<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0034</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Bank Ċentrali Ewropew – rapport annwali 2025</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0002/2026 - Rapporteur: Johan Van Overtveldt)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Frar 2026 dwar il-Bank Ċentrali Ewropew – rapport annwali 2025 (2025/2182(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-feedback tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tat-28 ta’ April 2025 dwar il-kontribut provdut mill-Parlament bħala parti mir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Rapport Annwali tal-BĊE għall-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-BĊE, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 15 u 21 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 119, 123(1), 125, 127(1) u (2), 130, 282(2) u 284(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 3 u 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-djalogi monetarji mal-President tal-BĊE, Christine Lagarde, tal-20 ta’ Marzu 2025, tat-23 ta’ Ġunju 2025 u tas-6 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-istrateġija tal-politika monetarja tal-2025 tal-BĊE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-BĊE dwar ir-rwol internazzjonali tal-euro ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pjan dwar il-klima u n-natura 2024-2025 tal-BĊE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istima tal-inflazzjoni tal-Eurostat tal-20 ta’ Awwissu 2025 u l-istimi rapidi tal-Eurostat tal-1 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-briefing tal-EGOV ta’ Ottubru 2025 intitolat “Turning point or continuity? The ECB’s 2025 strategy review” (Punt ta’ Bidla jew kontinwità? Ir-rieżami tal-istrateġija tal-BĊE għall-2025) ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Ekonomija, it-Trasformazzjoni u l-Industrija<FOOTNOTE><FIELD> Briefing — “Punt ta’ bidla jew kontinwità? The ECB 2025 strategy review”, il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Ekonomija, it-Trasformazzjoni u l-Industrija, l-Unità tal-Iskrutinju tal-Governanza Ekonomika u tal-UEM (EGOV), Ottubru 2025.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-analiżi tal-EGOV ta’ Ġunju 2025 intitolata “The silent hand of central banking: collateral framework” (L-id siekta tal-bank ċentrali: qafas kollaterali) ippubblikata mid-Direttorat-Ġenerali għall-Ekonomija, it-Trasformazzjoni u l-Industrija<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2 </STRING>Analiżi fil-fond – “The silent hand of central banking: collateral framework”, il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Ekonomija, it-Trasformazzjoni u l-Industrija, EGOV, Ġunju 2025.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0002/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont l-Eurostat, f’Ottubru 2025 l-inflazzjoni annwali tal-UE kienet ta’ 2,5 % u l-inflazzjoni taż-żona tal-euro kienet ta’ 2,1 %, kif imkejla mill-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont l-Istħarriġ tal-BĊE dwar l-Aspettattivi tal-Konsumatur ta’ Ottubru tal-2025, l-aspettattivi medjani għall-inflazzjoni għadhom ’il fuq minn 2 %;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-mira tal-inflazzjoni tal-BĊE nbidlet maż-żmien minn valur ta’ referenza ta’ “taħt it-2 %” għal objettiv ta’ “taħt, iżda qrib it-2%”, għal mira simetrika ta’ 2 % fuq terminu medju;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-faċilità ta’ self marġinali u r-rata tal-faċilità ta’ depożitu ffurmaw kuritur strett madwar ir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-limiti tal-BĊE li jixtri d-dejn tal-gvern bħala parti mis-sett ta’ għodod tiegħu qiegħda tikber b’mod stabbli, mill-Programm tas-Suq tat-Titoli sat-Tranżazzjonijiet Monetarji Definittivi, kif ukoll il-Programm ta’ Xiri tas-Settur Pubbliku, il-Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza fil-każ ta’ Pandemija u l-Istrument għall-Protezzjoni tat-Trażmissjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3 </STRING>Cochrane, J.H. <STRING ITALIC="on">et al.</STRING>, “Crisis Cycle: Challenges, Evolution, and Future of the Euro” (Iċ-Ċiklu tal-Kriżijiet: l-isfidi, l-evoluzzjoni u l-futur tal-Euro), Princeton University Press, 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-investimenti mill-ġdid fl-ambitu tal-programm ta’ xiri ta’ assi twaqqfu minn Lulju 2023, u fil-każ tal-Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza fil-każ ta’ Pandemija minn Diċembru 2024, u b’hekk inbdiet it-triq għat-tnaqqis tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi d-deflazzjoni tista’ tkun konsegwenza tajba tal-progress teknoloġiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Artikolu 123 tat-TFUE u l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE jipprojbixxu l-finanzjament monetarju dirett tal-gvernijiet;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Governanza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li l-Artikolu 127 tat-TFUE jiddikjara li “l-objettiv primarju tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għandu jkun li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Mingħajr preġudizzju għall-għan ta’ stabbiltà fil-prezzijiet, is-SEBĊ għandha tappoġġa l-linji ta’ politika ekonomika ġenerali fl-Unjoni bl-għan li tikkontribwixxi għall-ksib tal-oġġettivi ta’ l-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Is-SEBĊ għandha tagixxi skont il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq miftuħ b’kompetizzjoni libera, li jiffavorixxi l-allokazzjoni effiċjenti ta’ riżorsi, u konformement mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 119”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li l-indipendenza statutorja tal-BĊE, kif stabbilita fit-Trattati, hija prerekwiżit għalih biex iwettaq il-mandat tiegħu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza li l-BĊE huwa responsabbli quddiem il-Parlament; jisħaq li l-BĊE jeħtieġlu jieħu deċiżjonijiet biex iwettaq il-mandat tiegħu mingħajr indħil politiku; jinnota li l-banek ċentrali għandhom ikunu indipendenti iżda mhux iżolati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota l-importanza tat-trasparenza għall-obbligu ta’ rendikont u li huma meħtieġa mekkaniżmi sodi ta’ disinn istituzzjonali u obbligu ta’ rendikont; jilqa’ f’dan ir-rigward l-arranġamenti fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE dwar l-istrutturar tal-prattiki għall-interazzjoni fil-qasam tal-attivitajiet tal-banek ċentrali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-BĊE jagħmel sforzi biex isaħħaħ l-istrumenti li jtejbu t-trasparenza, bħall-parametri referenzjarji, għarfien fis-suppożizzjonijiet tiegħu bbażati fuq mudelli u valutazzjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-iżviluppi fl-inflazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-indipendenza politika tal-BĊE hija minquxa fl-Artikolu 130 tat-TFUE; jenfasizza li l-indipendenza tirrikjedi li l-azzjonijiet tal-BĊE jibqgħu apolitiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni d-dikjarazzjoni ta’ solidarjetà tal-BĊE u tal-banek ċentrali mar-Riżerva Federali tal-Istati Uniti, li tenfasizza l-importanza li tiġi ppreservata l-indipendenza tal-bank ċentrali, b’rispett sħiħ għall-istat tad-dritt u r-responsabbiltà demokratika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika monetarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza l-objettiv primarju tal-BĊE li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet, li hija waħda mill-kundizzjonijiet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-istabbiltà ekonomika fl-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-livelli għoljin ta’ inflazzjoni fis-snin ta’ wara l-pandemija tal-COVID-19, instigati minn xokkijiet fil-provvista; jinnota li ritorn f’waqtu għall-istabbiltà tal-prezzijiet f’dan il-perjodu kien ikun ġustifikat permezz ta’ deċiżjonijiet tal-BĊE; jistieden lill-BĊE jivvaluta bir-reqqa l-kawżi ta’ dawn il-livelli għoljin ta’ inflazzjoni fir-rapport annwali tiegħu, flimkien ma’ sett ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ politika biex jinsiltu l-konklużjonijiet it-tajbin fil-każ ta’ kwalunkwe kriżi inflazzjonarja futura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ t-tnaqqis fl-inflazzjoni mir-rati tal-2022-2023 kif ukoll l-istabbilizzazzjoni reċenti tal-inflazzjoni; Jinnota li bejn Ġunju 2024 u Ġunju 2025 il-BĊE qata’ r-rata tad-depożitu b’200 punt bażi; jirrikonoxxi r-riskju kontinwu ta’ żieda mill-ġdid fl-inflazzjoni; jissottolinja li kwalunkwe pass ulterjuri lejn l-iffaċilitar tal-politika monetarja għandha tkun prudenti, xprunata mid-data u ggwidata minn stabbiltà tal-prezzijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-għoli tal-ħajja elevat, peress li l-prezzijiet tal-ikel u tal-enerġija żdiedu fl-Ewropa mill-pandemija tal-COVID-19 ’l hawn; jinnota li, bħala medja, il-prezz ta’ ikla fiż-żona tal-euro fl-2025 kien terz ogħla mill-prezz ta’ qabel il-pandemija<FOOTNOTE><FIELD> Blog tal-Bank Ċentrali Ewropew, “When groceries bite, the role of food prices for inflation in the euro area”, il-25 ta’ Settembru 2025.</FIELD></FOOTNOTE>, u li dan affettwa b’mod partikolari lill-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza b’mod partikolari l-impatt potenzjalment distorsiv tal-inċertezza ġeopolitika, is-sigurtà tal-enerġija u t-tfixkil fil-kummerċ fuq l-iżviluppi fil-prezzijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-BĊE jivvaluta perjodikament l-adegwatezza tal-mira simetrika tiegħu, filwaqt li jqis ukoll il-fatturi kwalitattivi; jinnota li r-reviżjoni tal-istrateġija tal-politika monetarja tal-2025 u jħeġġeġ lill-BĊE jwettaq perjodikament tali reviżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq li l-programmi ta’ xiri tal-BĊE huma politiki monetarji mhux konvenzjonali li jħallu effetti kollaterali; jinnota b’mod partikolari li l-programmi ta’ xiri ta’ assi jistgħu joħolqu distorsjoni fis-sinjali tal-prezzijiet; jinnota li l-BĊE beda jnaqqas il-karta tal-bilanċ tiegħu, iżda gradwalment ħafna biss; jappoġġja lill-BĊE biex ikompli jnaqqas ir-rwol dirett tiegħu fix-xiri tat-titoli; iħeġġeġ lill-BĊE jelimina gradwalment il-programmi tiegħu ta’ xiri ta’ bonds tal-gvern; jiddispjaċih dwar l-impatt tal-pożizzjoni fiskali fuq it-twettiq mill-BĊE tal-mandat primarju tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jiddispjaċih li l-iskemi ta’ self fuq terminu qasir tal-BĊE fil-biċċa l-kbira spostaw is-suq privat tal-finanzjament interbankarju mill-kriżi finanzjarja tal-2008; jistieden lill-BĊE jevita li jħallas rati ta’ depożitu tal-banek li huma ogħla mir-rati tas-suq, peress li dan imur kontra l-prinċipju ta’ ekonomija ta’ suq miftuħ b’kompetizzjoni ħielsa, u jneħħi kwalunkwe ostaklu li jxekkel l-irkupru ta’ swieq interbankarji mhux garantiti fuq terminu qasir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati standards għoljin dwar ir-rekwiżiti ta’ kwalità għall-kollateral fl-arranġamenti ta’ self mal-BĊE; jirrikonoxxi li l-istandards tal-kollateral jistgħu jintużaw bħala għodda għat-trażmissjoni tal-politika monetarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jappoġġja lill-BĊE fl-isforzi tiegħu biex jinkludi akkomodazzjoni okkupata mis-sidien fil-monitoraġġ tiegħu tal-indiċijiet tal-prezzijiet għal raġunijiet kemm ta’ rappreżentattività kif ukoll ta’ komparabbiltà madwar il-pajjiżi fiż-żona tal-euro, li huwa kontinġenti fuq approċċ armonizzat u metodoloġikament robust;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Objettiv sekondarju: l-appoġġ tal-politiki ekonomiċi ġenerali fl-Unjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li, skont l-Artikolu 127(1) tat-TFUE, il-BĊE jeħtieġ jappoġġja l-politiki ekonomiċi ġenerali tal-Unjoni bl-għan li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 3 tat-TUE, dment li l-impenn tiegħu tal-istabbiltà tal-prezzijiet jibqa’ mhux mimsus;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li s-sistema tal-Euro nbniet fuq il-prinċipju ta’ dominanza monetarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza, fil-kuntest tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE, l-importanza ta’ finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli biex jifilħu ambjent b’rata tal-imgħax għolja, biex jikkomplementaw l-isforzi tal-BĊE biex iżomm l-inflazzjoni baxxa, biex iżomm ekonomija stabbli u biex jibqa’ reżiljenti għal xokkijiet ekonomiċi u finanzjarji futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jieħu nota tal-bilanċi diverġenti tat-TARGET2 li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet transfruntiera; jinnota r-riskji potenzjali li l-bilanċi tat-TARGET2 isiru strutturali u jissuġġerixxi li għandhom jiġu kkunsidrati aġġustamenti tal-politika mhux monetarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jissottolinja li l-BĊE għandu jikkunsidra biss l-effetti potenzjali tat-tibdil fil-klima biss minn perspettiva tal-istabbiltà tal-prezzijiet u fi ħdan il-mandat tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li l-kunċett tan-newtralità tas-suq huwa relatat mal-prinċipju ta’ “ekonomija ta’ suq miftuħ b’kompetizzjoni libera”; jistieden lill-BĊE, filwaqt li jirrispetta l-indipendenza tiegħu, jindirizza l-fallimenti tas-suq u jiżgura l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi fuq perjodu ta’ żmien twil, filwaqt li jibqa’ kemm jista’ jkun apolitiku, u jirrispetta l-prinċipju tan-newtralità tas-suq; jenfasizza li tali deċiżjonijiet ma jridux isiru għad-detriment tal-ilħuq tal-mandat tal-BĊE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li l-politiki monetarji tal-BĊE mmirati lejn it-twettiq tal-mandat primarju tiegħu huma soġġetti għal valutazzjoni tal-proporzjonalità;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Aspetti oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifakkar li l-aċċess ugwali għas-servizzi ta’ pagament huwa essenzjali għall-parteċipazzjoni fil-ħajja ekonomika; jissottolinja li d-diġitalizzazzjoni dejjem akbar tal-pagamenti, jekk titħalla esklużivament f’idejn atturi privati u mhux tal-UE, tirriskja li toħloq forom ġodda ta’ esklużjoni kemm għall-utenti kif ukoll għan-negozjanti; jisħaq li euro diġitali online u offline għandu jikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-aċċess universali għall-pagamenti u l-aċċettazzjoni wiesgħa min-negozjanti madwar l-UE, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ l-istandards tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ d-diskussjonijiet li jinsabu għaddejjin dwar l-euro diġitali; jissottolinja li, f’kuntest ta’ inċertezza ġeopolitika akbar u dipendenza eċċessiva fuq infrastrutturi ta’ pagament mhux tal-UE, l-introduzzjoni ta’ euro diġitali, imfassal biex jikkomplementa s-servizzi bankarji fi flus kontanti u privati, hija essenzjali biex tissaħħaħ is-sovranità monetarja tal-UE, titnaqqas il-frammentazzjoni fil-pagamenti bl-imnut u jiġu appoġġjati l-integrità u r-reżiljenza tas-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ l-proġetti ta’ teknoloġija ta’ reġistru distribwit li għaddejjin bħalissa fuq medda qasira ta’ żmien (Pontes) u medda twila ta’ żmien (Appia) għas-saldu bl-ingrossa ta’ flus tal-bank ċentrali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jinżamm ir-rwol tal-flus kontanti; jieħu nota tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar il-proposta tal-valuta legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-BĊE jintensifika l-monitoraġġ tal-kriptoassi, bħall-istablecoins;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jappoġġja lill-BĊE fl-isforzi tiegħu biex jakkomoda r-rwol internazzjonali tal-euro, fost l-oħrajn, permezz ta’ skambju ta’ muniti u linji ta’ riakkwist suffiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ lir-Repubblika tal-Bulgarija bħala l-21 membru taż-żona tal-euro, mill-1 ta’ Jannar 2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-indisponibbiltà temporanja tas-sistema ta’ saldu gross f’ħin reali tal-BĊE T2 u T2S fi Frar 20205; jistieden lill-BĊE jimmonitorja mill-qrib u jiżgura l-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ saldu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-telf konsekuttiv li għamel il-BĊE fl-2023 u l-2024 minħabba r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax; jinnota li dan it-telf ma kkompromettiex il-kapaċità operazzjonali tas-sistema tal-Euro biex timplimenta l-politika monetarja tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jappoġġja r-rwol tal-BĊE fil-promozzjoni tal-istabbiltà finanzjarja fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku u l-funzjoni tal-BĊE bħala sellief tal-aħħar istanza għal istituzzjonijiet solventi, kontra kollateral tajjeb u b’rati ta’ penali, biex jiġu ssalvagwardjati l-likwidità u l-fiduċja matul il-kriżijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jappoġġja lill-BĊE fl-isforzi tiegħu biex itejjeb il-litteriżmu finanzjarju fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-BĊE għall-isforzi ta’ simplifikazzjoni, bħall-ħolqien tat-Task Force ta’ Livell Għoli tal-BĊE dwar is-Simplifikazzjoni; jindika l-ħtieġa ta’ livell għoli ta’ ambizzjoni fil-ħidma u s-segwitu tal-ħidma tat-Task Force u jilqa’ d-diskussjonijiet profondi tal-BĊE mal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-BĊE jrawwem djalogu intern miftuħ u kostruttiv; jitlob li jissaħħu aktar l-oqfsa ta’ rappreżentanza tal-persunal u l-qafas intern tal-BĊE dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Itenni li n-nomini għall-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandhom ikunu bbilanċjati bejn il-ġeneri, ibbażati fuq il-mertu u fuq il-kapaċità, u l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Parlament, u li n-nies ta’ kull ġeneru għandu jkollhom opportunitajiet indaqs biex iservu bħala gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali rispettivi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lis-SEBĊ tkompli u ssaħħaħ id-djalogi tagħha mal-parlamenti nazzjonali, li jemmen li jsaħħu l-leġittimità u l-politiki tas-SEBĊ;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>