<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0056</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Erba’ snin ta’ gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kontributi Ewropej għal paċi ġusta u sigurtà sostnuta għall-Ukrajna</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0143, 0144, 0145, 0146 u 0147/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Frar 2026 dwar l-erba’ snin ta’ gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kontributi Ewropej għal paċi ġusta u sigurtà sostnuta għall-Ukrajna (2026/2599(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukrajna u r-Russja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 167(2) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi erba’ snin ilu, fl-24 ta’ Frar 2022, il-Federazzjoni Russa bdiet gwerra ta’ aggressjoni brutali, mhux ipprovokata, inġustifikata u illegali kontra l-Ukrajna; billi l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna bdiet fl-2014 bl-okkupazzjoni ta’ partijiet mir-reġjun ta’ Donbas u l-annessjoni tal-Krimea;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, minkejja kundanna internazzjonali wiesgħa u sanzjonijiet bla preċedent, ir-Russja qed teskala l-isforzi tal-gwerra tagħha b’attakki mmirati fuq l-infrastruttura kritika tal-enerġija, il-bini residenzjali u l-infrastruttura ċivili; billi miljuni ta’ persuni fl-Ukrajna qed jippruvaw jissopravivu t-temperaturi estremament kesħin tax-xitwa b’elettriku, tisħin u ilma tal-vit limitati; billi, matul dawn l-aħħar erba’ snin, id-dannu ambjentali li kkaġunat ir-Russja kellu wkoll konsegwenzi devastanti għar-riżorsi naturali u l-ekosistemi kritiċi tal-Ukrajna u għas-saħħa, l-għajxien u s-sigurtà tan-nies fl-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Iran, il-Korea ta’ Fuq u l-Belarussja pprovdew kunsinni sostanzjali ta’ armi u munizzjon lir-Russja, u l-Belarussja ppermettiet lir-Russja tuża t-territorju tagħha biex tattakka lill-Ukrajna, u dan jikkostitwixxi att ta’ aggressjoni skont id-dritt internazzjonali; billi ċ-Ċina saret faċilitatur ewlieni tal-isforz tal-gwerra Russu permezz tal-appoġġ ekonomiku tagħha kif ukoll appoġġ industrijali b’rabta mad-difiża; billi eluf ta’ ċittadini Kubani u ċittadini barranin oħra qed jiġġieldu flimkien mat-truppi Russi fl-Ukrajna; billi flimkien mal-merċenarji u r-rekluti volontarji, huwa rrappurtat li hemm aktar minn 1 400 ċittadin ta’ 36 nazzjon Afrikan li qed jiġġieldu man-naħa Russa;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Grupp Wagner u l-entitajiet suċċessuri tiegħu sistematikament wettqu torturi u qtil extraġudizzjarju, użaw il-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra u wettqu operazzjonijiet ta’ destabbilizzazzjoni madwar l-Ukrajna; billi s-sanzjonijiet tal-UE kontra l-individwi u l-entitajiet assoċjati mal-Grupp Wagner għadhom insuffiċjenti għall-prosekuzzjoni tal-kombattenti, tas-sostenituri u ta’ dawk li jirreklutaw, li ma jiffaċċjaw l-ebda piena kriminali skont il-miżuri attwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Ukrajna u l-korpi internazzjonali ddokumentaw mijiet ta’ eżekuzzjonijiet ta’ priġunieri tal-gwerra Ukreni mill-forzi Russi; billi tali eżekuzzjonijiet jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem u huma rikonoxxuti b’mod espliċitu bħala delitti tal-gwerra skont il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-Russja ripetutament involviet ruħha f’atti ta’ gwerra ibrida madwar l-UE, inkluż permezz ta’ attakki ċibernetiċi, kampanji ta’ diżinformazzjoni u ndħil elettorali, kif ukoll fi provokazzjonijiet militari, inkluż ksur tal-ispazju tal-ajru minn inġenji tal-ajru tal-ġlied u droni ta’ attakk fuq distanza kbira;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna dgħajfet serjament is-sigurtà Ewropea u dinjija, u tagħmel parti minn aġenda imperjalistika u espansjonista usa’; billi ftehim ta’ paċi jkollu jkun mirfud minn garanziji ta’ sigurtà kredibbli u robusti, sabiex tiġi evitata u miġġielda minnufih kwalunkwe aggressjoni mġedda min-naħa tar-Russja;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi mill-inqas 20 000, u possibbilment sa 35 000, tifel u tifla Ukreni ġew deportati bil-forza lejn ir-Russja u l-Belarussja, jew ġew detenuti f’territorji Ukreni okkupati temporanjament;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Pulizija Militari tal-Ministeru tad-Difiża Russu, is-Servizz Federali tas-Sigurtà u s-Servizz Penitenzjarju Federali qed iżommu għadd mhux determinat ta’ priġunieri tal-gwerra u ċivili Ukreni f’detenzjoni f’iżolament, u l-organizzazzjonijiet Ukreni tad-drittijiet tal-bniedem jistmaw li sa 16 000 ċivili Ukreni ġew imċaħħda illegalment mil-libertà tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi xi Stati Membri għadhom qed iħallsu lir-Russja għall-fjuwils fossili fuq bażi ta’ kull xahar, u f’Diċembru 2025 biss nefqu EUR 1.3 biljun għall-fjuwils fossili Russi; billi l-UE tibqa’ l-akbar xerrej tal-gass naturali likwifikat (LNG) u tal-gass mill-pipelines tar-Russja, u dan jirrappreżenta kważi nofs (49 %) l-esportazzjonijiet totali tal-LNG tar-Russja u 35 % tal-esportazzjonijiet tal-gass mill-pipelines tar-Russja;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti ġieħ lill-eluf li ssagrifikaw ħajjithom għal Ukrajna ħielsa u demokratika u għad-difiża tal-valuri Ewropej kondiviżi tagħna matul l-erba’ snin tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja; jenfasizza li r-reżiljenza tal-Ukrajna tibqa’ xhieda dejjiema tas-saħħa tad-demokrazija kkonfrontata mit-tirannija; itenni s-solidarjetà soda tiegħu mal-poplu tal-Ukrajna u l-appoġġ tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti fuq livell internazzjonali; jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għal paċi ġusta, komprensiva u dejjiema fl-Ukrajna, ibbażata fuq termini ddeterminati mill-Ukrajna u aċċettabbli għall-poplu tagħha; jissottolinja bil-qawwa d-dritt inerenti ta’ awtodifiża tal-Ukrajna f’konformità mal-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU; itenni t-twemmin sod tiegħu li l-aggressjoni tar-Russja jeħtiġilha tfalli u li l-Ukrajna jeħtiġilha tipprevali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li l-gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna tikkostitwixxi ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali u tal-Karta tan-NU, kif ukoll attakk bla preċedent fuq l-arkitettura tas-sigurtà Ewropea; jissottolinja li r-Russja, it-tmexxija tagħha u l-alleati tagħha, bħar-reġim Belarussu, iġorru r-responsabbiltà kollha għall-gwerra, id-delitti tal-gwerra u d-delitt ta’ aggressjoni, u jitlob li dawn jinżammu kompletament responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu, bl-aktar mod qawwi possibbli, tal-gwerra brutali ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll tal-involviment tal-Korea ta’ Fuq u tal-Iran; jesiġi li r-Russja u l-forzi bi prokura tagħha jtemmu minnufih, kompletament u mingħajr kundizzjonijiet l-azzjoni militari kollha fl-Ukrajna, iwaqqfu l-attakki kollha fuq iż-żoni residenzjali u l-infrastruttura ċivili, jirtiraw kull forza militari, proxy u tagħmir militari mit-territorju kollu rikonoxxut internazzjonalment tal-Ukrajna, jeħilsu u jirritornaw il-priġunieri tal-gwerra, id-detenuti politiċi, it-tfal u ċ-ċivili maħtufa kollha, u jtemmu b’mod permanenti l-ksur jew it-theddid tas-sovranità, tal-indipendenza u tal-integrità territorjali tal-Ukrajna; itenni li l-UE se tkompli ma tirrikonoxxix it-territorji okkupati temporanjament tal-Ukrajna bħala territorju Russu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-futur tal-Ukrajna jinsab fl-UE; jirrikonoxxi l-integrazzjoni Ewropea tal-Ukrajna bħala prijorità strateġika għall-UE, u jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jħejju għat-tkabbir futur billi jimplimentaw riformi interni u jiżviluppaw strateġija ċara għat-tkabbir; jissottolinja l-importanza li titħaffef l-integrazzjoni gradwali tal-Ukrajna fis-suq uniku tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jassumu aktar responsabbiltà għas-sigurtà fil-kontinent Ewropew u jkomplu jipprovdu appoġġ sod lill-Ukrajna; jenfasizza li kwalunkwe ftehim li jkollu l-għan li jtemm il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna jmur ferm lil hinn mir-Russja u l-Ukrajna, u jkollu implikazzjonijiet profondi għall-ordni ta’ sigurtà Ewropew kollu kemm hu; jinsisti li ma għandu jiġi deċiż xejn dwar l-Ukrajna mingħajr l-Ukrajna, u xejn dwar l-Ewropa mingħajr l-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jieħu nota tal-adozzjoni tal-liġi li se tippermetti lill-parroċċi Ortodossi mill-Ukrajna ma jibqgħux affiljati mal-ġuriżdizzjoni tal-Patrijarkat ta’ Moska u jiddeċiedu liberament dwar l-affiljazzjoni ġerarkika l-ġdida tagħhom; jinnota li, f’Awwissu 2024, il-parroċċi Ortodossi Rumeni fl-Ukrajna ressqu talba għar-rikonoxximent tal-“Knisja Ortodossa Rumena fl-Ukrajna” bħala assoċjazzjoni reliġjuża, biex il-parroċċi Ortodossi Rumeni li ma jridux jaffiljaw ruħhom mal-ġuriżdizzjoni tal-Patrijarkat ta’ Moska jkunu jistgħu jingħaqdu magħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jappella lill-UE, lill-Istati Membri tagħha, u lill-alleati transatlantiċi u lis-sħab internazzjonali tagħhom iwettqu sforzi militari, politiċi u diplomatiċi aktar effettivi, u b’mod partikolari jżidu bil-kbir l-appoġġ militari lill-Ukrajna, u jtejbu l-pressjoni komprensiva fuq ir-Russja sabiex iwaqqfu b’mod definittiv il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u jippermettu lill-Ukrajna tillibera lill-poplu kollu tagħha u tistabbilixxi mill-ġdid kontroll sħiħ fuq it-territorju kollu tagħha fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-“koalizzjoni tal-partijiet disposti” li saret f’Pariġi fis-6 ta’ Jannar 2026; jilqa’ bil-qawwa l-proposta għal “forza ta’ riassigurazzjoni” multinazzjonali għall-Ukrajna; jilqa’ l-ftehim biex jiġu ffinalizzati l-impenji politikament u ġuridikament vinkolanti għar-restawr tal-paċi u tas-sigurtà f’każ ta’ attakk armat futur min-naħa tar-Russja wara l-waqfien mill-ġlied, flimkien ma’ qafas ċar għall-appoġġ għall-Ukrajna, li jinkludi s-sostenn tal-kapaċitajiet militari fit-tul tagħha u kooperazzjoni approfondita fil-qasam tad-difiża; jiddispjaċih dwar il-fatt, madankollu, li dawn il-garanziji ta’ sigurtà jiġu implimentati biss ladarba jintlaħaq qbil ta’ waqfien mill-ġlied; jieħu nota tat-taħditiet dwar mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u verifika tal-waqfien mill-ġlied; jissottolinja l-bżonn li dawn il-proposti ambizzjużi jiġu implimentati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li kwalunkwe ftehim ta’ paċi ma jridx ipoġġi limitazzjonijiet fuq il-kapaċità tal-Ukrajna li tiddefendi lilha nnifisha u jrid ikun ibbażat fuq ir-rispett sħiħ tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali, l-obbligu ta’ rendikont għad-delitti tal-gwerra, id-delitti kontra l-umanità u d-delitt ta’ aggressjoni, u reparazzjonijiet mir-Russja għall-ħsara enormi kkawżata fl-Ukrajna; jissottolinja li kwalunkwe ftehim tali jrid ikun ikkomplementat minn garanziji ta’ sigurtà robusti u kredibbli lill-Ukrajna, li jammontaw għal-livell tal-Artikolu 5 tat-Trattat ta’ Washington u l-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li tiġi evitata ripetizzjoni tal-Memorandum ta’ Budapest tal-1994; jikkonferma mill-ġdid li l-Ukrajna għandha l-libertà li tagħżel l-alleanzi politiċi u tas-sigurtà tagħha mingħajr ebda veto mir-Russja; jissottolinja li kwalunkwe ftehim mar-Russja għandu jinkludi impenn min-naħa tar-Russja li twaqqaf minnufih il-gwerra ibrida tagħha kontra l-UE u s-sħab tagħha, inkluża l-Ukrajna; jinsisti li l-“koalizzjoni tal-partijiet disposti” u l-Istati Uniti jeħtiġilhom jipprovdu garanziji ta’ sigurtà robusti li se jipprevjenu u jiġġieldu minnufih kwalunkwe aggressjoni mġedda min-naħa tar-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota l-isforzi tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex ittemm il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, iżda jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-approċċ tal-Istati Uniti fir-rigward tat-taħditiet ta’ paċi, li donnu li jipprijoritizza n-negozjar fuq terminu qasir u l-preservazzjoni tal-“istabbiltà strateġika” mar-Russja, aktar milli taħditiet ta’ paċi ġenwini li jwasslu għal paċi komprensiva, ġusta u dejjiema bbażata fuq il-prinċipji tad-dritt internazzjonali; jappella, għalhekk, li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu jaħdmu mal-Istati Uniti u ma’ sħab tal-istess fehma biex jiżguraw li n-negozjati għal paċi ġusta u dejjiema għall-Ukrajna jkunu <STRING ITALIC="on">in bona fide</STRING> u bl-objettiv li jintemmu b’mod definittiv l-aggressjonijiet tar-Russja kontra l-Ukrajna; jissottolinja li l-attakki kontinwi tar-Russja ma jindikawx ir-rieda tagħha għal taħditiet ta’ paċi ġenwini; jenfasizza l-impatt negattiv fuq l-Ukrajna ta’ wegħdiet mhux prudenti li proċess ta’ paċi jitlesta f’perjodu ta’ żmien stabbilit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinsisti li l-ebda sanzjoni m’għandha titneħħa qabel ma ftehim ta’ paċi jiġi nnegozjat u implimentat b’mod sostenibbli; jappella lill-UE timponi aktar sanzjonijiet sostanzjali, bħal projbizzjoni komprensiva fuq l-importazzjonijiet li fadal mir-Russja u mil-Belarussja, immirata b’mod partikolari lejn materja prima mhux sanzjonata; jilqa’ d-diskussjonijiet li għaddejjin bejn l-UE u l-G7 li jesploraw projbizzjoni tas-servizzi marittimi fuq l-esportazzjonijiet tal-enerġija Russi kollha, iżda jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipproċedu anke mingħajr l-appoġġ ta’ pajjiżi oħra tal-G7, u li jipprojbixxu l-kummerċ u l-attivitajiet kummerċjali mar-Russja u l-Belarussja, b’enfasi partikolari fuq kwalunkwe oġġett b’użu doppju potenzjali; jistieden lill-Kunsill japplika, flimkien mas-sħab tiegħu mill-Istati Uniti, sanzjonijiet simili fuq l-istati abilitanti kollha, inklużi l-Belarussja, l-Iran u l-Korea ta’ Fuq, u jissanzjona lill-entitajiet Ċiniżi li jfornu oġġetti b’użu doppju u oġġetti militari essenzjali għall-manifattura ta’ droni u missili; jitlob li jiġu adottati sanzjonijiet addizzjonali kontra l-flotta mistura tar-Russja u li dawn jiġu infurzati b’mod strett, inkluż permezz ta’ interdizzjoni; jitlob li tintemm il-kooperazzjoni ma’ Rosatom u Roscosmos u li jiġu adottati sanzjonijiet kontrihom; jistieden lill-Kunsill biex sistematikament jindirizza l-kwistjoni taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet; jenfasizza li s-sanzjonijiet qed ikollhom impatt ċar fuq l-ekonomija Russa, iżda jtenni li, biex ikollu l-effett meħtieġ li jillimita l-fondi tar-Russja għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha, ir-reġim tas-sanzjonijiet jeħtieġ li jkun usa’ u l-implimentazzjoni tiegħu aktar riġida; jilqa’ l-adozzjoni li jmiss tal-20 pakkett ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2025 li jipprovdi lill-Ukrajna b’pakkett ta’ assistenza finanzjarja ekwivalenti għal EUR 90 biljun fil-forma ta’ self appoġġjat mill-UE; jappella għall-implimentazzjoni rapida tas-self ta’ appoġġ għall-Ukrajna u jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm rispons xieraq għall-ħtiġijiet tal-Ukrajna li qegħdin jevolvu; jilqa’ l-flessibbiltà neċessarja li hemm fil-pakkett fl-ambitu tar-reġim ta’ derogi stabbilit fl-Artikolu 13(5) tar-regolament propost li jistabbilixxi s-self ta’ appoġġ<FOOTNOTE><FIELD> Proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2026 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa għall-istabbiliment tas-Self ta’ Appoġġ għall-Ukrajna għall-2026 u l-2027 (COM(2026)0020).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Itenni l-konvinzjoni soda tiegħu li r-Russja jeħtiġilha tħallas għall-ħsara enormi kkawżata fl-Ukrajna, u jitlob għal darb’oħra lill-UE tuża l-bilanċi tal-flus assoċjati mal-assi sovrani Russi immobilizzati fl-ambitu tas-sanzjonijiet tal-UE biex jappoġġjaw self marbut mar-reparazzjonijiet li jservi ta’ appoġġ għad-difiża u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna u jżid il-pressjoni fuq ir-Russja biex ittemm il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha; jappoġġja bil-qawwa l-konklużjoni tal-Kunsill li l-koleġiżlaturi għandhom ikomplu jaħdmu fuq il-proposta tal-Kummissjoni dwar self għal reparazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE, f’koordinazzjoni man-NATO, tappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ difiża tal-Ukrajna billi tiżviluppa sħubija industrijali msaħħa li tippermetti t-trasferimenti tat-teknoloġija u tal-għarfien prattiku, u tassisti l-integrazzjoni tal-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ukrena fil-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea (EDTIB), filwaqt li tappoġġja l-attivitajiet tal-EDTIB fl-Ukrajna; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-industriji tad-difiża tagħhom jagħmlu investimenti addizzjonali u jiżviluppaw sħubijiet mal-Ukrajna għall-iżvilupp konġunt fl-UE u l-produzzjoni mill-industrija Ukrena fl-UE; ifaħħar il-mudell Daniż ta’ appoġġ għall-Ukrajna, u jappella għal inċentivi akbar għal kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-EDTIB u l-bażi industrijali tad-difiża tal-Ukrajna u l-integrazzjoni tagħhom; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li jistgħu jipprovdu tali armi biex ifornu sistemi ta’ difiża tal-ajru lill-Ukrajna biex tkun tista’ tipproteġi aktar mill-infrastruttura kritika tagħha u jipprovdu lill-Ukrajna b’sistemi ta’ missili ta’ medda twila sabiex tkun tista’ tolqot l-infrastruttura militari u strateġika; iħeġġeġ it-tneħħija tar-restrizzjonijiet li fadal u li qed jipprevenjenu l-użu ta’ sistemi ta’ armi tal-Punent imwassla lill-Ukrajna kontra miri militari fit-territorju Russu li huma responsabbli għal attakki fuq il-popolazzjoni u fuq l-infrastruttura ċivili kritika tal-Ukrajna; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li l-persunal militari Ukren ikun imħarreġ kif xieraq fl-ambitu tal-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-UE b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) u jappella għal espansjoni tal-mandat tal-EUMAM Ukraine, inkluża l-possibbiltà li l-attivitajiet ta’ taħriġ jiġu estiżi għat-territorju Ukren wara waqfien mill-ġlied, sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ taħriġ nazzjonali tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jappella għall-inklużjoni tal-Ukrajna fil-kurituri tal-mobbiltà militari tal-UE; itenni l-importanza li jiġi żgurat il-moviment rapidu ta’ tagħmir u truppi mill-Punent għal-Lvant u li jinsiltu tagħlimiet mill-esperjenza tal-forzi armati Ukreni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/261 dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass naturali Russu u t-tħejjija għall-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet taż-żejt Russu<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2026/261 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Jannar 2026 dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass naturali Russu, u t-tħejjija għall-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet taż-żejt Russu, it-titjib fil-monitoraġġ tad-dipendenzi potenzjali tal-enerġija u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 (ĠU L, 2026/261, 2.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/261/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taċċellera l-eliminazzjoni gradwali ta’ sorsi tal-enerġija Russi oħra, inklużi ż-żejt u l-prodotti petroliferi kollha, l-uranju, l-uranju arrikkit, u l-fjuwil u s-servizzi nukleari, f’konformità mal-impenji li saru fil-pjan direzzjonali REPowerEU; jissottolinja li din il-miżura hija pass kruċjali biex tintemm id-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili Russi kif ukoll miżura li toħloq aktar pressjoni fuq l-ekonomija Russa; jiddispjaċih dwar il-fatt li seba’ Stati Membri tal-UE fl-2025 importaw aktar enerġija Russa mill-2024; jissottolinja, li l-pipelines Nord Stream 1 u 2 ma għandhom qatt jiġu riattivati, u jitlob li jiġu dekummissjonati b’mod permanenti bħala kwistjoni ta’ sigurtà strateġika; ifakkar lill-Istati Membri biex joqogħdu lura milli jieħdu kwalunkwe miżura li tista’ tipperikola l-ilħuq tal-objettivi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa d-deportazzjoni, it-trasferiment furzat u t-tentattiv ta’ assimilazzjoni sistematiċi ta’ tfal Ukreni mill-Federazzjoni Russa; jappella għall-waqfien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ dawn il-prattiki u r-ritorn sikur u mingħajr xkiel tat-tfal Ukreni kollha li ġew deportati illegalment; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-organizzazzjonijiet u l-persuni involuti fl-irkupru ta’ dawn it-tfal, u għall-inizjattiva “Bring Kids Back UA”; jilqa’ l-ħidma tal-Koalizzjoni Internazzjonali għar-Ritorn tat-Tfal Ukreni bħala pjattaforma ewlenija għal azzjoni internazzjonali kkoordinata, inkluż it-traċċar ta’ tfal deportati, biex tivverifika l-identità, l-istatus legali u l-post fejn jinsabu, tiżgura r-ritorn tagħhom u tfittex li jitwettaq l-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneru bħala arma tal-gwerra u jenfasizza li dan jikkostitwixxi delitt tal-gwerra; jikkundanna wkoll il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru fiċ-ċentri ta’ tranżitu fl-Ukrajna u madwar l-UE; jiddispjaċih dwar il-fatt li d-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/55/oj).</FIELD></FOOTNOTE> hija interpretata b’mod tant ristrett li ħafna nisa li ħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja ma jistgħux jaċċessaw il-kura f’każ ta’ abort jew trattamenti oħra tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż trattament wara abbuż sesswali; itenni t-talba tiegħu, fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Frar 2024<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Frar 2024 dwar il-ħtieġa ta’ appoġġ sod tal-UE lill-Ukrajna, wara sentejn ta’ gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (ĠU C, C/2024/6745, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6745/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, lill-Kummissjoni biex tirrieżamina d-direttiva sabiex tiżgura li l-Istati Membri kollha jkunu obbligati joffru l-istess kura li n-nisa kieku jkunu jistgħu jirċievu fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq li l-għadd ta’ Ukreni identifikati bħala vittmi tat-traffikar tal-bnedmin fl-Unjoni Ewropea huwa għoli b’mod allarmanti, u żdied mill-invażjoni fuq skala kbira tar-Russja; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ tagħhom, inkluż permezz ta’ mezzi ekonomiċi, għall-vittmi u miżuri preventivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimponu sanzjonijiet fuq il-Pulizija Militari tal-Ministeru tad-Difiża Russu, is-Servizz Federali tas-Sigurtà, u s-Servizz Penitenzjarju Federali għall-involviment sistematiku tagħhom fit-twettiq ta’ delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, inklużi l-għajbien furzat, id-detenzjoni arbitrarja, it-tortura u d-detenzjoni f’iżolament; jistieden, barra minn hekk, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimponu sanzjonijiet personali fuq il-kapijiet tal-istituzzjonijiet kollha u fuq uffiċjali Russi oħra tal-istituzzjonijiet penitenzjarji Russi li fihom jiġu detenuti illegalment iċ-ċivili Ukreni; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprojbixxu d-dħul fiż-żona Schengen ta’ persunal militari Russu li pparteċipa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna; iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod sistematiku l-kwistjoni taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet u jiżguraw implimentazzjoni sħiħa u effettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jelenka l-Grupp Wagner u l-entitajiet suċċessuri tiegħu bħala organizzazzjonijiet terroristiċi skont il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/CFSP tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93, ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2001/931/oj.</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza li l-elenkar ta’ dawn l-entitajiet bħala organizzazzjonijiet terroristiċi, lil hinn mill-iffriżar tal-assi attwalment applikat għalihom, jippermetti l-prosekuzzjoni tal-kombattenti, tas-sostenituri u ta’ dawk li jirreklutaw kif ukoll l-applikazzjoni ta’ pieni kriminali kontrihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza l-fatt ta’ tħassib kbir li għadd dejjem jikber ta’ ġellieda barranin fl-armata Russa nġiebu fir-Russja jew intbagħtu mal-linji ta’ quddiem fl-Ukrajna taħt pretenzjonijiet foloz; iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Afrika t’Isfel, il-Ghana, il-Kenja, il-Botswana u nazzjonijiet Afrikani oħra biex irażżnu l-attivitajiet ta’ reklutaġġ qarrieqa li permezz tagħhom irġiel żgħażagħ jispiċċaw jiġġieldu fil-linji ta’ quddiem spalla ma’ spalla mal-forzi Russi; jistieden lill-pajjiżi kkonċernati jwissu b’mod proattiv liċ-ċittadini tagħhom dwar il-perikli li jivvjaġġaw lejn ir-Russja b’rabta ma’ offerti ta’ impjieg li huma marbuta direttament jew indirettament mal-armata Russa; jistieden lill-pjattaformi tal-media soċjali jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-abbuż tas-servizzi tagħhom għall-fini li jwettqu dawn il-kampanji ta’ reklutaġġ qarrieqa; jikkundanna l-politiki tal-gvernijiet, bħall-gvernijiet ta’ Kuba jew ta’ xi pajjiżi tal-Asja Ċentrali, li ma jipprevjenux il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tagħhom fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja jew saħansitra jaslu biex jippromwovu tali parteċipazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jenfasizza li l-attakki bla heda tar-Russja fuq l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna mhux biss jiksru d-dritt internazzjonali, iżda jikkostitwixxu wkoll strateġija intenzjonata li għandha l-għan li ddgħajjef ir-reżiljenza ċivili, iżżid l-għawġ taż-żoni affettwati u tuża l-enerġija bħala arma li sservi ta’ għodda ta’ koerċizzjoni; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex iżidu u jistituzzjonalizzaw l-assistenza għall-enerġija lill-Ukrajna; jisħaq fuq l-importanza kritika ta’ assistenza umanitarja tal-UE u tal-Istati Membri kontinwa u akbar għall-Ukrajna bħala rispons għas-sitwazzjoni umanitarja akuta kkawżata mill-attakki sistematiċi tar-Russja fuq il-bliet Ukreni u l-infrastruttura ċivili kritika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja b’mod attiv il-mekkaniżmi tal-ġustizzja internazzjonali u tiżgura l-obbligu ta’ rendikont u reparazzjonijiet għad-delitti tal-gwerra u għad-delitt ta’ aggressjoni; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw l-istabbiliment ta’ tribunal speċjali għall-prosekuzzjoni tad-delitt ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-adeżjoni tal-Ukrajna mal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); jafferma mill-ġdid l-appoġġ qawwi tiegħu għall-investigazzjoni tal-QKI fl-Ukrajna u l-isforzi ġenerali tagħha biex tħarrek individwi responsabbli għal ġenoċidju, delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u d-delitt ta’ aggressjoni; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar is-sanzjonijiet tal-Istati Uniti kontra l-QKI, il-prosekuturi, l-imħallfin u l-persunal tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tattiva l-Istatut ta’ Mblukkar biex tipproteġi lill-QKI minn sanzjonijiet extraterritorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Ukreni jiddefendu l-pluraliżmu parlamentari bħala ġebla tax-xewka tal-governanza demokratika u jiżguraw kooperazzjoni kostruttiva u sinifikanti mal-forzi politiċi parlamentari kollha rappreżentati fil-Verkhovna Rada;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifaħħar il-ħidma importanti ħafna li saret ta’ kuljum mis-servizzi tal-kura tas-saħħa Ukreni, u b’mod partikolari mill-infermiera Ukreni, matul il-gwerra; jenfasizza, f’dan l-isfond, il-ħidma importanti li saret mill-moviment mediku Ukren “Be Like We Are” (Kun Bħalna), moviment lokali magħmul l-aktar minn infermiera, fejn ingħata appoġġ lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u ġew difiżi d-drittijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota l-impenn sod tal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE lejn l-Ukrajna, iżda jisħaq fuq in-nuqqas ta’ sodisfazzjon tiegħu ma’ dawk l-Istati Membri li jostakolaw jew jikkompromettu b’mod attiv il-pożizzjonijiet u l-politiki tal-UE; ifakkar fil-prinċipju tal-kooperazzjoni leali skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jeħtieġ li l-Istati Membri joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura li tista’ tqiegħed f’periklu l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill biex b’mod urġenti isolvi l-imblokk li jipprevjeni l-operazzjonalizzazzjoni tal-Fond ta’ Assistenza għall-Ukrajna fl-ambitu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, li huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-impenji ta’ sigurtà fit-tul tal-UE lejn l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-President, lill-Gvern u lill-Verkhovna Rada tal-Ukrajna, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kungress tal-Istati Uniti, lill-awtoritajiet Russi, u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi oħra msemmija f’din ir-riżoluzzjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>