<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0050</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-indirizzar tal-ktajjen tas-sottokuntrattar u r-rwol tal-intermedjarji sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0256/2025 - Rapporteur: Johan Danielsson)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2026 dwar l-indirizzar tal-ktajjen tas-sottokuntrattar u r-rwol tal-intermedjarji sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema (2025/2133(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 16 u 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/71/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/957,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/67/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2024/1712<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/36/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/52/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar sanzjonijiet kontra min iħaddem),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2024 dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (COM(2024)0320),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Mejju 2025 bit-titolu “Evalwazzjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA)” (COM(2025)0256),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “Qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027 Is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali għal dinja tax-xogħol li qed tinbidel” (COM(2021)0323), inkluż l-approċċ Viżjoni Żero għall-imwiet relatati max-xogħol fl-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Making socially responsible public procurement work: 71 good practice cases” (Nagħmlu l-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli – 71 każ ta’ prattiki tajba)<FOOTNOTE><FIELD> https://data.europa.eu/doi/10.2826/844552.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-2025 tal-ELA bit-titolu “Posting of third‑country nationals: contracting chains, recruitment patterns, and enforcement issues” (Stazzjonar ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi: Katini ta’ kuntrattar, xejriet ta’ reklutaġġ, u kwistjonijiet ta’ infurzar)<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ela.europa.eu/sites/default/files/2025-03/ELA-posting-third-country-nationals-report.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-ELA ta’ Frar 2023 bit-titolu “Cooperation practices, possibilities and challenges between Member States – specifically in relation to the posting of third‑country nationals” (Il-prattiki ta’ kooperazzjoni, il-possibbiltajiet u l-isfidi bejn l-Istati Membri – speċifikament b’rabta mal-istazzjonar ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi)<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ela.europa.eu/sites/default/files/2023-04/ela-report-posting-third-country-nationals.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-ELA tal-20 ta’ Settembru 2023 bit-titolu “Construction sector: Issues in information provision, enforcement of labour mobility law, social security coordination regulations, and cooperation between Member States” (Is-settur tal-kostruzzjoni: Kwistjonijiet fl-għoti ta’ informazzjoni, l-infurzar tal-liġi dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema, ir-regolamenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri)<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ela.europa.eu/en/publications/construction-sector-issues-information-provision-enforcement-labour-mobility-law.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Europol ta’ Diċembru 2024 bit-titolu “Leveraging legitimacy: How the EU’s most threatening criminal networks abuse legal business structures” (L-isfruttament tal-leġittimità: Kif in-networks kriminali tal-UE li huma l-aktar ta’ theddida jabbużaw mill-istrutturi tan-negozju legali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tal-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji ġenerali tal-ispezzjoni tax-xogħol,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Aġenziji Privati tal-Impjieg (il-Konvenzjoni Nru 181, 1997),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fil-Kostruzzjoni (il-Konvenzjoni Nru 167, 1988),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2021 dwar l-introduzzjoni ta’ pass Ewropew tas-sigurtà soċjali għat-titjib tal-infurzar diġitali tad-drittijiet ta’ sigurtà soċjali u ta’ mobbiltà ekwa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 224, 8.6.2022, p. 81.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2025 dwar l-aspetti soċjali u relatati mal-impjiegi tal-proċessi ta’ ristrutturar: il-ħtieġa li jiġu protetti l-impjiegi u d-drittijiet tal-ħaddiema<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3156, 20.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3156/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar ir-reviżjoni tal-mandat tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5741, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5741/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Settembru 2025 dwar l-akkwist pubbliku<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0174.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ La Hulpe dwar il-Futur tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tas-16 ta’ April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-31 ta’ Jannar 2024 tas-Summit tas-Sħab Soċjali ta’ Val Duchesse għal Djalogu Soċjali Ewropew li Jirnexxi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-green paper tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Jannar 2013 dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista alimentari u mhux alimentari minn negozju għal negozju fl-Ewropa (COM(2013)0037),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Sitt Stħarriġ Ewropew tal-Eurofound dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-17 ta’ April 2024 ta’ Enrico Letta bit-titolu “Much more than a Market – speed, security, solidarity: empowering the Single Market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU Citizens” (Ħafna aktar minn Suq – veloċità, sigurtà, solidarjetà: nagħtu s-setgħa lis-Suq Uniku biex iwassal futur sostenibbli u prosperità għaċ-Ċittadini kollha tal-UE” (ir-rapport ta’ Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ pożizzjoni tal-14 ta’ Frar 2025 min-Netherlands, il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja u l-Lussemburgu dwar il-prijoritajiet ta’ politika tal-UE għall-Kummissjoni 2024-2029 u l-istazzjonar ġust ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ April 2017 fil-Kawża C-298/15, <STRING ITALIC="on">“Borta” UAB</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Klaipėdos valstybinio jūrų uosto direkcija VĮ</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ April 2017, <STRING ITALIC="on">“Borta” UAB</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Klaipėdos valstybinio jūrų uosto direkcija VĮ</STRING>, C-298/15, ECLI:EU:C:2017:266.</FIELD></FOOTNOTE>, dwar l-akkwist pubbliku,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrateġiji nazzjonali għall-ġlieda kontra l-isfruttament tal-ħaddiema, ix-xogħol furzat u x-xogħol mhux iddikjarat<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju: Nationaler Aktionsplan gegen Arbeitsausbeutung und Zwangsarbeit tal-Ministeru Federali Ġermaniż għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali, 2025; Piano nazionale per la lotta al lavoro sommerso tal-Ministeru Taljan għax-Xogħol u l-Politiki Soċjali (2022); Plan de Acción contra el Trabajo Forzoso tal-Ministeru Spanjol għall-Inklużjoni, is-Sigurtà Soċjali u l-Migrazzjoni (2021); Nationell strategi mot arbetslivskriminalitet tal-Gvern Żvediż (2022) u kif ukoll: Strategi mot arbeidslivskriminalitet (2021) tal-Gvern Norveġiż.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A10-0256/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-prinċipju 5 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jfakkar li, irrispettivament mit-tip u d-durata tar-relazzjoni ta’ impjieg, il-ħaddiema għandhom id-dritt igawdu minn trattament ġust u ugwali rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u t-taħriġ; billi jfakkar ukoll li għandhom jiġu pprevenuti relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi transfruntiera hija waħda mill-erba’ prinċipji ewlenin tas-suq uniku u billi s-sottokuntrattar huwa parti mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà tal-istabbiliment; billi l-UE jeħtieġ li tippreżerva u ssaħħaħ il-kompetittività tagħha sabiex in-negozji jkunu jistgħu jirnexxu, b’enfasi speċjali fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); billi jeħtieġ ukoll li toħloq regoli ċari u proporzjonati li ma jimponux piżijiet bla bżonn u li ssaħħaħ l-infurzar;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-isfruttament u l-abbuż tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol tal-UE jikkostitwixxu problema serja fis-setturi b’riskju għoli, li tidher f’diversi forom, inkluż iżda mhux limitata għall-kriminalità relatata max-xogħol, ix-xogħol mhux iddikjarat, ix-xogħol illegali, l-ekonomija griża, id-dumping soċjali, l-isfruttament tal-ħaddiema u l-iskjavitù moderna;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi xi setturi għandhom riskji ogħla ta’ sfruttament u abbuż tal-ħaddiema, bħall-kostruzzjoni, l-agrikoltura, l-ospitalità, ix-xogħol domestiku, it-trasport u l-loġistika, l-ipproċessar tal-laħam u tal-ikel, is-servizzi tat-tindif u x-xogħol ta’ kura<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, ir-raba’ rapport dwar il-progress li sar fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin (COM(2022)0736); Il-Kummissjoni Ewropea, il-ħames rapport dwar il-progress li jkun sar fil-ġlieda kontra t-traffikar ta’ bnedmin (COM(2025)0008).</FIELD></FOOTNOTE>; billi n-nisa huma rrappreżentati b’mod sproporzjonat f’xogħol sottokuntrattat u intermedjarju fis-setturi tal-kura, tat-tindif u tal-ospitalità;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-konsegwenzi tal-isfruttament u l-abbuż tal-ħaddiema jestendu lil hinn minn ħaddiema li huma soġġetti għal kundizzjonijiet tax-xogħol inġusti u mhux sikuri, pagi inadegwati, akkomodazzjoni deplorevoli u impjiegi prekarji, peress li għandhom ukoll impatt fuq l-intrapriżi, speċjalment l-SMEs, li huma soġġetti għal kompetizzjoni inġusta u d-distorsjonijiet tas-suq uniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Europol tenfasizza li 86 % tan-networks kriminali l-aktar ta’ ħsara jużaw strutturi kummerċjali legali bħala parti mill-attività kriminali tagħhom li tikkostitwixxi theddida serja għall-kompetizzjoni ġusta fis-suq uniku; billi l-analiżi tal-Kummissjoni, kif ukoll l-għarfien operazzjonali mill-ELA, jenfasizzaw riskji akbar ta’ sfruttament u abbuż tal-ħaddiema marbuta ma’ ktajjen tas-sottokuntrattar twal u kumplessi, kif ukoll ma’ forom frawdolenti ta’ intermedjazzjoni tax-xogħol<FOOTNOTE><FIELD> ELA, <STRING ITALIC="on">Posting of third-country nationals: contracting chains, recruitment patterns, and enforcement issues</STRING> (Stazzjonar ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi: katini ta’ kuntrattar, xejriet ta’ reklutaġġ, u kwistjonijiet ta’ infurzar) (2025); ELA, <STRING ITALIC="on">Counteracting undeclared work and labour exploitation of third-country national workers</STRING> (Il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat u l-isfruttament tax-xogħol ta’ ħaddiema ċittadini ta’ pajjiżi terzi) (2021); ELA, <STRING ITALIC="on">Tackling undeclared work in supply chains — Learning Resource Paper</STRING> (L-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat fil-ktajjen tal-provvista – Dokument dwar ir-Riżorsi tat-Tagħlim) (2022); Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (COM(2024)0320).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi varjabbli komuni fil-biċċa l-kbira tas-setturi f’riskju għoli ta’ sfruttament tal-ħaddiema huwa l-intensità għolja tax-xogħol flimkien ma’ ktajjen ta’ sottokuntrattar twal u kumplessi, vertikalment u orizzontalment<FOOTNOTE><FIELD> Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Linji Gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali” (ĠU C 259, 21.7.2023, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, li jimmina t-trasparenza, ir-rwol tas-sħab soċjali, il-ftehimiet kollettivi applikabbli u d-demokrazija fuq il-post tax-xogħol; billi s-setturi b’riskju għoli spiss ikunu assoċjati wkoll ma’ dipendenza qawwija mill-intermedjarji tax-xogħol, il-ħaddiema stazzjonati, il-ħaddiema mobbli tal-UE u n-nazzjonali mhux tal-UE; billi xi forom mhux standard ta’ impjieg u arranġamenti transfruntiera kumplessi jistgħu jagħmlu r-responsabbiltajiet anqas distinti, jimpedixxu s-sensibilizzazzjoni u jikkumplikaw l-infurzar tal-liġi tax-xogħol applikabbli u l-ftehimiet kollettivi, kif ukoll il-kontrolli fuq il-permessi tax-xogħol, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, il-pagamenti tat-taxxa u l-identità tal-ħaddiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali huwa parti kostitwenti mill-isfruttament tal-ħaddiema, li jimmina l-approċċ Viżjoni Żero għall-imwiet relatati max-xogħol kif stabbilit fil-qafas strateġiku tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027 tal-Kummissjoni Ewropea; billi l-Konvenzjoni tal-ILO Nru 167 tassenja lill-kuntratturi prinċipali d-dmir li jikkoordinaw miżuri ta’ sikurezza u ta’ saħħa fuq il-post tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-preżenza ta’ atturi frawdolenti u kriminali fil-postijiet tax-xogħol Ewropej tippreżenta wkoll riskji għas-sigurtà, b’mod partikolari meta taffettwa setturi kritiċi bħat-trasport u l-loġistika, il-kostruzzjoni, l-enerġija u l-kura tas-saħħa jew attivitajiet b’aċċess għal postijiet tax-xogħol sensittivi għas-sigurtà, b’mod partikolari t-tindif u l-manutenzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, skont il-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, EFTHEIA, HIVA-KU Leuven, IRIS, Milieu u WIIW, <STRING ITALIC="on">Posting of workers – Collection of data from the prior declaration tools – Reference year 2022</STRING> (Stazzjonar ta’ ħaddiema – Ġbir ta’ data mill-għodod ta’ dikjarazzjoni preċedenti – Sena ta’ referenza 2022), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024.</FIELD></FOOTNOTE> u rapport ta’ studju tal-każ<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport tal-ELA dwar il-ktajjen kuntrattwali u x-xejriet ta’ reklutaġġ ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi stazzjonati, Marzu 2025, u r-rapport tal-ELA dwar il-prattiki ta’ kooperazzjoni, il-possibbiltajiet u l-isfidi bejn l-Istati Membri – speċifikament fir-rigward tal-istazzjonar ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi, Frar 2023.</FIELD></FOOTNOTE> tal-ELA, l-istazzjonar ta’ ħaddiema minn pajjiżi terzi qed jiżdied, b’wieħed minn kull erba’ ħaddiema stazzjonati jkun nazzjonal ta’ pajjiż terz; billi l-ħaddiema mobbli u migranti, inklużi l-ħaddiema minn pajjiżi terzi, huma partikolarment vulnerabbli għall-isfruttament tal-ħaddiema u l-kriminalità relatata max-xogħol u spiss isibu ruħhom fi spiral ta’ dipendenza fir-rigward tal-viżi, it-tariffi eċċessivi ta’ reklutaġġ, l-arranġamenti tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni; billi n-nazzjonali ta’ pajjiżi terzi għandhom it-tendenza li jkollhom anqas probabbiltà li jorganizzaw u jingħaqdu ma’ unjoni u jesperjenzaw aktar diffikultajiet biex jaċċessaw is-sistema ġudizzjarja u jiddefendu d-drittijiet tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-prattika frawdolenti ta’ “reklutaġġ għall-finijiet ta’ stazzjonar” qed tiżdied, fejn nazzjonali mhux tal-UE jiġu reklutati mhux biex jaħdmu fl-Istat Membru tal-impjieg, iżda unikament għall-fini li jiġu stazzjonati fi Stat Membru ieħor; billi l-ELA identifikat dan bħala sfida ta’ infurzar li qed tikber<FOOTNOTE><FIELD> Rapport tal-ELA bit-titolu “Posting of third-country nationals: contracting chains, recruitment patterns, and enforcement issues (L-istazzjonar ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi: katini ta’ kuntrattar, xejriet ta’ reklutaġġ, u kwistjonijiet ta’ infurzar), 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi s-sottokuntrattar orizzontali u vertikali jikkostitwixxi prattika essenzjali f’ħafna setturi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ proġetti fuq skala kbira, l-iffaċilitar ta’ aċċess flessibbli għal għarfien espert speċjalizzat u l-indirizzar ta’ ħtiġijiet speċifiċi b’mod kosteffettiv; billi s-sottokuntrattar huwa element importanti tax-xenarju tal-impjiegi, b’mod partikolari għall-SMEs u għall-mikrointrapriżi; billi s-sottokuntrattar jista’ jiġġenera valur miżjud għall-awtoritajiet kontraenti u jtejjeb l-effiċjenza u l-innovazzjoni, b’mod partikolari f’setturi esposti għall-kompetizzjoni globali; billi s-sottokuntrattar mhuwiex problematiku b’mod inerenti, b’mod partikolari meta jkun hemm bżonn ta’ kompetenzi speċifiċi; billi sottokuntrattar li jiffunzjona tajjeb huwa importanti għall-kompetizzjoni ġusta fl-UE, b’mod partikolari għall-benefiċċju tal-SMEs; billi l-firxa tas-sottokuntrattar tvarja b’mod konsiderevoli bejn is-setturi u l-kumpaniji;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi ktajjen ta’ sottokuntrattar twal u kumplessi, madankollu, jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni ġusta, joskuraw l-obbligu ta’ rendikont, jimminaw id-drittijiet tal-ħaddiema u jżidu r-riskji relatati mal-frodi, l-isfruttament tal-ħaddiema, l-infiltrazzjoni kriminali u s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tal-ħaddiema, speċjalment f’setturi b’riskju għoli u f’sitwazzjonijiet transfruntiera; billi f’ċerti każijiet, nuqqas ta’ trasparenza u sorveljanza f’arranġamenti estiżi ta’ sottokuntrattar jista’ jagħmilha aktar diffiċli għall-awtoritajiet kontraenti biex jiżguraw il-konformità mad-dritt tal-UE u nazzjonali applikabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi r-regoli li jirrestrinġu s-sottokuntrattar jista’ jkollhom impatt fuq il-ktajjen tal-valur tal-kumpaniji, b’mod partikolari f’setturi esposti għall-kompetizzjoni globali; billi tali miżuri jridu jkunu bbilanċjati mal-ħtieġa li jiġu protetti l-SMEs li joperaw f’setturi fejn ir-riskju ta’ sottokuntrattar abbużiv huwa baxx u, għall-kuntrarju tas-setturi b’riskju għoli, ma hemm l-ebda ħtieġa ta’ xi limitazzjoni tal-ktajjen tas-sottokuntrattar; billi r-responsabbiltà <STRING ITALIC="on">in solidum</STRING> fil-ktajjen tas-sottokuntrattar tissodisfa l-objettiv doppju li jiġi pprovdut rikors għall-ħaddiema li ġew sfruttati u li l-kuntratturi jiġu inċentivati tul il-katina kollha biex jillimitaw b’mod volontarju t-tul u l-kumplessità tas-sottokuntrattar;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi xi Stati Membri adottaw leġiżlazzjoni li tillimita t-tul tal-ktajjen tas-sottokuntrattar jew tipprojbixxi s-sottokuntrattar kompletament f’ċerti setturi<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, ECORYS, HIVA-KU Leuven, Spark Legal and Policy Consulting and wmp consult, <STRING ITALIC="on">Study supporting the Monitoring of the Posting of Workers Directive 2018/957/EU and of the Enforcement Directive 2014/67/EU – The situation of temporary cross-border mobile workers and workers in subcontracting chains</STRING> (Studju li jappoġġja l-Monitoraġġ tad-Direttiva 2018/957/UE dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema u tad-Direttiva 2014/67/UE dwar l-Infurzar – Is-sitwazzjoni tal-ħaddiema mobbli transfruntiera temporanji u l-ħaddiema fil-katini tas-sottokuntrattar), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024.</FIELD></FOOTNOTE>, li żied l-għadd ta’ ħaddiema impjegati direttament; billi l-Kummissjoni tqis li l-limitazzjoni tal-għadd ta’ livelli fil-ktajjen tas-sottokuntrattar u/jew l-estensjoni tar-responsabbiltà tas-sottokuntrattar għall-katina sħiħa jistgħu jgħinu lill-Istati Membri, bħala l-atturi responsabbli ewlenin għall-infurzar tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, u, meta applikabbli, is-sħab soċjali, biex tiżdied it-trasparenza u r-responsabbiltà fil-ktajjen tas-sottokuntrattar fuq bażi proporzjonata u mhux diskriminatorja<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2018/957/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (COM(2024)0320).</FIELD></FOOTNOTE>; billi hemm ukoll xi intrapriżi li volontarjament irrestrinġew it-tul tal-ktajjen tas-sottokuntrattar tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-prattika tal-intermedjazzjoni tax-xogħol mhijiex definita fid-dritt tal-UE, bl-eċċezzjoni tax-xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (COM(2024)0320).</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-intermedjazzjoni tax-xogħol tista’ tieħu ħafna forom, li jvarjaw minn kumpaniji stabbiliti għal reklutaturi individwali; billi anke sensara informali u kapijiet ta’ gruppi organizzati jistgħu jinħbew bħala intermedjarji tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-prattiki kummerċjali inġusti, inkluż ix-xiri taħt il-kost tal-produzzjoni sostenibbli, l-impożizzjoni ta’ żminijiet qosra ta’ tħejjija u l-ħlas tard, huma identifikati bħala fatturi ewlenin li jixprunaw lis-sottokuntrattar abbużiv; billi l-SMEs li jipparteċipaw f’kuntratti pubbliċi permezz ta’ sottokuntrattar spiss isofru bħala riżultat ta’ pagamenti tard mill-kuntratturi ewlenin;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi, f’setturi b’ħafna sottokuntrattar, il-prattika li jiġi żgurat li l-ħaddiema jżommu d-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom meta jiġu trasferiti minħabba li jinbidel il-kuntrattur hija salvagwardja essenzjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-impjiegi, jiġu garantiti l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza u jiġi pprevenut id-dumping soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi xi każijiet ta’ intermedjarji tax-xogħol mhux regolati jew moħbija jintużaw biex jaħbu u jevitaw il-liġi tax-xogħol u r-responsabbiltà tal-impjegatur, b’mod partikolari f’setturi b’riskju għoli; billi l-prattiki abbużivi ta’ reklutaġġ u intermedjazzjoni huma spiss assoċjati mal-falsifikazzjoni jew maż-żamma ta’ informazzjoni, in-nuqqas ta’ għoti ta’ kuntratti bil-miktub, l-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ reklutaġġ illeġittimi, it-tnaqqis ta’ kostijiet tal-akkomodazzjoni eċċessivi mill-pagi, l-impożizzjoni ta’ imposti fuq il-ħaddiema għat-trasport, taħriġ, tagħmir jew permessi tax-xogħol, il-konfiska ta’ passaporti jew l-involviment f’xogħol furzat jew prattiki kontra t-trade unions; billi spezzjonijiet tax-xogħol aħjar u mmirati jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra tali ksur;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi b’rispons għal dawn l-isfidi, diversi pajjiżi tal-UE adottaw pjanijiet ta’ azzjoni u politiki nazzjonali li jfittxu li jiġġieldu l-isfruttament tal-ħaddiema, inkluż li tittieħed azzjoni biex jiġi indirizzat l-abbuż fil-ktajjen tas-sottokuntrattar u mill-intermedjarji tax-xogħol<FOOTNOTE><FIELD> Pereżempju, l-Iżvezja (https://www.regeringen.se/contentassets/f6f461b310984b598ee4f7a2d83350d0/nationell-strategi-mot-arbetslivskriminalitet.pdf), il-Finlandja (https://julkaisut.valtioneuvosto.fi/bitstream/handle/10024/165395/TEM_2024_5.pdf), l-Italja, 	il-Ġermanja (https://www.bmas.de/DE/Service/Presse/Meldungen/2025/nationaler-aktionsplan-gegen-arbeitsausbeutung-und-zwangsarbeit-beschlossen.html), Spanja u n-Norveġja (https://www.regjeringen.no/no/dokumenter/strategi-mot-arbeidslivskriminalitet-2021/id2831867/).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi b’rispons għal dawn l-isfidi, is-sħab soċjali fil-livell tal-UE, dak nazzjonali u dak lokali, kif ukoll fil-livell settorjali u dak transsettorjali, ħadu miżuri biex jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-sottokuntrattar u l-intermedjazzjoni tax-xogħol abbużivi, inkluż permezz ta’ negozjar kollettiv, kif ukoll inizjattivi konġunti li jissalvagwardjaw l-intrapriżi serji u jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi hemm stabbilita diġà leġiżlazzjoni speċifika li tirregola s-sottokuntrattar fl-avjazzjoni ċivili, inklużi l-kiri ta’ inġenji tal-ajru, l-ekwipaġġ, il-manutenzjoni u l-assigurazzjoni, magħrufa wkoll bħala “kiri bl-ekwipaġġ”; billi l-użu tal-kiri bl-ekwipaġġ żdied, anke lil hinn mill-użu maħsub tiegħu biex timtela l-kapaċità matul il-livelli massimi ta’ attività; billi l-Kummissjoni għandha tindirizza l-problemi relatati mal-kiri bl-ekwipaġġ fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1008/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-Kummissjoni tenfasizza l-Mudell Norveġiż ta’ Skien<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, <STRING ITALIC="on">Making socially responsible public procurement work – 71 good practice cases</STRING> (Nagħmlu l-akkwist pubbliku soċjalment responsabbli jaħdem – 71 każ ta’ prattika tajba), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2020.</FIELD></FOOTNOTE>, li ġie żviluppat b’mod konġunt bejn il-Muniċipalità ta’ Skien, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, u li jinkludi limitazzjonijiet stretti fuq saffi twal ta’ sottokuntrattar u approvazzjoni minn qabel tal-ħaddiema temporanji, bl-għan li jiġu żgurati l-obbligu ta’ rendikont u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti f’setturi b’riskju għoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-sħab soċjali fid-Dikjarazzjoni ta’ La Hulpe impenjaw ruħhom li jagħtu attenzjoni speċjali lill-miżuri fl-oqsma tas-sottokuntrattar u tax-xogħol permezz ta’ aġenzija, u rrikonoxxew l-isfidi komuni li dawn iż-żewġ fenomeni jippreżentaw għas-swieq tax-xogħol Ewropej; billi r-rapport ta’ Letta jissottolinja l-ħtieġa urġenti li l-prattiki ta’ sottokuntrattar jiġu regolati sabiex jiġu pprevenuti l-isfruttament u l-abbuż; billi r-rapport iwissi li ktajjen ta’ sottokuntrattar mhux ikkontrollati jistgħu jwasslu għall-erożjoni tal-istandards tax-xogħol, id-dumping soċjali u l-imminar ta’ kompetizzjoni ġusta, kif ukoll ksur tal-obbligi relatati mas-saħħa u s-sikurezza;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2014/67/UE jirrikjedi li l-Istati Membri jintroduċu responsabbiltà tas-sottokuntrattar fil-kuntest tal-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni, u l-Artikolu 12(1) joffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li jestendu dan għal setturi oħra u jintroduċu regoli ta’ responsabbiltà aktar stretti;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandhom xi regoli stabbiliti rigward il-ktajjen tas-sottokuntrattar u l-intermedjarji tax-xogħol, filwaqt li jqisu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali; billi l-livell ta’ regolamentazzjoni, madankollu, ivarja b’mod sinifikanti minn Stat Membru għal ieħor, u b’hekk joħloq frammentazzjoni fis-suq uniku; billi għad hemm sfidi minħabba interpretazzjonijiet differenti fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli tas-suq intern dwar ir-regolamentazzjoni tal-ktajjen tas-sottokuntrattar u l-intermedjarji tax-xogħol; billi d-Direttiva 2014/24/UE ma tipprovdix lill-awtoritajiet kontraenti biżżejjed għodod biex b’mod effettiv jindirizzaw in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi, u f’xi każijiet saħansitra tfixkel lill-awtoritajiet li jixtiequ jieħdu miżuri proattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, it-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament tal-ħaddiema tirrikjedi spezzjonijiet tax-xogħol rigorużi, kontrolli transfruntiera u liċenzjar jew reġistrazzjoni effettivi tal-intermedjarji tax-xogħol; billi l-infurzar tar-regoli attwali u kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati l-problemi assoċjati ma’ forom abbużivi ta’ sottokuntrattar u intermedjazzjoni tax-xogħol;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prevenzjoni tal-isfruttament tal-ħaddiema</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ approċċ komprensiv tal-UE biex jiġi indirizzat l-isfruttament tal-ħaddiema, inklużi x-xogħol illegali u l-kriminalità organizzata marbuta miegħu, kif ukoll forom abbużivi ta’ prattiki kummerċjali, b’mod partikolari s-sottokuntrattar abbużiv u l-intermedjazzjoni tax-xogħol; jitlob, għalhekk, strateġija tal-UE biex jiġu miġġielda dawn il-problemi, li l-impatt tagħhom jista’ jvarja bejn l-Istati Membri u s-setturi; jisħaq li l-isfruttament tal-ħaddiema mhuwiex biss ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema u tad-drittijiet tal-bniedem, iżda jimmina wkoll il-kompetizzjoni ġusta għan-negozji; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-impenn tal-Kummissjoni li tippreżenta pakkett ta’ mobbiltà ġusta fl-2026; ifakkar li l-objettivi ġenerali tat-tisħiħ tal-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej, is-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi bla bżonn ma jridux iwasslu għal livell aktar baxx ta’ protezzjoni tal-ħaddiema; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ infurzar aktar b’saħħtu tal-liġijiet tax-xogħol attwali biex jiġu żgurati l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-ħaddiema u kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar fl-isfidi ffaċċjati minn xi Stati Membri, minħabba interpretazzjonijiet differenti tar-regoli tas-suq uniku, sabiex jirregolaw is-sottokuntrattar fil-livell nazzjonali, pereżempju, billi jillimitaw it-tul tal-ktajjen tas-sottokuntrattar, ir-responsabbiltà <STRING ITALIC="on">in solidum</STRING> u r-rekwiżiti għall-impjieg dirett; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-possibbiltajiet għall-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni li tkun proporzjonata biex tindirizza r-riskji u l-problemi li jirriżultaw minn ktajjen ta’ sottokuntrattar twal u kumplessi; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi biex tiġġieled l-isfruttament tal-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni, sabiex jintemm is-sottokuntrattar abbużiv u jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema, issaħħaħ it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tul il-katina tal-provvista<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Settembru 2025 dwar l-akkwist pubbliku.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li kwalunkwe inizjattiva fil-livell tal-UE li tfittex li tindirizza l-isfruttament tal-ħaddiema u l-ktajjen kumplessi ta’ sottokuntrattar għandha tqis l-aħjar prattiki tal-Istati Membri, tiġi żviluppata f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, inklużi l-kumitati Ewropej għad-djalogu soċjali settorjali (CDSS), u titfassal skont realtajiet settorjali speċifiċi; ifakkar li kwalunkwe miżura u inizjattiva speċifika għas-settur, inkluża r-responsabbiltà <STRING ITALIC="on">in solidum</STRING> f’setturi b’riskju għoli, trid tkun konformi mad-dritt tal-UE u ma toħloqx ostakli bla bżonn għall-attivitajiet kummerċjali transfruntiera; jissottolinja li miżuri u inizjattivi speċifiċi għas-settur jistgħu jipprevedu wkoll rekwiżiti regolatorji aktar baxxi għall-kumpaniji f’setturi b’riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrimarka li l-prinċipju ta’ responsabbiltà <STRING ITALIC="on">in solidum</STRING> huwa mod kif jiġi żgurat li l-kuntrattur ewlieni jerfa’ r-responsabbiltà ġenerali għas-servizzi pprovduti fil-katina kollha tas-sottokuntratturi; iqis li tali prinċipju jista’ jiżgura li l-kwalità, il-prestazzjoni u l-konformità mal-istandards tax-xogħol, soċjali u tas-sikurezza jiġu ggarantiti kuntrattwalment f’kull livell tal-katina tas-sottokuntrattar; jinnota li diversi Stati Membri ddeċidew li jadottaw regoli ta’ responsabbiltà aktar stretti fil-ktajjen tas-sottokuntrattar mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/67/UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw prattiki li bihom il-kuntrattur ewlieni jissottokuntratta x-xogħol kollu mingħajr ma jwettaq l-ebda xogħol huwa stess, magħruf ukoll bħala “sottokuntrattar finanzjarju”; jissottolinja li l-kuntratturi ewlenin għandhom iwettqu parti definita ta’ kuntratt huma stess; itenni, f’dan il-kuntest, it-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-impatt ta’ kuntratti pubbliċi li jitwettqu prinċipalment mill-ħaddiema diretti tal-offerent rebbieħ u jirrakkomanda li r-regoli fil-qasam tal-akkwist pubbliku jħeġġu lill-kumpaniji jkollhom biżżejjed persunal intern biex jimplimentaw il-proġetti li għalihom jingħataw kuntratti pubbliċi<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Settembru 2025 dwar l-akkwist pubbliku.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-prattiki illegali fil-ktajjen tas-sottokuntrattar sabiex jiżguraw il-kompetittività tan-negozju u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u sikuri; jinkoraġġixxi, f’dan il-kuntest, relazzjonijiet ta’ impjieg diretti f’setturi b’riskju għoli, meta fattibbli, ġustifikati, proporzjonati u bbażati fuq raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku, bħall-protezzjoni tal-ħaddiema u d-drittijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ benefiċċju komunitarju fl-akkwist pubbliku u fi proġetti ffinanzjati mill-UE, bħar-rekwiżit li l-kuntratturi u s-sottokuntratturi jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-ħiliet lokali jew għal inizjattivi ta’ inklużjoni soċjali, u b’hekk jinħolqu effetti konsegwenzjali pożittivi mill-investimenti pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li l-inizjattivi nazzjonali u reġjonali li jillimitaw il-livelli ta’ sottokuntrattar spiss inbdew b’mod konġunt mis-sħab soċjali, inklużi r-rappreżentanti tal-SMEs; jisħaq li inizjattivi bħal dawn għandhom jiġu rispettati, filwaqt li l-limitazzjonijiet għas-sottokuntrattar iridu jkunu proporzjonati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li t-tul u l-kumplessità tal-ktajjen tas-sottokuntrattar joħolqu sfida sinifikanti għall-ispettorati tax-xogħol fl-istabbiliment tar-responsabbiltà legali għall-ksur tal-liġi tax-xogħol, li jeħtieġ li tiġi indirizzata;;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu inklużi dispożizzjonijiet sensittivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fi kwalunkwe qafas ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja li, sabiex tiġi limitata l-frammentazzjoni tas-suq uniku, is-setturi b’riskju għoli għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u s-sħab soċjali, inkluż is-CDSS; jisħaq li l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tippermettilhom jaġġustaw il-lista komuni ta’ setturi b’riskju għoli għas-sitwazzjoni nazzjonali speċifika tagħhom, meta meħtieġ, sabiex jiġi żgurat l-aħjar approċċ possibbli biex jiġu indirizzati s-sottokuntrattar abbużiv, l-isfruttament tal-ħaddiema u l-kriminalità relatata max-xogħol; jissottolinja li kwalunkwe identifikazzjoni u aġġustament ta’ setturi b’riskju għoli għandhom ikunu bbażati fuq data preċiża u aġġornata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li s-sottokuntrattar ta’ attivitajiet kummerċjali ewlenin jista’ jwassal għal postijiet tax-xogħol frammentati u mhux sikuri, għal tnaqqis fit-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, u għal esponiment akbar tal-ħaddiema għal sigħat itwal, pagi aktar baxxi u ksur ieħor tal-liġi tax-xogħol, kif ukoll nuqqas ta’ sigurtà u prekarjetà tal-impjiegi<FOOTNOTE><FIELD> Studju tal-Parlament Ewropew, 2016, <STRING ITALIC="on">Precarious Employment in Europe: Volume 1: Patterns, Trends and Policy Strategies</STRING>; Eurofound, 2010, <STRING ITALIC="on">Key elements of fair employment and decent work </STRING>(Elementi ewlenin ta’ impjieg ġust u xogħol deċenti); Il-Kummissjoni Ewropea, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, <STRING ITALIC="on">Outsourcing, working conditions and inequality</STRING> (L-esternalizzazzjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-inugwaljanza), 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq li, f’konformità mad-Direttiva 2002/14/KE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea - Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/14/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, ir-rappreżentanti tal-impjegati jeħtiġilhom jiġu infurmati u kkonsultati dwar deċiżjonijiet li x’aktarx iwasslu għal bidliet sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew fir-relazzjonijiet kuntrattwali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-prinċipju ta’ trattament ugwali, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-ħaddiema kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ ċarezza tad-dritt fir-rigward tad-differenzjazzjoni bejn stazzjonar ġenwin u frawdolenti ta’ nazzjonali mhux tal-UE, kif ukoll l-abbuż tad-dritt tal-UE fil-forniment ta’ servizzi biex jiġu evitati r-regoli tal-migrazzjoni u l-liġi nazzjonali tax-xogħol; jisħaq li l-istazzjonar frawdolenti jdgħajjef in-nisġa soċjali tas-suq uniku u jisfrutta s-sitwazzjonijiet tal-persuni l-aktar vulnerabbli; jistieden lill-Kummissjoni, f’konformità mar-rapport ta’ Letta, tirrieżamina l-isfidi tal-infurzar, speċjalment f’termini ta’ kooperazzjoni transfruntiera, u tieħu miżuri xierqa biex ittemm l-istazzjonar mingħajr ebda konnessjoni ġenwina tal-ħaddiema mal-Istat Membru mittenti; ifakkar fil-konklużjoni ġenerali tar-rapporti ta’ Letta u ta’ Draghi dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kompetittività tas-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota bi tħassib ir-riskji relatati mal-istazzjonar meta kkombinati ma’ forom abbużivi ta’ sottokuntrattar u intermedjazzjoni tax-xogħol; jistieden lill-ELA teżamina l-użu tal-intermedjarji tax-xogħol fl-istazzjonar, inkluż ir-riskju li dawn l-arranġamenti jintużaw biex jiġu evitati l-obbligazzjonijiet, jiġu evitati l-obbligi tas-sigurtà soċjali u jitnaqqsu l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza kwalunkwe abbuż possibbli tad-Direttiva dwar Xogħol Temporanju permezz ta’ Aġenzija<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/104/oj).</FIELD></FOOTNOTE> fil-kuntest tal-istazzjonar tal-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li l-akkomodazzjoni pprovduta lil ħaddiem minn impjegatur jew intermedjarju tax-xogħol trid tikkonforma mal-istandards applikabbli tal-kwalità, tal-iġjene u tas-sikurezza; jissottolinja li l-kera għal tali akkomodazzjoni trid tkun proporzjonata u mhux diskriminatorja; jitlob l-integrazzjoni tal-ispezzjonijiet tal-akkomodazzjoni fl-ispezzjonijiet tax-xogħol f’setturi b’riskju għoli sabiex l-impjegaturi jew l-intermedjarji ma jitħallewx jipprovdu lill-ħaddiema b’akkomodazzjoni degradanti, mhux sikura jew iffullata żżejjed; jisħaq li d-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-akkomodazzjoni ta’ ħaddiem ma jridux iwasslu għal sitwazzjonijiet prekarji ta’ akkomodazzjoni jekk ir-relazzjoni ta’ impjieg tiġi tterminata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar effiċjenti tal-leġiżlazzjoni attwali dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema; ifakkar li l-UE adottat għadd ta’ strumenti legali biex tiġġieled l-isfruttament tal-ħaddiema u x-xogħol illegali, li l-infurzar tagħhom jeħtieġ li jittejjeb fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tqis is-sitwazzjoni, tiżgura l-implimentazzjoni u l-infurzar effiċjenti u effettivi tal-istrumenti legali rilevanti mill-Istati Membri u tniedi, meta meħtieġ, proċeduri ta’ ksur kontra l-Istati Membri li ma jikkonformawx mad-dritt applikabbli tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza l-valur miżjud tar-reġistri pubbliċi u interoperabbli tal-intermedjarji tax-xogħol liċenzjati; jissottolinja li kwalunkwe liċenzjar jew reġistrazzjoni għandha tkun soġġetta għal kriterji minimi ta’ integrità; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-prattiki u l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-intermedjarji tax-xogħol u tiżgura li l-intermedjarji tax-xogħol li joperaw fl-UE ma jimponu l-ebda tariffa jew jgħaddu kwalunkwe kost lill-ħaddiema, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment; jissottolinja li l-intermedjarji tax-xogħol li jiksru l-liġi applikabbli jew il-ftehimiet kollettivi għandhom jirċievu sanzjonijiet dissważivi, bħat-tneħħija tagħhom mir-reġistri pubbliċi u l-esklużjoni tagħhom mill-kuntratti pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jitlob ir-reviżjoni li jmiss tad-direttivi dwar l-akkwist pubbliku biex jiġi żgurat li l-kriterji ta’ esklużjoni jindirizzaw aħjar ir-riskji settorjali speċifiċi relatati mal-frodi, il-korruzzjoni u l-infiltrazzjoni kriminali; jisħaq li setturi differenti jirrikjedu kriterji ta’ esklużjoni separati u mfassla apposta li jirriflettu l-vulnerabbiltajiet speċifiċi tagħhom; jisħaq li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jingħataw is-setgħa biex jadattaw il-proċeduri ta’ akkwist ħalli jiġġieldu u jindirizzaw l-attivitajiet kriminali; jenfasizza li, sabiex jiġu promossi effiċjenza u simplifikazzjoni akbar, id-dispożizzjonijiet relatati mar-raġunijiet għall-esklużjoni għandhom jiġu ssimplifikati; jissottolinja li kwalunkwe operatur ekonomiku li jikser l-obbligi tiegħu fl-ambitu tal-liġijiet tax-xogħol u dawk ambjentali applikabbli skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2014/24/UE għandu effettivament jiġi eskluż mill-proċess tal-akkwist pubbliku inkwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jissottolinja l-valur tar-reġistri kummerċjali nazzjonali u tas-Sistema Ewropea ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali għall-intrapriżi li jfittxu informazzjoni dwar is-sottokuntratturi, għat-trade unions li jfittxu li jinvolvu ruħhom f’negozjar kollettiv u għall-awtoritajiet tal-infurzar; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-livell ta’ informazzjoni aċċessibbli fir-reġistri kummerċjali nazzjonali jvarja ħafna; jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina kif il-livell ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament jista’ jittejjeb, billi tibbaża fuq l-aħjar prattiki fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinsab imħasseb li l-ħaddiema stazzjonati u l-ħaddiema fil-ktajjen tas-sottokuntrattar jiffaċċjaw riskji sproporzjonati għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) minħabba ktajjen ta’ responsabbiltà frammentati u koordinazzjoni mhux ċara, speċjalment fis-settur tal-kostruzzjoni; jisħaq, f’dan il-kuntest, fuq l-importanza tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni għall-ħaddiema stazzjonati u għall-ħaddiema fil-ktajjen tas-sottokuntrattar, kif ukoll l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza kif stipulat mill-Konvenzjoni Nru 167 tal-ILO; iqis li huwa importanti, f’dan il-kuntest, li jissaħħaħ ir-rwol tas-sħab soċjali fl-iżvilupp ta’ għodod u taħriġ għall-ħaddiema u li jiġu promossi aktar kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa fil-qafas strateġiku tal-UE li jmiss dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-leġiżlazzjoni attwali dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tkoprix b’mod adegwat l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti minimi tas-sikurezza u s-saħħa fil-ktajjen tas-sottokuntrattar;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Infurzar u kontroll</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-kooperazzjoni transfruntiera, l-infurzar effiċjenti u t-trasparenza fl-indirizzar tan-networks kriminali assoċjati mal-kriminalità relatata max-xogħol; jappoġġja kollaborazzjoni msaħħa bejn l-ELA, l-Europol, l-awtoritajiet nazzjonali u s-sħab soċjali f’dan ir-rigward; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ sistemi effiċjenti u b’riżorsi tajbin għall-infurzar biex jiġi miġġieled l-isfruttament tal-ħaddiema u tiġi promossa l-kompetizzjoni ġusta fis-suq uniku; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat is-sottokuntrattar abbużiv li juża arranġamenti artifiċjali bħall-kumpaniji fantażma u x-xogħol temporanju fittizju permezz ta’ aġenzija; ifakkar li d-Direttiva 2009/52/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw spezzjonijiet effettivi u adegwati biex jikkontrollaw l-impjieg ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw infurzar xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ELA u jtenni t-talba<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar ir-reviżjoni tal-mandat tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol.</FIELD></FOOTNOTE> tiegħu lill-Kummissjoni biex issaħħaħ b’mod sostanzjali l-mandat tal-ELA billi tippermettilha tinvestiga allegat ksur tal-liġi tax-xogħol tal-UE u tibda u twettaq spezzjonijiet ta’ każijiet transfruntiera fuq inizjattiva tagħha stess, billi tespandi l-ambitu tal-mandat tal-aġenzija biex ikopri l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi, billi ssaħħaħ il-kapaċità ta’ analiżi tar-riskju operazzjonali tagħha, kif ukoll billi tipprovdi biżżejjed riżorsi biex twettaq il-kompiti tagħha; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar allinjament u simplifikazzjoni tar-regolamenti dwar il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-proċeduri ta’ kontroll, inklużi standards uniformi ta’ kontroll u skambju aħjar ta’ informazzjoni, taħt il-gwida tal-ELA; jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ unitajiet ta’ infurzar speċifiċi għas-settur fl-ELA, b’mod partikolari għall-kostruzzjoni, it-trasport u l-agrikoltura u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni mas-sħab soċjali fis-setturi rispettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza r-rwol vitali tal-ispezzjonijiet tax-xogħol kemm fid-detezzjoni u kif ukoll fil-prevenzjoni tal-isfruttament tal-ħaddiema kif ukoll fir-rigward tal-konformità ġenerali mal-liġijiet tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-għadd tagħhom ta’ spetturi tax-xogħol u l-appoġġ tagħhom għall-ispettorati tax-xogħol; ifakkar li d-Direttiva 2006/22/KE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/22/oj).</FIELD></FOOTNOTE> diġà tistabbilixxi regoli minimi għall-verifika tal-konformità mal-leġiżlazzjoni soċjali fit-trasport bit-triq u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-kwalità u l-frekwenza tal-ispezzjonijiet tax-xogħol u jiżguraw kapaċità minima adegwata ta’ spezzjoni tax-xogħol, bi qbil mal-punt ta’ riferiment tal-ILO ta’ mill-anqas spettur tax-xogħol wieħed għal kull 10 000 ħaddiem; jisħaq li, minkejja l-importanza tagħhom biex jinbdew spezzjonijiet immirati, il-mekkaniżmi tal-ilmenti għadhom mhux użati biżżejjed u inaċċessibbli, b’mod partikolari għall-ħaddiema mobbli u għall-ħaddiema minn pajjiżi mhux tal-UE; ifakkar li, f’konformità mad-Direttiva 2009/52/KE, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi effettivi li permezz tagħhom nazzjonali mhux tal-UE f’impjieg illegali jkunu jistgħu jressqu lmenti kontra l-impjegaturi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ data preċiża u aġġornata; jinnota li l-livell ta’ informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-ktajjen tas-sottokuntrattar u l-kriminalità relatata max-xogħol ivarja madwar l-Ewropa u li dan jirrappreżenta sfida kemm għall-infurzar kif ukoll għat-tfassil tal-politika; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-ġbir tad-data f’dan ir-rigward u jenfasizza r-rwol tal-ELA fl-għoti ta’ informazzjoni affidabbli dwar ix-xejriet ġenerali u l-imġiba abbużiva f’sitwazzjonijiet transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza s-suċċess tal-inizjattivi għall-identifikazzjoni tas-sit tax-xogħol fil-livell nazzjonali u settorjali, bħall-karti tal-identità soċjali; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-inklużjoni tal-Pass Ewropew tas-Sigurtà Soċjali (ESSPASS) fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2026; itenni t-talba<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2021 dwar l-introduzzjoni ta’ pass Ewropew tas-sigurtà soċjali għat-titjib tal-infurzar diġitali tad-drittijiet ta’ sigurtà soċjali u ta’ mobilità ekwa.</FIELD></FOOTNOTE> tiegħu għal introduzzjoni rapida tas-sistema ESSPASS u għall-protezzjoni mtejba u l-infurzar diġitali tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali u l-mobbiltà ġusta, inklużi l-verifika f’ħin reali u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar; jitlob l-integrazzjoni tal-ESSPASS mas-sistemi nazzjonali u settorjali tal-karti tax-xogħol sabiex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u t-tfixkil minimu; jissottolinja li l-ESSPASS għandu jnaqqas il-piżijiet amministrattivi bla bżonn, jissimplifika l-konformità għan-negozji b’kostijiet minimi ta’ konformità għall-SMEs, u jappoġġja lill-ELA u lill-awtoritajiet nazzjonali fil-ġlieda kontra l-abbuż u l-attivitajiet kriminali; jisħaq fuq l-importanza ta’ sigurtà u protezzjoni b’saħħithom tad-data għall-ESSPASS u l-involviment tas-sħab soċjali fit-tfassil u l-introduzzjoni tas-sistema; jinnota wkoll il-ħidma li għaddejja fuq inizjattivi oħra tal-UE, bħall-Kartiera tal-Identità Diġitali, li jistgħu jgħinu biex tittejjeb il-kapaċità tal-awtoritajiet li jindirizzaw l-imġiba kriminali mingħajr ma jgħabbu lill-SMEs jew iżidu l-kostijiet għall-konsumaturi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sanzjonar tal-isfruttament tal-ħaddiema</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-individwi soġġetti għal projbizzjonijiet ta’ kummerċ fi Stat Membru wieħed jistgħu jevitaw ir-restrizzjonijiet nazzjonali billi jirreġistraw u joperaw negozju fi Stat Membru ieħor, u b’hekk jimminaw il-ġlieda kontra l-isfruttament tal-ħaddiema fis-suq uniku kollu; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni aktar effettivi bejn l-Istati Membri, kif ukoll ir-rikonoxximent reċiproku ta’ projbizzjonijiet kummerċjali u ta’ sanzjonijiet kriminali, f’konformità mat-Trattati, biex tiġi pprevenuta ċ-ċirkomvenzjoni tar-restrizzjonijiet; jissottolinja l-importanza tal-konformità mal-istat tad-dritt u s-salvagwardji ta’ proċess ġust f’dan il-kuntest; jirrakkomanda l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) għall-iskambju f’waqtu u sigur ta’ informazzjoni rilevanti bejn l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota d-diskrepanzi rigward il-penali u r-reġimi ta’ sanzjonijiet fl-oqsma ta’ politika kollha tal-UE; jisħaq li l-penali u s-sanzjonijiet għall-kriminalità relatata max-xogħol u l-ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema jridu jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati għan-natura, il-gravità u t-tul tal-ksur tal-impriża u għall-għadd ta’ ħaddiema affettwati; jistieden lill-Kummissjoni teżamina r-rabta tas-sanzjonijiet mad-daqs jew il-fatturat tal-kumpanija, sabiex jiġu żgurati l-proporzjonalità, id-deterrenza u kundizzjonijiet ekwi; jissottolinja l-ħtieġa ta’ mekkaniżmu biex jiġu rkuprati l-pagi pendenti, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, il-multi u d-danni f’każijiet transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza l-problema ta’ atturi tas-suq tax-xogħol frawdolenti u kriminali li jużaw fallimenti strateġiċi u għajbien tan-negozju biex jevadu r-responsabbiltà għal pagamenti pendenti u sanzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri janalizzaw il-kwistjonijiet assoċjati mal-fallimenti strateġiċi u l-kumpaniji li jisparixxu, speċjalment fil-każijiet transfruntiera, u tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tnaqqas il-prevalenza tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Ifakkar li r-rabta tal-infiq pubbliku mar-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti hija waħda mill-mezzi disponibbli biex jiġu indirizzati s-sottokuntrattar abbużiv u l-kriminalità relatata max-xogħol;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>