<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0040</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sħubijiet strateġiċi tal-UE għas-sigurtà u d-difiża</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0005/2026 - Rapporteur: Michał Szczerba)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2026 dwar is-sħubijiet strateġiċi tal-UE għas-sigurtà u d-difiża (2025/2119(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża – Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi ċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, adottata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Versailles adottata fil-laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern fl-10 u l-11 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri Parteċipanti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2315/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/890 tat-18 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/890, 19.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/890/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, b’mod partikolari dawk tat-23 ta’ Ottubru 2025, tas-26 ta’ Ġunju 2025, tal-20 ta’ Marzu 2025 u tas-6 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża ffirmati fil-21 ta’ Mejju 2024 mill-UE u mill-Moldova, fit-28 ta’ Mejju 2024 mill-UE u min-Norveġja, fl-1 ta’ Novembru 2024 mill-UE u mill-Ġappun, fl-4 ta’ Novembru 2024 mill-UE u mill-Korea t’Isfel, fid-19 ta’ Novembru 2024 mill-UE u mill-Maċedonja ta’ Fuq, fit-18 ta’ Diċembru 2024 mill-UE u mill-Albanija, fid-19 ta’ Mejju 2025 mill-UE u mir-Renju Unit u fit-23 ta’ Ġunju 2025 mill-UE u mill-Kanada,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-impenji konġunti fil-qasam tas-sigurtà bejn l-UE u l-Ukrajna ffirmati fis-27 ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/697/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-White Paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030 imressqa mill-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea fid-19 ta’ Marzu 2025, u l-pjan tagħha ta’ finanzjament b’ħames pilastri “ReArm Europe”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153, (UE) 2023/1525 u 2024/795 fir-rigward tal-inċentivar ta’ investimenti relatati mad-difiża fil-baġit tal-UE biex jiġi implimentat il-Pjan ReArm Europe (COM(2025)0188),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 tas-27 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1106, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1106/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2025 dwar l-Omnibus dwar il-Prontezza tad-Difiża (COM(2025)0820), bl-għan li tissimplifika l-oqfsa ġuridiċi u amministrattivi rilevanti biex tissaħħaħ il-prontezza tad-difiża tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Ottubru 2025, bit-titolu “Il-Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża” JOIN(2025)0027),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Sauli Niinistö tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Safer Together: Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness” (Aktar Sikuri Flimkien: it-Tisħiħ tal-Preparatezza u tal-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tliet dikjarazzjonijiet konġunti dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO ffirmati mill-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni kif ukoll mis-Segretarju Ġenerali tan-NATO fl-10 ta’ Jannar 2023, fil-5 ta’ Diċembru 2018 u fis-6 ta’ Diċembru 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kunċett Strateġiku adottat fis-Summit tan-NATO ta’ Madrid fid-29 ta’ Ġunju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit ta’ The Hague tal-25 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ April 2025 dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni – rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4389, 9.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4389/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2025 dwar il-white paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3151, 20.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3151/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fil-kuntest tar-relazzjonijiet trans-Atlantiċi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 99, 1.3.2022, p. 105.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-5 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Strateġija Ewropea ġdida għall-Industrija tad-Difiża: Il-kisba ta’ tħejjija tal-UE permezz ta’ Industrija Ewropea tad-Difiża reattiva u reżiljenti” (JOIN(2024)0010),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2024-2029, bit-titolu “L-Għażla quddiem l-Ewropa”, ippreżentati fit-18 ta’ Lulju 2024 mill-kandidat għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kooperazzjoni NU-UE fil-Ġestjoni tal-Kriżijiet iffirmata mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u mill-President tal-Kunsill Ewropew fl-24 ta’ Settembru 2003,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-10 ta’ Marzu 2023 bit-titolu “L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża” (JOIN(2023)0009),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża (A10-0005/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-kuntest ġeopolitiku attwali, b’mod partikolari r-ritorn tal-gwerra fil-kontinent Ewropew minħabba l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u d-deċiżjoni konsegwenti tal-UE biex terfa’ aktar responsabbiltà għas-sigurtà u d-difiża, inkluż l-appoġġ militari għall-Ukrajna, jirrikjedi li l-UE ssawwar sħubijiet aktar b’saħħithom, sostenibbli u mfassla apposta biex issaħħaħ il-kooperazzjoni mas-sħab tal-istess fehma b’mod reċiprokament vantaġġuż; billi l-bidla fil-paradigma militari, flimkien maż-żieda fit-theddid ibridu, ma tagħmel l-ebda reġjun tal-UE immuni għar-riskju ta’ aggressjoni jew indħil;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-rwol dejjem jikber tal-UE fis-sigurtà u d-difiża jrid jibqa’ konsistenti mal-prinċipji u mal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-UE skont l-Artikolu 21 tat-TUE, inkluż ir-rispett tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, tad-dritt internazzjonali, tal-prevenzjoni tal-kunflitti, tal-iżvilupp sostenibbli, tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-UE tibqa’ impenjata bis-sħiħ li tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali u ssaħħaħ il-multilateraliżmu effettiv fil-livelli kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-firxa ta’ sħubijiet u djalogi fil-livell tal-UE dwar il-paċi, is-sigurtà u d-difiża hija sors importanti ta’ forza u reżiljenza; billi dawn is-sħubijiet għandhom jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-isfidi l-aktar urġenti tal-UE fil-qasam tad-difiża;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Boxxla Strateġika kienet tipprevedi li jiġu estiżi u approfonditi s-sħubijiet bilaterali, reġjonali u multilaterali fid-dinja kollha biex jiġu żgurati vantaġġi reċiproċi u kollaborazzjoni msaħħa, u b’hekk saħqet fuq il-bżonn ta’ interoperabbiltà, innovazzjoni u koerenza bejn l-oqfsa tal-UE u tan-NATO, kif ukoll ta’ kooperazzjoni msaħħa mal-Ukrajna u mal-Istati Uniti bħala sħab fundamentali għas-sigurtà Ewropea u trans-Atlantika;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi ż-żieda f’daqqa fl-attività tal-organizzazzjonijiet tat-traffikar tal-bnedmin u l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni jikkostitwixxu riskju gravi għas-sigurtà tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża l-ġodda bejn l-UE u l-pajjiżi sħab għandhom jistinkaw biex jiggarantixxu u jiżguraw l-ogħla standards ta’ sigurtà Ewropej billi jiksbu u jiżguraw aċċess għas-sistema ta’ awtodifiża teknoloġikament l-aktar avvanzati u effikaċi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kuntest tas-sigurtà Ewropea</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jissottolinja li s-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża huma fundamentali biex l-Ewropa tirrispondi b’mod effikaċi għat-theddid emerġenti u tappoġġja l-ambizzjoni tal-UE li ssaħħaħ ir-rwol tagħha ta’ attur strateġiku fil-livell globali; jisħaq li tali sħubijiet, li huma reċiprokament vantaġġużi, b’enfasi u b’objettivi strateġiċi ċari, huma fundamentali biex l-UE ssir aktar sovrana, aktar responsabbli għad-difiża tagħha stess u mgħammra aħjar biex taġixxi u tittratta b’mod awtonomu u koordinat l-isfidi u t-theddid immedjati u futuri b’approċċ ta’ 360 grad; jafferma li dawn is-sħubijiet mhumiex għażla, iżda neċessità għall-UE; jisħaq li dawn għandhom isaħħu l-awtonomija strateġika tal-UE, filwaqt li jibqgħu impenjati b’mod sod favur il-kooperazzjoni multilaterali kif ukoll għalkollox komplementari man-NATO, u jsaħħu l-kapaċità tal-UE li taġixxi flimkien ma’ sħab tal-istess fehma fit-tfittxija tal-paċi, tal-istabbiltà u tas-sigurtà kollettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>	Jinnota li l-UE bħalissa għaddejja mill-aktar sitwazzjoni kritika tagħha mil-lat tas-sigurtà minn mit-Tieni Gwerra Dinjija, u quddiemha qed issib sfidi kbar bħat-tisħiħ tal-kapaċitajiet militari u l-infrastruttura taċ-ċibersigurtà tagħha, il-ġlieda kontra t-theddid ibridu, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika tagħha; jisħaq li l-aspirazzjonijiet neoimperjalistiċi u l-attitudni reviżjonista tar-Russja jikkostitwixxu l-aktar theddida sinifikanti għas-sigurtà tal-UE u jenfasizza l-urġenza li jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ difiża u ta’ deterrenza tal-UE; ifakkar, f’dan il-kuntest, li t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali għandhom riperkussjonijiet dejjem akbar mil-lat tas-sigurtà fuq l-infrastruttura kritika, is-sistemi tal-enerġija u il-preparatezza għall-kriżijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kienet qanpiena ta’ allarm għall-Ewropa biex tagħti prijorità lis-sigurtà u lid-difiża, u tinvesti aktar fihom; jissottolinja li r-Russja qiegħda tkompli l-aggressjoni tagħha fil-kontinent Ewropew anki bl-għajnuna tal-forzi bi prokura tagħha, bħar-reġimi fl-Iran, fil-Korea ta’ Fuq u fil-Belarussja; jieħu nota tal-attivitajiet malizzjużi tal-kompetituri strateġiċi tagħna u tal-gwerra ibrida li għaddejja, li qegħdin jagħmlu varji atturi statali u mhux statali li jikkostitwixxu theddida għas-sigurtà Ewropea u għall-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; jenfasizza t-tħassib partikolari relatat mas-sigurtà tal-Istati Membri tal-UE fuq in-naħa tal-Lvant, li jħabbtu wiċċhom ma’ theddid dirett mill-aggressjoni Russa u mill-gwerra ibrida; jisħaq fuq il-fatt li t-tkomplija tal-kooperazzjoni ekonomika bejn l-UE u ċ-Ċina teħtieġ rivalutazzjoni fid-dawl tal-appoġġ Ċiniż għall-ekonomija tal-gwerra Russa, bil-għan li tissaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika tal-UE permezz tat-tnaqqis tar-riskji, fost miżuri oħrajn; jissottolinja li l-UE jkollha tiġġestixxi l-kompetizzjoni strateġika taċ-Ċina li hija faċilitatur u sostenitur determinanti tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, u l-effetti konsegwenzjali minħabba l-kunflitti fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika, filwaqt li tindirizza t-theddid u l-isfidi komuni u globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li, permezz tal-Boxxla Strateġika tal-UE, l-UE hija impenjata favur djalogu aktar koerenti, konsistenti u komprensiv mas-sħab tagħha u b’hekk toħloq sħubijiet imfassla apposta reċiprokament vantaġġużi abbażi ta’ valuri u interessi kondiviżi; jenfasizza l-importanza tal-interoperabbiltà, tat-taħriġ konġunt u tal-innovazzjoni industrijali fil-qasam tad-difiża fl-ambitu ta’ dawn is-sħubijiet, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi bħall-Programm għall-Industrija tad-Difiża u SAFE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja l-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha jibqgħu impenjati b’mod sod favur l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, imsejjes fuq ir-rispett tad-dritt internazzjonali, tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-valuri tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, kif minqux fit-TUE; jisħaq li dan l-impenn jifforma l-pedament tal-azzjoni esterna tal-UE u tal-isforzi tagħha biex tippromwovi l-paċi, l-istabbiltà, il-multilateraliżmu u l-prosperità fid-dinja kollha; jenfasizza li s-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża għandhom jintegraw il-prevenzjoni tal-kunflitti, is-sigurtà tal-klima u s-sostenibbiltà bħala prijoritajiet trażversali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistenna b’interess li jsir aġġornament regolari tal-Boxxla Strateġika, biex jiġi żgurat li l-viżjoni strateġika u l-objettivi komuni tal-UE jinżammu dejjem mal-pass tal-iżviluppi ġeopolitiċi, soċjali u teknoloġiċi reċenti; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jintegraw l-ippjanar tar-reżiljenza fl-inizjattivi kollha tas-sigurtà esterna u interna, li jkopru l-infrastruttura kritika, il-ktajjen tal-provvista u l-indipendenza enerġetika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-importanza kruċjali tas-sħubija strateġika UE-NATO</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza s-sħubija strateġika msaħħa man-NATO, li tinkludi djalogi politiċi strutturati u kooperazzjoni operattiva u settorjali msaħħa, b’mod partikolari f’ambiti bħall-mobbiltà militari, is-sigurtà marittima kif ukoll l-industrija tad-difiża u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, imwettqa b’mod partikolari permezz ta’ eżerċizzji konġunti u kollaborazzjoni bejn il-persunal, biex b’hekk jissaħħaħ il-pilastru Ewropew tan-NATO; jissottolinja li din il-kooperazzjoni trid tibqa’ tissaħħaħ b’mod reċiproku, u tkun ibbażata fuq il-fiduċja, it-trasparenza u r-rispett tal-awtonomija deċiżjonali taż-żewġ organizzazzjonijiet; jissottolinja li r-responsabbiltà demokratika u s-sorveljanza parlamentari huma essenzjali biex jiġi żgurat li tali kooperazzjoni ssaħħaħ is-sigurtà Ewropea u trans-Atlantika; jisħaq li 23 mis-27 Stat Membru tal-UE huma membri tan-NATO, u jemmen li l-kooperazzjoni mal-membri Ewropej tan-NATO li mhumiex membri tal-UE għandha tiġi affermata mill-ġdid billi jiġu eżaminati l-possibbiltajiet li jissaħħu dawn is-sħubijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>	Jissottolinja li n-NATO hija l-aktar alleanza militari u politika ta’ suċċess fl-istorja moderna, billi għal aktar minn sebgħin sena ggarantiet id-difiża kollettiva, l-istabbiltà u s-sigurtà għall-membri tagħha; jissottolinja li l-UE u n-NATO flimkien jirrappreżentaw aktar minn biljun ċittadin u jinkludu wħud mill-akbar ekonomiji tad-dinja, u jiffurmaw komunità magħquda b’valuri demokratiċi u b’interessi ta’ sigurtà kondiviżi; jissottolinja l-importanza li dan id-djalogu jiġi istituzzjonalizzat permezz ta’ konsultazzjonijiet ministerjali regolari bejn l-UE u n-NATO, eżerċizzji konġunti ta’ prospettiva strateġika, u ppjanar koordinat tar-risposta għall-kriżijiet, filwaqt li jiġi żgurat li l-koordinament politiku jżomm il-pass mal-kooperazzjoni operattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li r-relazzjoni tal-UE man-NATO hija prijorità u jeħtieġ li tkompli tiżviluppa, speċjalment permezz ta’ kondiviżjoni akbar tal-informazzjoni u tal-intelligence; jisħaq fuq il-fatt li l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO hija essenzjali għad-deterrenza, għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, għall-mobbiltà militari, għall-grilji tal-enerġija, għall-komunikazzjonijiet diġitali, għall-ekosistemi ċibernetiċi, spazjali u tad-difiża u għar-reżiljenza demokratika u tas-soċjetà; jitlob li jiġu implimentati bis-sħiħ id-dikjarazzjonijiet konġunti UE-NATO; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri li huma wkoll membri tan-NATO jintensifikaw l-impenn tagħhom fil-konfront tan-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li n-NATO tibqa’ l-alleanza fundamentali tad-difiża trans-Atlantika kollettiva, li fiha l-UE u n-NATO jiżvolġu rwoli komplementari, koerenti u jsaħħu lil xulxin biex jiżguraw is-sigurtà fl-Ewropa u jtejbu s-sigurtà internazzjonali, u jinkoraġġixxi kollaborazzjoni stretta u sħubija reċiprokament vantaġġuża mal-Istati Uniti f’dan il-qasam; jissottolinja li UE aktar b’saħħitha u aktar kapaċi fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża se tikkontribwixxi b’mod pożittiv għas-sigurtà kemm globali kif ukoll trans-Atlantika; jissottolinja l-bżonn ta’ pilastru tad-difiża tal-UE b’saħħtu fi ħdan in-NATO, kapaċi jaġixxi awtonomament b’mod komplementari man-NATO, u b’hekk isaħħaħ is-sħubija trans-Atlantika u jipprovdi l-garanziji ta’ sigurtà meħtieġa għall-UE, għall-Istati Membri tagħha u għall-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; jiġbed l-attenzjoni, fl-istess ħin, fuq il-fatt li d-difiża Ewropea trid tkun għalkollox awtonoma u jkollha kapaċità deterrenti biżżejjed b’saħħitha; iwissi kontra r-riskji li jirriżultaw mill-bdil fl-enfasi tal-politika barranija tal-Istati Uniti, li jaf tissarraf fi tnaqqis fl-impenji tagħha fil-qasam tas-sigurtà fil-konfront tal-Ewropa; jenfasizza, għaldaqstant, il-bżonn li l-UE tiżviluppa l-kapaċità operattiva u ta’ ppjanar tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja li t-tisħiħ tas-sigurtà Ewropea jiddependi mill-kapaċità tal-Istati Membri li jgħammru lilhom infushom bi strumenti militari interoperabbli, żviluppati b’mod konġunt permezz tal-industrija Ewropea tad-difiża, sabiex jiżguraw risposta rapida u effikaċi għal kwalunkwe theddida għall-integrità territorjali u għas-sovranità tal-Istati Membri tal-UE; jenfasizza, f’dan il-kuntest, li l-kapaċitajiet militari jridu jiġu identifikati f’sinerġija mal-Proċess tal-Ippjanar tad-Difiża tan-NATO (NDPP) u skont il-prinċipju ta’ ġabra unika ta’ forzi; josserva li l-UE tiżvolġi rwol fundamentali fl-ambitu regolatorju u fl-investimenti mmirati li jsostnu l-kompetittività industrijali, l-iżvilupp teknoloġiku u l-loġistika tad-difiża Ewropea; jisħaq fuq il-fatt li l-istandardizzazzjoni tibqa’ pilastru kruċjali tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO biex tiggarantixxi l-interoperabbiltà, il-komplementarjetà tal-isforzi u l-użu effiċjenti tar-riżorsi, filwaqt li tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissimplifikaw u jarmonizzaw ir-regoli dwar il-produzzjoni, iċ-ċertifikazzjoni, it-trasferiment, il-mobbiltà militari u l-manutenzjoni tal-materjali u tas-sistemi tad-difiża, bil-għan li tinbena katina tal-provvista industrijali Ewropea kompetittiva, reżiljenti u integrata, kapaċi tiżgura preparatezza operattiva akbar u interoperabbiltà sħiħa u effettiva bejn l-UE u n-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tan-NATO bħala attur globali u sieħba affidabbli fl-isforzi lejn in-nonproliferazzjoni tal-arma ta’ qerda massiva, bħall-armi nukleari, kimiċi, bijoloġiċi u radjoloġiċi, u fil-ġlieda kontra t-terroriżmu globali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-bżonn tas-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-UE qiegħda tafferma lilha nnifisha bħala sieħba affidabbli fil-qasam tas-sigurtà globali billi ssaħħaħ il-PSDK tagħha, anki permezz ta’ sħubijiet reċiprokament vantaġġużi għas-sigurtà u d-difiża kif ukoll djalogi bilaterali u multilaterali aktar approfonditi; josserva li s’issa hemm fis-seħħ sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża ma’ tmien pajjiżi u oħrajn qegħdin fil-fażi tat-tħejjija, inkluż mal-Iżlanda; jitlob li dawn is-sħubijiet jinkludu kooperazzjoni industrijali strutturata bil-għan li jiżdiedu l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni bbażati fl-UE għall-mezzi ewlenin tal-produzzjoni tad-difiża fil-kuntest tat-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jemmen li l-qafas ta’ sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża qiegħed jagħti impetu ġdid lid-djalogi li għaddejjin bħalissa fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża u lill-kooperazzjoni prattika; jisħaq fuq l-importanza li jinkisbu riżultati tanġibbli u li jintlaħqu tragwardi bi skadenzi miftiehma; jisħaq fuq il-bżonn ta’ monitoraġġ tar-riżultati, rieżamijiet bilaterali u djalogu dwar il-perċezzjonijiet tat-theddid ta’ diversi dominji u l-interessi reċiproċi, li huma kruċjali għall-implimentazzjoni tas-sħubijiet; jisħaq fuq l-importanza li, permezz ta’ sħubijiet strateġiċi għas-sigurtà u d-difiża, tiġi żgurata provvista affidabbli ta’ materja prima kritika li hija essenzjali għad-difiża Ewropea; jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) tforni lill-Parlament valutazzjoni regolari tal-istat tal-implimentazzjoni tas-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja li s-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża jinkludu kooperazzjoni mal-missjonijiet tal-PSDK, peress li huma maħsuba biex joħolqu sinerġiji, itejbu l-interoperabbiltà u l-koordinament u jsaħħu l-kapaċitajiet kumplessivi ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza strateġika u fuq il-bżonn li jiġu stabbiliti l-prijoritajiet tas-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża ffirmati man-Norveġja, mar-Renju Unit u mal-Kanada, ilkoll alleati fin-NATO u sħab kruċjali tal-UE fil-qasam tad-difiża; jinkoraġġixxi li jiġu approfonditi dawn is-sħubijiet, anki fil-qasam tal-industrija tad-difiża, it-theddid ċibernetiku u ibridu u s-sigurtà marittima u biex jiġu żviluppati kapaċitajiet militari konġunti u titħeġġeġ kollaborazzjoni aktar stretta; jenfasizza li l-kooperazzjoni industrijali għandha tagħti prijorità lill-proġetti li jikkontribwixxu għall-awtonomija strateġika u għar-reżiljenza, filwaqt li tiżgura distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata tal-investimenti fost l-Istati Membri, b’attenzjoni partikolari għan-naħa tal-Lvant; jinkoraġġixxi wkoll lill-UE tiffirma ftehimiet simili mas-sħab tal-istess fehma, inklużi dawk li mhumiex membri tan-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja li r-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti tibqa’ pedament tas-sigurtà u d-difiża Ewropej; jisħaq fuq l-importanza li jiġi eżaminat il-ħolqien ta’ sħubija formali għas-sigurtà u d-difiża mal-Istati Uniti, li tkun allinjata mal-interessi u mal-valuri tal-UE, u tippromwovi ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta’ djalogu u ta’ kooperazzjoni kostanti dwar il-perċezzjonijiet tat-theddid; itenni l-importanza strateġika tas-sħubija tagħna mal-Istati Uniti u jitlob li tiġi approfondita din il-kooperazzjoni b’mod reċiprokament vantaġġuż, u jiġu eżaminati l-possibbiltajiet ta’ kollaborazzjoni ottimali bejn l-industriji tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li, mingħajr sigurtà fl-Ukrajna, ma jista’ jkun hemm l-ebda sigurtà fl-Ewropa; jisħaq fuq l-importanza li tiġi eżaminata l-possibbiltà li tinħoloq sħubija formali għas-sigurtà u d-difiża mal-Ukrajna; jafferma li l-Ukrajna hija sieħba strateġika prijoritarja għall-UE u qiegħda tipprepara ruħha biex tieħu postha bħala membru tal-Unjoni; itenni li l-UE se tipprovdi appoġġ sostenibbli kontinwu lill-Ukrajna, b’dak kollox li hemm bżonn biex tiggarantixxi r-rebħa tal-pajjiż mill-aktar fis possibbli; jinsisti li l-UE jeħtiġilha tikkontribwixxi biex jinkisbu garanziji ta’ sigurtà sodi u sostnuti ġuridikament favur l-Ukrajna, bil-għan li tiskoraġġixxi aggressjonijiet ulterjuri min-naħa tar-Russja; jenfasizza li kooperazzjoni aktar stretta bejn l-UE u s-settur industrijali tad-difiża tal-Ukrajna hija prijorità, inkluż l-allinjament mat-trasparenza u mal-istandards Ewropej; jisħaq fuq l-importanza tas-sħubijiet tal-UE u tad-disa’ punti tal-impenji konġunti fil-qasam tas-sigurtà bejn l-UE u l-Ukrajna fil-koordinament tal-assistenza lill-Ukrajna; itenni l-appell tiegħu għall-użu urġenti tal-assi ffriżati Russi biex tiġi appoġġjata l-Ukrajna, fir-rispett tad-dritt internazzjonali; jissottolinja l-importanza li jinsiltu tagħlimiet b’mod sistematiku mill-esperjenza operattiva tal-Ukrajna, b’mod partikolari fil-qasam tad-droni/tas-sistema tal-ajru mingħajr bdot abbord u tal-gwerra elettronika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw b’mod attiv u jistabbilixxu sinerġiji mal-Ukrajna, b’mod partikolari fl-oqsma tad-difiża kontra attakki mill-ajru u l-missili u tal-gwerra bid-droni u kontra d-droni, u jirrikonoxxu l-għarfien espert operattiv innovattiv u l-kapaċitajiet avvanzati tagħha, biex b’hekk jissaħħu l-kapaċitajiet difensivi kemm tal-UE kif ukoll tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifaħħar l-fatt li fil-21 ta’ Mejju 2024 ġiet konkluża s-sħubija għas-sigurtà u d-difiża bejn l-UE u l-Moldova, b’enfasi fuq il-ġlieda kontra t-theddid ibridu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza strateġika tas-sħubijiet tal-UE mal-pajjiżi fir-reġjun Indo-Paċifiku, bħall-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea u l-Indja, li diġà ffirmaw sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża, u jinkoraġġixxi l-konklużjoni rapida tan-negozjati mal-Awstralja u l-eżami ta’ sħubijiet ulterjuri ma’ pajjiżi oħra fir-reġjun, b’mod partikolari New Zealand; jenfasizza li l-isfidi għas-sigurtà Ewro-Atlantika u Indo-Paċifika huma interkonnessi mill-qrib; jissottolinja l-bżonn ta’ kooperazzjoni aktar approfondita mat-Tajwan fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jissottolinja l-bżonn li tiġi eżaminata kooperazzjoni msaħħa f’livelli differenti u f’varji formati fil-qasam tas-sigurtà tal-enerġija, tal-konnettività, u tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika mal-pajjiżi tal-Kawkasu u tal-Asja Ċentrali; jinnota l-importanza strateġika ta’ dawn ir-reġjuni għad-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija, l-iżvilupp ta’ kurituri tat-trasport siguri u t-tisħiħ tar-reżiljenza kumplessiva tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza strateġika tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed għas-sigurtà Ewropea; jitlob kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża mas-sħab tal-istess fehma fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u l-iżvilupp ta’ strateġija komprensiva tal-UE fil-qasam tas-sigurtà fil-Baħar l-Iswed; jappoġġja ż-żieda fl-investimenti tal-UE fil-kapaċitajiet navali, fid-difiża kostali, u fl-għarfien dwar iż-żona marittima tal-Baħar l-Iswed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jeżaminaw il-possibbiltà li joħolqu sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża addizzjonali, abbażi ta’ impenji ċari u reċiprokament vantaġġużi, flimkien ma’ sħab oħra tal-istess fehma u li jaqsmu magħna l-istess valuri u huma impenjati li jiddefendu ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu stabbiliti sħubijiet strutturati għas-sigurtà u d-difiża mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, b’mod partikolari l-Bożnija-Ħerzegovina, biex tissaħħaħ l-istabbiltà reġjonali, jiġi miġġieled it-theddid ibridu u tissaħħaħ l-arkitettura tas-sigurtà Ewropea fil-viċinat immedjat tal-UE; jenfasizza li tali sħubijiet għandhom jibnu fuq l-impenn eżistenti tal-PSDK fir-reġjun, inklużi l-operazzjoni EUFOR Althea, id-djalogi politiċi u ta’ sigurtà u l-parteċipazzjoni konġunta fil-missjonijiet tal-UE, filwaqt li jipprovdu qafas aktar strateġiku u fit-tul għall-kooperazzjoni f’oqsma bħar-reżiljenza ċibernetika, il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ difiża;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iżvilupp ta’ sħubijiet man-Nazzjonijiet Uniti u ta’ sħubijiet multilaterali oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tas-Sħubija Strateġika NU-UE dwar l-operazzjonijiet ta’ paċi u l-ġestjoni ta’ kriżijiet; jilqa’ l-prijoritajiet il-ġodda tas-Sħubija Strateġika UE-NU għall-perjodu 2025-2028 u jisħaq fuq il-bżonn ta’ aktar koerenza bejn il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE u tan-NU, kif ukoll tal-effikaċja tagħhom, anki permezz ta’ ppjanar konġunt u proċessi ta’ analiżi tat-tagħlimiet meħuda; jitlob l-implimentazzjoni sħiħ u l-integrazzjoni sistematika tal-aġenda dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, f’konformità mar-riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari rigward il-protezzjoni taċ-ċivili, il-parteċipazzjoni sħiħa, ugwali u sinifikattiva tan-nisa fil-proċessi ta’ paċi u l-prevenzjoni tal-vjolenza sesswali b’rabta mal-kunflitti; jitlob li l-funzjonament tan-Nazzjonijiet Uniti jiġi riformat biex jiġi żgurat li l-missjonijiet u l-operazzjonijiet ikunu effikaċi u jkollhom l-effett mixtieq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Josserva li l-UE u l-Unjoni Afrikana għandhom sħubija strateġika bejniethom, b’mod partikolari fil-qasam tal-paċi u tas-sigurtà; jisħaq fuq il-bżonn li jiġu approfonditi s-sħubijiet strateġiċi mal-organizzazzjonijiet reġjonali l-oħra, fosthom l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, il-Lega tal-Istati Għarab, il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf u l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, f’oqsma ta’ interess reċiproku permezz ta’ inizjattivi konġunti, djalogu u aktar attività diplomatika; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni mas-sħab tal-Amerka Latina biex jiġu indirizzati l-kriminalità organizzata internazzjonali, it-traffikar tranżnazzjonali, it-theddid ibridu u s-sigurtà marittima, u biex jiġu promossi r-reżiljenza demokratika u l-istabbiltà reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jitlob li tissaħħaħ id-dimensjoni operattiva tal-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża mas-sħab tal-istess fehma u ma’ sħab oħra fil-Viċinat tan-Nofsinhar, b’mod partikolari fil-Mediterran, b’enfasi fuq is-sigurtà marittima, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, u abbażi tal-impenji stabbiliti fil-Patt għall-Mediterran biex tiġi approfondita l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà mas-sħab Mediterranji; jissottolinja li l-instabbiltà fir-reġjun għandha impatt dirett fuq is-sigurtà interna tal-UE u għalhekk tirrikjedi risposta aktar strateġika u koordinata;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-promozzjoni tal-modi ta’ kooperazzjoni estiżi u mfassla apposta</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza li l-approċċ integrat tal-UE fil-konfront tal-PSDK jinkludi l-oqfsa ġuridiċi għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi u tal-organizzazzjonijiet reġjonali fil-missjonijiet u fl-operazzjonijiet tal-PSDK; jenfasizza li dawn is-sħab jeħtieġ li jsostnu l-valuri tagħna u jikkondividu l-interessi tagħna; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lis-SEAE jirrazzjonalizzaw aktar il-proċeduri amministrattivi biex jiżguraw parteċipazzjoni aktar rapida u aktar flessibbli tas-sħab tal-istess fehma, b’mod partikolari fil-missjonijiet ta’ taħriġ, tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u ta’ risposta għall-kriżijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jissottolinja r-rwol strateġiku tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) bħala strument fundamentali fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet militari u tad-difiża, fl-appoġġ għall-aspetti militari tal-operazzjonijiet ta’ paċi u għall-forniment ta’ tagħmir lill-forzi armati tas-sħab tal-UE; jitlob li jkun hemm trasparenza totali u skrutinju demokratiku ta’ dan l-istrument;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-Gvern Ungeriż qiegħed ikompli jostakola l-użu ta’ dan l-istrument li jassisti lill-Ukrajna, anki permezz ta’ azzjoni legali quddiem il-Qorti Ġenerali, u l-imblokk kontinwu tiegħu tal-appoġġ tal-EPF lill-Armenja; jistieden lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President teżerċita pressjoni fuq il-Gvern Ungeriż biex jintemm l-imblokk irresponsabbli tal-EPF; jistieden lill-VP/RGħ issib soluzzjonijiet alternattivi biex tingħeleb din is-sitwazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ t-tisħiħ tan-network tal-konsulenti militari tas-SEAE fid-delegazzjonijiet tal-UE, billi jsaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet militari u ċivili tas-sħab; jitlob li jiġu stabbiliti laqgħat regolari ta’ koordinament fost dawn il-konsulenti biex jaqsmu bejniethom l-aħjar prattiki, itejbu l-għarfien tas-sitwazzjoni u jrawmu l-koerenza fl-azzjoni esterna tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinsisti fuq il-fatt li l-prontezza tad-difiża tal-UE 2030 tirrikjedi l-ħolqien ta’ sħubijiet u l-involviment tal-UE mas-sħab tal-istess fehma; jenfasizza li biex l-għanijiet iddikjarati tal-UE jintlaħqu jeħtieġ li jitqiegħdu fis-sigurtà l-ktajjen tal-provvista, inklużi tal-materja prima u tal-komponenti kritiċi, tissaħħaħ u tiġi kkonsolidata l-EDTIB u jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi tal-UE, mingħajr ma jinħolqu oħrajn ġodda; jenfasizza, bħala eżempju, id-dipendenza tal-UE miċ-Ċina għall-materja prima kritika, u dan jirrappreżenta vulnerabbiltà ġeopolitika u ekonomika sinifikanti; jitlob is-sorveljanza demokratika u t-trasparenza fis-sħubijiet tal-industrija tad-difiża biex, fost affarijiet oħra, jiġi ggarantit ir-rispett tal-istandards ambjentali u tax-xogħol; jirrikonoxxi li r-realizzazzjoni ta’ suq uniku awtentiku tad-difiża hija ta’ importanza deċiżiva u se ssaħħaħ il-kapaċitajiet militari tal-UE u l-awtonomija strateġika tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li lil dawk il-pajjiżi li magħhom ġew iffirmati sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża jkun jista’ jingħata l-aċċess privileġġat għall-istrument SAFE, wara ftehimiet bilaterali speċifiċi; josserva li ġew konklużi n-negozjati tal-ftehim konformi mal-istrument SAFE mal-Kanada; jiddispjaċih li l-ftehim mar-Renju Unit għadu ma ġiex finalizzat; jisħaq li l-inklużjoni taż-żewġ pajjiżi fl-inizjattivi ta’ difiża tal-UE tkun ta’ ġid reċiproku u tisfrutta l-valur miżjud ta’ kull industrija; jisħaq fuq l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-Ukrajna fl-istrument SAFE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Josserva li l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tikkoopera wkoll ma’ pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet u entitajiet fil-qafas ta’ arranġamenti amministrattivi mfassla apposta; jisħaq fuq il-bżonn li jiġi żgurat li dawn l-arranġamenti jikkontribwixxu għall-konsolidament tal-EDTIB u għall-protezzjoni tat-teknoloġiji rivoluzzjonarji; jitlob rivalutazzjoni tal-arranġamenti amministrattivi u tal-effikaċja tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lis-SEAE jkollu r-riżorsi umani u finanzjarji neċessarji biex jimplimenta s-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża eżistenti, u jiżgura li jiksbu riżultati tanġibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tal-oqsma ewlenin ta’ kollaborazzjoni fl-ambitu tas-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jissottolinja r-rwol tas-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri ma’ għadd ta’ sħab, li huwa partikolarment importanti fid-dawl tal-provokazzjonijiet u tal-vjolazzjonijiet reċenti tal-ispazju tal-ajru tan-NATO min-naħa tar-reġim Russu u ta’ dak Belarussu, li jolqot b’mod partikolari lill-Istati fuq in-naħa tal-Lvant, u għall-aspetti esterni tal-migrazzjoni irregolari; ifakkar li l-aspetti esterni tal-migrazzjoni irregolari jolqtu ukoll lill-Istati Membri tan-naħa tan-Nofsinhar; jitlob aktar appoġġ finanzjarju u operattiv tal-UE għall-kapaċitajiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri tal-Istati fuq il-front;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Kunsill Ewropew jikkunsidra l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li magħhom ġew iffirmati sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża, b’mod partikolari n-Norveġja, ir-Renju Unit u l-Kanada, fi proġetti ewlenin tal-UE bħall-Għassa tan-Naħa tal-Lvant, l-Inizjattiva Ewropea għad-Difiża kontra d-Droni, it-Tarka tal-Ajru Ewropea u t-Tarka Spazjali Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jisħaq li l-prijoritajiet ta’ finanzjament tal-UE għandhom jirriflettu l-bżonn ta’ distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata tal-kapaċitajiet industrijali, b’attenzjoni partikolari għat-tisħiħ tal-produzzjoni fil-qasam tad-difiża fuq in-naħa tal-Lvant tal-UE biex tiġi indirizzata l-viċinanza maż-żoni b’riskju għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jitlob li jsiru aktar eżerċizzji konġunti ta’ sigurtà marittima mas-sħab alleati rilevanti biex jiġu promossi l-interoperabbiltà u l-prontezza operattiva fil-passaġġi fuq l-ilma u fil-punti ta’ konġestjoni ta’ importanza strateġika fid-dinja kollha, speċjalment fiż-żoni fejn qed jiġu mhedda l-interessi vitali tal-UE; jinsisti fuq l-importanza tas-sorveljanza u tal-protezzjoni tal-infrastruttura marittima kritika, fosthom il-kejbils u l-pipelines sottomarini biex jiġu evitati l-attakki ibridi dejjem aktar frekwenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tas-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża għall-missjonijiet u għall-operazzjonijiet fl-ambitu tal-PSDK, inkwantu jibqgħu l-pedament tal-impenn tal-UE fil-qasam tas-sigurtà esterna u jikkostitwixxu pilastru fundamentali tal-ħidma tal-UE għall-prevenzjoni tal-kunflitti, għall-ġestjoni tal-kriżijiet u għall-istabbilizzazzjoni ta’ wara l-kunflitti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-attakki fuq iċ-ċibersigurtà, id-diżinformazzjoni, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil minn barranin (FIMI), l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet kriminali tranżnazzjonali involuti fil-kuntrabandu tad-droga u fit-traffikar tal-bnedmin u l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi belliġeranti jirrappreżentaw theddida dejjem akbar għas-sigurtà tal-UE; jitlob aktar kooperazzjoni mas-sħab tal-UE bil-għan li tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħha, tiġi protetta l-infrastruttura kritika tagħha u jiġu skambjati l-aħjar prattiki dwar l-indirizzar tal-FIMI; jisħaq fuq l-importanza tas-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża biex jissaħħu r-reżiljenza demokratika u tas-soċjetà; jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ eżerċizzji konġunti ta’ risposta ċibernetika u l-iżvilupp ta’ kanali siguri għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-UE u s-sħab tagħha biex jiġġieldu t-theddid ibridu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li anki l-approċċ tal-UE għad-difiża tal-infrastruttura kritika sottomarina jirrifletti għarfien dejjem akbar tal-isfidi mhux tradizzjonali fil-qasam tas-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u tal-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti, billi jiġi indirizzat it-theddid statali u mhux statali permezz ta’ oqfsa ta’ sigurtà integrati; jenfasizza li huma meħtieġa kooperazzjoni intergovernattiva estensiva u kondiviżjoni tal-informazzjoni, kemm fl-UE kif ukoll mal-pajjiżi terzi, biex jiġu miġġielda u pprevenuti b’mod effikaċi t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jissottolinja li s-sħubijiet huma fundamentali biex tiġi promossa mġiba paċifika u responsabbli fl-ispazju ekstratmosferiku, tingħata risposta lit-theddid spazjali u jiġi appoġġjat l-użu ta’ servizzi spazjali għal skopijiet ta’ sigurtà u difiża; jisħaq li, b’mod partikolari, is-settur emerġenti tal-“ispazju ġdid” u l-potenzjal innovattiv tiegħu rigward it-teknoloġiji b’użu doppju għandhom jiġu sfruttati bis-sħiħ anki għall-iżviluppi fil-qasam tad-difiża u f’dak ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinsisti li s-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża fihom klawżola ta’ rieżami effikaċi li tippermetti l-adattamenti tal-implimentazzjoni u tar-reazzjoni għall-iżviluppi ġodda fil-qasam tas-sigurtà; jenfasizza l-fatt li dawn is-sħubijiet, jekk jiġu implimentati sew, se jagħtu riżultati konkreti u jikkontribwixxu għall-ordni tas-sigurtà Ewropea;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iżvilupp tar-rwol tal-Parlament biex titrawwem il-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Ifakkar li l-Parlament fakkar bosta drabi fl-importanza tas-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża; jemmen li d-diplomazija parlamentari tikkomplementa u tappoġġja dawn is-sħubijiet; jissottolinja r-rwoli kruċjali li jiżvolġu l-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża u d-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO; jitlob lis-SEAE jforni rapporti regolari lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tas-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża u dwar l-istat tan-negozjati li għaddejjin u ta’ dawk ippjanati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jintrabat li jkompli jagħmel laqgħat konġunti tal-kumitati mal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali, id-Difiża u l-Intelligence tal-Verkhovna Rada tal-Ukrajna biex jitrawwem djalogu fil-livell parlamentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jilqa’ l-organizzazzjoni tal-ewwel laqgħa interparlamentari tal-kumitati għad-difiża tal-Istati Membri tal-UE fil-Parlament Ewropew u l-approfondiment ulterjuri tas-sħubija mal-persunal tal-parlamenti nazzjonali, anki permezz tal-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jilqa’ l-organizzazzjoni tal-107 Seminar Rose-Roth tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO bit-titolu “EU-NATO Cooperation: Essential Partnership and Democratic Resilience” (Il-kooperazzjoni bejn l-UE u -NATO: sħubija essenzjali u reżiljenza demokratika), fil-bini tal-Parlament; jenfasizza li dan issottolinja r-rwol l-ġdid u attiv tal-Parlament fid-dawl tal-istatus ta’ sħubija msaħħa tiegħu fl-Assemblea Parlamentari tan-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jissottolinja s-suċċess tal-ewwel proġett pilota li qatt sar tal-Parlament u tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet parlamentari fis-settur tas-sigurtà u d-difiża għall-persunal tal-Verkhovna Rada tal-Ukrajna; jitlob li dan il-proġett pilota jiġi estiż għall-Verkhovna Rada tal-Ukrajna, għall-parlamenti taż-żona tat-tkabbir u għas-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jemmen li l-Forum Schuman għas-Sigurtà u d-Difiża, organizzat mis-SEAE u ospitat b’mod konġunt mill-Parlament, huwa opportunità biex tiġi pprovduta pjattaforma għad-djalogu regolari u ta’ livell għoli mas-sħab; jitlob lill-Parlament jieħu rwol attiv fit-tfassil tal-aġenda tiegħu u tas-segwitu li jingħata, filwaqt li jiżgura li r-riżultati jisqu l-ħidma leġiżlattiva dwar il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinkoraġġixxi li jinħolqu rabtiet aktar stretti mas-soċjetajiet tal-pajjiżi sħab, u li tissaħħaħ il-komunikazzjoni strateġika tal-UE; jitlob li jiġu varati kampanji li jinvolvu lill-Parlament, lil istituzzjonijiet, korpi u organi oħrajn tal-UE, lill-Istati Membri u lill-pajjiżi sħab, kif ukoll lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi, lid-dinja akkademika u lill-media, bil-għan li jippromwovu s-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża eżistenti u jinkoraġġixxu oħrajn ġodda, b’hekk jissaħħu l-immaġni u l-pożizzjoni tal-UE fost il-pajjiżi li magħhom ġew iffirmati tali sħubijiet; jenfasizza l-bżonn li jiġu miġġielda n-narrattivi għal skopijiet ta’ diżinformazzjoni u ta’ manipulazzjoni minn barranin permezz ta’ strateġiji ta’ komunikazzjoni koordinati u inizjattivi ta’ diplomazija pubblika li jinvolvu d-delegazzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>