<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0045</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni wara l-elezzjoni fl-Uganda u t-theddid kontra l-kap tal-oppożizzjoni Bobi Wine</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0121, 0123, 0125 u 0132/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2026 dwar is-sitwazzjoni wara l-elezzjoni fl-Uganda u t-theddid kontra l-kap tal-oppożizzjoni Bobi Wine (2026/2611(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-elezzjonijiet fl-Uganda fil-15 ta’ Jannar 2026 kienu mtappna minn abbużi, restrizzjonijiet severi fuq l-ispazju ċiviku, intimidazzjoni mifruxa ta’ persunaġġi tal-oppożizzjoni, frodi, vjolenza, u blackout tal-internet fil-pajjiż kollu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont ir-riżultati uffiċjali, il-President Yoweri Museveni ġie ddikjarat elett għas-seba’ mandat tiegħu fi proċess li naqas milli jissodisfa l-istandards demokratiċi fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-militar assedja r-residenza tal-mexxej tal-Pjattaforma Nazzjonali tal-Unità (NUP) u kandidat presidenzjali Robert Kyagulanyi (Bobi Wine), u allegatament attakka l-familja u l-persunal tiegħu; billi martu, Barbara Kyagulanyi, kellha tirriloka barra mill-Uganda;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fit-tħejjija għall-elezzjoni, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġew sospiżi b’mod arbitrarju u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-kritiċi tal-gvern sfaw fil-mira, inkluża Sarah Bireete, li ġiet arrestata;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-gvern wettaq repressjoni brutali tal-membri tal-oppożizzjoni, tal-ġurnalisti u tad-dimostranti, b’aktar minn 400 arrest arbitrarju qabel jum l-elezzjoni u mijiet oħra wara, b’rapporti ta’ tortura u trattament ħażin f’detenzjoni; billi fit-28 ta’ Novembru 2025, is-sostenitur tal-NUP Mesach Okello nqatel b’tiri ta’ arma tan-nar waqt dimostrazzjoni paċifika; billi l-mexxejja reġjonali tan-NUP allegatament għebu wara l-elezzjonijiet u għadhom neqsin;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi Dr Kizza Besigye, persunaġġ li ilu żmien twil fl-oppożizzjoni ġie kkonsenjat b’mod straordinarju mill-Kenja, inżamm detenut għal aktar minn sena qabel l-elezzjonijiet, huwa marid serjament u allegatament miċħud mill-kura medika, u qed jiffaċċja proċess minħabba tradiment;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa t-tmexxija tal-elezzjonijiet u r-repressjoni brutali tal-oppożizzjoni politika, tas-soċjetà ċivili, tal-ġurnalisti u tad-dimostranti; jikkundanna l-fastidju u t-theddid fil-konfront ta’ Bobi Wine; jiddenunzja l-qtil ta’ Mesach Okello;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Uganda jtemmu l-vjolenza, it-theddid, il-fastidju u d-detenzjoni arbitrarja kollha ta’ persunaġġi, attivisti u kritiċi min-naħa tal-oppożizzjoni, inklużi Bobi Wine u martu, jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil dawk kollha detenuti b’mod arbitrarju, inkluż Dr Besigye, jieqfu jirrikorru għal proċessi militari kontra ċ-ċivili, iwaqqgħu l-akkużi kollha politikament motivati, inkluż kontra Sarah Bireete, jiżvelaw b’mod urġenti fejn jinsabu l-persuni neqsin kollha, u jiżguraw il-ġustizzja u l-obbligu ta’ rendikont, u jallinjaw il-prattiki ġudizzjarji mas-salvagwardji kostituzzjonali u l-istandards internazzjonali ta’ proċess ġust;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Uganda jtemmu s-sospensjonijiet arbitrarji tal-gruppi tas-soċjetà ċivili, joqgħodu lura minn kwalunkwe restrizzjoni ulterjuri fuq l-internet, u jwettqu riformi elettorali u istituzzjonali komprensivi, inkluż l-iżgurar tal-indipendenza tal-kummissjoni elettorali u tal-ġudikatura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-korpi reġjonali jinvolvu ruħhom b’mod kritiku mal-awtoritajiet tal-Uganda fir-rigward tal-ksur, filwaqt li jimmonitorjaw mill-qrib il-proċessi rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirrieżaminaw il-kooperazzjoni mal-Uganda u l-assistenza li tingħatalha biex jiżguraw ir-rispett għall-prinċipji tal-UE, jimplimentaw sanzjonijiet immirati, u jipprijoritizzaw l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, id-drittijiet tal-bniedem u d-difensuri tal-LGBTIQ+, u l-ġurnalisti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jitlob li jsiru investigazzjonijiet indipendenti u imparzjali dwar id-delitti kontra l-umanità mwettqa mill-mexxejja politiċi u militari tal-Uganda u minn pajjiżi Afrikani oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Unjoni Afrikana u lill-awtoritajiet tal-Uganda.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>