<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0046</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-oppressjoni sistemika, il-kundizzjonijiet inumani u d-detenzjonijiet arbitrarji mir-reġim fl-Iran</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0110, 0119, 0122, 0128, 0130 u 0133/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2026 dwar l-oppressjoni sistemika, il-kundizzjonijiet inumani u d-detenzjonijiet arbitrarji mir-reġim fl-Iran (2026/2612(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-Repubblika Iżlamika tipprattika oppressjoni sistematika tal-poplu tagħha permezz ta’ arresti arbitrarji, għajbien furzat, tortura, qtil extraġudizzjarju, il-piena tal-mewt, il-vjolenza sesswali, il-kastig kollettiv u kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-istimi tal-għadd ta’ mwiet matul il-protesti reċenti jvarjaw minn diversi eluf sa aktar minn 35 000, inklużi ta’ nisa, tfal u anzjani; billi fost il-vittmi hemm ċittadini tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi twettqu għexieren ta’ eluf ta’ arresti arbitrarji, u ċ-ċifri rrappurtati tal-iskala reali huma baxxi; billi d-detenuti jinżammu mingħajr aċċess għall-avukati, għall-familja jew għal kura medika adegwata, u huma soġġetti għal tortura, trattament ħażin minħabba nuqqas ta’ rqad u abbużi oħrajn, u konfessjonijiet furzati;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-atti dokumentati jissodisfaw il-limitu biex jikkwalifikaw bħala delitti kontra l-umanità;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Iran jeżerċita repressjoni tranżnazzjonali permezz ta’ koerċizzjoni bi prokura, inkluż fil-każ ta’ Mohammad Amer Dadafarzin, iben id-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Fariba Baloch, li nżamm f’detenzjoni arbitrarja u ġie ttorturat b’ritaljazzjoni għall-ħidma u x-xhieda ta’ ommu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem quddiem il-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) għandu rwol ċentrali fir-repressjoni, u jopera b’impunità; billi l-UE iddeżinjat lill-IRGC bħala organizzazzjoni terroristika,
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi solidarjetà mal-poplu Iranjan u jafferma mill-ġdid li huwa l-uniku sors leġittimu ta’ sovranità fl-Iran; jappoġġja lill-poplu Iranjan li jfittex il-libertà u d-dritt li jgħix mingħajr koerċizzjoni Iżlamista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jiddeplora l-użu sistematiku tad-detenzjoni arbitrarja, tat-tortura, tal-qtil extraġudizzjarju u tal-piena tal-mewt bħala strumenti ta’ repressjoni mir-reġim; jappella għall-abolizzjoni immedjata tal-piena tal-mewt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lir-reġim iwaqqaf il-vjolenza kollha kontra ċ-ċivili, iwaqqaf l-eżekuzzjonijiet kollha u jtemm ir-repressjoni; jitlob il-ħelsien tal-persuni kollha f’detenzjoni arbitrarja, inklużi ċ-ċittadini barranin u dawk b’ċittadinanza doppja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jieqfu jattakkaw lit-tobba u lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa talli kkuraw lid-dimostranti midruba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob li l-atroċitajiet jiġu ddokumentati b’mod indipendenti mill-korpi tan-NU u li l-evidenza tiġi ppreservata għal prosekuzzjonijiet futuri; jisħaq fuq il-ħtieġa tal-obbligu ta’ rendikont permezz tal-mekkaniżmi ġudizzjarji internazzjonali, inkluż li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jirreferi lill-Iran quddiem il-QKI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li r-reġim jimmira l-attakkati tiegħu kontra dimostranti, attivisti, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ċittadini barranin u b’ċittadinanza doppja, nisa, minoranzi u komunitajiet, inklużi l-Kurdi, il-Baluchis, l-Għarab Ahwazi, il-Baha’i u l-Insara, fost oħrajn; jitlob il-ħelsien ta’ dawk detenuti unikament minħabba l-etniċità jew it-twemmin reliġjuż tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri jespandu s-sanzjonijiet immirati, inklużi l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, kontra dawk responsabbli għall-abbużi, inklużi l-membri tal-IRGC u l-mexxejja politiċi, il-prosekuturi, u l-uffiċjali tal-ħabs u tas-sigurtà, u jinfurzaw is-sanzjonijiet u jipprevjenu ċ-ċirkomvenzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-elezzjoni tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran bħala Viċi President tal-Kummissjoni tan-NU għall-Iżvilupp Soċjali u jiddeplora r-rapporti li s-Segretarju Ġenerali tan-NU bagħat messaġġ ta' ferħ lir-reġim fl-anniversarju tar-Rivoluzzjoni Iżlamika, li jilleġittimizza gvern responsabbli għall-qtil tal-massa, it-tortura u d-detenzjonijiet arbitrarji u jimmina r-responsabbiltà internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jikkundanna l-oppressjoni tan-nisa u jitlob il-ħelsien immedjat tan-nisa kollha f’detenzjoni, speċjalment ir-rebbieħa tal-Premju Nobel Narges Mohammadi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jikkundanna l-użu intenzjonat mill-awtoritajiet Iranjani tad-diplomazija tal-ostaġġi; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżviluppaw kontrostrateġija biex jassistu lill-familji tad-detenuti u jipprevjenu li jkun hemm aktar teħid ta’ ostaġġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprovdu protezzjoni u assistenza umanitarja lill-persuni li qed jiffaċċjaw riskju serju għall-ħajjithom, u jappoġġjaw soluzzjonijiet biex jiġi restawrat l-aċċess għall-internet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri, lin-NU u lill-awtoritajiet Iranjani.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>