja, tirrapporta u tirrispondi għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-post;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-VP/RGħ li timplimenta aktar miżuri koerċittivi kontra l-Iran; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jespandu malajr il-miżuri restrittivi eżistenti sabiex jirreaġixxu b’mod urġenti u xieraq għar-repressjoni li għaddejja; jilqa’ l-fatt li l-UE qed tikkunsidra sanzjonijiet immirati kontra individwi u entitajiet responsabbli għar-repressjoni vjolenti tad-dimostranti, u jħeġġeġ l-adozzjoni rapida tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jeżiġi li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jipproduċi rapporti regolari dwar is-sitwazzjoni fl-Iran; jissuġġerixxi li jiġi stabbilit jew identifikat domain li fih jistgħu jiġu rreġistrati l-ismijiet tal-vittmi kollha tal-massakri reċenti, sabiex jiġu dokumentati u ppreservati r-rekords ta’ dawk maqtula jew li saritilhom ħsara;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lis-SEAE jitolbu sessjoni speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar il-kriżi tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran biex juru u jrawmu oppożizzjoni internazzjonali leġittima għall-imġiba tar-reġim Iranjan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-isforzi kollha ta’ obbligu ta’ rendikont fi ħdan u barra n-NU bl-għan li jiġu ddokumentati l-imwiet u li jsiru investigazzjonijiet fil-pront, indipendenti u trasparenti dwarhom, inkluż permezz tal-ġbir ta’ testimonjanzi u evidenza minn persuni li qed jaħarbu mill-pajjiż; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU biex jorganizza sessjoni speċjali dwar is-sitwazzjoni fl-Iran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza li kwalunkwe normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Iran tiddependi fuq il-ħelsien mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha, it-tmiem verifikabbli tar-repressjoni sistematika, u l-progress ġenwin lejn id-demokrazija u l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jqajmu dan il-ksur mir-reġim Iranjan f’fora bilaterali u multilaterali, u jiżguraw li l-miżuri restrittivi tal-UE jibqgħu mmirati, ibbażati fuq l-evidenza u ffukati fuq individwi u entitajiet responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-President tiegħu, Roberta Metsola, li tipprojbixxi lill-persunal diplomatiku kollu u lir-rappreżentanti kollha tar-reġim Iranjan mill-bini kollu tal-Parlament; jistieden lill-Istati Membri tiegħu jagħmlu l-istess u jadottaw restrizzjonijiet simili, inkluża, jekk meħtieġ, ir-revoka tal-istatus diplomatiku tal-persunal tal-missjonijiet diplomatiċi u konsulari tal-Iran madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, kif ukoll lill-Istati Membri, u lill-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>