<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0051</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-70 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0010/2026 - Rapporteur: Lina Gálvez)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RECOM><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2026 lill-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-70 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa (2025/2240(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-70 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa, skedata għal Marzu 2026, li t-tema ta’ prijorità tagħha huwa “Niżguraw u nsaħħu l-aċċess għall-ġustizzja għan-nisa u għall-bniet kollha, inkluż billi nippromwovu sistemi legali inklużivi u ekwi, neliminaw il-liġijiet, il-politiki u l-prattiki diskriminatorji, u nindirizzaw l-ostakli strutturali” u t-tema ta’ rieżami tagħha “Il-parteċipazzjoni tan-nisa u t-teħid ta’ deċiżjonijiet minnhom b’mod sħiħ u effettiv fil-ħajja pubblika, kif ukoll l-eliminazzjoni tal-vjolenza, biex jinkisbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet kollha”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tat-18 ta’ Diċembru 1979,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà tat-12 ta’ Diċembru 2006, b’mod partikolari l-Artikoli 6 u 13 tagħha dwar l-aċċess għall-ġustizzja u d-diskriminazzjoni multipla li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet b’diżabbiltà,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU, jiġifieri l-prinċipju li “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura” u, b’mod partikolari, l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 5, li jfittex li jikseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiżgura li n-nisa jkollhom drittijiet ugwali għar-riżorsi ekonomiċi, kif ukoll aċċess għal sjieda u kontroll fuq l-art u forom oħra ta’ proprjetà, servizzi finanzjarji, wirt u riżorsi naturali, u l-SDG 10, li jfittex li jelimina l-liġijiet, il-politiki u l-prattiki diskriminatorji, u jippromwovi leġiżlazzjoni, politiki u azzjoni xierqa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 20, 21, 23 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024 dwar l-inklużjoni tad-dritt għall-abort fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/1279, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1279/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (GAP) III – Aġenda ambizzjuża għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-azzjoni esterna tal-UE” (JOIN(2020)0017), li tiddeskrivi l-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-perjodu 2021–2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa” (COM(2025)0097), li tafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2025 dwar l-Istrateġija tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2025<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0278.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/29/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u wara li kkunsidra r-riformulazzjoni ta’ din id-direttiva, li bħalissa qed tavvanza,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1385 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1385, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1385/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1820 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Prinċipji u l-Linji Gwida tan-NU dwar l-Aċċess għall-Għajnuna Legali fis-Sistemi Ġudizzjarji Kriminali, adottati f’Diċembru 2012,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Programm tal-Kummissjoni dwar il-Ġustizzja għall-2021-2027, li jipprovdi finanzjament biex jappoġġja l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali, bħat-taħriġ għall-imħallfin u għal professjonisti legali oħra, u aċċess effettiv għall-ġustizzja għaċ-ċittadini u għan-negozji,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (A10-0010/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali minqux fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; billi dan il-prinċipju japplika fl-oqsma kollha tal-ħajja u l-politiki kollha, inkluż l-aċċess għall-ġustizzja; billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, l-ibbaġitjar skont il-ġeneru u approċċ intersezzjonali għandhom jiġu implimentati u integrati fil-politiki tal-UE rilevanti kollha u huma essenzjali biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi l-politiki interni u esterni għandhom jibqgħu konsistenti u koerenti sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem u dawk fundamentali, id-demokrazija u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jiġu promossi b’mod effettiv u kredibbli madwar id-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt huma marbuta b’mod indiviżibbli; billi rigress dejjem akbar kontra d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri huwa xprunat miż-żieda ta’ movimenti kontra l-ġeneru u kontra d-demokrazija; billi t-tnaqqis reċenti fl-għajnuna għall-iżvilupp tal-Istati Uniti għandu impatt sproporzjonat fuq in-nisa u l-bniet madwar id-dinja, filwaqt li jżid il-vulnerabbiltajiet u jagħmel ħsara lill-komunitajiet; billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU wissiet dwar reżistenza attiva għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u rigress tranżnazzjonali kontra d-drittijiet tan-nisa; billi hemm ħtieġa urġenti li jiġu affermati mill-ġdid l-ugwaljanza sostanzjali u d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet<FOOTNOTE><FIELD> https://documents.un.org/doc/undoc/gen/g24/073/47/pdf/g2407347.pdf</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi d-drittijiet tan-nisa u l-bniet u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri huma drittijiet fundamentali tal-bniedem u prekundizzjonijiet essenzjali għall-iżvilupp tal-bniedem, għall-ġustizzja soċjali, għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt, itejbu l-istandards tal-għajxien, inaqqsu l-faqar, jindirizzaw il-kriżi tal-klima u jibnu pedament meħtieġ għal dinja paċifika, ġusta, prospera u sostenibbli; billi, b’mod ġenerali, il-kisba tad-drittijiet għan-nisa u l-bniet madwar id-dinja ttejjeb il-kompetittività billi tippromwovi t-tkabbir inklużiv, tnaqqas l-inugwaljanzi, u tiżgura l-użu sħiħ tal-ħiliet u tal-potenzjal tan-nisa fis-setturi kollha tas-soċjetà;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-faqar u d-diskriminazzjoni huma iggravati minn fatturi intersezzjonali bħar-razziżmu, id-diżabbiltà, l-istatus tal-migrazzjoni, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess, kif enfasizzat f’konformità mal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; billi l-faqar mestrwali jibqa’ ostaklu sinifikanti għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jirrestrinġi l-edukazzjoni, is-saħħa u l-parteċipazzjoni ekonomika ta’ miljuni ta’ nisa u bniet madwar id-dinja u b’hekk jillimita l-aċċess tagħhom għall-ġustizzja, u jimmina r-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livelli kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-aċċess għall-ġustizzja huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ bħala dritt fundamentali tal-bniedem skont id-dritt internazzjonali, kunċett ewlieni fil-qasam usa’ tal-ġustizzja, u pedament tal-istat tad-dritt u d-demokrazija; billi l-UE tirrikonoxxi l-aċċess għall-ġustizzja bħala dritt fundamentali skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; billi l-aċċess effettiv għall-ġustizzja jirrikjedi data affidabbli, proċeduri trasparenti, tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza u istituzzjonijiet imparzjali li jiżguraw li n-nisa u l-bniet ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom mingħajr diskriminazzjoni; billi l-aċċess għall-ġustizzja huwa dritt fundamentali tal-bniedem ibbażat fuq liġijiet ġusti, infurzar effettiv, appoġġ affordabbli, istituzzjonijiet reattivi għall-kwistjonijiet tal-ġeneru u mekkaniżmi ta’ obbligu ta’ rendikont; billi liġijiet diskriminatorji, stereotipi marbuta mal-ġeneru, ostakli finanzjarji u preġudizzji istituzzjonali għadhom ifixklu lil ħafna nisa u bniet, speċjalment dawk li qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali; billi n-nisa u l-bniet f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, inklużi dawk b’diżabbiltà, dawk li jgħixu f’żoni rurali jew remoti u n-nisa anzjani, spiss jiffaċċjaw ostakli addizzjonali biex jaċċessaw il-ġustizzja u l-appoġġ legali; billi d-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali qed isawru dejjem aktar l-aċċess għall-ġustizzja, u jirrikjedu azzjoni kontra d-diskriminazzjoni algoritmika, l-esklużjoni diġitali u l-ħsarat li jsiru online; billi l-għajnuna legali hija essenzjali għall-aċċess ekwu għall-ġustizzja, filwaqt li l-iskambji fl-aħjar prattika jgħinu biex jissaħħu l-kwalità u l-konsistenza tas-sistemi tal-għajnuna legali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-aċċess universali u ugwali għall-ġustizzja għan-nisa u l-bniet jibqa’ kwistjoni kumplessa u kritika fir-reġjuni kollha tad-dinja, u huwa partikolarment ta’ sfida f’xi reġjuni, b’mod partikolari f’dawk fejn l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt huma dgħajfa; billi d-deterrenza ekonomika, l-aċċess limitat għall-għajnuna legali, l-ispejjeż għoljin, il-proċeduri legali kumplessi, l-ostakli diġitali u lingwistiċi, in-nuqqas ta’ fiduċja fis-sistemi ġudizzjarji, l-istereotipi prevalenti marbuta mal-ġeneru, il-preġudizzji razzjali, il-misoġinija u d-diskriminazzjoni sistemika għadhom ifixklu lin-nisa u l-bniet milli jaċċessaw il-ġustizzja b’mod effettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi n-nisa għadhom sottorappreżentati b’mod sinifikanti madwar id-dinja fl-ogħla livelli tal-awtoritajiet tal-ġustizzja u tal-prosekuzzjoni, b’mod partikolari f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija bħal presidenti tal-qrati, prim imħallfin u kapijiet ta’ uffiċċji tal-prosekuzzjoni; billi l-kisba ta’ rappreżentanza bbilanċjata tal-ġeneri f’dawn il-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet trid tkun prijorità; billi jrid jitkompla approċċ sensittiv għall-ġeneru, anke meta tkun ġiet żgurata l-preżenza tan-nisa; billi l-integrazzjoni ta’ perspettiva tal-ġeneru fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji hija essenzjali biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-ġustizzja għan-nisa u l-bniet, u tirrikjedi l-valutazzjoni tal-fatti u l-applikazzjoni tal-liġi mingħajr preġudizzji tal-ġeneru u sterjotipi ta’ ħsara, kemm fid-deċiżjoni nnifisha kif ukoll fil-proċess li bih issir; billi fl-2024 il-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) ħareġ ir-rakkomandazzjoni ġenerali Nru 40 dwar ir-rappreżentanza ugwali u inklużiva tan-nisa fis-sistemi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, kemm f’termini ta’ aċċess ugwali kif ukoll ta’ setgħa ugwali fi ħdan sistemi bħal dawn;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi n-NU jappoġġjaw b’mod attiv il-parteċipazzjoni akbar tan-nisa fis-settur tal-ġustizzja permezz ta’ inizjattivi u kampanji dedikati; billi rappreżentanza akbar tan-nisa fl-istituzzjonijiet ġudizzjarji hija marbuta ma’ approċċi għall-ġustizzja aktar iffukati fuq il-vittmi u hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-vittmi jħossuhom appoġġjati u mismugħa meta jippreżentaw ruħhom u jfittxu aċċess għall-ġustizzja; billi huma meħtieġa regoli ċari u dispożizzjonijiet leġiżlattivi b’saħħithom, taħriġ dwar l-applikazzjoni tagħhom u inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-ġeneri u l-ġustizzja – kemm għall-professjonisti fis-settur tal-ġustizzja kif ukoll għas-soċjetà ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-vjolenza kontra n-nisa, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika jikkostitwixxu ksur tad-drittijiet fundamentali; billi s-sistemi legali jridu jindirizzaw bis-sħiħ il-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi billi jipprovdu protezzjoni adegwata, rimedji legali effettivi, servizzi ta’ appoġġ aċċessibbli u taħriġ adegwat lill-awtoritajiet kompetenti li jiġu f’kuntatt ma’ vittmi tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, sabiex tiġi evitata vittimizzazzjoni sekondarja; billi ħafna nisa u bniet għadhom jiffaċċjaw ostakli sostanzjali biex jirrapportaw l-abbuż u jiksbu għajnuna legali; billi l-forom kollha ta’ vjolenza – inkluż l-abbuż psikoloġiku, emozzjonali u mentali, kif ukoll il-kontroll koerċittiv u finanzjarju – jridu jiġu rikonoxxuti formalment; billi l-persistenza tal-istereotipi marbuta mal-ġeneru, il-misoġinija u s-sessiżmu fl-istituzzjonijiet, flimkien ma’ ostakli strutturali u proċedurali, ikomplu jfixklu lin-nisa vittmi tal-vjolenza meta jippruvaw jaċċessaw il-ġustizzja; billi l-ispeċjalizzazzjoni ġudizzjarja fil-vjolenza abbażi tal-ġeneru wriet li hija effettiva peress li tikkonċentra l-għarfien espert, ittejjeb il-ġestjoni tal-każijiet u trawwem ambjent aktar sensittiv għall-ġeneru u li jappoġġja lill-vittmi<FOOTNOTE><FIELD> UN Women, “Handbook for National Action Plans on Violence against Women” (Manwal għall-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar il-Vjolenza kontra n-Nisa), 2012.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-fastidju fuq il-post tax-xogħol u f’ambjenti politiċi, ġudizzjarji, akkademiċi jew online jikkostitwixxi ostaklu, li jipprevjeni lin-nisa milli jaċċessaw il-ġustizzja u jidħlu jew jibqgħu fi rwoli pubbliċi u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; billi l-vjolenza online mifruxa, id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda dejjem aktar diretti lejn in-nisa u l-bniet għandhom konsegwenzi serji għall-ħajja tagħhom ta’ kuljum, jillimitaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika u jimminaw ir-rappreżentanza ugwali tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-kunflitt armat, l-ispostament furzat, il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u l-emerġenzi umanitarji jiggravaw l-inugwaljanzi u jdgħajfu s-sistemi ta’ protezzjoni, filwaqt li jħallu lin-nisa u l-bniet f’riskju akbar ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inklużi ż-żwieġ furzat, il-vjolenza sesswali matul it-tranżitu, it-traffikar, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru fiċ-ċentri ta’ akkoljenza jew ta’ ażil u l-vjolenza sesswali u t-tortura użati bħala armi tal-gwerra; billi l-vjolenza sesswali relatata mal-kunflitti tibqa’ wieħed mill-aktar ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem, użata biex titterrorizza lill-popolazzjonijiet ċivili, trażżan ir-reżistenza u teqred il-komunitajiet, u tikkostitwixxi delitt tal-gwerra, delitt kontra l-umanità jew atti li jikkontribwixxu għall-ġenoċidju skont id-dritt internazzjonali; billi l-Aġenda tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà hija ċentrali biex jiġu indirizzati l-isfidi kontemporanji tal-paċi u s-sigurtà dinjija; billi l-kunflitti armati li għaddejjin bħalissa, kif ukoll it-theddid għas-sigurtà emerġenti u dejjem aktar kumpless, jaffettwaw b’mod sproporzjonat lin-nisa u lill-bniet u wasslu għal deterjorament tal-istatus tagħhom, b’konsegwenzi detrimentali biex jitgawdew bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem tagħhom globalment;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Konvenzjoni ta’ Istanbul hija waħda mill-aktar strumenti legali internazzjonali avvanzati li jistabbilixxu obbligi vinkolanti għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-ksur tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR), inkluża ċ-ċaħda ta’ servizzi ta’ abort sikur u legali u l-forom kollha ta’ vjolenza ostetrika u ġinekoloġika, jikkostitwixxi vjolenza abbażi tal-ġeneru u ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem; billi skont normi soċjali persistenti, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija leġittimizzata, l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa, inkluż għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, huwa ristrett, ix-xogħol ta’ kura mhux imħallas huwa assenjat b’mod predominanti lin-nisa, u l-opportunitajiet ta’ tmexxija tan-nisa huma limitati; billi l-aċċess għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż l-abort sikur u legali, huwa dritt fundamentali tal-bniedem li jrid jiġi rrispettat globalment; billi miljuni ta’ nisa għad m’għandhomx tali aċċess, u dan jesponihom għal ħsara fiżika u għal stress ekonomiku u psikoloġiku; billi t-theddid u l-attakki kontra l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari dawk li jappoġġjaw is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, qed jiżdiedu b’rata allarmanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-istupru għadu ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem u spiss jintuża bħala arma tal-gwerra biex jitterrorizza lill-popolazzjonijiet ċivili u jeqred il-komunitajiet; billi hija meħtieġa azzjoni urġenti biex tintemm l-impunità, f’dan ir-rigward, u tiġi żgurata l-ġustizzja għall-vittmi tal-istupru;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-istereotipar ġudizzjarju u n-normi tal-ġeneru prevalenti, flimkien ma’ informazzjoni insuffiċjenti, jistgħu jfixklu l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għan-nisa u l-bniet li huma vittmi u superstiti tal-vjolenza; billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-ostakli għall-aċċess tan-nisa għall-ġustizzja jista’ jkollhom impatt fuq il-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fil-ħajja pubblika; billi din is-sitwazzjoni timmina l-fiduċja tan-nisa u l-bniet fis-sistema ġudizzjarja u tikkontribwixxi għas-sottorappurtar, speċjalment f’każijiet ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi ħafna superstiti għadhom jesperjenzaw kulpabilizzazzjoni bħala vittmi, stigma, biża’ ta’ ritaljazzjoni u vittimizzazzjoni sekondarja, u dan ikompli jiskoraġġihom milli jfittxu l-ġustizzja;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, il-misoġinija u s-sessiżmu fis-sistema ġudizzjarja jkomplu jirrinfurzaw l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri billi jipperpetwaw attitudnijiet preġudikati, prattiki diskriminatorji u dinamika tal-poter inugwali; billi dawn l-ostakli sistemiċi jimminaw il-fiduċja tan-nisa biex ifittxu l-ġustizzja, jillimitaw ir-rappreżentanza ġusta tagħhom u jikkontribwixxu biex l-inġustizzja u l-marġinalizzazzjoni fil-proċessi legali jippersistu; billi l-preżenza ta’ preġudizzji u sterjotipi marbuta mal-ġeneru fis-sistema ġudizzjarja kienet kompletament esposta u ddenunzjata mill-moviment Me Too, li mmobilizza n-nisa u l-bniet madwar il-kontinenti, u dan juri li minkejja kuntesti soċjali, ekonomiċi u legali differenti, l-isfidi li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet fis-sistemi ġudizzjarji huma simili ħafna u għalhekk jeħtieġu azzjoni konċertata;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jirrakkomanda li l-Kunsill:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tal-UE għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiggarantixxi l-implimentazzjoni sħiħa tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet fl-aspetti kollha tal-azzjoni esterna tal-UE, inklużi fl-iżvilupp, fil-kummerċ u fil-politika barranija, permezz ta’ approċċ iffinanzjat b’mod adegwat, inklużiv u intersezzjonali li jisfida l-istereotipi marbuta mal-ġeneru u li huwa bbażat fuq il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, sabiex l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tavvanza malajr;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>jiżgura l-involviment sħiħ tal-Parlament u tal-Kumitat tiegħu għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet rigward il-pożizzjoni tal-UE fis-70 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa; jiżgura li l-Parlament ikollu informazzjoni adegwata u aċċess għad-dokument tal-pożizzjoni tal-UE qabel in-negozjati; itejjeb aktar il-kooperazzjoni interistituzzjonali, inkluż matul in-negozjati, sabiex il-prijoritajiet tal-Parlament jiġu inkorporati sew; jisħaq li l-parteċipazzjoni tan-nisa u t-tmexxija minnhom fi rwoli ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għadhom neqsin, inkluż fil-politika barranija u fil-konsolidazzjoni tal-paċi; jirrikonoxxi li l-istudji wrew li l-ftehimiet ta’ paċi milħuqa bil-parteċipazzjoni attiva tan-nisa għandhom ċans aħjar li jkunu sostenibbli u effettivi<FOOTNOTE><FIELD> Studju – “Women’s role in peace processes” (Ir-rwol tan-nisa fil-proċessi tal-paċi), Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni, Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, April 2019.</FIELD></FOOTNOTE>; jiddikjara li l-valutazzjonijiet globali reċenti jissottolinjaw li, minkejja l-impenji attwali, il-progress biex jiġu avvanzati l-parteċipazzjoni tan-nisa u t-tmexxija minnhom b’mod sħiħ, b’mod ugwali u b’mod sinifikanti fil-proċessi tal-paċi u s-sigurtà għadu limitat;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>jikkonferma mill-ġdid l-impenn tal-UE għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala prijorità orizzontali; jappoġġja u jippromwovi l-valuri tad-diversità, l-ugwaljanza u l-inklużjoni; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata għodda komprensiva għall-monitoraġġ u għall-ġlieda kontra r-rigress fid-demokrazija u r-rigress fid-drittijiet tan-nisa, li huma intrinsikament marbuta; imexxi l-ġlieda globali kontra r-rigress fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u jikkundanna bil-qawwa l-attakki minn movimenti kontra l-ġeneru u kontra d-drittijiet, li jxerrdu l-gideb, jimminaw id-demokrazija u jimmiraw id-drittijiet tan-nisa u tal-LGBTIQ+;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>jiżgura li l-istrumenti tal-UE u dawk internazzjonali jkunu komplementari u ambizzjużi, b’dispożizzjonijiet robusti u sostanzjali biex in-nisa u l-bniet jingħataw is-setgħa u jiġi ggarantit l-aċċess għall-ġustizzja; jisħaq li d-dritt għall-għajnuna legali u għall-konsulenza legali huwa essenzjali biex jiġi ggarantit aċċess universali u ugwali għall-ġustizzja għal kulħadd u parteċipazzjoni effettiva fil-proċedimenti rilevanti; jisħaq, barra minn hekk, li l-persuni b’diżabbiltà, b’mod partikolari n-nisa u l-bniet b’diżabbiltà, jiffaċċjaw ostakli strutturali u prattiċi biex ikollhom aċċess għall-ġustizzja u għall-parteċipazzjoni pubblika; jenfasizza l-ħtieġa għal miżuri speċifiċi biex jiggarantixxu l-inklużjoni sħiħa tagħhom u l-aċċess universali għal protezzjoni effettiva; jiżgura li l-UE turi tmexxija b’saħħitha u tadotta pożizzjoni unifikata dwar sistemi ġudizzjarji inklużivi u mhux preġudikati; jippromwovi oqfsa legali komprensivi li jipproteġu d-drittijiet tan-nisa u jiżguraw il-parteċipazzjoni sħiħa u ugwali tan-nisa, tal-bniet u tan-nies fid-diversità kollha tagħhom kemm skont id-dritt nazzjonali kif ukoll dak internazzjonali; jappella biex jiġi żgurat u promoss id-dritt tal-vittmi għal kumpens f’waqtu mħallas mill-awtur tar-reat fi ħdan il-proċedimenti kriminali u għall-iskambju tal-aħjar prattika biex tiġi evitata vittimizzazzjoni sekondarja, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi ta’ surroga tal-istat;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>jieħu azzjoni biex jimplimenta bis-sħiħ l-impenji eżistenti dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, filwaqt li jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tan-nisa fuq bażi ugwali mal-irġiel, mingħajr diskriminazzjoni, biex tiġi avvanzata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati l-politiki pubbliċi li jippromwovu u jappoġġjaw il-maternità;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>jenfasizza l-importanza li n-nisa u l-bniet jiġu ggarantiti aċċess effettiv għall-ġustizzja fil-livelli kollha, inklużi kanali ta’ rapportar ċari u l-ipproċessar rapidu ta’ miżuri ta’ protezzjoni u ta’ appoġġ; jelimina l-ostakli, b’mod partikolari għall-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli ta’ nisa, li spiss jiffaċċjaw ostakli biex jaċċessaw il-ġustizzja, minħabba l-effett multiplikatur ta’ riżorsi limitati u sottofinanzjati fis-sistema ġudizzjarja, kif ukoll fatturi soċjoekonomiċi u soċjokulturali u diskriminazzjoni intersezzjonali; jiżgura servizzi ta’ appoġġ u ta’ protezzjoni adegwati u ffukati fuq il-vittmi f’każijiet ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, u jevitaw kwalunkwe forma ta’ vittimizzazzjoni sekondarja meta jsiru rapporti lill-pulizija jew matul il-proċedimenti tal-qorti; jenfasizza li l-inugwaljanza ekonomika għadha ostaklu sinifikanti biex tiġi aċċessata l-ġustizzja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(h)</SYMBOL>jenfasizza l-ħtieġa li l-apartheid tal-ġeneru jiġi rikonoxxut bħala reat kontra l-umanità skont l-Istatut ta’ Ruma u jippromwovi r-rikonoxximent internazzjonali tiegħu, sabiex jiġu żgurati l-aċċess għall-ġustizzja, l-obbligu ta’ rendikont u l-possibbiltà ta’ prosekuzzjoni mill-qrati internazzjonali; jappoġġja d-definizzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tan-NU dwar id-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Bniet tal-apartheid tal-ġeneru bħala atti f’sistema istituzzjonalizzata ta’ diskriminazzjoni u dominazzjoni abbażi tal-ġeneru;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>jiżgura l-iskambju tal-aħjar prattiki, inkluż permezz ta’ taħriġ ġudizzjarju, fir-rigward tal-impatti psikoloġiċi, mentali, fiżiċi, koerċittivi u finanzjarji tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jimpenja ruħu u jinkoraġġixxi l-integrazzjoni ta’ perspettiva tal-ġeneru fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji; jinkoraġġixxi l-possibbiltà li, fuq talba, jiġu pprovduti avukati nisa għall-vittmi; jippromwovi taħriġ sensittiv għall-ġeneru u ffukat fuq il-vittmi għall-uffiċjali li jiġu f’kuntatt mal-vittmi, f’konformità mal-funzjonijiet tagħhom, inklużi l-uffiċjali tal-pulizija, il-prosekuturi u l-imħallfin, biex tiġi evitata vittimizzazzjoni sekondarja, jiġu indirizzati l-istereotipi u l-preġudizzji marbuta mal-ġeneru, u jiġi żgurat trattament tal-vittmi li jkun rispettuż, sensittiv għat-trawma, u nondiskriminatorju;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(j)</SYMBOL>jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li n-nisa u l-bniet ikollhom informazzjoni aċċessibbli, komprensiva u koerenti dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tagħhom f’ kull pass tal-proċess ġudizzjarju, speċjalment f’każijiet ta’ vjolenza kontra n-nisa jew ta’ vjolenza domestika, inkluż permezz ta’ inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġjati programmi ta’ għoti tas-setgħa legali fil-livell lokali li jgħinu lin-nisa u l-bniet jifhmu u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jinkoraġġixxu li jiġu stabbiliti servizzi ta’ appoġġ kemm ġenerali kif ukoll speċjalizzati għall-vittmi ta’ reati, u jiżguraw il-koordinazzjoni effettiva u l-metodi ta’ riferiment tagħhom; jenfasizza r-rwol ewlieni ta’ dawn is-servizzi biex jinfurmaw lill-vittmi dwar id-drittijiet tagħhom u jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għall-ġustizzja; jiżgura li l-informazzjoni pprovduta lill-vittmi tkun faċli biex tiġi aċċessata u disponibbli b’lingwaġġ sempliċi; jippromwovi l-eżistenza u l-użu ta’ helplines għall-vittmi u jiżgura li dawn ikunu disponibbli permezz ta’ diversi mezzi, inklużi t-telefown u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; jirrikonoxxi li aċċess limitat għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni f’ħafna pajjiżi madwar id-dinja jxekkel it-twettiq sħiħ tal-potenzjal tan-nisa u l-bniet;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(k)</SYMBOL>jimpenja ruħu li jiżgura l-aċċess għall-għajnuna legali għall-vittmi mill-bidu tal-proċedimenti ċivili jew kriminali u jippromwovi dan l-approċċ globalment, flimkien mas-sħab internazzjonali; jappella għall-inkorporazzjoni ta’ perspettiva tal-ġeneru fil-politiki, il-liġijiet, il-proċeduri, il-programmi u l-prattiki kollha sabiex jiġu indirizzati l-ostakli speċifiċi li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet, inkluż sensibilizzazzjoni limitata dwar id-drittijiet, l-attitudnijiet diskriminatorji u l-istereotipi marbuta mal-ġeneru fis-sistemi ġudizzjarji, u d-disponibbiltà insuffiċjenti ta’ servizzi speċjalizzati, b’mod partikolari f’żoni rurali u remoti; jippromwovi l-prattika tal-valutazzjoni tad-dritt tan-nisa u l-bniet għall-għajnuna legali abbażi biss tal-mezzi finanzjarji tagħhom stess, indipendentement mill-introjtu ta’ żwieġhom, tas-sħab tagħhom jew tal-familji tagħhom, u din hija partikolarment rilevanti għal każijiet ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru; jenfasizza l-importanza ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru dwar l-aċċess għall-ġustizzja, l-eżiti tal-każijiet, l-użu tal-għajnuna legali u l-ostakli għaliha, sabiex jiġi appoġġjat it-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(l)</SYMBOL>javvanzaw it-tmexxija, il-parteċipazzjoni ugwali u ż-żieda fir-rappreżentanza tan-nisa fil-ġudikatura u l-korpi governattivi tagħha u jieħdu passi attivi biex jippromvowu l-aċċess wiesa’ tan-nisa minn minoranzi u minn gruppi emarġinati għall-professjoni legali, bil-ħsieb li jitneħħew l-ostakli strutturali fis-sistema ġudizzjarja u titrawwem ġudikatura ekwa u rappreżentattiva, u b’hekk jiġu żgurati opportunitajiet ugwali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(m)</SYMBOL>jippromwovi azzjonijiet u miżuri konkreti biex jiżgura l-parteċipazzjoni tan-nisa u t-tmexxija minnhom fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-ħajja pubblika, inkluż fl-oqsma tal-politika barranija, id-difiża u s-sigurtà u l-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni ta’ knuflitti u kriżijiet; jissottolinja l-ħtieġa għal metodoloġija komuni ta’ intraċċar għall-ġbir ta’ data dwar il-parteċipazzjoni tan-nisa f’dawn is-setturi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(n)</SYMBOL>jappoġġja u jippromwovi b’mod attiv ir-rakkomandazzjoni ġenerali Nru 40 tas-CEDAW dwar ir-rappreżentanza ugwali u inklużiva tan-nisa fis-sistemi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, definita bħala parità nofs bin-nofs bejn in-nisa u l-irġiel fid-diversità kollha tagħhom f’termini ta’ aċċess ugwali għas-sistemi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u ta’ poter ugwali fi ħdanhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(o)</SYMBOL>jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni sinifikattiva tan-nisa fil-livelli kollha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-politika estera, ta’ difiża u ta’ sigurtà, kif ukoll fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, kemm fl-UE kif ukoll globalment;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(p)</SYMBOL>jieħu azzjoni biex jimplimenta b’mod urġenti u bis-sħiħ l-impenji eżistenti dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, filwaqt li jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali ugwali tan-nisa mingħajr diskriminazzjoni, inkluż permezz ta’ istituzzjonijiet u politiki pubbliċi b’saħħithom li jiggarantixxu opportunitajiet ugwali, biex tiġi avvanzata l-parteċipazzjoni effettiva u sħiħa tagħhom fil-ħajja pubblika, u b’hekk tiffaċilita l-involviment tagħhom fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet; jikkundanna d-diskors ta’ mibegħda online immirat lejn in-nisa u l-impatt tiegħu fuq il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika, u jappoġġja l-litteriżmu medjatiku u l-programmi ta’ sikurezza diġitali għan-nisa u l-bniet;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(q)</SYMBOL>jisħaq li l-għoti tas-setgħa lin-nisa u lill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u l-appoġġ għall-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-politika esterna u mal-kunflitti jrawmu eżiti aħjar għall-komunitajiet, aċċess għall-ġustizzja u paċi aktar sostenibbli; jikkundanna b’mod ċar it-tnaqqis reċenti fil-finanzjament għall-organizzazzjonijiet tan-nisa, tad-drittijiet tan-nisa u tas-soċjetà ċivili li jiġġieldu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u jagħtu s-setgħa lin-nisa biex jaċċessaw il-ġustizzja; jiżgura, barra minn hekk, finanzjament sostenibbli u protezzjoni legali għall-organizzazzjonijiet femministi u LGBTIQ+, speċjalment gruppi fil-livell lokali taħt attakk minħabba spazju ċiviku li qed jiċkien u liġijiet restrittivi mmirati lejn organizzazzjonijiet mhux governattivi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(r)</SYMBOL>jiddefendi l-mandat tas-CSW tan-NU fid-dawl tal-isforzi mill-Istati Uniti u l-pajjiżi allinjati biex idgħajfu l-prijoritajiet miftiehma dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u jesprimi tħassib li pressjoni politika bħal din, flimkien ma’ tnaqqis fil-finanzjament għall-programmi dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, tirriskja li timmina l-effettività u l-kredibbiltà tas-CSW; iżid il-finanzjament tal-għajnuna għall-iżvilupp biex jikkumpensa għad-diskrepanza li tħalliet wara li l-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali ġiet żmuntata; jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-ħidma ta’ UN Women, li hija attur ċentrali fis-sistema tan-NU biex tavvanza d-drittijiet tan-nisa fid-diversità kollha tagħhom u biex tlaqqa’ l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, bil-għan li tiġi ġġenerata bidla fil-politika u jiġu kkoordinati l-azzjonijiet; iħeġġeġ lill-istati membri kollha tan-NU, flimkien mal-UE, jiżguraw finanzjament adegwat għal UN Women; jimpenja ruħu għal finanzjament adegwat għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(s)</SYMBOL>japplika l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru għall-oqsma kollha ta’ politika tal-UE, inkluża l-azzjoni esterna; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-istati jallokaw finanzjament adegwat, suffiċjenti u prevedibbli għal servizzi ta’ għajnuna legali u ta’ appoġġ li jkunu reattivi għall-kwistjonijiet tal-ġeneru, speċjalment għas-superstiti ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, u aċċess suffiċjenti għall-kumpens, peress li l-ostakli attwali jaffettwaw b’mod sproporzjonat l-aċċess tan-nisa għall-ġustizzja; jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati l-ostakli prattiċi u reġjonali u dawk relatati mal-aċċessibbiltà li jxekklu l-aċċess tan-nisa u tal-gruppi vulnerabbli għall-ġustizzja, b’mod partikolari f’reġjuni rurali, remoti u ekonomikament żvantaġġati; jissottolinja l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw in-nisa b’diżabbiltà, in-nisa anzjani u l-ġenituri waħedhom, inklużi l-ostakli għall-aċċessibbiltà fiżika u n-nuqqas ta’ servizzi ta’ appoġġ imfassla apposta; jirrikonoxxi li l-għajnuna legali spiss tkun kronikament sottofinanzjata jew sottovalutata, jerġa’ jinħoloq ostaklu ieħor għan-nisa f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jfittxu aċċess għall-ġustizzja, u dan jaffettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa f’pożizzjonijiet soċjoekonomiċi inferjuri u lil dawk l-aktar vulnerabbli, f’termini ta’ aċċess għall-ġustizzja meta jinkisru d-drittijiet tagħhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(t)</SYMBOL>jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE li tiġġieled u ttemm l-impunità għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluża l-vjolenza sesswali; jippromwovi l-eliminazzjoni tal-impunità għall-forom kollha ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inklużi l-vjolenza domestika, il-vjolenza sesswali, it-traffikar u l-prattiki dannużi; jaċċellera l-implimentazzjoni tal-impenji internazzjonali biex titkompla l-prevenzjoni tal-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, u jkun hemm reazzjoni għal vjolenza bħal din, kemm fl-isferi pubbliċi kif ukoll f’dawk privati, inklużi l-istupru, l-mutilazzjoni ġenitali femminili, iż-żwieġ furzat, l-hekk imsejħa prattiki ta’ konverżjoni, il-kondiviżjoni mhux kunsenswali ta’ materjal intimu jew manipulat, id-deepfakes u l-kontenut ġenerat mill-IA, is-cyberstalking, il-fastidju online, il-flashing online u l-inċitament online għall-vjolenza jew għall-mibegħda, id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda; jisħaq fuq l-importanza li tiġi indirizzata t-theddida maħluqa mit-teknoloġija manipulata bl-IA u jippromwovi, fil-livell tal-UE u dak internazzjonali, azzjoni aktar b’saħħitha kontra l-vjolenza online, li t-tnejn li huma jaffettwaw lin-nisa b’mod sproporzjonat u jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fil-ħajja pubblika; iħeġġu lill-pjattaformi online kbar ħafna u lill-magni tat-tiftix online kbar ħafna biex jippermettu skrutinju pubbliku tal-valutazzjonijiet tar-riskju annwali tagħhom u tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tagħhom relatati mal-vjolenza abbażi tal-ġeneru biex jippermettu riċerka u soluzzjonijiet aħjar;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(u)</SYMBOL>jenfasizza li n-nuqqas jew iċ-ċaħda tal-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, inkluż l-abort sikur u legali, jikkostitwixxu forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali; jappella għal sforzi biex jiġi żgurat aċċess wiesa’ u ekwu għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati b’mod globali, u jafferma mill-ġdid li l-aċċess għal abort sikur u legali huwa komponent fundamentali tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati tan-nisa u huwa essenzjali għall-awtonomija fiżika tagħhom; jesiġi aċċess sikur għall-abort, il-kontraċezzjoni u l-kura materna għal kulħadd, b’mod partikolari l-kontraċezzjoni ta’ emerġenza, l-ittestjar għal infezzjonijiet trażmessi sesswalment u l-profilassi ta’ wara l-esponiment; jiżgura aċċess għal servizzi tas-saħħa mentali sensittivi għall-ġeneru għan-nisa żgħażagħ u għall-persuni LGBTIQ+, filwaqt li jirrikonoxxi s-saħħa mentali bħala vitali għall-parteċipazzjoni u għall-ugwaljanza;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(v)</SYMBOL>jiżgura li l-politiki esterni tal-UE jippromwovu b’mod attiv l-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati bħala parti mill-kisba tal-SDGs;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(w)</SYMBOL>itenni li l-istupru għadu wieħed mill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem l-aktar mifruxa globalment; jisħaq fuq l-importanza li tiġi adottata leġiżlazzjoni dwar l-istupru bbażata fuq il-kunsens bħala element essenzjali ta’ approċċ komprensiv biex tiġi miġġielda l-vjolenza sesswali fuq in-nisa u l-bniet; jippromwovi definizzjoni ta’ stupru bbażata fuq il-kunsens bħala standard universali madwar id-dinja, bl-għan li jissaħħu l-protezzjonijiet legali u jiġi żgurat li l-vjolenza sesswali tiġi definita min-nuqqas ta’ kunsens, aktar milli bl-użu tal-vjolenza, tal-koerċiżżjoni jew tat-theddid biss; jippromwovi l-kunċett li s-silenzju tal-vittmi u n-nuqqas ta’ reżistenza min-naħa tagħhom ma jikkostitwix kunsens; jissottolinja li la l-kunsens minn qabel u lanqas relazzjoni eżistenti ma jimplikaw kunsens kontinwu jew futur għal xi att sesswali; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-pajjiżi kollha jintroduċu definizzjoni ta’ stupru bbażata fuq il-kunsens u jiggarantixxi li s-superstiti jkollhom aċċess għall-ġustizzja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(x)</SYMBOL>jikkundanna, bl-aktar mod qawwi, l-użu tal-istupru u ta’ forom oħra ta’ vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra u jfakkar li atti bħal dawn jikkostitwixxu delitti tal-gwerra jew delitti kontra l-umanità skont id-dritt internazzjonali; jaħdem b’mod attiv biex jiżgura l-prosekuzzjoni u l-obbligu ta’ rendikont għal dawn it-tipi ta’ reati fil-livell internazzjonali, inkluż permezz tal-applikazzjoni tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem; isaħħaħ l-appoġġ għall-isforzi internazzjonali biex dawn ir-reati jiġu ddokumentati f’kunflitti li għaddejjin bħalissa u għal miżuri ta’ prevenzjoni; jappella, barra minn hekk, għal appoġġ attiv għall-inizjattivi kollha mmirati biex jiżguraw l-irfigħ tar-responsabbiltà għall-awturi ta’ reat u l-aċċess għall-ġustizzja għas-superstiti ta’ stupru bħala arma tal-gwerra, filwaqt li jirrikonoxxi li f’konformità mar-Regolament 1820 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, l-istupru u forom oħra ta’ vjolenza sesswali jikkostitwixxu delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità, jew atti li jikkontribwixxu għall-ġenoċidju; jippromwovi l-kooperazzjoni mill-qrib tal-Eurojust mal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) dwar id-dokumentazzjoni tal-istupru, l-abbuż u forom oħra ta’ vjolenza sesswali fi żmien il-gwerra fl-Ukrajna, u jappella lill-UE, lill-Eurojust u lill-QKI jkomplu jsaħħu l-isforzi ta’ dokumentazzjoni kkoordinati, infurmati dwar it-trawma u ffukati fuq il-vittmi, u joħolqu oqfsa ta’ kooperazzjoni b’mod globali għal żoni oħra ta’ kunflitt, biex jiżguraw li l-vittmi jiġu identifikati, protetti u jkunu jistgħu jaċċessaw il-ġustizzja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(y)</SYMBOL>jenfasizza l-importanza tar-rikonoxximent sħiħ tan-nisa trans bħala nisa, filwaqt li jinnota li l-inklużjoni tagħhom hija essenzjali biex kwalunkwe politika dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u kontra l-vjolenza tkun effettiva; jappella għar-rikonoxximent u għall-aċċess ugwali tan-nisa trans għas-servizzi ta’ protezzjoni u ta’ appoġġ;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(z)</SYMBOL>jistieden lill-pajjiżi kollha li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni ta’ Istanbul biex jagħmlu dan u jippromwovu l-adozzjoni globali tal-istandards komprensivi tagħha għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aa)</SYMBOL>jistieden lill-gvernijiet u lill-korpi internazzjonali jindirizzaw ir-riskji speċifiċi li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet mill-vjolenza fiċ-ċentri ta’ akkoljenza u t-titjib tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-età;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ab)</SYMBOL>jippromwovi d-dritt tal-bniet għal edukazzjoni inklużiva, ekwa u ta’ kwalità, bħala mutur ewlieni tat-tisħiħ tal-pożizzjoni u l-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, billi jiġu mgħammra bl-għarfien, ħiliet, opportunitajiet u kapaċitajiet li huma essenzjali għall-ħajja kollha tagħhom, u li jippermettulhom jitolbu d-drittijiet tagħhom, jaċċessaw il-ġustizzja, jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja pubblika, u jiġġieldu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru; juri l-importanza li jiġi promoss it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa permezz tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tat-tagħlim tul il-ħajja li jkunu inklużivi, ekwi u ta’ kwalità, li huma ta’ importanza vitali għall-ġlieda kontra l-istereotipi, l-attitudnijiet u l-preġudizzji marbuta mal-ġeneru fid-dimensjonijiet kollha tagħhom u biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi persistenti; ifakkar fl-importanza tal-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru permezz ta’ kampanji adegwati u azzjonijiet oħra, inkluż billi jiżdied il-litteriżmu medjatiku diġitali, kif ukoll permezz ta’ edukazzjoni mmirata rilevanti dwar relazzjonijiet adatti għall-età u komprensivi u s-sesswalità, sabiex jiżdied l-għarfien dwar l-integrità fiżika; jenfasizza l-ħtieġa għal fehim aktar profond tal-movimenti kontra d-drittijiet u kontra l-ġeneru, inkluża d-diżinformazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-fenomenu taċ-ċelibat involontarju u l-misoġinija u, b’mod partikolari, il-manifestazzjoni online tagħhom magħrufa bħala l-manosfera; jippromwovi politiki aktar attivi biex jiġu miġġielda dawn il-fenomeni u n-narrattivi tagħhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ac)</SYMBOL>jenfasizza li gwerra u kunflitt għandhom impatt sproporzjonat u devastanti fuq in-nisa, u jippromwovu l-paċi u n-negozjati inklużivi madwar id-dinja bħala perkorsi essenzjali biex jintemm il-kunflitt u l-vjolenza li n-nisa u l-bniet jiffaċċjaw f’dawn l-ambjenti; jirrikonoxxi l-ħidma notevoli mwettqa min-nisa li jservu f’missjonijiet tan-NU għaż-żamma tal-paċi f’żoni ta’ kunflitt; jisħaq li d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri huma essenzjali għall-istat tad-dritt u għal demokraziji reżiljenti u inklużivi; jenfasizza, bi tħassib, li miljuni ta’ nisa u bniet, speċjalment f’kuntesti ta’ kunflitt u spostament, għadhom jiffaċċjaw diskriminazzjoni, vjolenza u ċ-ċaħda tad-dinjità tagħhom u tal-kapaċità tagħhom li jieħdu azzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ad)</SYMBOL>jimpenja lill-UE għal politika estera, ta’ żvilupp u ta’ sigurtà, li tkun inklużiva u intersezzjonali, li tagħti prijorità lill-ħtiġijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għan-nisa u għall-persuni LGBTIQ+;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ae)</SYMBOL>jisħaq li l-femiċidju, definit bħala l-qtil relatat mal-ġeneru tan-nisa u l-bniet, jikkostitwixxi waħda mill-aktar forom estremi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u jirrappreżenta ksur serju tad-drittijiet fundamentali universali; jikkundanna bil-qawwa n-nuqqas ta’ definizzjoni armonizzata ta’ dan ir-reat u l-inkonsistenzi persistenti fil-ġbir tad-data u r-rappurtar dwarha, u dan ixekkel serjament il-prevenzjoni effettiva u t-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza; jappella għar-rikonoxximent globali ta’ dan ir-reat u għal sforzi globali biex jiġi eliminat il-femiċidju;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà kif ukoll, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RECOM></TXTLST></SDOCTA>