<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0027</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petr Bystron</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0009/2026 - Rapporteur: Adrián Vázquez Lázara)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petr Bystron (2025/2077(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petr Bystron, imressqa b’ittra tal-24 ta’ Ottubru 2024 mill-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Ġustizzja, li għaddiet talba mill-Kap Prosekutur Pubbliku ta’ Munich b’rabta mal-proċedimenti kriminali mressqa kontra Petr Bystron, u mħabbra fis-seduta plenarja fit-3 ta’ April 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-fatt li Petr Bystron irrinunzja għad-dritt tiegħu li jinstema’ skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra</STRING> vs <STRING ITALIC="on">De Gregorio u Clemente</STRING>, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023, <STRING ITALIC="on">Puigdemont i Casamajó et</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-272/21, ECLI:EU:T:2023:373.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Bażika tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0009/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Ministeru Federali Ġermaniż għall-Ġustizzja bagħat talba mill-Kap Prosekutur Pubbliku fi Munich għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petr Bystron, Membru tal-Parlament Ewropew elett fil-Ġermanja, b’rabta ma’ allegati atti li jistgħu jammontaw għal frodi skont it-Taqsima 263(1) tal-Kodiċi Kriminali Ġermaniż, rigward allegata dikjarazzjoni falza b’rabta mal-iżborż ta’ allowance b’rata fissa;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont it-talba, Petr Bystron kien membru tal-Bundestag Ġermaniż mill-2017 sa Lulju 2024; billi fil-kapaċità tiegħu bħala membru tal-Bundestag Ġermaniż, huwa kien intitolat, skont it-Taqsima 12(3) tal-Att dwar il-Membri tal-Bundestag (AbgG), għal allowance b’rata fissa li tkopri, fost l-oħrajn, l-impjieg ta’ persunal; billi, fl-10 ta’ Novembru 2021, Petr Bystron iffirma kuntratt ta’ impjieg biex jimpjega membru tal-persunal bħala “uffiċjal klerikali/tajpista” fl-uffiċċju tal-kostitwenza tiegħu fi Munich; billi huwa allegat li bis-sottomissjoni tal-kuntratt ta’ impjieg lill-amministrazzjoni tal-Bundestag, Petr Bystron iddikjara espressament li dak il-membru tal-persunal se jkun qed jaħdem bħala uffiċjal klerikali/tajpista fl-uffiċċju tal-kostitwenza tiegħu; billi t-talba tindika li, fil-fatt, dak il-membru tal-persunal ma ħadimx bħala uffiċjal klerikali/tajpista; billi huwa allegat li minħabba l-informazzjoni żbaljata fil-kuntratt ta’ impjieg, l-amministrazzjoni tal-Bundestag assumiet, b’mod żbaljat, li l-kundizzjonijiet skont it-Taqsima 12(3) tal-AbgG għall-iżborż tal-allowance b’rata fissa kienu ġew issodisfati u għalhekk tat istruzzjonijiet biex il-pagamenti tas-salarju jsiru lill-membru tal-persunal (madwar EUR 14 850 b’kollox); billi, skont it-talba, Petr Bystron kien jaf b’dawk iċ-ċirkostanzi u għalhekk huwa suspettat li intenzjonalment għamel dikjarazzjoni falza;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Petr Bystron ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024 u ma kienx Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien meta twettaq l-allegat reat;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-allegat reat u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità ta’ Petr Bystron ma jikkostitwux u mhumiex relatati ma’ opinjoni espressa jew ma’ vot mitfugħ minnu fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 46(2), (3) u (4) tal-Liġi Bażika tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jipprevedi dan li ġej:
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
<LIST LEVEL="1" TYPE="ARAB"><INT.LI LEVEL="0">“(2) 	Membru ma jistax jinżamm responsabbli jew inkella arrestat għal reat kastigabbli mingħajr il-permess tal-Bundestag, sakemm ma jinqabadx fil-fatt iwettaq ir-reat jew inkella l-għada.</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(3)</SYMBOL>Il-permess tal-Bundestag għandu jkun meħtieġ ukoll għal kwalunkwe restrizzjoni oħra tal-libertà tal-persuna tal-Membru jew biex jinbdew proċedimenti kontra Membru skont l-Artikolu 18.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(4)</SYMBOL>Kwalunkwe proċediment kriminali jew proċediment skont l-Artikolu 18 kontra Membru u kwalunkwe detenzjoni jew restrizzjoni oħra tal-libertà tal-persuna tiegħu għandhom jiġu sospiżi fuq talba tal-Bundestag.”;</ITEM></LIST>
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta’ Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-proċedimenti ġudizzjarji sottostanti inkwistjoni kellhom l-intenzjoni li jimminaw l-attività politika tal-Membru fil-kapaċità tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Petr Bystron;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil Petr Bystron.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>