<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0033</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0008/2026 - Rapporteur:  Aurore Lalucq)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2026 dwar il-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (N10-0080/2025 – C10-0366/2025 – 2025/0906(NLE))</STRING></TI><NOTE>(Approvazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2025 għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (C10-0366/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1024/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizzju tal-kompiti mogħtija lill-BĊE fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 320, 30.11.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2013/1130/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 23, 21.1.2021, p. 105.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 270, 7.7.2021, p. 113.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 135 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0008/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jibgħat il-proposta tiegħu għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju lill-Parlament għal approvazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Viċi President tal-Bord Superviżorju jeħtieġlu jintgħażel minn fost il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Artikolu 26(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-ħatriet għall-Bord Superviżorju skont dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ bejn is-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Parlament huwa impenjat li jiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fl-ogħla pożizzjonijiet fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fl-10 ta’ Diċembru 2020<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2020/2049 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 420, 14.12.2020, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2049/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, il-Kunsill Ewropew ħatar lil Frank Elderson bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin mill-15 ta’ Diċembru 2020 b’konformità mal-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, fit-22 ta’ Frar 2021<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/325 tat-22 ta’ Frar 2021 dwar il-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 64, 24.2.2021, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/325/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, il-Kunsill ħatar lil Frank Elderson bħala Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE għal perjodu ta’ ħames snin mill-24 ta’ Frar 2021;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Diċembru 2025, il-BĊE ppreżenta lill-Parlament proposta biex il-mandat ta’ Frank Elderson, bħala Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE, jiġi estiż għat-tieni mandat b’durata li tikkoinċidi ma’ tmiem il-mandat tiegħu bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kumitat, fit-28 ta’ Jannar 2026, organizza seduta ta’ smigħ mal-kandidat propost, li matulha l-kandidat għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet imressqa mill-membri tal-kumitat;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta’ Frank Elderson bħala Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>