<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0024</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-tentattiv biex jittieħed kontroll tax-xandar pubbliku tal-Litwanja u t-theddida għad-demokrazija fil-Litwanja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0070, 0073, 0074, 0075 u 0078/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2026 dwar it-tentattiv biex jittieħed kontroll tax-xandar pubbliku tal-Litwanja u t-theddida għad-demokrazija fil-Litwanja (2026/2568(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 114 u 258 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media), u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 21 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) dwar il-libertà tal-media,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 29 dwar is-Sistema tax-Xandir Pubbliku fl-Istati Membri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 326, 26.10.2012, p. 312, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2012/pro_29/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja dwar l-istatus kostituzzjonali u l-indipendenza tax-xandar pubbliku nazzjonali, b’mod partikolari d-deċiżjonijiet tagħha tal-21 ta’ Diċembru 2006, tas-16 ta’ Mejju 2019 u tat-3 ta’ Novembru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Lista ta’ Kontroll aġġornata tal-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt (il-Kummissjoni ta’ Venezja) u s-Sett ta’ Għodod tal-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-iżviluppi leġiżlattivi reċenti fil-Litwanja li jaffettwaw il-mudell ta’ finanzjament għax-xandar pubbliku nazzjonali u li għandhom l-għan li jissimplifikaw il-proċeduri għat-tkeċċija tad-direttur ġenerali tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kummissjoni, b’mod partikolari r-Rapport tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt, u b’mod speċifiku l-kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Litwanja (SWD(2025)0915),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-media ħielsa, indipendenti u pluralistika tikkostitwixxi wieħed mill-pilastri essenzjali tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE; billi l-fatt li jiddgħajfu x-xandara nazzjonali pubbliċi jimmina l-istandards tal-libertà tal-media fi żmien meta d-diżinformazzjoni, l-indħil barrani u l-polarizzazzjoni politika qed jiżdiedu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-fornituri tal-media tas-servizz pubbliku għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar tal-aċċess għal informazzjoni imparzjali, fis-salvagwardja tal-pluraliżmu, fl-iskrutinju ta’ dawk fil-poter, fl-akkontabbiltà tal-awtoritajiet pubbliċi, fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u fl-abilitazzjoni ta’ parteċipazzjoni demokratika infurmata; billi dawn il-funzjonijiet jistgħu jiġu ssodisfati b’mod effettiv biss meta l-indipendenza istituzzjonali u editorjali tax-xandar tas-servizz pubbliku tkun garantita bis-sħiħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-riformi li jaffettwaw lill-fornituri tal-media tas-servizz pubbliku għandhom jitwettqu b’mod trasparenti u inklużiv, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-ġurnalisti, is-soċjetà ċivili u l-esperti tal-media, u f’konformità mad-dritt tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-fornituri tal-media tas-servizz pubbliku għandhom rwol partikolari fis-suq intern għas-servizzi tal-media billi jiżguraw li ċ-ċittadini u n-negozji jkollhom aċċess għal offerta ta’ kontenut varjat, li tinkludi informazzjoni ta’ kwalità u kopertura tal-media imparzjali u bbilanċjata, u għalhekk huma strumentali biex jirrispettaw id-dritt fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, jippermettu lin-nies ifittxu u jirċievu informazzjoni varjata, u jippromwovu l-valuri tad-demokrazija, id-diversità kulturali u l-koeżjoni soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-funzjonament indipendenti tal-fornituri tal-media tas-servizz pubbliku jirrikjedi salvagwardji legali nazzjonali robusti biex tiġi protetta l-indipendenza editorjali u istituzzjonali tagħhom u biex jiġi żgurat l-għoti imparzjali ta’ pluralità ta’ informazzjoni u opinjonijiet; billi skont l-Artikolu 3 tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media, l-Istati Membri jeħtieġ jirrispettaw id-dritt taċ-ċittadini li jkollhom aċċess għal pluralità ta’ kontenut tal-media editorjalment indipendenti, għall-benefiċċju ta’ diskors liberu u demokratiku; billi l-Artikolu 5 tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media jagħti effett lil dawn il-prinċipji billi jistabbilixxi salvagwardji vinkolanti għal proċeduri trasparenti u oġġettivi għall-ħatra u t-tkeċċija tal-kap tal-maniġment jew tal-membri tal-bord maniġerjali tal-fornituri tal-media tas-servizz pubbliku, inklużi dispożizzjonijiet li jiżguraw li kwalunkwe tkeċċija bikrija tkun eċċezzjoni, debitament ġustifikata, soġġetta għal notifika minn qabel u miftuħa għal rieżami ġudizzjarju; billi l-Artikolu 5(3) tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li “l-proċeduri ta’ finanzjament għall-fornituri tal-media tas-servizz pubbliku jkunu bbażati fuq kriterji trasparenti u oġġettivi stabbiliti minn qabel”, filwaqt li jipprovdu riżorsi finanzjarji adegwati, sostenibbli u prevedibbli allinjati mal-mandat tas-servizz pubbliku tagħhom u jissalvagwardjaw l-indipendenza editorjali tagħhom; billi skont l-Artikolu 21 tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media, kwalunkwe miżura leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva nazzjonali li tista’ taffettwa l-pluraliżmu tal-media jew l-indipendenza editorjali trid tkun debitament ġustifikata u proporzjonata;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2025, il-President tal-Kummissjoni ssottolinjat li t-treġġigħ lura tal-media tradizzjonali u indipendenti f’partijiet tal-UE ħoloq “deżerti tal-aħbarijiet” li fihom id-diżinformazzjoni tikber, u li dan joħloq riskju serju għad-demokrazija; billi hija enfasizzat li l-media indipendenti hija essenzjali biex dawk fil-poter jinżammu responsabbli u biex tiġi evitata l-korruzzjoni, u li l-manipulazzjoni tagħha spiss hija l-ewwel pass ta’ prattiki awtoritarji, għax dan jippermetti li r-rigress demokratiku u l-korruzzjoni jseħħu mingħajr skrutinju pubbliku;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-esperjenza f’diversi Stati Membri u madwar id-dinja turi li t-tentattivi biex tiġi mmanipulata l-media tas-servizz pubbliku jistgħu jikkostitwixxu pass bikri lejn rigress demokratiku usa’;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja, ix-xandar pubbliku nazzjonali huwa fdat b’missjoni speċjali ta’ interess pubbliku li jiżgura li s-soċjetà tkun infurmata kif xieraq fil-livell nazzjonali b’mod li jrawwem valuri umani kostituzzjonali u komuni; billi, skont il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja, fit-twettiq ta’ din il-missjoni fdata kostituzzjonalment, l-attività tax-xandar pubbliku nazzjonali trid tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ demokrazija pluralistika, l-oġġettività, l-imparzjalità, u r-rispett lejn id-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, inklużi l-libertà ta’ twemmin u tal-espressjoni tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja sostniet li l-missjoni kostituzzjonali tax-xandar pubbliku nazzjonali timplika l-indipendenza tiegħu, u li kwalunkwe mudell ta’ kontroll irid jibqa’ kompatibbli mal-indipendenza tax-xandar u ma jridx jammonta għal ċensura jew interferenza politika;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi wara l-elezzjonijiet parlamentari tal-2024 fil-Litwanja, ġiet iffurmata koalizzjoni governattiva li tinkludi l-partit populista tal-lemin estrem Nemuno Aušra; billi fil-25 ta’ April 2024, il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja sabet li l-mexxej ta’ dan il-partit kien wettaq ksur gravi tal-Kostituzzjoni u ksur tal-ġurament kostituzzjonali billi għamel dikjarazzjonijiet antisemitiċi u li jinċitaw il-mibegħda; billi dawn is-sejbiet ġew sussegwentement ikkonfermati minn qorti tal-prim’istanza; billi la l-koalizzjoni fil-gvern u lanqas il-partit Nemuno Aušra ma tbiegħdu minn dawn l-azzjonijiet; billi l-mexxej tal-partit Nemuno Aušra għad għandu rwol prominenti fi ħdan il-maġġoranza governattiva u jippromwovi b’mod attiv kampanja li tpoġġi fil-mira r-Radju u t-Televiżjoni Nazzjonali Litwani (LRT);
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Prim Ministru Litwan f’Lulju 2025 kellu jirriżenja minn din il-koalizzjoni governattiva wara sejbiet ta’ ġurnaliżmu investigattiv, inkluż rappurtar mil-LRT, li qajjem tħassib serju dwar l-allegat involviment tiegħu fi prattiki korrotti; billi aktar tard fl-2025, l-inizjattivi leġiżlattivi li jaffettwaw il-finanzjament u l-governanza tal-LRT wasslu għal tħassib domestiku u internazzjonali dwar il-libertà tal-media u l-indipendenza istituzzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fuq l-inizjattiva tal-membri tal-maġġoranza parlamentari fil-gvern, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Litwanja ngħata l-mandat li jwettaq awditu komprensiv tal-prestazzjoni tal-LRT, li jivvaluta l-attivitajiet tiegħu għall-2021-2024 f’termini ta’ ekonomija, effiċjenza u effikaċja; billi fil-konklużjonijiet tiegħu, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar sab li l-maġġoranza l-kbira tal-indikaturi tal-prestazzjoni strateġika u operazzjonali tal-LRT kienu nkisbu f’livell ta’ mill-inqas 90 %, u li l-ippjanar u l-użu tar-riżorsi finanzjarji tal-LRT kienu sostanzjati u trasparenti, b’xi aspetti li kellhom jiġu indirizzati, bħall-akkwist pubbliku u l-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-persunal; billi r-rakkomandazzjonijiet tal-awditu kellhom l-għan li jkomplu jtejbu l-proċessi interni u ma rrakkomandaw l-ebda bidla fil-mudell ta’ finanzjament, fl-istruttura ta’ governanza jew fit-tmexxija tal-LRT, u lanqas ma talbu xi azzjoni politika jew istituzzjonali f’dak ir-rigward; billi wara dawn is-sejbiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar, segwew azzjonijiet ulterjuri, inklużi spezzjonijiet li jikkoinċidu fuq xulxin, talbiet indirizzati lil korpi statali oħra biex jivverifikaw l-attivitajiet tal-LRT, u attakki ripetuti mill-pubbliku kontra l-maniġment tal-LRT; billi xi organizzazzjonijiet tal-media u tal-ġurnalisti wissew li s-sejbiet tal-awditu ġew rappreżentati ħażin pubblikament u użati b’mod selettiv fid-diskors politiku; billi la r-rakkomandazzjonijiet tal-awditu u lanqas kwalunkwe argument ieħor ma jistgħu jiġġustifikaw miżuri leġiżlattivi li jmorru kontra l-Kostituzzjoni Litwana u l-l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi fis-27 ta’ Novembru 2025, il-Parlament Litwan, is-Seimas, adotta emendi għal-Liġi dwar l-LRT, filwaqt li ffriża l-baġit tal-LRT għall-2026-2028 għal-livell tal-2025 ta’ EUR 79,6 miljun, u naqqas is-sehem futur tiegħu tad-dħul mit-taxxa, li rriżulta fi tnaqqis strutturali u fit-tul fil-finanzjament pubbliku; billi dawn l-emendi ġew introdotti ftit qabel l-adozzjoni u ġew adottati lejlet sena finanzjarja ġdida u mingħajr deliberazzjoni adegwata, fatt li qajjem tħassib serju fir-rigward taċ-ċertezza tad-dritt, l-aspettattivi leġittimi u l-konformità mal-prinċipju ta’ <STRING ITALIC="on">vacatio legis</STRING> inerenti fl-istat tad-dritt;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi sussegwentement ġew introdotti abbozzi ta’ liġi, li jdgħajfu s-salvagwardji għat-tkeċċija bikrija tad-direttur ġenerali tal-LRT min-naħa tal-Kunsill tal-LRT, li żewġ terzi minnu (8 minn 12-il membru) jinħatru mill-awtoritajiet politiċi, jiġifieri l-President u s-Seimas, li kull wieħed minnhom jaħtar erba’ membri; billi dawn l-abbozzi ta’ liġi jipproponu li l-maġġoranza kwalifikata meħtieġa għat-tkeċċija tad-direttur ġenerali tiġi sostitwita b’maġġoranza sempliċi, li jitneħħa r-rekwiżit ta’ ġustifikazzjoni tal-interess pubbliku u li tiġi introdotta l-votazzjoni sigrieta fi ħdan il-Kunsill tal-LRT;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi dawn l-inizjattivi leġiżlattivi ġew introdotti u avvanzati taħt proċeduri aċċellerati, fin-nuqqas ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali oġġettivament ġustifikati, u b’hekk imminaw it-trasparenza, l-inklużività u l-parteċipazzjoni sinifikanti tal-partijiet ikkonċernati u tas-soċjetà ċivili, u ma laħqux l-istandards tal-UE u dawk kostituzzjonali ta’ governanza responsabbli; billi l-Kunsill tal-Ewropa, l-Unjoni Ewropea tax-Xandir, l-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-ġurnalisti, id-Dipartiment Legali tas-Seimas, il-Kummissjoni Nazzjonali Litwana għall-UNESCO u r-Rappreżentant tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) dwar il-Libertà tal-Media, kollha wissew li dawn il-miżuri jżidu b’mod sinifikanti l-vulnerabbiltà tal-LRT għall-pressjoni politika; billi s-Servizz tal-Investigazzjoni Speċjali tar-Repubblika tal-Litwanja – l-awtorità nazzjonali ta’ kontra l-korruzzjoni – identifika riskji relatati mal-korruzzjoni fil-valutazzjoni tiegħu tal-emendi leġiżlattivi proposti u kkonkluda li l-introduzzjoni ta’ votazzjoni sigrieta għat-tkeċċija tad-direttur ġenerali tal-LRT tista’ tkun inkompatibbli mal-prinċipji tat-trasparenza, tal-ftuħ u tal-akkontabbiltà pubblika, u li huma komponenti essenzjali tal-governanza demokratika u tal-istat tad-dritt;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-emendi politiċizzati proposti jidhru li huma mmirati lejn id-direttur ġenerali attwali tal-LRT, kif jixhdu d-dikjarazzjonijiet pubbliċi li saru matul il-proċess leġiżlattiv li jesprimu nuqqas ta’ sodisfazzjon bil-prestazzjoni tagħha u jindikaw b’mod espliċitu l-intenzjoni li jagħmlu possibbli t-tneħħija tagħha mill-kariga; billi l-leġiżlazzjoni li tpoġġi fil-mira lil individwu speċifiku (leġiżlazzjoni <STRING ITALIC="on">ad personam</STRING>) hija inkompatibbli mal-prinċipji tal-istat tad-dritt, inklużi ċ-ċertezza tad-dritt, il-ġeneralità tal-liġijiet u l-projbizzjoni tal-eżerċizzju arbitrarju tal-poter;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-persunal tal-LRT għamel strajk fid-9 ta’ Diċembru 2025 biex jipprotesta kontra dawn il-bidliet, u jwissi li se “jżarmaw is-salvagwardji li jipproteġu l-indipendenza tal-LRT”; billi t-tentattivi biex tiġi mmanipulata l-LRT qajmu mewġa ta’ mobilizzazzjoni pubblika li matulha għexieren ta’ eluf ta’ ċittadini ħadu sehem f’dimostrazzjonijiet f’Vilnius fid-9 ta’ Diċembru 2025 u bejn is-16 u t-18 ta’ Diċembru 2025, u aktar minn 140 000 ċittadin iffirmaw petizzjoni pubblika li topponi l-inizjattivi leġiżlattivi, li biha wrew tħassib soċjetali wiesa’ għal-libertà tal-media u għall-istandards demokratiċi fil-Litwanja;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Parlament Ewropew għandu r-responsabbiltà li juri s-solidarjetà tiegħu mal-atturi tas-soċjetà ċivili li jiddefendu l-valuri demokratiċi, inklużi l-libertà tal-espressjoni, tal-media u tal-għaqda, u li jaġixxi b’mod deċiżiv meta jinħolqu riskji sistemiċi għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt u għal-libertà tal-media fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi, wara s-sospensjoni ta’ inizjattivi leġiżlattivi aċċellerati, ġie stabbilit grupp ta’ ħidma parlamentari biex jeżamina l-mudell ta’ governanza tal-LRT; billi l-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti Professjonali u grupp ta’ inizjattiva ta’ ġurnalisti tal-LRT irrifjutaw li jipparteċipaw, hekk kif semmew in-nuqqas ta’ djalogu, l-istediniet selettivi, u d-dikjarazzjonijiet li jindikaw li kienu se jitqiesu mill-ġdid l-istess emendi li kienu qed jiġu kkontestati; billi dawn l-organizzazzjonijiet wissew li dan il-proċess jirriskja li jilleġittimizza l-indħil politiku bl-iskuża ta’ konsultazzjoni u jippermettu tentattivi mġedda għal ċensura indiretta u salvagwardji mdgħajfa għall-indipendenza editorjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi fil-kuntest tal-inizjattivi leġiżlattivi li għaddejjin li jaffettwaw il-governanza tal-LRT, l-LRT ġie kkritikat talli uża l-ħin tal-ajru u r-riżorsi għall-azzjonijiet ta’ protesta tal-ġurnalisti fid-difiża tal-libertà tal-espressjoni, inkluż ix-xandir ta’ minuti ta’ silenzju; billi tali dikjarazzjonijiet jirriskjaw li jikkontribwixxu għall-pressjoni politika u jista’ jkollhom effett skoraġġanti fuq l-indipendenza editorjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi skont il-Pjattaforma tas-Sikurezza tal-Ġurnalisti tal-Kunsill tal-Ewropa, il-finanzjament ibbażat fuq il-PDG li l-Litwanja talloka lill-media tas-servizz pubbliku diġà huwa wieħed mill-aktar baxxi fl-UE, u l-LRT wissa li restrizzjonijiet finanzjarji fit-tul ifixklu r-rwol legalment awtorizzat tiegħu bħala s-sors primarju ta’ komunikazzjoni ta’ kriżi u ta’ emerġenza tal-pajjiż, inkluża l-kapaċità tiegħu li jkompli jxandar mingħajr interruzzjoni matul emerġenzi nazzjonali,
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi fir-Rapport tagħha tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż lil-Litwanja, li fihom appellat għal sforzi kontinwi biex jissaħħu l-indipendenza, il-finanzjament stabbli u l-governanza trasparenti tal-media tas-servizz pubbliku, inklużi salvagwardji kontra l-influwenza politika fil-proċeduri tal-ħatra u tat-tkeċċija;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-LRT talab li l-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa tippreżenta opinjoni urġenti dwar l-emendi pendenti; billi l-Kummissjoni ta’ Venezja ddeċidiet li tħejji opinjoni urġenti dwar l-emendi leġiżlattivi rilevanti, filwaqt li enfasizzat il-gravità tas-sitwazzjoni; billi l-Kummissjoni ta’ Venezja żaret il-Litwanja fid-19 u l-20 ta’ Jannar biex tivvaluta s-sitwazzjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jirrikonoxxi u japprezza r-rwol essenzjali tal-media pubblika, b’mod partikolari l-fornituri tal-media tas-servizz pubbliku nazzjonali, fiż-żamma u l-promozzjoni tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, u fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, il-propaganda u forom oħra ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni, u b’hekk tiġi ssalvagwardjata demokrazija pluralistika u reżiljenti; jissottolinja li media indipendenti u affidabbli hija indispensabbli għall-akkontabbiltà demokratika, peress li tippermetti liċ-ċittadini jiskrutinizzaw lil dawk fil-poter u jidentifikaw il-korruzzjoni u l-abbuż tal-uffiċċju; jisħaq li l-fatt li jiddgħajfu l-ekosistemi tal-media indipendenti jdgħajjef b’mod sinifikanti l-akkontabbiltà demokratika, jiffaċilita d-diżinformazzjoni u l-korruzzjoni, u jherri l-kapaċità taċ-ċittadini li jżommu lil dawk fil-poter akkontabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li t-tentattivi biex tiġi polarizzata s-soċjetà, tiddgħajjef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet demokratiċi u jiġu mminati l-ekosistemi tal-media indipendenti jaqdu l-objettivi tal-gwerra ibrida mwettqa mill-Federazzjoni Russa u setgħat ostili oħra kontra l-UE u l-Istati Membri tagħha, bil-għan li titherra r-reżiljenza demokratika; jisħaq li xandara tas-servizz pubbliku b’saħħithom u indipendenti huma linja ewlenija ta’ difiża kontra tali interferenza ostili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-ġurnaliżmu investigattiv bħala komponent ewlieni tar-reżiljenza demokratika u jiżguraw li l-media tas-servizz pubbliku tkun strutturalment u finanzjarjament kapaċi tappoġġja l-ġurnaliżmu investigattiv, inklużi investigazzjonijiet fit-tul u impenjattivi fir-riżorsi li jirrikjedu, u li l-ġurnalisti jkunu protetti minn kwalunkwe forma ta’ pressjoni politika, intimidazzjoni jew ritaljazzjoni, kemm diretta kif ukoll indiretta, b’reazzjoni għall-eżerċizzju legali tad-dmirijiet professjonali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jesprimi solidarjetà sħiħa mal-ġurnalisti Litwani, mal-LRT u mal-atturi tas-soċjetà ċivili li jiddefendu l-libertà tal-media, inkluża l-indipendenza istituzzjonali u editorjali tal-LRT;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkundanna t-tentattivi kollha biex tiġi mminata l-indipendenza tal-LRT, inklużi l-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi u l-pressjoni politika li huma mmirati biex jinkiseb kontroll politiku fuq l-LRT;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iqis li l-iffriżar u t-tnaqqis tal-finanzjament tal-LRT, fin-nuqqas ta’ neċessità ekonomika oġġettiva, jikkostitwixxu pressjoni politika inkompatibbli mal-garanziji kostituzzjonali u mal-Artikolu 5(3) tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iqis li l-emendi proposti biex jitnaqqsu s-salvagwardji għat-tkeċċija bikrija tad-direttur ġenerali tal-LRT jirriskjaw li jippermettu interferenza politika arbitrarja u huma inkompatibbli kemm mal-garanziji kostituzzjonali u kemm mal-istandards Ewropej għall-indipendenza tal-media tas-servizz pubbliku, inkluż l-Artikolu 5(2) tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe forma ta’ leġiżlazzjoni<STRING ITALIC="on"> ad personam</STRING> u jfakkar li l-liġijiet imfassla biex ipoġġu fil-mira lil individwi speċifiċi minħabba l-prestazzjoni indipendenti tal-attivitajiet professjonali tagħhom huma inkompatibbli mal-prinċipji tad-demokrazija pluralistika u tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li l-użu ta’ proċeduri leġiżlattivi politiċizzati aċċellerati għal dawn l-emendi huwa nieqes minn raġunijiet oġġettivi u kostituzzjonalment ġustifikati, jonqos milli jiżgura t-trasparenza, l-inklużività u l-parteċipazzjoni sinifikattiva tal-partijiet ikkonċernati ewlenin u tas-soċjetà ċivili, u ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ proċedura tat-tfassil tal-liġijiet trasparenti, akkontabbli, inklużiva u demokratika inerenti fil-prinċipju tal-istat tad-dritt u fl-aħjar prattika Ewropea għall-proċess tat-tfassil tal-liġijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Iħeġġeġ lis-Seimas jirrifjuta l-emendi pendenti, inkluż li jitbaxxa l-livell limitu għat-tkeċċija tad-direttur ġenerali tal-LRT, li jitneħħa r-rekwiżit li t-tkeċċija tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi ta’ interess pubbliku, u li jiġu introdotti votazzjonijiet sigrieti, u jiżgura li kwalunkwe emenda leġiżlattiva, jekk tkun meħtieġa, tiġi adottata biss wara li l-Kummissjoni ta’ Venezja tippreżenta l-opinjoni tagħha, u jirrispetta l-l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja u tar-Rappreżentant għal-Libertà tal-Media tal-OSKE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lis-Seimas u lill-Gvern Litwan jimminimizzaw l-influwenza politika fil-formazzjoni tal-Kunsill tal-LRT, inkluż billi jnaqqsu l-għadd ta’ siġġijiet allokati lill-persuni maħtura tal-korpi politiċi u billi jistabbilixxu rekwiżiti professjonali adegwati għall-membri tal-Kunsill; jistieden, barra minn hekk, lis-Seimas u lill-Gvern Litwan joqogħdu lura milli jadottaw u jirrevokaw miżuri leġiżlattivi u oqfsa baġitarji diġà adottati li jimminaw l-indipendenza tal-LRT u jiżguraw finanzjament stabbli, prevedibbli u adegwat għalih, li jkun konsistenti mar-rekwiżiti tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media, b’mod partikolari dawk li jiksru l-Artikolu 5 tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media rigward il-protezzjoni tal-ġestjoni tal-media tas-servizz pubbliku mit-tkeċċija politika u l-iżgurar ta’ finanzjament stabbli ta’ xandar pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni timmonitorja kwalunkwe żvilupp li jikkonċerna l-libertà tal-media u l-indipendenza tal-media tas-servizz pubbliku fil-Litwanja, biex tivvaluta l-konformità tal-emendi adottati u pendenti mal-l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media u mal-prinċipju tal-istat tad-dritt, tinforma lill-awtoritajiet Litwani kif xieraq, u tuża l-għodod kollha, inklużi l-proċeduri ta’ ksur u s-Sett ta’ Għodod tal-Istat tad-Dritt tal-UE, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Litwani jsaħħu l-konsultazzjoni wiesgħa u trasparenti mas-soċjetà ċivili, mal-professjonisti tal-media u mal-istituzzjonijiet Ewropej dwar il-governanza u l-finanzjament tal-media tas-servizz pubbliku; jistieden lill-partiti politiċi jikkunsidraw bir-reqqa l-emendi proposti għal-Liġi dwar l-LRT u jiżguraw li kwalunkwe bidla leġiżlattiva futura tkun soġġetta għal konsultazzjoni pubblika, inkluż il-kontribut mill-ġurnalisti nazzjonali u internazzjonali, mill-organizzazzjonijiet tal-libertà tal-media u mill-maniġment tal-LRT;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifakkar li l-esperjenza minn Stati Membri oħra u madwar id-dinja turi li t-tentattivi biex tiġi mmanipulata l-media tas-servizz pubbliku spiss jikkostitwixxu l-ewwel stadju ta’ rigress demokratiku usa’, li jwassal għall-erożjoni tal-libertà tal-media, l-indipendenza ġudizzjarja u l-integrità elettorali; jinnota bi tħassib kbir li l-media tas-servizz pubbliku u x-xandara pubbliċi madwar l-Ewropa qed ikunu dejjem aktar soġġetti għal attakki politiċi u ideoloġiċi, kampanji ta’ malafama, intimidazzjoni u tentattivi biex jimminaw l-indipendenza editorjali tagħhom u għal finanzjament stabbli minn atturi tal-lemin estrem li jfittxu li jdgħajfu l-ġurnaliżmu indipendenti u l-kontrokontrolli demokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Ifakkar fir-rwol importanti l x-xandara pubbliċi jaqdu fil-preservazzjoni tal-pluraliżmu tal-media, kif huwa rikonoxxut fil-Protokoll Nru 29 tat-Trattati; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu l-mezzi finanzjarji u tekniċi adegwati meħtieġa biex ix-xandara pubbliċi jwettqu l-funzjoni soċjali tagħhom u jaqdu l-interess pubbliku; jistieden lill-Istati Membri, barraminhekk, jiggarantixxu l-indipendenza editorjali tax-xandara pubbliċi billi jipproteġuhom, permezz ta’ oqfsa regolatorji ddefiniti b’mod ċar, minn kwalunkwe forma ta’ interferenza kummerċjali, governattiva jew politika, u li jiżguraw awtonomija u indipendenza sħiħa ta’ ġestjoni fejn jidħlu l-korpi u l-entitajiet pubbliċi kollha li jeżerċitaw is-setgħat fl-oqsma tax-xandir u tat-telekomunikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza li s-salvagwardja tal-indipendenza tal-media tas-servizz pubbliku hija responsabbiltà Ewropea kondiviża u kundizzjoni essenzjali għall-kredibbiltà tal-UE bħala komunità msejsa fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-media madwar l-UE, inkluż permezz ta’ aktar finanzjament u appoġġ immirat għall-media indipendenti, lokali u tas-servizz pubbliku; jisħaq li tali appoġġ huwa essenzjali għall-prevenzjoni tar-rigress demokratiku u għas-salvagwardja tal-parteċipazzjoni ċivika infurmata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lis-Seimas, lill-President u lill-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja, u lill-Kunsill tal-Ewropa.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>