<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0047</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-tkeċċijiet immirati ta’ ġurnalisti barranin u ta’ Kristjani barranin fit-Turkija bl-iskuża tas-sigurtà nazzjonali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0120, 0129, 0131 u 0134/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2026 dwar it-tkeċċijiet immirati ta’ ġurnalisti barranin u ta’ Kristjani barranin fit-Turkija bl-iskuża tas-sigurtà nazzjonali (2026/2613(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-Rapport 2025 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija jiddikjara li “l-ambjent għal-libertà tal-media u l-pluraliżmu tal-media huwa ristrett”; billi qam tħassib dwar id-detenzjoni u d-deportazzjoni ta’ ġurnalisti barranin;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, f’dawn l-aħħar snin, mill-anqas 300 patri, missjunarju u membri tal-familja tagħhom barranin Kristjani ġew deportati mit-Turkija u mċaħħda milli jerġgħu jidħlu lura permezz tal-applikazzjoni tal-miżuri amministrattivi “N-82” u “G-87” li jiddeżinjawhom bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali mingħajr evidenza, proċess kriminali jew mezzi effettivi għall-appell;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Kaveh Taheri, ġurnalist indipendenti Iranjan rikonoxxut bħala rifuġjat mill-UNHCR, ġie detenut fis-26 ta’ Jannar 2026 u qed jiffaċċja deportazzjoni u persekuzzjoni politika fl-Iran; billi l-ġurnalist Nujan Mala Hassan sparaw fuqu l-gwardji tal-fruntiera Torok u ndarab fl-20 ta’ Jannar 2026 waqt li kien qed jirrapporta dwar il-protesti; billi ġurnalisti oħra diġà ġew deportati, inkluż il-korrispondent tal-BBC Mark Lowen, u oħrajn ġew arrestati u mhedda bid-deportazzjoni, bħall-ġurnalist Franċiż Raphaël Boukandoura;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi huwa rrappurtat li l-Kristjani huma l-aktar grupp reliġjuż gruppi reliġjużi ppersegwitat globalment; billi din ir-realtà mhix qed tiġi rikonoxxuta u indirizzata u dan il-fatt qed jimmina l-kredibbiltà tal-isforzi internazzjonali biex tiġi protetta l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi diversi każijiet relatati huma pendenti quddiem il-QEDB, inkluż il-każ ta’ <STRING ITALIC="on">Wiest</STRING> vs <STRING ITALIC="on">It-Turkija</STRING>;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-konverżjoni ta’ Hagia Sophia f’moskea, il-qerda ta’ knejjes Kristjani, u l-pressjoni sostnuta fuq il-komunitajiet Kristjani, juru xejra usa’ u sistematika ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertajiet fundamentali, inklużi l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tar-reliġjon;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa t-tkeċċijiet immirati ta’ ġurnalisti barranin u ta’ Kristjani barranin imwettqa bl-iskuża mhux sostanzjata tas-sigurtà nazzjonali u mingħajr il-proċess dovut tal-liġi; jiddeplora n-nuqqas ta’ aċċess għall-evidenza u n-nuqqas ta’ rieżami ġudizzjarju sinifikattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Juri l-appoġġ sod tiegħu għall-Kristjani u jafferma li l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, inkluż id-dritt li wieħed jipprattika, jibdel jew juri r-reliġjon tiegħu b’mod individwali jew f’komunità ma’ oħrajn, trid tiġi protetta bis-sħiħ f’konformità mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tiġi rispettata mingħajr diskriminazzjoni jew interferenza mill-awtoritajiet tal-istat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li dawn it-tkeċċijiet immirati jseħħu f’kuntest usa’ ta’ rigress demokratiku, erożjoni tal-indipendenza ġudizzjarja, kriminalizzazzjoni tad-dissens u attakki fuq is-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lit-Turkija twaqqaf minnufih kull forma ta’ fastidju ġudizzjarju u amministrattiv fil-konfront ta’ ġurnalisti barranin, spiss bl-iskuża dwar is-sigurtà nazzjonali; jesprimi l-għadab kbir tiegħu għall-każijiet ta’ arrest u ta’ detenzjoni arbitrarji li ġew irrappurtati; jistieden lit-Turkija twaqqaf minnufih il-proċedimenti ta’ deportazzjoni kontra Kaveh Taheri u l-ġurnalisti barranin l-oħra kollha; jesiġi s-sospensjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji kollha kontra l-ġurnalist Żvediż Joakim Medin u l-ġurnalisti kollha kkundannati talli wettqu ħidmiethom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkondividi l-valutazzjoni tar-Rapport tal-2025 dwar it-Turkija rigward l-ambjent restrittiv għall-ġurnalisti u għall-ilħna kritiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-ġurnalisti Torok li jkomplu jirrappurtaw b’mod indipendenti minkejja l-bosta abbużi; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ għall-media indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lit-Turkija twaqqaf minnufih l-użu tal-kodiċijiet tas-sigurtà amministrattivi N-82 u G-87, tipprovdi deċiżjonijiet motivati individwali soġġetti għal rieżami ġudizzjarju indipendenti, u tippermetti lil dawk li tkeċċew b’mod arbitrarju jirritornaw lura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jqajmu dan it-tħassib b’mod sistematiku fid-djalogu politiku mat-Turkija u jikkunsidraw miżuri mmirati jekk dawn l-abbużi jippersistu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament tat-Turkija.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>