<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0030</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-klawżola ta’ salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Mercosur u l-Ftehim Kummerċjali Interim bejn l-UE u l-Mercosur għall-prodotti agrikoli</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0254/2025 - Rapporteur:  Gabriel Mato )</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2026 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawżola ta’ salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Mercosur u l-Ftehim Kummerċjali Interim bejn l-UE u l-Mercosur għall-prodotti agrikoli (COM(2025)0639 – C10-0247/2025 – 2025/0322(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0639),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C10‑0247/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Jannar 2026, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A10-0254/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt<FOOTNOTE><FIELD> Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-16 ta' Diċembru 2025 (Testi adottati P10_TA(2025)0315).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta’ <STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT TCLINK="YES"><STRING BOLD="on">P10_TC1-COD(2025)0322</STRING></IDENT><OTTXT><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Frar 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Mercosur u l-Ftehim Kummerċjali Interim bejn l-UE u l-Mercosur għall-prodotti agrikoli</STRING></TI><NOTE><STRING ITALIC="on">(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, ir-Regolament (UE) 2026/687.)</STRING></NOTE></OTTXT></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI>ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA</TI><STI><STRING BOLD="on">Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-istandards tal-produzzjoni applikati għall-prodotti agroalimentari importati u l-kontrolli SPS fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/687</STRING><FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2026/687, 19.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/687/oj.</FIELD></FOOTNOTE></STI>
Fil-Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel, il-Kummissjoni ħabbret il-pjanijiet tagħha li ssegwi allinjament aktar b'saħħtu tal-istandards tal-produzzjoni applikati għall-prodotti importati, b'mod partikolari dwar il-benesseri tal-annimali u l-pestiċidi.

Dwar il-pestiċidi, il-Viżjoni tinkludi l-prinċipju li l-aktar pestiċidi perikolużi pprojbiti fl-UE għal raġunijiet ambjentali u ta' saħħa ma għandhomx jitħallew lura fl-UE permezz ta' prodotti importati u b'hekk għandha l-għan li tevita żvantaġġ kompetittiv għall-bdiewa tal-UE u għas-settur agroalimentari filwaqt li twieġeb għall-aspettattivi tal-konsumaturi. Fil-25 ta' Novembru 2025, biex tmexxi dan 'il quddiem, il-Kummissjoni nediet studju biex tħejji valutazzjoni tal-impatt li se tqis l-impatti ta' dan l-approċċ. Fid-dawl tar-riżultati, u, jekk xieraq, il-Kummissjoni tipproponi emendi għall-qafas legali applikabbli. L-istudju preliminari huwa mistenni li jiġi konkluż sas-sajf tal-2026, u jsegwu l-passi li jmiss tal-valutazzjoni tal-impatt. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE diġà tipproteġi lill-konsumaturi u tiżgura li l-ikel kollu li jitqiegħed fis-suq jissodisfa l-istandards għoljin tagħna tas-saħħa u s-sikurezza, il-Kummissjoni tibqa' impenjata li ssegwi allinjament aktar mill-qrib tal-istandards tal-produzzjoni li japplikaw għall-prodotti importati, filwaqt li tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-bdiewa u l-produtturi tagħna u żżomm il-protezzjoni tal-konsumatur.

Sadanittant, skont il-proposta tal-Pakkett dwar is-Simplifikazzjoni tal-Ikel u s-Sikurezza tas-16 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni pproponiet li temenda l-leġiżlazzjoni attwali biex tipprevedi li, għal sustanzi li mhumiex approvati fl-Unjoni u li għandhom ċerti proprjetajiet partikolarment perikolużi, il-Livelli Massimi ta' Residwi (MRLs, Maximum Residue Levels) jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell ta' żero jekk jitqies xieraq wara l-eżitu ta' valutazzjoni tal-impatt.

Fis-17 ta' Diċembru 2025, dwar il-benesseri tal-annimali, il-Kummissjoni kkonkludiet konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benesseri tal-annimali fl-azjendi agrikoli għal ċerti annimali, inkluż dwar jekk u sa liema punt għandhom japplikaw standards ekwivalenti tal-benesseri tal-annimali għall-importazzjonijiet ta' annimali u prodotti tal-annimali. Wara l-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni tipproċedi bil-proposti rilevanti.

Fid-9 ta' Diċembru 2025, rigward il-kontrolli tal-importazzjoni, il-Kummissjoni ħabbret pjanijiet biex iżżid u ttejjeb l-awditi mwettqa direttament fuq il-post fil-pajjiżi terzi kollha, inklużi l-importazzjonijiet tal-ikel li ġejjin mill-pajjiżi tal-Mercosur. Il-Kummissjoni se żżid l-awditi tagħha relatati mal-esportazzjoni f'pajjiżi mhux tal-UE b'50 % matul is-sentejn li ġejjin, li jibdew mill-1 ta' Jannar 2026. Il-Kummissjoni se żżid ukoll il-monitoraġġ tal-komoditajiet u tal-pajjiżi mhux konformi u tadatta l-frekwenza tal-kontrolli għal dawn kif xieraq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-livell ta' kontrolli fl-UE, jiġifieri fil-punti tad-dħul ewlenin. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni se twettaq għadd akbar ta' kontrolli fl-Istati Membri, biex tiżgura li l-kontrolli fil-fruntieri jikkonformaw bis-sħiħ mal-istandards tal-UE, filwaqt li tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri biex iwettqu kif suppost dawn il-kontrolli. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi Task Force dedikata tal-UE biex il-kontrolli tal-importazzjoni jsiru aktar effiċjenti, li se tiffoka b'mod partikolari fuq ir-residwi ta' pestiċidi, is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf u l-benesseri tal-annimali, u se tikkunsidra azzjoni ta' monitoraġġ koordinata tal-UE dwar il-prodotti importati.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>