<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0061</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-ħatra tal-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0032/2026 - Rapporteur: Aurore Lalucq)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2026 dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (N10-0004/2026 – C10-0020/2026 – 2026/0802(NLE))</STRING></TI><NOTE>(Approvazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-lista mqassra ta’ kandidati kwalifikati għall-pożizzjoni ta’ President tal-Awtorità Bankarja Ewropea mfassla mill-Bord tas-Superviżuri tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2026 li tipproponi lil François-Louis Michaud bħala President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (C10-0020/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 48(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 23, 21.1.2021, p. 105.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 270, 7.7.2021, p. 113.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 135 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0032/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-President attwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea rriżenja fil-31 ta’ Jannar 2026;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jipprevedi li l-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-mertu, tal-ħiliet, tal-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, wara proċedura tal-għażla miftuħa li għandha tirrispetta l-prinċipju tal-bilanċ bejn is-sessi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, fl-4 ta’ Frar 2026, il-Kunsill ippropona li, wara konferma mill-Parlament, jaħtar lil François-Louis Michaud bħala President tal-Awtorità Bankarja Ewropea għal mandat ta’ ħames snin, f’konformità mal-Artikolu 48(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, fil-25 ta’ Frar 2026, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta’ smigħ ma’ François-Louis Michaud, li fiha għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta’ François-Louis Michaud bħala President tal-Awtorità Bankarja Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Bankarja Ewropea kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>