<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0028</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Emenda tar-regolamenti dwar il-prodotti agrikoli fir-rigward ta’ regoli tas-suq u miżuri ta’ appoġġ settorjali fis-settur tal-inbid u għal prodotti tal-inbid aromatizzat</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0220/2025 - Rapporteur: Esther Herranz García)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2026 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2021/2115 u (UE) Nru 251/2014 fir-rigward ta’ ċerti regoli tas-suq u miżuri ta’ appoġġ settorjali fis-settur tal-inbid u għal prodotti tal-inbid aromatizzat (COM(2025)0137 – C10-0058/2025 – 2025/0071(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0137),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 42, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10‑0058/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Lulju 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/5161, 28.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5161/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-2 ta’ Lulju 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4418, 29.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4418/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Diċembru 2025, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A10-0220/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta’ <STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT TCLINK="YES"><STRING BOLD="on">P10_TC1-COD(2025)0071</STRING></IDENT><OTTXT><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Frar 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 251/2014 u (UE) 2021/2115 fir-rigward ta’ ċerti regoli tas-suq u miżuri ta’ appoġġ settorjali fis-settur tal-inbid u għal prodotti tal-inbid aromatizzat, u r-Regolament (UE) 2024/1143 fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar it-tikkettar għax-xorb spirituż</STRING></TI><NOTE><STRING ITALIC="on">(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/471.)</STRING></NOTE></OTTXT></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI>ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA</TI>
Stqarrija tal-Kummissjoni fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/471 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2026<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2026/471, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/471/oj.</FIELD></FOOTNOTE> li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 251/2014 u (UE) 2021/2115 fir-rigward ta’ ċerti regoli tas-suq u miżuri ta’ appoġġ settorjali fis-settur tal-inbid u għal prodotti tal-inbid aromatizzat u r-Regolament (UE) 2024/1143 fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar it-tikkettar għax-xorb spirituż

Il-Kummissjoni se tagħmel l-aħjar sforzi tagħha biex fis-sena 2026 tippreżenta lill-grupp jew lill-kumitat ta’ esperti rilevanti:

<NO.P>1)</NO.P>abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2018/274 relatat 	mal-possibbiltà li tiġi estiża l-<STRING BOLD="on">applikazzjoni tal-proċedura simplifikata għall-għoti 	tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid</STRING> stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-	Regolament.

<NO.P>2)</NO.P>abbozz ta’ emenda tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, biex tiġi 	ddefinita s-sistema tal-Unjoni għall-identifikazzjoni fuq il-pakkett jew it-tikketta tal-	prodotti tad-dwieli <STRING BOLD="on">bil-mezzi elettroniċi</STRING> msemmija fl-Artikolu 119(4) u (5) tar-	Regolament (UE) Nru 1308/2013.

<NO.P>3)</NO.P>abbozz ta’ emenda tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 biex fid-	<STRING BOLD="on">definizzjoni ta’ “coupage”</STRING> (“taħlit”) tiġi inkluża l-possibbiltà li l-inbejjed 	dealkoħolizzati jew parzjalment dealkoħolizzati jitħalltu ma’ nbejjed bla gass biex jiġu 	prodotti nbejjed parzjalment dealkoħolizzati.

<NO.P>4)</NO.P>abbozz ta’ att delegat li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-<STRING BOLD="on">qlugħ tad-dwieli ta’ vinji 	abbandunati</STRING> msemmija fl-Artikolu 62(6) il-ġdid tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>