<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0052</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-Jum Dinji Kontra l-Kanċer</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0112, 0113, 0142, 0126, 0135 u 0141/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2026 dwar il-Jum Dinji Kontra l-Kanċer (2026/2586(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Jum Dinji kontra l-Kanċer, li jiġi ċċelebrat kull sena fl-4 ta’ Frar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2022 dwar it-tisħiħ tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-kanċer – lejn strateġija komprensiva u koordinata<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 342, 6.9.2022, p. 109.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan tal-Ewropa biex jingħeleb il-Kanċer,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill, u r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanċer,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, b’mod partikolari l-Għan 3 dwar saħħa tajba u benesseri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2008 dwar it-tnaqqis tal-piż tal-kanċer,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 35 tagħha, li jindirizza l-kura tas-saħħa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2022 dwar it-tisħiħ tal-prevenzjoni permezz tad-detezzjoni bikrija: Approċċ ġdid tal-UE għall-iskrinjar tal-kanċer li jissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/878/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 473, 13.12.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 167(2) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi kull sena fl-UE, 2,7 miljun persuna jiġu dijanjostikati bil-kanċer, u 1,3 miljun persuna oħra jitilfu ħajjithom minħabba fih, skont is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar il-Kanċer;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-infiq fuq is-saħħa relatat mal-kanċer fl-UE żdied b’aktar mid-doppju mill-1995 (minn EUR 54 biljun għal EUR 120 biljun fl-2023), li jammonta għal 6,9 % tan-nefqa totali fuq is-saħħa fl-2023; billi sal-2050, żieda fl-għadd ta’ każijiet ta’ kanċer, marbuta mat-tixjiħ tal-popolazzjoni, hija mistennija li twassal għal żieda ta’ 59 % fl-infiq relatat mal-kanċer <STRING ITALIC="on">per capita</STRING> f’termini reali fl-Istati Membri attwali<FOOTNOTE><FIELD> L-organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u l-Kummissjoni Ewropea,<STRING ITALIC="on">Delivering High Value Cancer Care – European Cancer Inequalities Registry Analytical Report (Twassil ta’ Kura tal-Kanċer ta’ Valur Għoli — Rapport Analitiku tar-Reġistru Ewropew tal-Inugwaljanzi tal-Kanċer)</STRING>, Pubblikazzjoni tal-OECD, Pariġi, https://doi.org/10.1787/060869fe-en.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi skont l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer tad-WHO, mill-anqas 40 % tal-każijiet kollha tal-kanċer jistgħu jiġu evitati b’miżuri effettivi ta’ prevenzjoni primarja; billi l-fatturi ta’ riskju ewlenin għall-kanċer jinkludu l-użu tat-tabakk, il-konsum tal-alkoħol, dieta mhux tajba għas-saħħa, l-obeżità, nuqqas ta’ attività fiżika, interferenti endokrinali, esponimenti ambjentali, inkluż għall-PFAS (sustanzi per- u polifluworoalkilitiċi), esponimenti okkupazzjonali, konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja, esponiment għar-radjazzjoni ultravjola, u infezzjonijiet (eż. il-viruses tal-Epatite B u C, u xi tipi ta’ virus tal-papilloma uman);
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi d-WHO u l-IARC ifittxu li jqajmu kuxjenza dwar ir-rabta bejn l-alkoħol u l-kanċer;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, minkejja l-progress, għad hemm inugwaljanzi sinifikanti bejn u fi ħdan l-Istati Membri f’termini ta’ prevenzjoni, skrinjar, dijanjożi bikrija, trattament, sopravivenza u kura palljattiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi skont ir-rapport tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u tal-Kummissjoni bit-titolu “Delivering High Value Cancer Care – European Cancer Inequalities Registry Analytical Report” (It-Twassil ta’ Kura tal-Kanċer ta’ Valur Għoli - Rapport Analitiku tar-Reġistru Ewropew tal-Inugwaljanzi tal-Kanċer), id-dijanjożi tal-kanċer fost iż-żgħażagħ (ta’ bejn il-15 u d-49 sena) żdiedet b’mod aktar sostanzjali fost in-nisa żgħażagħ milli fost l-irġiel żgħażagħ; billi għadd dejjem jikber ta’ persuni – b’mod partikolari n-nisa żgħażagħ – qed jgħixu b’dijanjożi tal-kanċer li tirrikjedi trattament u monitoraġġ, li qed tpoġġi pressjoni sostnuta fuq is-servizzi tal-kura tas-saħħa u soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-kanċer huwa waħda mill-kawżi ewlenin ta’ mwiet prematuri fost in-nisa globalment, bi 2,3 miljun mara jmutu qabel iż-żmien bil-kanċer kull sena; billi 1,5 miljun minn dawn l-imwiet jistgħu jiġu evitati permezz ta’ prevenzjoni primarja jew detezzjoni bikrija, u 800 000 oħra jistgħu jiġu evitati jekk in-nisa kollha jkollhom aċċess għal kura ottimali tal-kanċer;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-inugwaljanzi sistemiċi bejn il-ġeneri jippersistu fil-kura tal-kanċer, fir-riċerka u fit-tfassil tal-politika, li jinfluwenzaw il-prijoritajiet, il-finanzjament u l-enfasi tal-istudji, u b’hekk jipperpetwaw id-disparitajiet bejn il-ġeneri fl-eżiti tas-saħħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kanċers rari jammontaw għal aktar minn waħda minn kull ħames dijanjożi tal-kanċer fl‑UE u huma assoċjati ma’ detezzjoni mdewma, għażliet limitati ta’ trattament, għarfien espert kliniku skars u inugwaljanzi transfruntiera kbar; billi l-indirizzar tal-kanċers rari jirrikjedi koordinazzjoni b’saħħitha fil-livell tal‑UE, finanzjament iddedikat u Networks Ewropej ta’ Referenza msaħħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer jipprovdi qafas b’saħħtu, iżda l-implimentazzjoni tiegħu tirrikjedi impenn politiku, finanzjament u koordinazzjoni mġedda;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi fis-16 ta’ Frar 2022, adotta riżoluzzjoni dwar it-tisħiħ tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-kanċer;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar il-Jum Dinji kontra l-Kanċer, osservat fl-4 ta’ Frar, u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-pazjenti, is-superstiti, il-familji, il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u r-riċerkaturi kollha li jiġġieldu kontra l-kanċer madwar l-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jġeddu l-impenn politiku tagħhom għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer matul il-perjodu sħiħ tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2028-2034, filwaqt li jiżguraw konsistenza, finanzjament adegwat u azzjoni nazzjonali konkreta, b’mekkaniżmi ta’ rapportar annwali u trasparenza mtejba dwar il-lakuni fl-implimentazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq l-aħjar prattiki u l-esperjenzi tal-Istati Membri bħala parti mill-isforzi tagħha biex tilħaq il-miri stabbiliti fil-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-QFP 2028-2034 ma għandux linja baġitarja ddedikata għas-saħħa; jappella għal programm tas-saħħa awtonomu tal-UE, b’pakkett iddedikat, biex tiġi protetta s-saħħa pubblika u tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni tal-pazjenti u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politika; jisħaq li huwa meħtieġ finanzjament iddedikat biex jitwettqu inizjattivi ewlenin tal-UE dwar is-saħħa li jirrikjedu kontinwità pluriennali u kapaċità ta’ implimentazzjoni, bħall-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, li jeħtieġ investiment prevedibbli biex l-impenji jissarrfu fi twettiq fil-prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrikonoxxu l-kura tas-saħħa u tal-kanċer bħala objettivi ta’ investiment soċjali li jistgħu jintlaħqu permezz ta’ investiment fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż appoġġ għal infrastruttura tal-kanċer fit-tul bħal programmi ta’ vaċċinazzjoni u skrinjar, żvilupp tal-forza tax-xogħol u sistemi robusti ta’ data dwar l-onkoloġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li d-differenzi relatati mal-ġeneru jiġu integrati bis-sħiħ fir-riċerka, il-prevenzjoni, l-iskrinjar, id-dijanjożi u t-trattament tal-kanċer; iħeġġeġ l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji mmirati u bbażati fuq l-evidenza biex jiġi żgurat aċċess effettiv u ekwu għad-detezzjoni bikrija, id-dijanjożi f’waqtha u l-kura tal-kanċer ta’ kwalità għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li l-kanċer pedjatriku għadu marda rari iżda ta’ piż għoli b’sopravivenza kbira u inugwaljanzi fl-aċċess madwar l-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni fil-livell tal-UE u l-finanzjament għar-riċerka dwar l-onkoloġija pedjatrika, il-kondiviżjoni tad-data u l-provi kliniċi, jagħtu spinta lill-iżvilupp tal-mediċini u l-aċċess għall-innovazzjoni għat-tfal u l-adolexxenti bil-kanċer, isaħħu n-networks u l-infrastruttura tal-kanċer pedjatriku u tal-adolexxenti, jiżguraw riferiment transfruntier f’waqtu lejn ċentri speċjalizzati permezz tan-Networks ta’ Referenza Ewropej sabiex jiggarantixxu aċċess ekwu għal trattamenti u dijanjostika innovattivi u xierqa għall-età, u jiffaċilitaw kura ta’ segwitu komprensiva fit-tul, inkluż appoġġ psikosoċjali, edukattiv u soċjali għat-tfal, l-adolexxenti u l-adulti żgħażagħ li huma superstiti u l-familji tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jappella għall-promozzjoni tal-onkoloġija ġerjatrika bħala fergħa li jistħoqqilha kunsiderazzjoni u finanzjament speċjali, u li jeħtiġilha tiġi arrikkita b’riċerka xjentifika biex jiġu aċċertati l-aħjar trattamenti u metodi dijanjostiċi għall-pazjenti akbar fl-età;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq li l-pazjenti għadhom jiffaċċjaw ħafna diffikultajiet biex jaċċessaw servizzi tal-kura tas-saħħa pubblika ta’ kwalità għolja; jitlob, għalhekk, il-ħolqien ta’ infrastruttura ta’ kwalità għolja għall-għoti ta’ trattament, ibbażata fuq linji gwida tal-UE u f’konformità mal-aktar evidenza xjentifika reċenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jitlob mekkaniżmi aktar imsaħħa biex jiġi ffaċilitat l-aċċess transfruntier għal kura speċjalizzata tal-kanċer u provi kliniċi, b’mod partikolari għal kanċers rari u kumplessi, f’allinjament sħiħ mad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/24/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess ġust, f’waqtu u affordabbli għall-mediċini kontra l-kanċer u terapiji innovattivi madwar l-UE; jinnota bi tħassib id-disparitajiet persistenti fost l-Istati Membri f’termini ta’ aċċess tal-pazjenti għal mediċini u terapiji bħal dawn; jinnota li dan jaffettwa b’mod partikolari swieq iżgħar, minkejja li l-mediċini u t-terapiji għandhom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiffaċilita l-akkwist konġunt volontarju fejn xieraq, tippromwovi t-trasparenza tal-prezzijiet f’konformità mal-kompetenzi nazzjonali, tappoġġja d-dħul aktar bikri fis-suq u tindirizza d-dewmien mhux ġustifikat bejn l-awtorizzazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-aċċess tal-pazjenti, b’mod partikolari għal trattamenti tal-kanċer li jsalvaw il-ħajja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-iskrinjar tal-kanċer u dwar il-kanċers li jistgħu jiġu evitati bil-vaċċini<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2024 dwar il-kanċers li jistgħu jiġu evitati bil-vaċċini (ĠU C, C/2024/4259, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4259/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, bl-għan li tgħinhom itejbu d-detezzjoni bikrija u l-prevenzjoni tal-kanċer;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura allinjament u komplementarjetà b’saħħithom bejn il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer u kwalunkwe azzjoni Ewropea futura dwar il-mard, inkluż il-Pjan dwar is-Saħħa Kardjovaskulari u kwalunkwe azzjoni dwar il-mard rari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq li l-ilħuq tal-miri dwar il-prevenzjoni tal-kanċer jikkomplementa l-prevenzjoni ta’ mard mhux komunikabbli ieħor; jenfasizza li dawn il-miri jistgħu jintlaħqu billi, fost affarijiet oħra, jiġu adottati miżuri biex jitnaqqas l-esponiment għal fatturi ta’ riskju bħall-prodotti tat-tabakk, il-konsum tal-alkoħol, il-kontaminanti ambjentali, is-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-materjali u s-sustanzi dannużi, bħas-sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni, inklużi l-PFAS u l-interferenti endokrinali, u l-avvanz tal-approċċ “Saħħa Waħda” u aġenda espożoma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati d-diżinformazzjoni u l-miżinformazzjoni relatati mas-saħħa, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-iskrinjar, il-vaċċinazzjoni u t-trattament tal-kanċer; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-komunikazzjoni pubblika bbażata fuq l-evidenza, jappoġġjaw il-litteriżmu fis-saħħa u jippromwovu l-kooperazzjoni mal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, ir-riċerkaturi, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u l-pjattaformi diġitali biex jiżguraw li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal informazzjoni affidabbli u xjentifikament soda, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-libertà tal-espressjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi biex tipproteġi lis-superstiti tal-kanċer madwar l-UE minn diskriminazzjoni finanzjarja, inkluż tippromwovi b’mod effettiv id-dritt li persuna tkun minsija, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni vinkolanti biex jistabbilixxu dan id-dritt fil-livell nazzjonali; jinsisti li l-Kummissjoni tibni fuq id-Direttiva dwar il-Kreditu<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2023/2225 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva 2008/48/KE (ĠU L, 2023/2225, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2225/oj).</FIELD></FOOTNOTE> għall-Konsumatur tal-2023 biex tkompli ssaħħaħ id-dritt tas-superstiti tal-kanċer li jintesew; jappella għal qafas armonizzat li jiggarantixxi l-aċċess għas-superstiti tal-kanċer għas-servizzi finanzjarji, inklużi l-ipoteki, is-self u l-assigurazzjoni; jinsisti li l-gwida li jmiss tal-2026 għall-impriżi finanzjarji tiġi segwita malajr minn miżuri leġiżlattivi biex jingħalqu l-lakuni li fadal, filwaqt li jiġi żgurat li s-superstiti tal-kanċer ma jiffaċċjawx diskriminazzjoni minħabba l-istorja medika tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>