<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0049</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-tfassil ta’ strateġija ġdida tal-UE kontra l-faqar</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0260/2025 - Rapporteur: João Oliveira)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2026 dwar it-tfassil ta’ strateġija ġdida tal-UE kontra l-faqar (2025/2095(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 145 sa 161 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-pjan ta’ azzjoni rispettiv, bil-miri ewlenin tiegħu għall-2030 u t-tabella ta’ valutazzjoni soċjali tal-UE, u l-indikaturi ewlenin u sekondarji tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Porto tat-8 ta’ Mejju 2021, l-impenji mġedda fil-Forum Soċjali ta’ Porto tal-2023, u d-Dikjarazzjoni ta’ La Hulpe tas-16 ta’ April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU, adottata fi New York f’Settembru 2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Iżvilupp Sostenibbli 2025<FOOTNOTE><FIELD> Sachs, J.D., Lafortune, G., Fuller, G., Iablonovski, G., <STRING ITALIC="on">Sustainable Development Report 2025 – Financing Sustainable Development to 2030 and Mid-Century</STRING> (Rapport dwar l-Iżvilupp Sostenibbli 2025 – Finanzjament tal-Iżvilupp Sostenibbli sal-2030 u Nofs is-Seklu), Dublin University Press, Dublin, l-Irlanda, 2025.</FIELD></FOOTNOTE>, ippubblikat fl-24 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, li ġiet adottata fl-1979,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul), adottata fil-11 ta’ Mejju 2011,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, adottat fi New York fis-16 ta’ Diċembru 1966,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, adottata fi New York fl-20 ta’ Novembru 1989, u l-Kummenti Ġenerali tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà, adottata fi New York fit-12 ta’ Diċembru 2006,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-18 ta’ Diċembru 2019 dwar id-drittijiet tat-tfal,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, inklużi l-Konvenzjoni Nru 102 dwar is-Sigurtà Soċjali (Standards Minimi), il-Konvenzjoni Nru 111 dwar id-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjieg u x-xogħol, u l-Konvenzjoni Nru 189 dwar ix-xogħol deċenti għall-ħaddiema domestiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea, adottata f’Turin fl-1961,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/43/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/78/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1158/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2041/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 132, 17.5.2023, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/970/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 130, 16.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/955/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1385 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1385, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1385/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa” (COM(2025)0097),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 331, 17.8.2021, p. 5.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar l-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti u affordabbli għal kulħadd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 10.11.2021, p. 145.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 2021 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, b’enfasi partikolari fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 17.11.2021, p. 62.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar id-drittijiet tat-tfal fid-dawl tal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 474, 24.11.2021, p. 146.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021 dwar il-Garanzija Ewropea għat-Tfal<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 506, 15.12.2021, p. 94.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 dwar il-faqar fost in-nisa fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 47, 7.2.2023, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2022 dwar is-sitwazzjoni tal-persuni Rom li jgħixu f’insedjamenti fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 14.4.2023, p. 29.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2023 dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura inklużjoni attiva<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/400, 23.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/400/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-iskema tal-frott, il-ħxejjex, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għall-iskejjel prevista mir-Regolament dwar Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1063, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1063/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2023 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali fi żminijiet ta’ kriżi għat-tfal u l-familji tagħhom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4211, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4211/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “It-tfal jiġu l-ewwel - insaħħu l-Garanzija għat-Tfal, sentejn wara l-adozzjoni tagħha”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4212, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4212/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar il-ħolqien tal-impjiegi – it-tranżizzjoni ġusta u l-investimenti b’impatt<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4224, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4224/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2019 dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija ta’ Kwalità Għolja tat-Tfal<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 189, 5.6.2019, p. 4.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/UE tal-20 ta’ Frar 2013 bit-titolu “L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 59, 2.3.2013, p. 5.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal” (COM(2021)0142),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1238 tat-23 ta’ April 2024 dwar l-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal fl-aħjar interessi tat-tfal<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1238, 14.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2024/1238/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 223, 22.6.2021, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2021/1004/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2023 dwar approċċ komprensiv lejn is-saħħa mentali (COM(2023)0298),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025” (COM(2020)0565),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025” (COM(2020)0698),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni” (COM(2020)0620),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2021 dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 93, 19.3.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030” (COM(2021)0101),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Jannar 2021 bit-titolu “Green Paper dwar it-tixjiħ – Inrawmu solidarjetà u responsabbiltà bejn il-ġenerazzjonijiet” (COM(2021)0050),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Bini ta’ ekonomija għas-servizz tan-nies: pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali” (COM(2021)0778),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 387, 15.11.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2023 dwar l-aċċess għal servizzi essenzjali fl-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura inklużjoni attiva<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 41, 3.2.2023, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjattaforma Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Kundizzjoni ta’ Persuni mingħajr Dar, li tnediet fl-2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2021 bit-titolu “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040” (COM(2021)0345) u tas-27 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Il-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE: il-kisbiet ewlenin u t-triq ’il quddiem” (COM(2024)0450),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-14 ta’ Ottubru 2025 dwar Strateġija tal-UE kontra l-Faqar<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/6322, 3.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6322/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti rilevanti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-faqar estrem u d-drittijiet tal-bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ pożizzjoni tan-Network Ewropew kontra l-Faqar (EAPN) bit-titolu “Towards the eradication of poverty – EAPN vision and recommendations for the EU Anti-Poverty Strategy” (Lejn il-qerda tal-faqar – Viżjoni u rakkomandazzjonijiet tal-EAPN għall-Istrateġija tal-UE Kontra l-Faqar), ippubblikat fl-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokumenti ta’ pożizzjoni I u II tal-All Together in Dignity Fourth World bit-titolu “Paving the Way towards an EU Anti-Poverty Strategy” (Inwittu t-Triq lejn Strateġija tal-UE Kontra l-Faqar), ippubblikati f’Jannar u f’Mejju 2025 rispettivament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokumenti ta’ pożizzjoni tal-Pjattaforma Soċjali ta’ Marzu 2025 bit-titolu “A post-2027 Multiannual Financial Framework for Social Europe” (Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-Ewropa Soċjali wara l-2025) u ta’ Mejju 2025 bit-titolu “EU Anti-Poverty Strategy” (Strateġija tal-UE Kontra l-Faqar),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ pożizzjoni ta’ Make Mothers Matter bit-titolu “Mothers’ Poverty in the EU” (Il-Faqar tal-Ommijiet fl-UE), ippubblikat fl-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2024 bit-titolu “Transport poverty: definitions, indicators, determinants, and mitigation strategies” (Il-faqar tat-trasport: definizzjonijiet, indikaturi, determinanti, u strateġiji ta’ mitigazzjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurochild bit-titolu “Children’s Realities in Europe: Progress & Gaps – Eurochild 2024 flagship report on children in need across Europe” (Ir-Realtajiet tat-Tfal fl-Ewropa: Progress u Lakuni – Rapport ewlieni tal-Eurochild 2024 dwar it-tfal fil-bżonn madwar l-Ewropa), ippubblikat fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A10-0260/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fl-2024, 93,3 miljun persuna fl-UE (21,0 % tal-popolazzjoni) kienu fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali, li huwa biss ftit anqas mil-livell tal-2019; u billi fl-2024, 21,9 % tal-popolazzjoni tal-UE li kienet tgħix f’unitajiet domestiċi bi tfal dipendenti kienet fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Severe material and social deprivation rate by age and sex” (Rata ta’ privazzjoni materjali u soċjali estrema skont l-età u s-sess), brawżer tad-data tal-Eurostat, 14 ta’ Novembru 2025, aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2025, https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ilc_mdsd11/default/table?lang=en.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-privazzjoni materjali estrema hija definita bħala n-nuqqas ta’ oġġetti neċessarji u mixtieqa li huma meħtieġa biex wieħed jgħix ħajja adegwata; billi, fl-2024, 6,4 % tal-popolazzjoni tal-UE esperjenzat privazzjoni materjali u soċjali severa, inkluż nuqqas ta’ tisħin adegwat, akkomodazzjoni ffullata żżejjed u nutrizzjoni inadegwata; billi t-tfal u n-nisa huma affettwati b’mod sproporzjonat minn dan il-fenomenu meta mqabbla ma’ gruppi oħra tal-popolazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fil-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tal-2021, l-UE adottat il-mira li tnaqqas l-għadd ta’ persuni fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali b’mill-anqas 15-il miljun sal-2030, meta mqabbla maċ-ċifri tal-2019, inklużi mill-anqas 5 miljun tifel u tifla; billi anke l-ilħuq ta’ din il-mira jkun ifisser li madwar 78 miljun persuna fl-UE, inklużi 15-il miljun tifel u tifla, xorta jkunu f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali sa dak iż-żmien; billi l-Istati Membri impenjaw ruħhom għal miri nazzjonali sabiex jilħqu dan l-għan ewlieni, u billi t-tendenza qed tindika fid-direzzjoni opposta għal kważi nofs l-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-faqar jikkostitwixxi ksur tad-dinjità tal-bniedem li jimmina r-realizzazzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem u jirrifletti d-distribuzzjoni inugwali tal-ġid; billi l-ħtieġa li jinqered il-faqar tirrikjedi aċċess ugwali għall-impjieg u s-servizzi, u politiki li jiżguraw in-natura indiviżibbli u universali tad-drittijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali; billi l-faqar huwa fenomenu multidimensjonali li jestendi lil hinn mill-privazzjoni materjali u jinkludi ostakli għall-edukazzjoni, għall-kura tas-saħħa, għall-parteċipazzjoni soċjali u demokratika, u għall-opportunitajiet ekonomiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi mingħajr bidla fl-approċċ biex jinqered il-faqar fil-livell tal-UE, mhux se jkun possibbli li titreġġa’ lura t-tendenza u jiġi żgurat li kull individwu jkollu opportunitajiet indaqs biex jipparteċipa fis-soċjetà; billi l-qerda tal-faqar tirrikjedi approċċ koordinat u olistiku u politiki integrati li jaħdmu flimkien biex jiksbu l-koeżjoni soċjali u jipprevjenu li l-inugwaljanzi jmorru għall-agħar; billi strateġija komprensiva bħal din tirrikjedi l-involviment tal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-familji b’ġenitur wieħed, b’mod partikolari dawk immexxija min-nisa, jiffaċċjaw riskju akbar ta’ faqar, ta’ 32 % meta mqabbel ma’ 11,2 % biss fost il-familji b’żewġ ġenituri<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “At-risk of poverty rate by poverty threshold and household type” (Rata ta’ riskju ta’ faqar skont is-soll tal-faqar u t-tip ta’ unità domestika), brawżer tad-data tal-Eurostat, 14 ta’ Novembru 2025, aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2025, https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ilc_li03/default/table?lang=en.</FIELD></FOOTNOTE>, li jwassal biex il-membri tal-familja jinqabdu aktar ta’ spiss f’ċirku vizzjuż ta’ faqar li jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra; billi fatturi sistemiċi bħan-nuqqas ta’ aċċess għas-servizzi, l-instabbiltà tal-akkomodazzjoni, l-insigurtà tal-introjtu u l-prevenzjoni insuffiċjenti u s-servizzi ta’ appoġġ għall-familja jimminaw il-kapaċità tal-familji li jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom f’ambjenti komunitarji; billi l-appoġġ u l-assistenza preventivi mmirati tal-familja, inkluż lill-vittmi ta’ abbuż domestiku, huma essenzjali biex jagħtu s-setgħa u jipproteġu lil dawn il-familji u jkissru ċ-ċikli tal-faqar;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-indikaturi tal-għadd ta’ tfal f’riskju ta’ faqar żdiedu minn 23,6 % fl-2019 għal 24,2 % fl-2024; billi abbażi tat-trajettorja attwali, l-UE se tonqos milli tilħaq il-mira tagħha li tnaqqas l-għadd ta’ tfal fil-faqar b’mill-anqas 5 miljun sal-2030; billi huma osservati disparitajiet sinifikanti fost it-tfal ta’ oriġini ta’ minoranza etnika jew minn kuntesti ta’ migrazzjoni, it-tfal b’diżabbiltà u t-tfal Rom; billi r-riżorsi tal-UE u dawk nazzjonali użati bħalissa mhumiex biżżejjed biex tiġi indirizzata l-isfida tal-faqar fost it-tfal fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-faqar fost it-tfal spiss jirriżulta mill-faqar tal-familji, u n-nuqqas ta’ rispons komprensiv ifisser li l-faqar jibqa’ sejjer tul iċ-ċiklu tal-ħajja (fit-tfulija, fuq il-post tax-xogħol u waqt l-irtirar); billi, sabiex jinkiser l-iżvantaġġ interġenerazzjonali, l-enfasi trid tkun fuq il-familja kollha li tkun qed tesperjenza l-faqar, il-ġenituri u t-tfal; billi l-investiment fit-tfal u ż-żgħażagħ, speċjalment fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, in-numeriżmu u l-iżvilupp tal-litteriżmu, kif ukoll l-appoġġ għall-familja, jaġixxi bħala miżura preventiva kontra l-faqar u jiġġenera benefiċċji soċjali sinifikanti fit-tul, u għalhekk ma għandux jitqies biss bħala nefqa soċjali iżda bħala investiment fil-futur;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi fl-14 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta r-Rakkomandazzjoni tiegħu dwar Garanzija Ewropea għat-Tfal, li tirrappreżenta opportunità kbira biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali tat-tfal, u turi l-impenn tiegħu għal politika integrata li għandha l-għan li tkisser iċ-ċirku vizzjuż tal-faqar u biex jiġi żgurat li t-tfal fil-bżonn ikollhom aċċess għal servizzi ewlenin, pereżempju servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal mingħajr ħlas, edukazzjoni mingħajr ħlas (inklużi attivitajiet ibbażati fl-iskola u mill-anqas ikla waħda tajba għas-saħħa għal kull jum tal-iskola), kura tas-saħħa mingħajr ħlas, nutrizzjoni tajba għas-saħħa u akkomodazzjoni adegwata; billi minkejja l-fatt li 5 % tal-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) huwa allokat speċifikament għat-tnaqqis tal-faqar fost it-tfal, ir-rata tar-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali (AROPE) fost it-tfal żdiedet f’xi Stati Membri, u dan jindika l-ħtieġa ta’ użu aktar ambizzjuż u effettiv tal-finanzjament;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-aċċess għal servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal ta’ kwalità huwa kruċjali għall-iżvilupp b’saħħtu tat-tfal żgħar u biex jiġu żgurati opportunitajiet edukattivi ugwali għat-tfal minn sfondi żvantaġġati, it-tfal b’diżabbiltà u dawk bi ħtiġijiet edukattivi speċifiċi, filwaqt li jitqiegħdu l-pedamenti għat-tkissir taċ-ċiklu tal-faqar, tiġi promossa l-inklużjoni soċjali u jinkisbu redditi soċjali għoljin fil-futur; billi skont il-Kummissjoni, l-UE jeħtieġ li tinvesti nfiq addizzjonali ta’ aktar minn EUR 11-il biljun fis-sena biex tilħaq il-miri ta’ Barċellona u tiżgura li, sal-2030, mill-anqas 45 % tat-tfal li għandhom anqas minn 3 snin u mill-anqas 96 % tat-tfal bejn l-età ta’ 3 snin u l-età tal-edukazzjoni primarja obbligatorja jipparteċipaw fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, <STRING ITALIC="on">Employment and social developments in Europe 2024 </STRING>(L-iżviluppi soċjali u fl-impjiegi fl-Ewropa 2024), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi fl-2022, il-punteġġ medju tal-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti għall-kejl tal-ħiliet bażiċi (il-qari, il-matematika u x-xjenza) ta’ dawk li għandhom 15-il sena naqas b’10 punti meta mqabbel mal-aħħar valutazzjoni fl-2018; billi progress insuffiċjenti huwa prevalenti fost l-istudenti żvantaġġati, li juri li l-inugwaljanzi b’rabta mal-edukazzjoni kibru; billi edukazzjoni ta’ kwalità, b’enfasi partikolari fuq it-tisħiħ tal-litteriżmu funzjonali, in-numeriżmu u l-kompetenza diġitali bħala ħiliet fundamentali, hija lieva essenzjali fil-ġlieda kontra l-faqar, peress li tista’ twassal għal opportunitajiet ta’ impjieg aħjar, kundizzjonijiet tal-għajxien imtejba u impatt pożittiv kemm fuq is-saħħa mentali kif ukoll dik fiżika; billi l-investiment f’edukazzjoni ta’ kwalità, b’mod partikolari għal persuni minn minoranzi u gruppi vulnerabbli, huwa wieħed mill-aktar modi effettivi biex jitnaqqas il-faqar b’mod sostenibbli u strutturali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fil-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tal-2021, l-UE adottat il-mira li mill-anqas 60 % tal-adulti għandhom jipparteċipaw fit-taħriġ kull sena sal-2030; billi l-Istati Membri impenjaw ruħhom għal miri nazzjonali sabiex jilħqu dan l-għan ewlieni u billi l-maġġoranza tal-Istati Membri waqgħu lura biex jilħqu dawn il-miri nazzjonali; billi fl-2022, ir-rata ta’ parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim kienet ta’ 39,5 %, li għadha ferm taħt il-mira tal-UE għall-2030<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, <STRING ITALIC="on">Education and training monitor 2024 – Comparative report</STRING>(Il-monitor tal-edukazzjoni u t-taħriġ 2024 – Rapport komparattiv), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; billi huma meħtieġa aktar sforzi sostanzjali biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ taħriġ ta’ kwalità, kif ukoll l-aċċess għalihom, li jippromwovu t-tagħlim tul il-ħajja;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi n-nisa huma affettwati minn livelli ogħla ta’ faqar minħabba diskriminazzjoni u inugwaljanzi meta mqabbla mal-irġiel, bħal diffikultajiet akbar biex jaċċessaw l-impjiegi, differenzjali tal-pagi, intensità tax-xogħol aktar baxxa, karrieri professjonali li jdumu anqas, disparitajiet fil-valur tal-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali<FOOTNOTE><FIELD> Briefing – “The gender gap in pensions in the EU” (Id-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet fl-UE), il-Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku għall-Politika Ekonomika, Xjentifika u tal-Kwalità tal-Ħajja, Lulju 2019.</FIELD></FOOTNOTE>, diffikultajiet biex jaċċessaw kura tas-saħħa speċifika, distribuzzjoni mhux ugwali u kompiti domestiċi<FOOTNOTE><FIELD> https://eige.europa.eu/publications-resources/toolkits-guides/gender-equality-index-2021-report/gender-differences-household-chores.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-faqar fost in-nisa, fid-diversità kollha tiegħu, irid jinftiehem bħala fenomenu kumpless u multidimensjonali li jinkludi mhux biss l-aspetti soċjali, politiċi u kulturali iżda wkoll l-introjtu, l-akkomodazzjoni, is-saħħa u l-aċċess għall-edukazzjoni u għas-servizzi soċjali, u ma jistax jinqered permezz tal-impjieg biss iżda jirrikjedi approċċ komprensiv u inklużiv ibbażat kemm fuq il-prevenzjoni kif ukoll fuq it-tnaqqis tal-faqar; billi fl-2024, fil-pajjiżi kollha tal-UE minbarra tnejn, ir-rata ta’ privazzjoni materjali u soċjali severa kienet ogħla għan-nisa (6,6 %) milli għall-irġiel (6,2 %)<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Severe material and social deprivation rate by age and sex” (Rata ta’ privazzjoni materjali u soċjali estrema skont l-età u s-sess), brawżer tad-data tal-Eurostat, 14 ta’ Novembru 2025, aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2025, https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ilc_mdsd11/default/table?lang=en.</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li r-rata ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali kienet ogħla għan-nisa (21,9 %) milli għall-irġiel (20 %) fil-pajjiżi kollha tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Persons at risk of poverty or social exclusion by age and sex” (Persuni fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali skont l-età u s-sess), brawżer tad-data tal-Eurostat, 14 ta’ Novembru 2025, aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2025,https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ilc_peps01n__custom_17280682/bookmark/table?lang=en&bookmarkId=1136c1ef-3d9f-4fda-82fb-cf7423eac65e&&page=time:2024.</FIELD></FOOTNOTE>; billi fl-istess sena, 23,7 % tan-nisa u 22,7 % tal-irġiel fl-UE qiesu lilhom infushom bħala foqra<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Subjective poverty by age and sex” (Il-faqar suġġettiv skont l-età u s-sess), brawżer tad-data tal-Eurostat, 14 ta’ Novembru 2025, aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2025, https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ilc_sbjp01__custom_17284289/bookmark/table?lang=en&&bookmarkId=7d0decb7-866a-4494-b901-58a61bebd575&&page=time:2024.</FIELD></FOOTNOTE>, billi 21,6 % tan-nisa ta’ 65 sena u aktar kienu fir-riskju tal-faqar, meta mqabbel ma’ madwar 16,5 % tal-irġiel fl-istess grupp tal-età<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Persons at risk of poverty or social exclusion by age and sex” (Persuni fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali skont l-età u s-sess), brawżer tad-data tal-Eurostat, 14 ta’ Novembru 2025, aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2025,https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ilc_peps01n__custom_17280682/bookmark/table?lang=en&bookmarkId=1136c1ef-3d9f-4fda-82fb-cf7423eac65e&&page=time:2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi hemm korrelazzjoni qawwija bejn il-faqar u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-faqar jiggrava l-impatt tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, speċjalment fuq in-nisa emarġinati, bħall-individwi LGBTIQ+; billi n-nisa li jgħixu fil-faqar jiffaċċjaw riskju ogħla li jesperjenzaw il-vjolenza, inkluż vjolenza minn sieħeb intimu u vjolenza domestika, minħabba fatturi bħal dipendenza finanzjarja, nuqqas ta’ sigurtà fl-akkomodazzjoni u aċċess imnaqqas għas-servizzi ta’ appoġġ<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, <STRING ITALIC="on">Financial independence and gender equality: Joining the dots between income, wealth, and power</STRING> (L-indipendenza finanzjarja u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri: Ngħaqqdu l-punti bejn l-introjtu, il-ġid u l-poter), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2024, https://eige.europa.eu/sites/default/files/documents/financial-independence-and-gender-equality.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; billi fl-Istati Membri 30,7 % tan-nisa jesperjenzaw vjolenza fiżika jew theddid u/jew vjolenza sesswali minn xi awtur matul ħajjithom<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Gender-based violence survey” (Stħarriġ dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru), https://eige.europa.eu/newsroom/eu-gender-based-violence-survey?language_content_entity=en.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-faqar ipoġġi lin-nisa f’riskju akbar ta’ traffikar u sfruttament sesswali;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-faqar huwa wkoll kemm kawża kif ukoll konsegwenza tad-diskriminazzjoni intersezzjonali, li taffettwa b’mod sproporzjonat lill-individwi u lill-komunitajiet, jiġifieri n-nisa, il-familji, il-persuni minn sfondi razzjali u etniċi differenti, ir-Rom u t-Travellers, il-persuni mingħajr dar, it-tfal fil-kura istituzzjonali, l-individwi LGBTQIA+, il-persuni akbar fl-età u ż-żgħażagħ, il-persuni b’diżabbiltà, il-persuni li jiffaċċjaw diskriminazzjoni abbażi ta’ reliġjon jew twemmin, il-persuni li jiffaċċjaw mard kroniku u dipendenza, il-persuni li jindukraw b’mod informali u l-ġenituri waħedhom; billi dawn il-gruppi huma aktar vulnerabbli għall-esklużjoni soċjali, minbarra l-intersezzjoni ma’ forom oħra ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi jeżistu ostakli sinifikanti fis-suq tax-xogħol attwali u fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali għall-gruppi vulnerabbli u emarġinati; billi l-indirizzar tal-faqar għalhekk jirrikjedi politiki li jirrikonoxxu u jiġġieldu dawn il-forom ta’ emarġinazzjoni li jikkoinċidu, filwaqt li jiżguraw it-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-bniedem kollha għall-persuni kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi fl-2024, ir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali għall-persuni b’diżabbiltà fl-UE kien 61 % ogħla meta mqabbel ma’ persuni mingħajr tali limitazzjonijiet; billi fl-2023, madwar 20,2 % tal-persuni b’diżabbiltà fl-UE li kellhom 16-il sena u aktar għexu f’unità domestika fir-riskju tal-faqar; billi fl-istess grupp ta’ età, madwar 10,5 % tal-persuni b’diżabbiltà għexu f’unità domestika f’riskju ta’ privazzjoni materjali u soċjali severa; billi, hemm differenza fl-impjiegi ta’ 24 punt perċentwali bejn il-persuni b’diżabbiltà u mingħajrha fl-UE, u differenza saħansitra akbar għan-nisa u ż-żgħażagħ b’diżabbiltà<FOOTNOTE><FIELD> Forum Ewropew dwar id-Diżabbiltà, “<STRING ITALIC="on">EDF 7th Human Rights Report. The Right to work: The employment situation of persons with disabilities in Europe</STRING>, (Is-Seba’ Rapport tal-EDF dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Id-dritt għal xogħol: Is-sitwazzjoni tal-impjiegi tal-persuni b’diżabbiltà fl-Ewropa), 2023, https://www.edf-feph.org/publications/human-rights-report-2023-the-right-to-work/.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-komunitajiet Rom u Traveller għadhom jesperjenzaw xi wħud mill-ogħla livelli ta’ faqar u esklużjoni soċjali fl-UE, b’sa 80 % f’riskju ta’ faqar u 48 % li jiffaċċjaw privazzjoni materjali severa, u billi t-tfal Rom huma partikolarment vulnerabbli għal dawn il-kundizzjonijiet; billi d-data tindika li n-nisa Rom jiffaċċjaw żvantaġġi akbar kemm mill-irġiel Rom kif ukoll minn nisa oħra f’oqsma ewlenin tal-ħajja soċjali, bħall-edukazzjoni, l-impjiegi u s-saħħa<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, <STRING ITALIC="on">Roma Survey – Data in focus: Discrimination against and living conditions of Roma women in 11 Member States </STRING>(Stħarriġ dwar ir-Rom – Enfasi fuq id-data: Id-diskriminazzjoni kontra n-nisa Rom u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom fi 11-il Stat Membru), 2014, https://fra.europa.eu/sites/default/files/fra_uploads/fra-2014-roma-survey-dif-women-2_en.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi fl-2021, 25 % tar-Rom irrapportaw li esperjenzaw diskriminazzjoni fit-12-il xahar preċedenti f’sitwazzjonijiet ta’ kuljum, inkluż it-tiftix ta’ impjieg, fuq il-post tax-xogħol, l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, kif ukoll segregazzjoni, u esklużjoni soċjoekonomika<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, <STRING ITALIC="on">Roma survey 2021 – Roma in 10 European Countries: Main results</STRING> (Stħarriġ dwar ir-Rom 2021 – Ir-Rom f’10 Pajjiżi Ewropej: Riżultati ewlenin), 2021, https://fra.europa.eu/sites/default/files/fra_uploads/fra-2022-roma-survey-2021-main-results2_en.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>, li rriżultaw f’livelli għoljin b’mod sproporzjonat ta’ faqar; billi 80 % tar-Rom jgħixu taħt il-limitu nazzjonali tagħhom ta’ riskju ta’ faqar<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, <STRING ITALIC="on">Second European Union Minorities </STRING><STRING ITALIC="on"> 	and Discrimination Survey: Roma – Selected findings </STRING>(It-Tieni Stħarriġ dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni tal-Unjoni Ewropea: Rom – Sejbiet magħżula), 2016, https://fra.europa.eu/sites/default/files/fra_uploads/fra-2016-eu-minorities-survey-roma-selected-findings_en.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-esklużjoni diġitali tippersisti fl-UE, u ċċaħħad lill-individwi u lill-gruppi milli jaċċessaw u jużaw bis-sħiħ it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u b’hekk ixxekkel il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja ekonomika, soċjali u politika; billi għad hemm distakk diġitali ta’ aktar minn ħames punti perċentwali bejn iż-żoni urbani u rurali madwar l-UE; billi d-distakk diġitali potenzjalment jiggrava l-esklużjoni diġitali għal dawk li jesperjenzaw il-faqar u huwa partikolarment evidenti fost gruppi vulnerabbli, inklużi persuni b’introjtu baxx jew livelli baxxi ta’ edukazzjoni, persuni akbar fl-età, persuni b’diżabbiltà u persuni li jgħixu f’żoni rurali jew iżolati; billi kważi nofs il-popolazzjoni adulta ma għandhiex ħiliet diġitali bażiċi minkejja li aktar minn 90 % tal-impjiegi jirrikjeduhom; billi 5,4 % tat-tfal fl-età tal-iskola madwar l-Ewropa jesperjenzaw privazzjoni diġitali, b’disparitajiet sostanzjali fl-aċċess għar-riżorsi diġitali osservati bejn pajjiżi differenti<FOOTNOTE><FIELD> Ayllón, S., Holmarsdottir, H. & Lado, S., <STRING ITALIC="on">Digitally Deprived Children in Europe</STRING>(Tfal Diġitalment Imċaħħda fl-Ewropa), Child Indicators Research volum 16, pp. 1315–1339, 2023, https://doi.org/10.1007/s12187-022-10006-w.</FIELD></FOOTNOTE>; billi fl-2023, 97,7 % tal-unitajiet domestiċi kollha fl-UE kellhom aċċess għal mill-anqas teknoloġija tal-broadband fissa waħda, meta mqabbla ma’ 92,2 % biss fiż-żoni rurali; billi fl-2023 instab li, 32 % tal-Ewropej ta’ età bejn is-16 u d-29 sena kellhom livell ta’ ħiliet diġitali taħt il-livell bażiku, u din iċ-ċifra titla’ għal 43 % fost dawk li laħqu livell edukattiv baxx, li jenfasizza diskrepanza sinifikanti fil-ħiliet diġitali fid-demografika taż-żgħażagħ<FOOTNOTE><FIELD> Bertoni, E., Cosgrove, J. u Cachia, R., <STRING ITALIC="on">Digital skills gaps - a closer look at the Digital Skills Index</STRING> (Id-distakki fil-ħiliet diġitali - ħarsa aktar mill-qrib lejn l-Indiċi tal-Ħiliet Diġitali) (DSI 2.0), il-Kummissjoni Ewropea, Ispra, 2024, JRC140617, https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC140617.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-aċċess għal internet veloċi u affidabbli huwa essenzjali għall-parteċipazzjoni f’soċjetà infurmata u mmexxija mill-għarfien, kif ukoll għall-aċċess għall-impjiegi, l-edukazzjoni, is-servizzi pubbliċi u l-kura tas-saħħa; billi d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi toffri opportunitajiet sinifikanti, iżda tirrikjedi sforzi mmirati biex tiġi żgurata l-inklużjoni ta’ gruppi vulnerabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi s-sitwazzjoni tal-impjieg ta’ persuna għandha impatt qawwi fuq ir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali tagħha fl-UE; billi, fl-2024, 8,2 % tal-persuni kollha f’impjieg fl-UE esperjenzaw faqar fost dawk li jaħdmu<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, Social Scoreboard (Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali), https://ec.europa.eu/eurostat/cache/dashboard/social-scoreboard.</FIELD></FOOTNOTE> bħala riżultat ta’ pagi baxxi, nuqqas ta’ sigurtà fl-impjieg u kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji; billi l-analiżi tad-data tal-2022 turi li l-ħaddiema part-time iffaċċjaw livelli sproporzjonatament ogħla ta’ faqar fost dawk li jaħdmu (13,5 %) meta mqabbla mal-ħaddiema full-time (7,1 %)<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Employment and Social Developments in Europe” (L-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa) (ESDE), 2023, il-Kummissjoni Ewropea, aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2025, https://op.europa.eu/webpub/empl/esde-2023/.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-faqar fost dawk li jaħdmu għadu sfida strutturali li tpoġġi pressjoni soċjali u ekonomika sinifikanti fuq l-unitajiet domestiċi affettwati u toħloq ostakli għall-inklużjoni soċjali u l-istabbiltà ekonomika; billi l-indirizzar tal-faqar fost dawk li jaħdmu huwa essenzjali biex jiġu promossi impjiegi ġusti, jitnaqqsu l-inugwaljanzi u jiġi żgurat żvilupp ekonomiku sostenibbli u inklużiv madwar l-UE; billi n-negozjar kollettiv, it-trade unions u d-djalogu soċjali jiżvolġu rwol ewlieni fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg u, konsegwentement, fit-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi r-Rapport tal-UE tal-2024 dwar l-Adegwatezza tal-Pensjonijiet jenfasizza li fl-2022, madwar 18,5 miljun individwu li kellhom 65 sena u aktar fl-UE kienu fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (KPS), <STRING ITALIC="on">Pension adequacy report – Current and future income adequacy in old age in the EU</STRING> (Ir-rapport tal-2024 dwar l-adegwatezza tal-pensjonijiet – L-adegwatezza tal-introjtu attwali u futur għall-anzjani fl-UE). Volum I, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2767/909323.</FIELD></FOOTNOTE>; billi r-rati ta’ riskju ta’ faqar f’dan il-grupp ta’ età fl-2022 kienu ta’ 14,2 % għall-irġiel u 19,8 % għan-nisa; billi r-rata ta’ riskju ta’ faqar fost dawk li kellhom 65 sena u aktar żdiedet b’mod kostanti kemm minħabba ż-żieda fir-rati tal-faqar kif ukoll minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja u affordabbli huma essenzjali biex jinkisbu livelli għoljin ta’ protezzjoni soċjali, koeżjoni soċjali u inklużjoni soċjali; billi l-għoti ta’ servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja qed jiġi sfidat minn għadd ta’ kwistjonijiet, inklużi problemi relatati mal-kontinwità tas-servizz, żieda fid-domanda u riżorsi insuffiċjenti, parzjalment iggravati minn popolazzjoni li qed tixjieħ; billi kulħadd fl-UE għandu d-dritt li jaċċessa servizzi essenzjali ta’ kwalità għolja akkumpanjati minn miżuri ta’ appoġġ għal dawk fil-bżonn; billi l-persuni fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali jiffaċċjaw ostakli strutturali f’dan ir-rigward, nuqqas ta’ infrastruttura, ħiliet jew riżorsi monetarji, b’mod partikolari r-Rom u l-persuni mingħajr dar;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi fl-2024 madwar 8 % tal-Ewropej ma setgħux jaffordjaw ikla bbilanċjata li tinkludi l-laħam, il-ħut jew ekwivalenti veġetarjan kull jumejn, li jirrappreżenta madwar 36 miljun persuna madwar l-Unjoni, bil-kwistjoni partikolarment akuta fost il-persuni waħedhom, l-istudenti u l-adulti żgħażagħ, il-familji b’introjtu baxx u l-immigranti; billi l-aċċess effettiv għall-ikel għandu jitqies bħala dritt fundamentali tal-bniedem, kif tirrikjedi Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li għaddejja bħalissa;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-aċċess għall-ilma huwa ħtieġa essenzjali u dritt fundamentali tal-bniedem; billi madwar 9,8 miljun persuna fl-UE ma għandhomx servizzi tal-ilma tax-xorb ġestiti b’mod sikur<FOOTNOTE><FIELD> Il-Bank Dinji, “People using safe managed drinking water services (% of population) - European Union” (Persuni li jużaw servizzi tal-ilma tax-xorb ġestiti b’mod sikur (% tal-popolazzjoni) - l-Unjoni Ewropea), aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2025, https://data.worldbank.org/indicator/SH.H2O.SMDW.ZS?locations=EU.</FIELD></FOOTNOTE>; billi 9,4 miljun oħra jibbażaw fuq servizzi bażiċi tal-ilma mhux fuq il-post<FOOTNOTE><FIELD> Il-Bank Dinji, “People using least basic drinking water services (% of population) - European Union” (Persuni li jużaw mill-anqas servizzi bażiċi tal-ilma tax-xorb (% tal-popolazzjoni) - l-Unjoni Ewropea), aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2025, https://data.worldbank.org/indicator/SH.H2O.BASW.ZS?locations=EU.</FIELD></FOOTNOTE>, u madwar 450 000 individwu ma għandhom l-ebda aċċess, lanqas għal servizzi bażiċi tal-ilma tax-xorb<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, Population having neither a bath, nor a shower, nor indoor flushing toilet in their household by poverty status (Popolazzjoni li la għandha banju, la doċċa, u lanqas toilet bil-flaxing fuq ġewwa fl-unità domestika tagħha skont l-istatus ta’ faqar), brawżer tad-data tal-Eurostat, 28 ta’ Ottubru 2025, aċċessat fid-9 ta’ Diċembru 2025, https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/sdg_06_10/default/table?lang=en.</FIELD></FOOTNOTE>; billi n-nuqqas ta’ aċċess għall-ilma tax-xorb u l-infrastruttura tal-ilma jaffettwa b’mod sproporzjonat lill-gruppi emarġinati;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi huwa stmat li 1 286 691 persuna fl-Ewropa esperjenzaw il-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar fi kwalunkwe lejl partikolari fl-2024<FOOTNOTE><FIELD> Il-Federazzjoni Ewropea tal-Organizzazzjonijiet Nazzjonali li Jaħdmu mal-Persuni Mingħajr Dar (FEANTSA), <STRING ITALIC="on">9th overview of housing exclusion in Europe 2024</STRING> (Id-9 ħarsa ġenerali lejn l-esklużjoni mill-akkomodazzjoni fl-Ewropa 2024), https://www.feantsa.org/resources/9th-overview-of-housing-exclusion-in-europe-2024.</FIELD></FOOTNOTE>; billi r-Rom u gruppi emarġinati oħra huma affettwati b’mod sproporzjonat minn żgumbramenti furzati minn akkomodazzjoni muniċipali, inklużi r-Rom li jħallsu l-kera regolari; billi f’ħafna każijiet, l-awtoritajiet ma rnexxilhomx jipprovdu akkomodazzjoni alternattiva jew kumpens adegwat għall-esproprjazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, <STRING ITALIC="on">Housing conditions of Roma and Travellers in the European Union – Comparative report</STRING> (Kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tar-Rom u tal-Vjaġġaturi fl-Unjoni Ewropea – Rapport komparattiv), 2009, https://fra.europa.eu/en/publication/2011/housing-conditions-roma-and-travellers-european-union-comparative-report.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi għad hemm mill-anqas 1,4 miljun persuna residenti f’istituzzjonijiet fl-UE, għalkemm din iċ-ċifra tista’ tkun sottovalutata minħabba nuqqas ta’ disponibbiltà, konsistenza u kopertura tad-data; billi l-faqar jibqa’ wieħed mill-fatturi li jikkontribwixxu għas-separazzjoni tal-familji fl-UE; billi t-tqegħid tat-tfal f’istituzzjonijiet għandu konsegwenzi serji għat-tfal u l-familji billi jkompli l-istigma u l-iżolament soċjali, u jalimenta ċiklu interġenerazzjonali ta’ żvantaġġi<FOOTNOTE><FIELD> UNICEF, <STRING ITALIC="on">Policy brief: Keeping families together in Europe</STRING> (Nota ta’ politika: Inżommu l-familji magħquda fl-Ewropa), 2024, https://www.unicef.org/eca/media/36541/file/Keeping%20families%20together%20in%20Europe.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; billi r-residenti tal-istituzzjonijiet spiss iħossuhom iżolati mill-komunità usa’ u, filwaqt li jixtiequ jkollhom kontroll aħjar fuq ħajjithom, ma għandhomx biżżejjed kontroll fuq ħajjithom u fuq id-deċiżjonijiet li jaffettwawhom; billi, minkejja l-fatt li l-UE ilha impenjata fil-proċess ta’ deistituzzjonalizzazzjoni, għadhom meħtieġa sforzi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali biex il-gruppi vulnerabbli jkunu jistgħu jgħixu f’ambjent komunitarju jew tal-familja;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-persuni li jgħixu fil-faqar huma affettwati b’mod sproporzjonat minn aċċess limitat għal ikel tajjeb għas-saħħa u kura tas-saħħa ta’ kwalità; billi l-faqar huwa konsegwentement assoċjat ma’ riskju akbar ta’ problemi ta’ saħħa fiżika u mentali; billi r-rabta bejn il-faqar u s-saħħa hija influwenzata b’mod sinifikanti mill-ostakli għall-kura tas-saħħa, bħall-aċċess għall-kura primarja, u t-tnaqqis fl-ammissjonijiet fl-isptarijiet; billi l-faqar, l-iżolament soċjali u l-istress kroniku huma marbuta mill-qrib, jimminaw il-benesseri mentali u jżidu r-riskju ta’ dipendenza u ta’ rati ogħla ta’ mortalità, u jżidu r-riskju ta’ mewt prematura; billi l-faqar u d-dipendenza jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku, u joħolqu ċirku vizzjuż li jiggrava l-esklużjoni soċjali; billi l-qerda tal-faqar min-naħa tagħha tirrikjedi approċċ ibbażat fuq is-saħħa u bbażat fuq l-evidenza għad-dipendenza li jagħti prijorità lill-prevenzjoni u l-irkupru;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-familji jesperjenzaw sfidi multipli u interrelatati li l-ebda servizz waħdu ma jista’ jsolvi jew l-ebda organizzazzjoni waħedha ma tista’ ssolvi; billi l-kontinwità tas-servizzi kif ukoll il-koordinazzjoni xierqa bejn is-servizzi huma essenzjali biex jitħejjew u jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet li jiffaċċjaw it-tfal; billi l-familji fir-riskju jista’ jkollhom aċċess limitat għas-servizzi tas-saħħa mentali minħabba ostakli finanzjarji, stigma jew nuqqas ta’ disponibbiltà; billi d-diskriminazzjoni għandha rabta diretta mal-faqar peress li l-esperjenzi diskriminatorji jipprevjenu lill-persuni li jesperjenzaw il-faqar milli jaċċessaw livell ta’ għajxien adegwat;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi s-sistemi tas-sigurtà soċjali jridu jissaħħu biex jadattaw għall-isfidi demografiċi, il-forom ġodda ta’ xogħol u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; billi l-effikaċja tal-protezzjoni soċjali fit-tnaqqis tal-faqar naqset fil-perjodu 2021-2024 minn 37,1 % għal 34,4 %<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, Social Scoreboard (Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali), https://ec.europa.eu/eurostat/cache/dashboard/social-scoreboard.</FIELD></FOOTNOTE>; billi jeżistu ostakli sinifikanti fis-suq tax-xogħol attwali u fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali għall-gruppi vulnerabbli u emarġinati;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-iskemi ta’ introjtu minimu jibqgħu għodda importanti biex jiġi żgurat l-introjtu u jitnaqqsu l-inugwaljanza u l-faqar madwar l-UE; billi dawn l-iskemi ta’ introjtu minimu jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri f’termini ta’ adegwatezza u kopertura tal-benefiċċji u r-rabta tagħhom mal-miżuri ta’ attivazzjoni tas-suq tax-xogħol; billi l-livelli ta’ introjtu minimu huma ferm taħt il-livelli limitu nazzjonali tal-faqar fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri; billi r-rata ta’ nuqqas ta’ użu għall-iskemi ta’ introjtu minimu hija stmata bejn 30 % u 50 % tal-popolazzjoni eliġibbli, u din timmina l-objettivi ta’ dan l-istrument ta’ appoġġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi huwa neċessarju li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-persuni b’esperjenza diretta ta’ faqar biex jitfasslu u jiġu evalwati l-politiki li jaffettwawhom, bl-għan li jiżdiedu l-parteċipazzjoni demokratika, l-awtonomizzazzjoni u l-emanċipazzjoni soċjali tal-persuni li jgħixu fil-faqar, kif ukoll li jinkisbu riżultati aktar effettivi u ekwi minn dawk il-politiki;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi d-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli tar-reġjuni ultraperiferiċi u d-dipendenza ekonomika minn industriji u prodotti speċifiċi jirrestrinġu serjament l-iżvilupp tagħhom; billi l-inugwaljanzi huma waħda mill-akbar sfidi soċjali li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi u billi huma affettwati b’mod sproporzjonat minn livelli għoljin ta’ faqar u qgħad, rati għoljin ta’ tluq mill-iskola u rati għoljin ta’ persuni barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ; billi l-prodott domestiku gross fir-reġjuni ultraperiferiċi huwa ferm taħt il-medji tal-UE u tal-Istati Membri (60 % tal-medja fl-EU-27);
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-fatturi li jikkontribwixxu għaċ-ċiklu tal-faqar fiż-żoni rurali huma speċifiċi u l-isfidi tal-persuni vulnerabbli li jgħixu f’żoni rurali huma differenti minn dawk tal-persuni vulnerabbli li jgħixu f’żoni urbani; billi nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ impjieg, servizzi pubbliċi (inklużi l-edukazzjoni u t-trasport pubbliku) u konnettività diġitali, prezzijiet għoljin tal-enerġija u tat-trasport u żviluppi demografiċi bħad-depopolazzjoni jikkontribwixxu għal żieda fil-faqar fiż-żoni rurali; billi n-nisa li jgħixu f’żoni rurali huma partikolarment vulnerabbli għall-faqar minħabba aċċess limitat għall-impjiegi, is-servizzi u l-appoġġ soċjali; billi l-istrateġija tal-UE kontra l-faqar trid tqis dawn l-ispeċifiċitajiet territorjali u tiżgura risponsi ta’ politika u mekkaniżmi ta’ finanzjament imfassla apposta li jippromwovu b’mod effettiv l-inklużjoni soċjali u l-koeżjoni territorjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi għandu jkun hemm koordinazzjoni u integrazzjoni f’diversi livelli fir-rigward tal-istrumenti marbuta mal-istrateġija kontra l-faqar; billi mekkaniżmu ta’ governanza robust għall-monitoraġġ tal-objettivi tal-istrateġija huwa essenzjali; billi l-istrateġija se tagħti riżultati biss jekk tkun akkumpanjata minn riżorsi finanzjarji adegwati u jekk l-objettivi tagħha jkunu appoġġjati mill-fondi settorjali rilevanti varji tal-UE; billi d-dispożizzjonijiet dwar il-faqar u l-inklużjoni soċjali fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali għandhom jiġġeddu, jiġu ffinanzjati b’mod adegwat u jiġu delimitati fil-QFP li jmiss;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi huma neċessarji mekkaniżmi trasparenti u fil-fond ta’ ġbir u rapportar tad-data fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jimmonitorjaw il-progress fir-rigward tal-miri ewlenin tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għall-2030, inkluż l-objettiv li jitnaqqas l-għadd ta’ persuni fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali b’mill-anqas 15-il miljun meta mqabbel maċ-ċifri tal-2019;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Lejn strateġija li għandha l-għan li teqred il-faqar</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinsab imħasseb li, fl-2024, 93,3 miljun persuna fl-UE kienu għadhom f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, inklużi 20 miljun tifel u tifla, ekwivalenti għal wieħed minn kull erbat itfal fl-UE, u li 27 miljun persuna fl-UE kienu affettwati minn privazzjoni materjali u soċjali severa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza li l-faqar huwa fenomenu kumpless li jaffettwa l-oqsma kollha tal-ħajja, li għandu l-għeruq tiegħu f’inġustizzja sistemika u strutturali, u li jingħaqad ma’ inugwaljanzi storiċi bbażati fuq il-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru, ir-razza u l-etniċità, ir-reliġjon, l-istatus ta’ immigrant, l-età, l-orjentazzjoni sesswali u d-diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li l-aktar politika sostenibbli kontra l-faqar hija waħda li mill-bidu nett tipprevjeni li jokkorri l-faqar; jappella għal approċċ komprensiv għall-prevenzjoni li jindirizza l-kawżi ewlenin u l-aspetti multidimensjonali tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, kif ukoll il-punti li fihom jikkoinċidu, fir-rigward tal-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità, il-protezzjoni soċjali u l-introjtu minimu, is-servizzi pubbliċi, l-edukazzjoni, l-intervent fit-tfulija bikrija, il-kura tas-saħħa, l-ikel, l-akkomodazzjoni, l-enerġija u t-tassazzjoni; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-faqar tista’ tinkiseb biss billi jiġu promossi politiki li jiżguraw l-indiviżibbiltà u l-universalità tad-drittijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li l-faqar jaffettwa b’mod sproporzjonat lill-gruppi emarġinati u vulnerabbli tas-soċjetà, bħan-nisa, il-familji, in-nies minn sfondi razzjali u etniċi differenti, ir-Rom u l-Vjaġġaturi, in-nies li jesperjenzaw il-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, it-tfal f’kura istituzzjonali, l-individwi LGBTQIA+, l-anzjani u ż-żgħażagħ, il-persuni b’diżabbiltà, il-persuni li jiffaċċjaw diskriminazzjoni minħabba r-reliġjon jew it-twemmin, in-nies li jiffaċċjaw mard u dipendenzi kroniċi, dawk li jieħdu ħsieb it-tfal b’mod informali u l-ġenituri waħedhom; jenfasizza l-ħtieġa ta’ miżuri mmirati biex dan jiġi indirizzat, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil dawk l-aktar vulnerabbli għall-faqar estrem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifakkar li l-UE impenjat ruħha, fl-ambitu tal-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li tnaqqas l-għadd ta’ persuni f’riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali b’mill-anqas 15-il miljun sal-2030, inklużi mill-anqas 5 miljun tifel u tifla; jisħaq li, mingħajr bidla fundamentali fl-approċċ għall-ġlieda kontra l-faqar, u mingħajr finanzjament adegwat, l-UE u l-Istati Membri tagħha mhux se jilħqu dawn l-objettivi għat-tnaqqis tal-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija kontra l-faqar komprensiva, ambizzjuża u ffinanzjata b’mod adegwat li tinkludi l-objettivi u l-linji gwida ġenerali li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>ir-rikonoxximent tal-faqar bħala ksur tad-dinjità tal-bniedem li jimmina r-realizzazzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem u bħala bażi għall-promozzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet f’konformità mal-oqfsa legali internazzjonali, b’mod partikolari l-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>l-istabbiliment tal-għan li l-faqar jinqered b’mod urġenti sa mhux aktar tard mill-2035, abbażi tal-istandards tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, filwaqt li jiġu żviluppati wkoll indikaturi <STRING ITALIC="on">interim</STRING> tal-progress, stadji importanti ċari u qafas ta’ monitoraġġ li jippermetti koordinazzjoni adegwata tal-politiki u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>il-koordinazzjoni xierqa bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u meta applikabbli mal-awtoritajiet reġjonali, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà, biex jintlaħaq dan il-għan;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja komprensiv, iffukat fuq in-nies u integrat għall-politiki fit-tul kontra l-faqar, li jikkombina miżuri universali u mmirati li jibdew fit-tfulija u matul l-istadji kollha tal-ħajja, bl-għan li jinqered il-faqar u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali bħala kriterju trażversali fil-politiki settorjali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>il-parteċipazzjoni minn persuni b’esperjenza diretta ta’ faqar fid-definizzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ politiki li jaffettwawhom, b’mod inklużiv, effettiv u trasparenti li jimxi id f’id ma’ metodoloġija u l-bini tal-kapaċitajiet;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>prinċipju fundamentali u orizzontali ta’ nondiskriminazzjoni fl-istrateġija kontra l-faqar biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi strutturali u l-istigmi tas-soċjetà li għandhom l-għeruq tagħhom fid-diskriminazzjoni li tiggrava l-faqar u l-esklużjoni soċjali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>l-allokazzjoni ta’ riżorsi baġitarji adegwati u sostnuti għal miżuri kontra l-faqar permezz tal-QFP u mekkaniżmi baġitarji nazzjonali biex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija kontra l-faqar u jiġi żgurat l-impatt fit-tul tagħha;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rabtiet strutturali bejn il-faqar u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u tindirizza l-vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala strateġija ewlenija għall-qerda tal-faqar, b’mod partikolari l-faqar fost in-nisa u t-tfal, filwaqt li tirrikonoxxi li l-eliminazzjoni tat-tipi kollha ta’ vjolenza hija essenzjali għall-kapaċità tan-nisa li jipparteċipaw bis-sħiħ fil-komunitajiet tagħhom u fl-ekonomija, li jaċċessaw l-edukazzjoni, l-impjiegi u s-servizzi soċjali, u b’hekk jiksbu indipendenza finanzjarja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-investiment pubbliku f’politiki li jindirizzaw il-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jilqa’ r-ratifika mill-UE tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul u jħeġġeġ lill-Bulgarija, iċ-Ċekja, l-Ungerija, il-Litwanja u s-Slovakkja jtemmu b’suċċess il-proċess ta’ ratifika tagħhom mingħajr aktar dewmien; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika, li tiggarantixxi li n-nisa li qed jesperjenzaw il-faqar u tipi oħra ta’ vjolenza jkollhom aċċess adegwat u mingħajr kundizzjonijiet għall-postijiet ta’ kenn, servizzi ta’ appoġġ għas-superstiti, għajnuna legali u benesseri soċjali, irrispettivament mill-istatus ta’ residenza jew migrazzjoni tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u distribuzzjoni aktar ekwa tal-introjtu u tal-ġid</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw l-għan ta’ livell massimu ta’ impjieg u impjieg deċenti, kif ukoll protezzjoni soċjali adegwata, servizzi għal kulħadd u distribuzzjoni ġusta tal-introjtu u l-ġid bħala linja gwida għall-politiki ekonomiċi u soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f’dan il-kuntest, isaħħu l-politiki attivi tagħhom tas-suq tax-xogħol, b’mod partikolari għal dawk li l-aktar jinsabu f’pożizzjoni mbiegħda mill-impjieg; jenfasizza li politiki attivi tas-suq tax-xogħol effettivi għandhom imorru lil hinn mill-aċċess għall-impjieg u jinkludu wkoll servizzi ta’ sostenn għall-persuni biex jibqgħu fl-impjieg;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu politiki li jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet tax-xogħol, l-impjiegi ta’ kwalità, ir-relazzjonijiet ta’ impjieg stabbli u l-protezzjoni minn tkeċċija inġusta, il-pagi ġusti, inkluża paga ugwali għal xogħol ugwali u paga ugwali bejn in-nisa u l-irġiel, it-tagħlim tul il-ħajja, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċess għal protezzjoni soċjali adegwata; jilqa’ f’dan ir-rigward it-tħabbira ta’ pjan direzzjonali għal impjiegi ta’ kwalità biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għall-ħaddiema kollha u għall-persuni li jaħdmu għal rashom, b’mod partikolari billi tiżdied il-kopertura tan-negozjar kollettiv; jisħaq li dan il-pjan direzzjonali jirrappreżenta opportunità biex jiġi stabbilit dritt individwali għat-taħriġ u għat-tagħlim tul il-ħajja; jisħaq fuq il-persistenza tal-faqar fost dawk li jaħdmu għal ħaddiem wieħed minn kull tnax madwar l-UE; jinsisti, f’dan il-kuntest, li ma għandu jkun hemm l-ebda faqar fost dawk li jaħdmu fl-UE, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw serjament din il-problema, billi jindirizzaw l-ostakli strutturali lil hinn mill-kwalità tal-impjiegi, inkluż l-aċċess għas-servizzi tal-indukrar tat-tfal u l-appoġġ għalihom, itejbu r-rikonoxximent tal-kwalifiki, u jindirizzaw in-nuqqas ta’ gwida għall-karriera u appoġġ għat-taħriġ imfassla apposta; jisħaq li t-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2041 dwar pagi minimi adegwati se tkun kruċjali għall-prevenzjoni tar-riskji tal-faqar fost il-ħaddiema u l-ġlieda kontrihom, filwaqt li ssaħħaħ l-inċentivi għax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni demokratika fuq il-post tax-xogħol bħala għodda għall-ġlieda kontra l-faqar fost dawk li jaħdmu, permezz tad-dritt għall-organizzazzjoni u għal azzjoni kollettiva u negozjar kollettiv imsaħħaħ, permezz tad-drittijiet tat-trade unions, jiġifieri l-libertà tal-istabbiliment u ta’ sħubija mat-trade unions, billi jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jiġu pprovduti kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, inkluż il-ħin tax-xogħol, u billi l-kundizzjonijiet tax-xogħol jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, il-perkorsi ta’ taħriġ, u s-sistemi ta’ assistenza għat-tiftix ta’ impjieg għal persuni li jkunu qed jesperjenzaw il-faqar u l-gruppi vulnerabbli, b’mod partikolari individwi qiegħda fit-tul u b’livell baxx ta’ ħiliet; jisħaq fuq l-importanza ta’ gwida individwalizzata, rikonoxximent tal-ħiliet informali, u r-rabta tat-taħriġ ma’ opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-iżvilupp u l-espansjoni tal-oqfsa nazzjonali għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali, li jippermettu r-rikonoxximent tal-esperjenza prattika f’setturi bħall-kostruzzjoni, l-agrikoltura, il-kura tas-saħħa u l-kura soċjali, is-settur tal-ospitalità, il-manifattura, l-artiġjanat, il-loġistika, u t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, filwaqt li jibnu fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu appoġġjati l-opportunitajiet ta’ intraprenditorija u ta’ impjieg indipendenti għan-nisa, b’mod partikolari f’żoni rurali, insulari u żoni oħra ġeografikament remoti, bħala mezz biex jinkisbu inklużjoni ekonomika aħjar u ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiġi miġġieled il-faqar, jinħolqu impjiegi lokali u jitrawwem żvilupp ekonomiku inklużiv; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw appoġġ immirat għall-intraprendituri nisa permezz ta’ aċċess imtejjeb għall-finanzjament, taħriġ fin-negozju, għodod u swieq diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa politiki li jiffaċilitaw l-aċċess tan-nisa għal impjiegi ta’ kwalità u perkorsi intraprenditorjali, permezz ta’ inċentivi għall-kumpaniji biex jimpjegaw u jippromwovu n-nisa, b’mod partikolari l-ommijiet waħedhom, u biex jipprovdu arranġamenti tax-xogħol flessibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li s-segregazzjoni fl-aċċess għall-edukazzjoni ġenerali għat-tfal b’diżabbiltà tirriżulta f’esklużjoni soċjali, u tibqa’ sfida madwar l-UE; jitlob li l-istrateġija kontra l-faqar tiżgura l-aċċessibbiltà tal-edukazzjoni għat-tfal b’diżabbiltà, kemm f’termini ta’ infrastruttura fiżika kif ukoll ta’ riżorsi edukattivi, sabiex tiggarantixxi opportunitajiet indaqs għall-istudenti kollha; jisħaq fuq il-potenzjal ta’ teknoloġiji assistivi u l-intelliġenza artifiċjali (IA) affordabbli biex jissaħħaħ it-tagħlim inklużiv għall-istudenti b’diżabbiltà, filwaqt li jiġi offrut appoġġ personalizzat, għodod adattivi u komunikazzjoni aħjar; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinvestu f’dawn it-teknoloġiji u jiżguraw li l-għalliema jkunu mħarrġa biex jintegrawhom b’mod effettiv; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw salvagwardji robusti kontra d-dijanjożi ħażina tad-diżabbiltajiet intellettwali jew il-ħtiġijiet edukattivi speċjali fost it-tfal Rom, li tirriżulta f’segregazzjoni edukattiva; jisħaq fuq l-importanza ta’ prattiki ta’ valutazzjoni nondiskriminatorji, kif ukoll politiki ta’ edukazzjoni inklużiva li jirrispettaw id-drittijiet u d-dinjità tat-tfal kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jqisu l-approċċ tar-rapport tal-2023 mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-faqar estrem u d-drittijiet tal-bniedem, biex jiġi miġġieled il-faqar permezz ta’ aċċess effettiv għax-xogħol u l-għan ta’ livell massimu ta’ impjiegi u impjiegi ta’ kwalità, jiġifieri billi jinħolqu jew jissaħħu strumenti speċifiċi li għandhom l-għan primarju li jiġġieldu l-qgħad u s-sottoimpjieg, jiġi pprovdut appoġġ personalizzat u tiżdied l-impjegabbiltà tal-persuni li l-aktar jinsabu f’pożizzjoni mbiegħda mill-impjieg, b’mod partikolari dawk minn gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, bħall-persuni Rom u l-persuni b’diżabbiltà; iqis li dawn l-istrumenti għandhom iqisu r-rwol kemm tas-settur privat kif ukoll dak pubbliku u r-responsabbiltajiet soċjali tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iqis li l-ekonomija soċjali hija komponent essenzjali tal-ekonomija soċjali tas-suq tal-UE u xprun għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-miri tiegħu, li spiss tipprovdi impjieg lil gruppi vulnerabbli u esklużi; jitlob li l-istrateġija kontra l-faqar issaħħaħ l-ekonomija soċjali f’konformità mal-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar l-ekonomija soċjali u l-pjan direzzjonali ta’ Liège għall-ekonomija soċjali fl-Unjoni Ewropea; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tesplora mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattivi, bħall-bonds b’impatt soċjali, biex tiffinanzja proġetti li jappoġġjaw l-iżvilupp tal-ekonomija soċjali fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2022 dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ekonomija soċjali (ĠU C 47, 7.2.2023, p. 171).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fid-dawl tal-kriżi tal-għoli tal-ħajja, jiżguraw aċċess għal oġġetti u servizzi essenzjali affordabbli bħall-ikel, l-enerġija, l-ilma, l-akkomodazzjoni, it-trasport u l-komunikazzjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Aċċess għal servizzi pubbliċi ta’ kwalità, protezzjoni soċjali u miżuri ta’ appoġġ</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġġieldu l-faqar billi jippromwovu politiki pubbliċi li jiżguraw in-natura indiviżibbli u universali tad-drittijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali; jinsisti fuq l-importanza ta’ approċċ multidixxiplinari u fuq il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, b’mod partikolari billi jiġi promoss l-aċċess għall-akkomodazzjoni, l-ispazji u s-servizzi pubbliċi, il-kura tas-saħħa, il-benesseri u l-kwalità tal-ħajja; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-ostakli strutturali jew sistemiċi għall-ħruġ mill-faqar u mill-esklużjoni soċjali u għall-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà, kemm jekk dawn l-ostakli jinsabu fis-sistemi legali jew fil-politiki pubbliċi tagħhom jew l-implimentazzjoni tagħhom fil-livell territorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappella għall-inklużjoni ta’ indikaturi kwalitattivi fl-istrateġija tal-UE kontra l-faqar biex jirriflettu aħjar l-aspetti multidimensjonali tal-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu b’mod sinifikanti l-investiment pubbliku f’politiki li jiggarantixxu d-drittijiet soċjali, billi jipprovdu aċċess universali għal servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja, u oġġetti u servizzi ta’ interess ekonomiku u soċjali ġenerali bħal akkomodazzjoni deċenti, ikel, ilma, sanità, enerġija, trasport, komunikazzjonijiet, u attivitajiet kulturali u ta’ divertiment; jisħaq li l-aċċess għal nutrizzjoni tajba għas-saħħa u affordabbli huwa ħtieġa essenzjali, b’mod partikolari għall-individwi u l-familji li jesperjenzaw faqar estrem, it-tfal, l-anzjani li jgħixu waħedhom u l-komunitajiet emarġinati; jissottolinja l-kontribut ta’ tali investiment għat-tkissir taċ-ċikli interġenerazzjonali tal-faqar u li jippermetti l-inklużjoni soċjali u tal-impjiegi, b’mod partikolari f’oqsma bħall-edukazzjoni, inklużi l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, il-kura tas-saħħa, inkluża l-kura tas-saħħa mentali, u l-protezzjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fil-promozzjoni ta’ politika tal-akkomodazzjoni li tiżgura aċċess universali għal akkomodazzjoni deċenti u affordabbli, f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, jiġifieri l-Artikolu 25 tagħha, u tinkludi azzjoni speċifika biex tiġi indirizzata l-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-pjan Ewropew għal akkomodazzjoni affordabbli jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ akkomodazzjoni tal-pajjiżi kollha tal-UE, filwaqt li jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, b’enfasi partikolari fuq il-persuni li jesperjenzaw il-faqar, it-tfal vulnerabbli, iż-żgħażagħ u l-komunitajiet emarġinati; jissottolinja r-rwol essenzjali ta’ akkomodazzjoni affordabbli u aċċessibbli fl-appoġġ tad-deistituzzjonalizzazzjoni u l-prevenzjoni tal-istituzzjonalizzazzjoni minħabba l-faqar, akkomodazzjoni inadegwata jew nuqqas ta’ appoġġ<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, <STRING ITALIC="on">Paths towards independent living and social inclusion in Europe</STRING> (Perkorsi lejn għajxien indipendenti u inklużjoni soċjali fl-Ewropa), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Lussemburgu, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; jitlob li dan il-pjan jiddedika finanzjament robust tal-UE għall-espansjoni u r-rinnovazzjoni tal-istokk ta’ akkomodazzjoni pubblika u soċjali; jitlob li ssir reviżjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex ikun jista’ jsir investiment akbar mill-Istati Membri fl-akkomodazzjoni pubblika u soċjali, miżuri li jappoġġjaw skemi ta’ akkomodazzjoni soċjali u kooperattivi tas-settur mingħajr skop ta’ qligħ u l-ekonomija soċjali, u miżuri li jipproteġu lill-inkwilini, jiżguraw l-istabbiltà tal-akkomodazzjoni, jipprevjenu l-iżgumbramenti mingħajr ħtija u jiġġieldu l-prattiki spekulattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, fl-implimentazzjoni u l-estensjoni ta’ programmi u miżuri, bħall-Akkomodazzjoni l-Ewwel, biex jindirizzaw u jipprevjenu l-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, b’attenzjoni speċjali mogħtija lill-kundizzjoni ta’ tfal mingħajr dar, filwaqt li jirrikonoxxu l-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar bħala waħda mill-aktar forom severi u viżibbli ta’ faqar u esklużjoni soċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq pjan ta’ azzjoni robust, b’miri speċifiċi, bl-għan li tintemm il-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar madwar l-UE sal-2030, li jrid jinkludi miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni tal-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar b’mod ġenerali, il-kundizzjoni ta’ tfal u familji mingħajr dar, il-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar minħabba telf ta’ impjieg u kundizzjonijiet ta’ impjieg mhux siguri b’mod partikolari, u biex tiġi indirizzata l-kundizzjoni ta’ nisa mingħajr dar – spiss ikkawżata mill-vjolenza domestika u fil-familja – kif ukoll miżuri biex tittejjeb l-aċċessibbiltà tal-akkomodazzjoni għall-persuni b’diżabbiltà u għall-persuni akbar fl-età;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu u jappoġġjaw ċentri ddedikati għal individwi mingħajr dar li joffru kura medika bażika u speċjalizzata mfassla għall-ħtiġijiet ta’ persuni mingħajr dar, inklużi servizzi tas-saħħa fiżika u mentali, ikkomplementati bi programmi edukattivi li għandhom l-għan li jipprevjenu l-abbuż tad-droga, inklużi konsulenza, u inizjattivi ta’ żvilupp tal-ħiliet biex jappoġġjaw ir-riintegrazzjoni fis-soċjetà; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida u tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri biex tiżgura l-operat effettiv u uman ta’ dawn iċ-ċentri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw miżuri u politiki effettivi li għandhom l-għan li jimplimentaw il-prinċipju ta’ “paga ugwali għal xogħol ugwali” billi jiġġieldu l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari dawk li huma bbażati fuq il-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, id-diżabbiltà, l-età, l-isfond soċjoekonomiku, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru jew l-istatus tal-migrazzjoni; jisħaq fuq l-importanza ta’ implimentazzjoni rapida tad-Direttiva (UE) 2023/970 dwar paga ugwali għal xogħol ugwali, u ta’ kampanji ta’ informazzjoni u taħriġ dwar preġudizzji konxji u inkonxji, sabiex jiġu pprevenuti tali inugwaljanzi u diskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappella għal sforzi ġodda u aċċelerati biex titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi u d-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet, u biex jiżdied l-investiment fis-servizzi pubbliċi u fl-infrastruttura soċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżviluppaw azzjonijiet immirati biex jiġu żgurati livelli tal-pensjoni adegwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki biex isaħħu d-drittijiet tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri u tal-familjari li jindukraw, filwaqt li jippromwovu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, inklużi arranġamenti flessibbli ta’ ħin tax-xogħol, jiffaċilitaw l-aċċess tan-nisa għal introjtu garantit matul il-liv tal-maternità, u jappoġġjaw ir-riintegrazzjoni tan-nisa fix-xogħol wara t-tqala u l-liv tal-maternità, u jiżguraw kundizzjonijiet adegwati għat-treddigħ fuq il-post tax-xogħol; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jintroduċu u jippromwovu politiki ta’ liv tal-paternità aċċessibbli u kkumpensati b’mod adegwat, li jippermettu lill-missirijiet jistabbilixxu rabtiet b’saħħithom mat-tfal tagħhom, jaqsmu responsabbiltajiet tal-indukrar indaqs, u jieħdu l-ħin liberu neċessarju biex jappoġġjaw l-iżvilupp bikri tat-tfal u l-benesseri tal-familja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza l-impatt sproporzjonat tax-xogħol tal-kura mhux imħallas fuq in-nisa u fuq is-sigurtà ekonomika tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu s-sistemi ta’ kura pubbliċi nazzjonali u reġjonali tagħhom biex jiżguraw li l-individwi kollha, kemm dawk akbar fl-età, kif ukoll iżgħar, irrispettivament mill-isfond tagħhom, ikollhom aċċess għal servizzi ta’ kura professjonali li jiggarantixxu kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għall-professjonisti tal-kura; jenfasizza li s-servizzi tal-kura fid-dar huma essenzjali biex tiġi pprovduta kura ta’ kwalità u ċċentrata fuq il-persuna għall-persuni fil-bżonn, inklużi l-persuni akbar fl-età, kif ukoll indukrar tat-tfal ta’ kwalità għolja; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jesploraw il-possibbiltà li jadottaw prattiki u miżuri li jipprovdu appoġġ lill-persuni li jindukraw b’mod informali, b’mod partikolari lil dawk li jindukraw individwi minn familji b’introjtu baxx, li, wara valutazzjoni professjonali, jitqiesu li ma jistgħux jgħixu b’mod indipendenti, bħala mezz ta’ appoġġ għal kura dinjituża u bbażata fil-komunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki u aċċess għal appoġġ għall-ħaddiema, b’mod speċjali għan-nisa li ilhom barra mill-forza tax-xogħol għal għadd ta’ snin minħabba responsabbiltajiet tal-familja biex jirritornaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw aċċess universali għal kura tas-saħħa pubblika affordabbli u ta’ kwalità għolja għal kulħadd, inkluża l-kura tas-saħħa ta’ qabel it-twelid, materna, neonatali u pedjatrika, inklużi l-prevenzjoni primarja, il-programmi ta’ tilqim u l-kura primarja, aċċess għal dijanjożi, trattament u riabilitazzjoni, u aċċess għal firxa varjata ta’ trattamenti mediċi u terapewtiċi speċjalizzati, li jiggarantixxu lin-nisa kollha d-dritt għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, flimkien ma’ miżuri mmirati biex jiġu żgurati identifikazzjoni bikrija u intervent għal dawk f’riskju ta’ kwistjonijiet ta’ saħħa u żvilupp, kif ukoll biex jittejbu s-servizzi mmirati ta’ intervent fit-tfulija bikrija li għandhom l-għan li jippromwovu l-iżvilupp, il-benesseri u l-inklużjoni soċjali tat-tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jirrikonoxxi l-faqar mestrwali bħala forma strutturali ta’ faqar u inugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE, li jaffettwa madwar 10 % tal-popolazzjoni mestrwali; jissottolinja l-impatt sproporzjonat tagħha fuq in-nisa u l-bniet b’introjtu baxx, ir-rifuġjati, il-persuni li jfittxu l-ażil, iż-żgħażagħ, il-persuni mingħajr dar, il-persuni b’diżabbiltà, u oħrajn f’sitwazzjonijiet vulnerabbli; jisħaq li l-faqar mestruwali jillimita serjament il-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali, edukattiva u professjonali; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta’ azzjoni komprensiv bħala parti mill-istrateġija tal-UE kontra l-faqar, li jiżgura aċċess liberu jew affordabbli għal prodotti mestrwali, informazzjoni u faċilitajiet sanitarji adegwati, b’mod partikolari f’postijiet pubbliċi bħall-istituzzjonijiet edukattivi, il-postijiet tax-xogħol, il-bini pubbliku u ċ-ċentri ta’ akkoljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu s-sistemi tas-sigurtà soċjali pubbliċi, universali u bbażati fuq is-solidarjetà sabiex jiżguraw protezzjoni soċjali sħiħa u effettiva għal kulħadd, inkluż għall-ħaddiema, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-pensjonanti u jipprevjenu u jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-faqar u tal-faqar fost dawk li jaħdmu, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2019 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom; jinsisti fuq l-importanza li jiġu indirizzati l-isfidi li jiffaċċjaw il-persuni f’impjieg prekarju jew mhux standard, b’mod partikolari ż-żgħażagħ li jiffaċċjaw diskriminazzjoni abbażi tal-età u li ma għandhomx rekords ta’ kontribuzzjoni suffiċjenti biex jaċċessaw il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, u li jiġu inklużi l-artisti u l-ħaddiema fis-setturi kulturali u kreattivi; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw il-faqar fost l-anzjani permezz ta’ miżuri speċifiċi, b’attenzjoni partikolari għan-nisa, li huma affettwati b’mod sproporzjonat; jistieden lill-Istati Membri jqisu b’mod adegwat, fl-iskemi tal-pensjoni tagħhom, il-perjodi ta’ assenza mix-xogħol minħabba liv tal-ġenituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jisħaq li l-ekonomija informali għandha tiġi indirizzata fl-istrateġija kontra l-faqar, peress li għadha mifruxa madwar l-UE, u dan jirriżulta f’impjiegi mingħajr aċċess għad-drittijiet, għal paga adegwata, għall-protezzjoni soċjali jew għal standards tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri joħolqu perkorsi ta’ inklużjoni bejn l-ekonomiji informali u formali, pereżempju billi jintroduċu proċeduri ta’ reġistrazzjoni simplifikati għall-ħaddiema staġjonali, manwali u domestiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw il-faqar fost iż-żgħażagħ u l-inugwaljanza soċjoekonomika, filwaqt li jirrikonoxxu li ż-żgħażagħ huma affettwati b’mod sproporzjonat mill-qgħad, l-impjieg prekarju, l-esklużjoni mill-akkomodazzjoni u l-vulnerabbiltà soċjali; jisħaq li ż-żgħażagħ huma rrappreżentati żżejjed f’setturi kkaratterizzati minn xogħol part-time, staġjonali, prekarju u mhux iddikjarat, u li r-rati ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ għadhom għoljin b’mod persistenti f’diversi Stati Membri u aktar mid-doppju tar-rata ġenerali tal-qgħad fl-UE; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala strument ewlieni għall-promozzjoni tal-inklużjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, kif ukoll il-ħtieġa li l-istrateġija tintuża biex jiġu żviluppati aktar sinerġiji bejn dan l-istrument u l-Garanzija Ewropea għat-Tfal, u li jissaħħu ż-żewġ strumenti billi jiġu adottati miżuri mmirati, jiġu avvanzati soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni affordabbli għaż-żgħażagħ fil-pjan ta’ akkomodazzjoni affordabbli li jmiss, u jissaħħu l-appoġġ għas-saħħa mentali mfassal apposta u s-servizzi ta’ inklużjoni soċjali mfassla speċifikament għaż-żgħażagħ; jappella għal appoġġ imsaħħaħ għaż-żgħażagħ fil-proċess ta’ tranżizzjoni mis-sistema ta’ kura alternattiva, biex jiġi żgurat perkors stabbli u dinjituż lejn il-ħajja adulta, jiġifieri billi jiġi pprovdut aċċess imtejjeb għal opportunitajiet ta’ taħriġ u impjieg, jew appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ universitarji jew vokazzjonali, sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar matul dan il-perjodu kritiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw il-fenomeni moħbija tal-faqar, jiġġieldu l-istigmatizzazzjoni tal-persuni li jgħixu fil-faqar, u n-nuqqas ta’ użu tal-benefiċċji soċjali disponibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jingħelbu l-ostakli amministrattivi li jistgħu jipprevjenu lill-gruppi vulnerabbli, bħar-Rom, milli jaċċessaw is-servizzi essenzjali u l-protezzjoni soċjali, peress li dawn l-ostakli jipperpetwaw u jaggravaw il-faqar u l-esklużjoni; jissottolinja li n-numri ta’ identifikazzjoni nazzjonali jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess ugwali għas-servizzi essenzjali filwaqt li jżommu ċ-ċarezza u l-obbligu ta’ rendikont amministrattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrevedu l-leġiżlazzjoni rilevanti sabiex jipprojbixxu b’mod espliċitu d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-istatus soċjoekonomiku, filwaqt li jirrikonoxxu l-intersezzjoni tagħha ma’ forom oħra ta’ diskriminazzjoni; jissottolinja li hija neċessarja bażi legali ċara biex jiġu żgurati drittijiet infurzabbli u protezzjoni għall-persuni li jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali; jistieden ukoll lill-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar id-direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni sabiex iniedi negozjati interistituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jirrieżaminaw il-politiki u l-miżuri li jippenalizzaw lill-persuni li jesperjenzaw faqar estrem, u s-sanzjonijiet kontra dawk li jipprovdu appoġġ; jenfasizza li tali miżuri spiss jimminaw id-dinjità, jiggravaw l-esklużjoni, u huma kontroproduttivi għall-objettivi tal-inklużjoni soċjali fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jesploraw u jimplimentaw mekkaniżmi proattivi biex jiżguraw li l-individwi kollha eliġibbli għall-benefiċċji soċjali, speċjalment dawk fi gruppi mmirati għall-assistenza soċjali, jiġu infurmati b’mod effettiv dwarhom u jingħataw aċċess għalihom, u b’hekk jitnaqqas in-nuqqas ta’ użu, inkluż billi jitnaqqas il-piż amministrattiv tat-talbiet għall-benefiċċji, tiġi żgurata aktar trasparenza, u jiġi żgurat li l-persunal ikun imħarreġ biex jilħaq u jassisti lill-persuni li jesperjenzaw il-faqar, sabiex tinbena l-fiduċja fl-istituzzjonijiet rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-mira tal-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom 2021-2030 dwar it-tnaqqis tad-distakk tal-faqar bejn il-komunitajiet Rom u l-popolazzjoni ġenerali b’mill-anqas nofs għadha ’l bogħod milli tintlaħaq; jenfasizza li l-istrateġija tal-UE kontra l-faqar għandha tikkondividi l-għan komuni tal-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, it-tnaqqis tal-inugwaljanza, u l-indirizzar tad-diskriminazzjoni strutturali mal-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom u l-Garanzija Ewropea għat-Tfal; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li dawn l-inizjattivi jiġu implimentati f’sinerġija, b’mod partikolari fl-indirizzar tal-faqar fost it-tfal u t-tkissir taċ-ċiklu tal-iżvantaġġ interġenerazzjonali fost il-familji Rom u Vjaġġaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jisħaq fuq id-distakk diġitali li qed jikber, li jista’ japprofondixxi l-faqar billi jillimita l-aċċess għall-informazzjoni, u l-ħtieġa ta’ miżuri biex tiġi indirizzata l-esklużjoni diġitali ta’ gruppi b’introjtu baxx u emarġinati, inklużi l-persuni akbar fl-età; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jrawmu l-inklużjoni diġitali ta’ gruppi vulnerabbli permezz ta’ miżuri u programm ta’ appoġġ li jiżguraw l-aċċess tagħhom għat-teknoloġiji, l-infrastruttura u l-konnettività diġitali, kif ukoll it-taħriġ dwar il-ħiliet diġitali bażiċi; jirrakkomanda l-inklużjoni ta’ indikaturi ċari għall-monitoraġġ tal-inklużjoni diġitali, speċjalment fost it-tfal, filwaqt li tkompli tiġi ssalvagwardjata l-attività online tagħhom u dik tal-adolexxenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Iqis li l-mira tad-diġitalizzazzjoni sħiħa tas-servizzi pubbliċi ewlenin stabbilita fil-programm ta’ politika tal-UE dwar id-Deċennju Diġitali tista’ tenfasizza l-inugwaljanzi, b’mod partikolari bejn iż-żoni urbani u rurali, il-gruppi ta’ età u l-gruppi soċjoekonomiċi, billi titbiegħed minn appoġġ individwalizzat; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn il-proċess ta’ diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi u l-amministrazzjoni, u l-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw din il-kwistjoni fil-kuntest tal-istrateġija kontra l-faqar u l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali, filwaqt li jiżguraw ir-riżorsi neċessarji, l-appoġġ wiċċ imb wiċċ u t-taħriġ xieraq għall-persunal f’servizzi ewlenin tal-amministrazzjoni pubblika, biex jiżguraw aċċess ugwali għas-servizzi pubbliċi u jipprevjenu t-twessigħ tad-distakk diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Ifakkar li l-użu dejjem akbar tal-algoritmi u tas-sistemi tal-IA fis-servizzi pubbliċi essenzjali jista’ joħloq riskji sinifikanti li jissaħħu l-forom eżistenti ta’ diskriminazzjoni, b’mod partikolari kontra l-persuni li jesperjenzaw il-faqar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tippromwovi sistemi tal-IA li huma etiċi mid-disinn u tiżgura l-prinċipju orizzontali tan-nondiskriminazzjoni fir-regolamenti kollha tal-UE relatati mal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-faqar u s-saħħa mentali huma interkonnessi mill-qrib u li kull wieħed minnhom jista’ jaffettwa b’mod negattiv lill-ieħor; jirrakkomanda li l-Istati Membri jsaħħu l-appoġġ għan-nies, inklużi l-familji u t-tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, permezz ta’ servizzi ta’ appoġġ tas-saħħa mentali u psikosoċjali, u jiżguraw l-użu ta’ riżorsi suffiċjenti u professjonisti mħarrġa b’mod adegwat biex jipprovdu dawn is-servizzi b’mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat id-dritt ta’ kulħadd li jaċċessa, joħloq u jipparteċipa fil-kultura, u li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-aċċess għall-kultura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jenfasizza li l-persuni fir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali huma affettwati b’mod sproporzjonat mit-tibdil fil-klima; itenni li t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jridu jkunu soċjalment ġusti u inklużivi; jitlob li l-istrateġija tal-UE kontra l-faqar tinkorpora miżuri adegwati u mmirati li jsaħħu u jikkomplementaw l-isforzi ta’ tranżizzjoni ġusta, filwaqt li tiżgura approċċ komprensiv biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timpenja finanzjament suffiċjenti fil-QFP 2028-2034 għal investimenti fl-appoġġ għan-nies matul dawn it-tranżizzjonijiet, b’attenzjoni partikolari għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jisħaq li l-persuni li jgħixu f’żoni rurali, f’komunitajiet remoti u f’żoni b’densità baxxa ta’ servizzi pubbliċi huma aktar vulnerabbli li jispiċċaw jgħixu fil-faqar u jesperjenzaw esklużjoni soċjali minħabba nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ impjieg, servizzi pubbliċi (inklużi l-edukazzjoni u t-trasport pubbliku), konnettività diġitali, u prezzijiet għoljin tal-enerġija u tat-trasport; jitlob li l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni li jgħixu f’dawn iż-żoni jiġu kkunsidrati fl-istrateġija kontra l-faqar;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Strateġija bil-faqar fost it-tfal fil-qalba tagħha</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-għadd ta’ tfal li jinsabu f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali żdied; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-istrateġija kontra l-faqar tiġġieled b’mod attiv il-faqar fost it-tfal permezz ta’ approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja, meta jitqies li l-ewwel snin tal-ħajja tat-tfal huma kruċjali għall-iżvilupp fiżiku, mentali, konjittiv, soċjali u emozzjonali tagħhom, u għas-sodisfazzjon tul il-ħajja tagħhom, sabiex jinkiser iċ-ċiklu tal-faqar interġenerazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Ifakkar fl-impenn tal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen, fl-2019, li tiżgura li kull tifel u tifla fl-Ewropa f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali jkollhom aċċess għall-aktar drittijiet bażiċi, bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, li kien segwit mill-adozzjoni, fl-2021, ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal; jisħaq li l-objettivi tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal ma jistgħux jintlaħqu mingħajr baġit ambizzjuż iddedikat fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali; itenni, f’dan il-kuntest, it-talba tiegħu għal baġit sostanzjali ddedikat ta’ mill-anqas EUR 20 biljun għall-Garanzija Ewropea għat-Tfal; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li dan il-baġit iddedikat jiġi allokat fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss sabiex iwieġeb għall-isfida dejjem tikber tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fit-tisħiħ u l-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal mingħajr dewmien, biex jiġi żgurat aċċess għal kura tas-saħħa, edukazzjoni, edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal effettivi u mingħajr ħlas, aċċess effettiv għal akkomodazzjoni adegwata u deċenti, u nutrizzjoni tajba għas-saħħa għat-tfal kollha fil-bżonn; jissottolinja, f’dan il-kuntest, l-importanza ta’ aċċess effettiv u universali għal ikliet tal-iskola affordabbli; jenfasizza r-rwol ċentrali tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal fil-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali, u jirrakkomanda koordinazzjoni u rabta xierqa bejn dan l-istrument u l-istrateġija kontra l-faqar; jisħaq fuq l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha tagħha mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli, u jagħmlu użu sħiħ mir-riżorsi kollha, inklużi l-FSE+ u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, biex jimplimentaw b’mod effettiv il-Garanzija Ewropea għat-Tfal, filwaqt li jiżguraw ukoll aktar fondi biex titrawwem l-inklużjoni edukattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jilqa’ l-aġġornament reċenti tal-qafas ta’ monitoraġġ għall-Garanzija Ewropea għat-Tfal<FOOTNOTE><FIELD> Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, “Update of the monitoring framework for the European Child Guarantee (Autumn 2025)” (Aġġornament tal-qafas ta’ monitoraġġ għall-Garanzija Ewropea għat-Tfal (ħarifa 2025)), 4 ta’ Frar 2026, https://webgate.ec.europa.eu/circabc-ewpp/ui/group/bab664d7-1188-47b2-9fa6-869902320ba2/library/d7064b47-8a07-47b6-8d9f-0dc08849f2b7/details.</FIELD></FOOTNOTE> u l-inklużjoni fil-qafas ta’ indikaturi ġodda biex tittejjeb l-effettività tal-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni ta’ dan l-istrument fl-Istati Membri; jissottolinja r-rwol importanti tas-sistemi ta’ ġbir u monitoraġġ tad-data biex jiġu mifhuma l-ostakli li jiffaċċjaw it-tfal vulnerabbli u li permezz tagħhom ikunu jistgħu jsiru interventi mfassla apposta u jiġu allokati r-riżorsi; jistieden lill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jissokta bil-ħidma tiegħu biex itejjeb il-qafas ta’ monitoraġġ ħalli jżomm ir-rilevanza tiegħu u jindirizza l-lakuni li fadal fid-data, u lill-Istati Membri jużaw dan il-qafas komuni ta’ monitoraġġ filwaqt li jadattawh għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom fir-rigward tal-faqar fost it-tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-indukrar ta’ wara l-iskola u l-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-iskola; iqis li l-istrateġija kontra l-faqar hija opportunità biex jiġi promoss it-titjib fil-kwalità tas-servizzi tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal permezz ta’ riżorsi finanzjarji u umani adegwati, taħriġ għall-persunal, sistemi mtejba ta’ twissija bikrija, u miżuri għall-evalwazzjoni u t-titjib kontinwu tal-kwalità pedagoġika, bħal-litteriżmu u n-numeriżmu, sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ġenerali tat-tfal; jisħaq fuq l-importanza li jingħalqu l-lakuni persistenti fil-litteriżmu u n-numeriżmu funzjonali, permezz ta’ interventi mmirati f’ambjenti edukattivi formali u informali, biex jitnaqqsu l-ostakli sinifikanti biex jingħeleb il-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-allokazzjoni ta’ baġit sostanzjali ddedikat għall-Garanzija Ewropea għat-Tfa, implimentat permezz tal-FSE+, sabiex tirrispondi għall-isfidi dejjem akbar tal-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali, u li l-Istati Membri jallokaw mill-anqas 5 % tal-fondi tal-FSE+ għal proġetti speċifiċi u investimenti strutturali li jiġġieldu l-faqar fost it-tfal, b’mill-anqas 10 % allokati għall-Istati Membri b’livelli ta’ faqar fost it-tfal u esklużjoni soċjali li jaqbżu l-medja tal-UE; jenfasizza li dan l-investiment fil-ġenerazzjoni li jmiss, minbarra li jiżgura l-benesseri tat-tfal, huwa investiment sod li jipprevjeni l-kostijiet soċjetali futuri<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Update of the EU framework for monitoring the implementation of the European Child Guarantee” (Aġġornament tal-qafas tal-UE għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal), 2 ta’ Ġunju 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq li l-użu ta’ dawn il-fondi għandu jkun trasparenti u jirrikjedi l-involviment tal-organizzazzjonijiet soċjali fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex timmonitorja bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal fl-Istati Membri kollha bħala parti mis-Semestru Ewropew u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; iqis li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom jirriflettu l-konformità baġitarja tal-Istati Membri mar-rekwiżit minimu tal-allokazzjoni meħtieġ għall-indirizzar tal-faqar fost it-tfal stabbilit fir-Regolament FSE+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-għoti ta’ kura tat-tfal u ta’ kwalità aċċessibbli għal kulħadd, bl-għan li jiġu appoġġjati l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal bħala xpruni kruċjali biex jitkisser iċ-ċiklu tal-faqar u tiżdied il-parteċipazzjoni tal-ġenituri fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jiġi rikonoxxut li r-responsabbiltajiet tal-indukrar jaqgħu b’mod sproporzjonat fuq in-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw orjentazzjoni ffukata fuq it-tfal fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tagħhom u jsaħħuhom billi jipprovdu benefiċċji speċifiċi għat-tfal fil-bżonn biex jappoġġjaw l-iżvilupp u l-benesseri tagħhom, bħal allowances tat-tfal, ikliet fl-iskejjel, u programmi ta’ tnaqqis tal-kostijiet għal attivitajiet kulturali, sportivi, ta’ divertiment u ekstrakurrikulari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jisħaq li t-tfal affettwati mill-faqar u l-esklużjoni soċjali jiffaċċjaw diffikultajiet f’diversi oqsma tal-iżvilupp tagħhom; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza ta’ approċċ multisettorjali li fih il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jaħdmu fi sħubija biex tiġi żviluppata strateġija integrata ħalli jiġu identifikati d-diffikultajiet u jiġu miġġielda l-inugwaljanzi fit-tfulija, filwaqt li jiġu pprovduti servizzi ta’ protezzjoni tat-tfal u ta’ appoġġ għall-familja; jenfasizza li xi tfal u l-familji tagħhom affettwati mill-faqar jistgħu jeħtieġu appoġġ speċifiku, bħal pereżempju minn terapisti tat-taħdit, oftalmologi, psikologi, terapisti okkupazzjonali u nutrizzjonisti; jitlob li l-istrateġija kontra l-faqar tippromwovi b’mod attiv is-sħubijiet bejn is-servizzi edukattivi, tal-kura tas-saħħa u soċjali sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kura u t-trasferiment tal-informazzjoni bejn is-servizzi, bl-għan li jittejbu l-mekkaniżmi integrati ta’ appoġġ u koordinazzjoni għat-tfal fil-bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw id-dritt ta’ kull tifel u tifla għall-ħajja tal-familja, li jfisser li l-faqar, is-sitwazzjonijiet prekarji ta’ akkomodazzjoni jew in-nuqqas ta’ aċċess għal servizzi pubbliċi adegwati qatt ma jintużaw bħala l-unika raġuni biex it-tfal jitqiegħdu f’kura istituzzjonali; jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji nazzjonali ta’ prevenzjoni u politiki soċjali proattivi biex jipprevjenu s-separazzjoni tat-tfal mill-ambjent tal-familja tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li r-rikors għal deċiżjoni li tfal u żgħażagħ jitpoġġew f’istituti jiġi ttrattat biss bħala miżura estrema u jinvestu f’sistemi sikuri ta’ foster care għat-tfal u ż-żgħażagħ biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura tal-familja u bbażata fil-komunità; jirrakkomanda li l-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw mekkaniżmi ta’ monitoraġġ biex jidentifikaw is-separazzjoni tal-familja relatata mal-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Ifakkar fl-objettiv tal-UE li ssir tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għall-kura komunitarja jew f’familja; jirrikonoxxi l-opportunità pprovduta mill-istrateġija kontra l-faqar biex jinbnew pontijiet mal-Garanzija Ewropea għat-Tfal, b’mod partikolari b’miżuri li jappoġġjaw lill-grupp fil-mira tat-tfal f’kura istituzzjonali ; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-FSE+, kif ukoll minn fondi Ewropej u nazzjonali rilevanti oħra sabiex jiffinalizzaw il-proċess ta’ deistituzzjonalizzazzjoni ħalli jiġi żgurat li t-tfal ikunu jistgħu jgħixu f’ambjent familjari jew komunitarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>jikkundanna l-forom kollha ta’ vjolenza, abbuż, sfruttament u negliġenza fir-rigward tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw investimenti fis-sistemi ta’ protezzjoni tat-tfal, inkluż l-indirizzar tal-vjolenza kontra u fost it-tfal, pereżempju l-vjolenza ċibernetika u l-bullying, speċjalment meta jkunu bbażati fuq raġunijiet soċjoekonomiċi u jaffettwaw lit-tfal vulnerabbli, sabiex jinkoraġġixxu l-iskambju tal-aħjar prattika f’dan il-qasam bil-ħsieb li jinqerdu l-vjolenza u l-fastidju;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nindirizzaw il-faqar billi napprofondixxu l-parteċipazzjoni demokratika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw mekkaniżmi adegwati, effettivi u trasparenti biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni sinifikattiva u kontinwa ta’ persuni b’esperjenza diretta ta’ faqar fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika, inklużi t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwaw lill-persuni li jgħixu fil-faqar, biex jimxu id f’id ma’ metodoloġija u bini tal-kapaċitajiet li jippermettu tali parteċipazzjoni, li jirriżultaw f’kokreazzjoni u mhux biss f’konsultazzjoni, f’konformità mal-prinċipju “xejn dwarna mingħajrna”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jirrakkomanda li ssir konferenza annwali biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra l-faqar, b’kompożizzjoni wiesgħa u diversa, inklużi l-persuni b’esperjenza diretta ta’ fqar, b’mod partikolari n-nisa; jenfasizza li l-konferenza għandha tikkontribwixxi għall-monitoraġġ formali tal-UE tal-istrateġija kontra l-faqar billi tipprovdi spazju għar-rieżami tal-progress skont punti ta’ riferiment u indikaturi ċari; jitlob, f’dan ir-rigward, li l-parteċipazzjoni diretta ta’ persuni b’esperjenza diretta ta’ faqar tiġi appoġġjata b’mod attiv u rikonoxxuta bħala essenzjali għall-evalwazzjoni tal-impatt reali tal-istrateġija kontra l-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tad-diversi organizzazzjonijiet soċjali, inklużi dawk mingħajr skop ta’ qligħ, involuti fil-ġlieda kontra l-faqar u l-prevenzjoni tiegħu, u r-rwol li dawn l-organizzazzjonijiet jiżvolġu fil-ġlieda kontra l-faqar, u jissottolinja l-ħtieġa li jiġu involuti b’mod sinifikattiv u li jissaħħu r-riżorsi allokati biex jappoġġjaw il-ħidma tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Koordinazzjoni istituzzjonali xierqa, governanza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jissottolinja li s-suċċess tal-istrateġija kontra l-faqar se jiddependi wkoll minn approċċ intersezzjonali u finanzjament adegwat, kif ukoll koordinazzjoni orizzontali u f’diversi livelli xierqa bejn il-livelli kollha ta’ governanza u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet involuti fit-twettiq tagħha; itenni l-ħtieġa li l-istrateġija kontra l-faqar tiġi integrata b’mod komprensiv fil-politiki rilevanti kollha, biex jiġu żgurati l-konsistenza, l-impatt u s-sostenibbiltà fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Iqis li l-ambitu tar-responsabbiltajiet fil-livell tal-UE, tal-Istati Membri u dak reġjonali biex jintlaħaq b’mod konkret l-objettiv tal-qerda tal-faqar għandu jiġi definit b’mod adegwat, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi fl-istrateġija kontra l-faqar prinċipju orizzontali li jirrikjedi l-politiki settorjali tal-UE rilevanti kollha jwettqu analiżi tal-impatt <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> dwar il-faqar tal-valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-ugwaljanza u d-drittijiet tal-bniedem u l-valutazzjonijiet tal-impatt distributtiv <FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2022 bit-titolu “Valutazzjoni aħjar tal-impatt distributtiv tal-politiki tal-Istati Membri” (COM(2022)0494).</FIELD></FOOTNOTE>, b’attenzjoni partikolari għall-effetti fuq dawk l-aktar f’riskju li jesperjenzaw l-esklużjoni soċjali u l-faqar estrem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tkompli tiffoka fuq il-ġlieda kontra l-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, il-faqar estrem u l-esklużjoni soċjali, permezz ta’ appoġġ finanzjarju adegwat, il-promozzjoni tat-tagħlim reċiproku tal-istrateġiji u l-esperjenzi tal-Istati Membri, u l-istabbiliment ta’ approċċ sistematiku għall-monitoraġġ tal-progress u l-effiċjenza tal-miżuri meħuda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Ifakkar li l-indikatur tar-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali (AROPE) jonqos milli jinkludi l-kawżi ewlenin tal-faqar, b’mod partikolari billi ma jinkludix il-persuni li jgħixu barra mill-unitajiet domestiċi privati, l-aspetti kwalitattivi tal-faqar u l-esperjenzi diretti ta’ emarġinazzjoni; jissottolinja li l-faqar jestendi lil hinn minn introjtu insuffiċjenti jew privazzjoni materjali; jistieden lill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jaħdem mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar it-tiġdid tal-kejl tal-istatistika tal-AROPE sabiex din tespandi lejn viżjoni aktar b’saħħitha, diżaggregata u aktar multidimensjonali tal-faqar u l-esklużjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jisħaq li l-istrateġija kontra l-faqar se tagħti riżultati biss jekk tkun akkumpanjata minn finanzjament adegwat fil-livell tal-UE u dak nazzjonali; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi ssalvagwardjata u msaħħa l-politika ta’ koeżjoni sabiex tkompli tiġi appoġġjata l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jiġu miġġielda l-asimetriji bejn l-Istati Membri tal-UE, u fihom, fil-QFP li jmiss; jitlob, f’dan ir-rigward, allokazzjoni adegwata u delimitata tal-fondi biex jissaħħu l-politiki li jikkontribwixxu għall-qerda tal-faqar, inkluż appoġġ immirat għal gruppi emarġinati u vulnerabbli; jenfasizza r-rwol essenzjali tal-FSE+ fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u fil-ġlieda kontra l-faqar, b’mod partikolari billi jipprovdi għajnuna lill-persuni l-aktar fil-bżonn u l-Garanzija Ewropea għat-Tfal, kif ukoll il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni f’dan il-kuntest; jisħaq fuq l-importanza li jiġi ottimizzat l-użu tal-fondi tal-UE, inkluża l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, biex jiġu ffinanzjati miżuri konkreti kontra l-faqar bħal akkomodazzjoni affordabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, aċċess għal edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal ta’ kwalità, bħal permezz tal-iskema tal-iskola tal-UE, trasport pubbliku aċċessibbli, u appoġġ għall-enerġija mmirat għal unitajiet domestiċi b’introjtu baxx; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata allokazzjoni ddedikata u b’riżorsi suffiċjenti ta’ fondi għall-banek tal-ikel li jipprovdu appoġġ materjali, inkluża l-għajnuna alimentari, sabiex ikollhom kapaċità operazzjonali adegwata u l-kapaċità li jirrispondu malajr għal-livelli dejjem jiżdiedu ta’ insigurtà tal-ikel u privazzjoni materjali; jissottolinja li tali appoġġ irid jiġi kkomplementat minn miżuri ta’ akkumpanjament li jrawmu l-inklużjoni soċjali u perkorsi biex wieħed joħroġ mill-faqar f’konformità mar-regoli tal-FSE+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Ifakkar fil-kundizzjonijiet abilitanti tematiċi applikabbli għall-FEŻR, għall-FSE+ u għall-Fond ta’ Koeżjoni stabbiliti fl-Anness IV għar-Regolament (UE) 2021/1060<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj).</FIELD></FOOTNOTE> tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni għal dawn il-fondi, b’mod partikolari l-kundizzjoni abilitanti 4.4., bit-titolu “Qafas strateġiku nazzjonali għall-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar”; jisħaq fuq l-importanza li l-istrateġija kontra l-faqar u l-finanzjament tagħha jintrabtu mal-objettivi speċifiċi definiti qabel; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li d-dispożizzjonijiet komuni tal-FEŻR u tal-FSE+ jirriflettu aħjar dawn l-objettivi speċifiċi, u jinkorporaw l-istrateġija kontra l-faqar fil-QFP li jmiss, kif ukoll l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Ifakkar li l-enerġija u t-trasport, fost elementi oħra, huma servizzi essenzjali ewlenin li kulħadd għandu jkollu aċċess għalihom, u jinsisti għalhekk li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-pjanijiet soċjali għall-klima li l-Istati Membri huma meħtieġa jfasslu u jimplimentaw fl-ambitu tal-Fond Soċjali għall-Klima, filwaqt li jinvestu fl-effiċjenza enerġetika, fir-rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni, u fl-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u tas-sistemi tat-trasport; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu b’mod attiv lill-persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, sabiex l-appoġġ ikun jista’ jilħaq b’mod effettiv lil dawk li l-aktar għandhom bżonnu; jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku, bħall-vawċers tal-enerġija u r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jisħaq li huwa diffiċli li l-fondi tal-UE jiġu aċċessati fil-livell lokali u għal organizzazzjonijiet b’anqas riżorsi tekniċi minħabba l-kumplessità tagħhom; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE u l-arranġamenti biex il-benefiċjarji aħħarin jiġu pprovduti dawn il-fondi, u li l-persunal jitħarreġ fl-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u fl-organizzazzjonijiet; jissottolinja li skont ir-Regolament FSE+, ir-rata ta’ kofinanzjament għall-appoġġ lill-persuni l-aktar fil-bżonn trid titkompla, tibqa’ fil-livell ta’ 90 % jew simili għalih, u dan għandu jiffaċilita l-aċċess għal dan il-finanzjament għall-programmi u l-attivitajiet imfassla biex jgħinu jeqirdu l-faqar;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>