<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0038</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2025/006 BE/Audi - Belġju</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0006/2026 - Rapporteur: Nicolae Ștefănuță)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2025/006 BE/Audi (COM(2026)0002 – C10-0002/2026 – 2026/0001(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2026)0002 – C10-0002/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE> kif emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj<STRING ITALIC="on">).</STRING></FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament QFP”), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0006/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta’ eventi u bidliet strutturali kbar fir-ritmu tal-kummerċ dinji u biex tgħinhom jirriintegraw fis-suq tax-xogħol; billi din l-assistenza qed tingħata permezz ta’ appoġġ finanzjarju mogħti lill-ħaddiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2025/006 BE/Audi għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG wara 3 414-il sensja<FOOTNOTE><FIELD> Fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.</FIELD></FOOTNOTE> fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 29 tan-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers) fir-reġjuni ta’ Bruxelles Capitale (BE10), Provincie Oost-Vlaanderen (BE23) u Provincie Hainaut (BE32) fejn kien hemm 3 148 sensja f’perjodu ta’ referenza mit-28 ta’ Frar 2025 sat-28 ta’ Ġunju 2025, li jinkludu 2 580 ħaddiem issensjat li l-attività tagħhom waqfet f’Audi S.A./n.V. (Audi) u s-sussidjarji tagħha, u 568 ħaddiem issensjat f’ħames fornituri u produtturi downstream, u 266 sensja qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta’ intervent previsti fl-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament dwar il-FEG; billi għall-266 sensja li l-attività tagħhom waqfet qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur, tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-event li wassal għall-waqfien tal-attività għall-ħaddiema ssensjati matul il-perjodu ta’ referenza kif jeżiġi l-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar il-FEG;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fl-impjant ikkonċernat ta’ Audi ġie prodott mudell wieħed biss, li l-produzzjoni tiegħu twaqqfet qabel ma kien ippjanat minħabba kostijiet tal-produzzjoni għoljin marbuta mal-post tal-impjant; billi l-impjant għalaq fit-28 ta’ Frar 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Belġju qed jipprovdi l-prefinanzjament u l-kofinanzjament nazzjonali tal-miżuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’dik nazzjonali rigward is-sensji kollettivi ġew issodisfati mill-intrapriżi kkonċernati;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu primarjament diretti lejn miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jimmiraw lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli, filwaqt li joffrulhom taħriġ fil-ħiliet li jiffaċilitalhom l-aċċess għas-suq tax-xogħol, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-FEG ma jridx jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018)<FOOTNOTE><FIELD> L-Artikolu 8 tar-Regolament QFP.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li l-Belġju huwa intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 7 527 625 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 85 % tal-kost totali ta’ EUR 8 856 030, liema kost jinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 8 738 968 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u riklamar, kontroll u rapportar ta’ EUR 117 062;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ressqu l-applikazzjoni fit-18 ta’ Settembru 2025, u li, wara li l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni addizzjonali mingħand il-Belġju, hija ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fid-9 ta’ Jannar 2026 u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess jum; jenfasizza l-importanza li jitqassar iż-żmien bejn it-tressiq ta’ applikazzjoni għal assistenza mill-FEG u d-deċiżjoni ta’ finanzjament, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati bis-sħiħ id-drittijiet tal-Parlament bħala waħda mill-friegħi tal-awtorità baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni hija relatata ma’ ħaddiema li l-attività tagħhom waqfet f’Audi u f’ħames fornituri u produtturi downstream u li kollha se jkunu benefiċjarji fil-mira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jieħu nota li ż-żieda fil-fallimenti matul dawn l-aħħar sentejn żiedet b’mod konsiderevoli r-rata tal-qgħad f’xi reġjuni fil-Belġju, b’mod partikolari fi Brussell u f’Hainaut (Wallonia); jenfasizza li r-riskju tal-qgħad huwa korrelatat mal-livell tal-edukazzjoni u li wieħed minn kull żewġ individwi b’livell baxx ta’ edukazzjoni u wieħed minn kull tlieta b’livell medju ta’ edukazzjoni jiffaċċjaw riskju ogħla ta’ qgħad, u li dawk il-gruppi jinkludu 83 % tal-ħaddiema ssensjati; jiddispjaċih li dawk is-sensji se jkomplu jaggravaw is-sitwazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Belġjani jieħdu miżuri biex inaqqsu l-fallimenti u jindirizzaw id-deklin strutturali u reġjonali, filwaqt li jindirizzaw id-disparitajiet soċjali li jwasslu għall-esklużjoni tal-forza tax-xogħol, bħall-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u l-livell baxx ta’ edukazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li s-suq globali għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-karozzi, b’mod partikolari l-karozzi elettriċi, huwa kkaratterizzat minn kompetizzjoni globali dejjem aktar aggressiva; jenfasizza l-isfidi dejjem akbar li qed jiffaċċjaw il-manifatturi tal-karozzi Ewropej biex iwasslu mudelli innovattivi u affordabbli fis-suq f’segmenti orjentati lejn il-futur bħall-vetturi elettriċi bil-batterija;  jiddispjaċih li Audi waqqfet l-attivitajiet fil-Belġju minkejja li xorta kienet qed tagħmel profitt, u li l-produzzjoni se tiġi ttrasferita lejn iċ-Ċina u l-Messiku, u li dan wassal għall-issensjar ta’ 3 414-il ħaddiem; jinnota bi tħassib li l-kundizzjonijiet diffiċli ta’ produzzjoni, li jinkludu nuqqas ta’ aċċess għal sorsi ta’ enerġija orħos u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tagħhom, ikkontribwew għar-rilokazzjoni tal-faċilitajiet ta’ Audi barra mill-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza li l-għeluq tal-impjant wara aktar minn 70 sena ta’ operat, minkejja l-produzzjoni tiegħu ta’ vetturi elettriċi, juri li l-isfidi li qed tiffaċċja l-industrija Ewropea huma ta’ natura strutturali, pjuttost milli biss teknoloġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li tinstab soluzzjoni sostenibbli għall-għoti ta’ skop ġdid lill-fabbrika magħluqa biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja fir-reġjun; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Belġjani jieħdu l-passi meħtieġa biex jiffaċilitaw il-ftuħ ta’ sit tal-manifattura ġdid f’dik li qabel kienet il-fabbrika ta’ Audi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza li l-kwalifiki u l-ħiliet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja jibqgħu kruċjali għal ekonomija Ewropea li tibqa’ valida fil-futur u li twettaq it-tranżizzjoni ekoloġika filwaqt li żżomm bażi industrijali b’saħħitha; iqis għalhekk li l-mobilizzazzjoni tal-FEG jeħtieġ li tiġi inkorporata f’rispons ta’ politika akbar fil-livelli politiċi kollha biex jiġi żgurat li l-ħaddiema affettwati jsibu opportunitajiet adegwati f’konformità mal-kwalifiki u l-ħiliet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar li, bi qbil mat-trade unions u s-sħab soċjali, is-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema jikkonsistu fil-miżuri li ġejjin: servizzi ta’ konsulenza, ta’ informazzjoni u ta’ kollokament; taħriġ, inklużi l-ħiliet fl-IT; jum l-impjiegi; kontribuzzjoni għall-bidu ta’ negozju; inċentivi għall-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ tfittix ta’ impjieg; enfasi fuq l-importanza li jitrawmu impjiegi ta’ kwalità għolja u orjentati lejn il-futur biex tiġi żgurata reżiljenza ekonomika u soċjali fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li l-awtoritajiet Belġjani għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni u jirrilevaw il-valur miżjud tiegħu billi jipprovdu informazzjoni effettiva u mmirata lill-benefiċjarji, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lis-sħab soċjali, u lill-pubbliku ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jappella għal evalwazzjonijiet finali bir-reqqa tal-miżuri implimentati, inkluża informazzjoni ċara dwar kif intużaw il-fondi u jekk fil-fatt laħqux l-objettivi li għalihom inħoloq il-FEG, inklużi data u skedi ta’ żmien dwar l-għadd ta’ ħaddiema li ġew integrati mill-ġdid b’suċċess fl-impjiegi u l-impjiegi li aċċedew għalihom, kif ukoll dwar dawk li lestew miżuri ta’ taħriġ u titjib tal-ħiliet kif ukoll l-iskedi ta’ żmien rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda joffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fis-17 ta’ Frar 2025 u li, għalhekk, il-perjodu ta’ eleġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun minn dik id-data sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda jġarrab nefqa amministrattiva biex jimplimenta l-FEG fid-9 ta’ Lulju 2024 u li, għalhekk, tali nefqa għandha tkun eleġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG minn dik id-data sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ggarantew li l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom, u li kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew ta’ ftehimiet kollettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar li l-FEG huwa strument ta’ solidarjetà u tranżizzjoni ġusta u filwaqt li jipprovdi appoġġ wara li jintilfu l-impjiegi, ma jistax jissostitwixxi politika industrijali tal-Unjoni proattiva, koerenti u kkoordinata sabiex jiġu ssalvagwardjati l-bażi tal-impjiegi industrijali u s-sigurtà soċjali tal-Ewropa u r-reżiljenza ekonomika u soċjali fit-tul u biex jiġi evitat tnaqqis strutturali reġjonali; jenfasizza li l-kompitu primarju tal-Unjoni jrid ikun li l-ewwel nett tipprevjeni tali għeluq billi toħloq il-kundizzjonijiet għal enerġija affordabbli, nadifa u affidabbli biex il-produzzjoni industrijali tinżamm kompetittiva, filwaqt li fl-istess ħin tinvesti fil-ħiliet kemm għall-ħaddiema bi kwalifiki għoljin kif ukoll għall-ħaddiema industrijali; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa urġenti ta’ sforzi ta’ kompetittività koerenti u kkoordinati tal-Unjoni, żviluppati fi sħubija mill-qrib mal-Istati Membri, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-bażi tal-impjiegi industrijali u s-sigurtà soċjali tal-Ewropa u jissottolinja li ekonomija Ewropea robusta u reżiljenti biss tista’ tipprevjeni b’mod effettiv is-sensji fuq skala kbira, u b’hekk tnaqqas il-ħtieġa ta’ intervent tal-FEG<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">;</STRING></STRING>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju - EGF/2025/006 BE/Audi</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2026/454.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>