<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0060</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0038/2026 - Rapporteur: Aurore Lalucq)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2026 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew (N10-0003/2026 – C10-0018/2026 – 2026/0801(NLE))</STRING></TI><NOTE>(Konsultazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Jannar 2026 (N10-0003/2026)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/707, 28.01.2026<STRING ITALIC="on">,</STRING> ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/707/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill Ewropew (C10‑0018/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 134 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0038/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, bl-ittra tat-30 ta’ Jannar 2026, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta’ Boris Vujčić għall-kariga ta’ Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta’ tmien snin li jibda mill-1 ta’ Ġunju 2026;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, kif jirriżulta mill-Artikolu 130 ta’ dak it-Trattat, tal-ħtieġa tal-indipendenza totali tal-BĊE; billi, fil-qafas ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva mill-kandidat <STRING ITALIC="on">curriculum vitæ</STRING> kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilu;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi dan il-Kumitat imbagħad, fil-25 ta’ Frar 2026, ipproċeda b’seduta ta’ smigħ tal-kandidat, li matulha dan għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Boris Vujčić bħala Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>