<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0063</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-idoneità regolatorja u s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tal-Unjoni Ewropea – rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri l-2023 u l-2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0020/2026 - Rapporteur: Jörgen Warborn)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2026 dwar l-idoneità regolatorja u s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tal-Unjoni Ewropea – rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri l-2023 u l-2024 (2025/2015(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità minquxa fih,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-TUE u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1 </STRING>ĠU C 202, 7.6.2016, p. 203, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2016/pro_1/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-TUE u tat-TFUE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2 </STRING>ĠU C 326, 26.10.2012, p. 206, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2012/pro_2/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3 </STRING>ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali 2023 tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2024 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u dwar ir-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali (COM(2024)0493),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali 2024 tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 2025 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u dwar ir-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali (COM(2025)0473),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar l-idoneità regolatorja tal-Unjoni Ewropea u s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità – rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri s-snin 2017, 2018 u 2019<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4 </STRING>ĠU C 81, 18.2.2022, p. 74.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar l-idoneità regolatorja tal-Unjoni Ewropea u s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità – rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri s-snin 2020, 2021 u 2022<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5 </STRING>ĠU C, C/2024/4228, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4228/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-parlamenti nazzjonali<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6 </STRING>ĠU C, C/2024/5714, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5714/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2021 bit-titolu “Regolazzjoni aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar” (COM(2021)0219),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Regolamentazzjoni aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar”<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7 </STRING>ĠU C 47, 7.2.2023, p. 250.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “The “one in, one out” principle” (Il-prinċipju ta’ “one in, one out”), ippubblikat mid-Dipartiment Tematiku tiegħu għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali f’Ottubru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet preċedenti kollha tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni aħjar sabiex jinkisbu riżultati aħjar għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness – A competitiveness strategy for Europe” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea – Strateġija għall-kompetittività għall-Ewropa) (ir-rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tas-17 ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar minn suq) (ir-rapport Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0020/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, b’konformità mal-Artikolu 5 tat-TUE, il-limiti tal-kompetenzi tal-UE huma regolati mill-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi; billi, l-eżerċizzju ta’ dawn il-kompetenzi huwa regolat mill-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; billi, skont il-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi, l-UE għandha taġixxi biss fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mill-Istati Membri fit-Trattati sabiex tilħaq l-objettivi stabbiliti minn dawn it-Trattati; billi l-kompetenzi li ma jingħatawx lill-UE fit-Trattati jibqgħu għand l-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-leġiżlazzjoni tal-UE għandha tkun adattata għall-iskop tagħha, proporzjonata, ċara u komprensiva sabiex iċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati jibbenefikaw b’mod effettiv minnha; billi regolamentazzjoni aħjar tgħin biex jiġi żgurat li l-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-UE jkunu mmirati lejn il-futur, filwaqt li jqisu l-pass aktar mgħaġġel tal-iżviluppi teknoloġiċi, soċjetali u ambjentali; billi, għalhekk, se jkun dejjem aktar importanti li l-proposti regolatorji jiġu appoġġjati b’valutazzjonijiet ibbażati fuq l-evidenza; billi t-tfassil tal-liġijiet ta’ kwalità għandu jagħti riżultati għal kulħadd bħala investiment fit-tul fil-prosperità kondiviża tas-soċjetajiet tagħna u l-futur tagħna;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi t-tfassil tal-liġijiet tal-UE huwa xprunat mill-valuri u r-rekwiżiti tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE; billi l-istat tad-dritt jiżgura li l-azzjoni kollha tal-Unjoni, inklużi l-proċessi leġiżlattivi u regolatorji, tkun ibbażata fuq il-legalità, it-trasparenza u r-rieżami ġudizzjarju effettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi t-tfassil aħjar tal-liġijiet huwa għan komuni għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE u huwa responsabbiltà kondiviża bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri, u għandu jkun mirfud mit-trasparenza, il-proporzjonalità, l-obbligu ta’ rendikont u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri, iċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għall-valuri fundamentali Ewropej kollha, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fil-linji gwida politiċi tagħha għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2024–2029 tat-18 ta’ Lulju 2024, il-President elett iddikjarat li “l-leġiżlazzjoni futura trid tiġi ssimplifikata u mfassla wkoll b’kunsiderazzjoni tan-negozji ż-żgħar u fi spirtu ta’ sussidjarjetà”; billi ddikjarat ukoll li “t-tfassil aħjar tal-liġijiet għandu jkun kompitu konġunt – mal-istituzzjonijiet kollha involuti u bil-proċess leġiżlattiv kollu kopert”;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Kummissjoni għamlitha ċara fid-diversi komunikazzjonijiet tagħha li t-tfassil aħjar tal-liġijiet jirrikjedi li jiġi żgurat li d-dritt u t-tfassil tal-politika tal-UE jkunu bbażati fuq evidenza soda, jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati, inklużi ċ-ċittadini u n-negozji, jevita li jimponi piżijiet bla bżonn u jġib benefiċċji tanġibbli u sostenibbli għaċ-ċittadini tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-parlamenti nazzjonali huma l-gwardjani naturali tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u għandhom rwol kruċjali fl-iżgurar tal-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità permezz tad-djalogu interparlamentari u s-Sistema ta’ Twissija Bikrija, li tippermetti lill-parlamenti u/jew lill-kmamar nazzjonali jressqu opinjoni motivata jekk jemmnu li proposta leġiżlattiva ma tirrispettax il-prinċipju tas-sussidjarjetà;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 4 tat-TUE, l-UE u l-Istati Membri tagħha huma marbuta bil-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, li skontu għandhom jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti skont it-Trattati; billi dan jinkludi l-kompitu li l-Istati Membri jieħdu kwalunkwe miżura xierqa biex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati jew mill-atti tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kompetittività, l-innovazzjoni u t-tkabbir tal-kumpaniji tal-UE ma għandhomx jiġu mxekkla bla bżonn minn piżijiet regolatorji eċċessivi, li jwasslu għal ħruġ ta’ investiment u impjiegi barra mill-UE, b’effetti partikolarment detrimentali fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); billi l-prevedibbiltà legali u ċ-ċertezza legali huma essenzjali biex is-suq uniku jiffunzjona; billi s-suq uniku għadu qed jiffaċċja ostakli u frammentazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-applikazzjoni trasparenti, preċiża u uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-UE hija essenzjali biex titrawwem il-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE, filwaqt li jiġi evitat li jinħolqu piżijiet bla bżonn u kostijiet addizzjonali għal dak li jkun, inklużi n-negozji u l-konsumaturi; billi skont l-Artikolu 197 tat-TFUE, implimentazzjoni effettiva trid titqies bħala kwistjoni ta’ interess komuni għall-Istati Membri; billi l-Istati Membri għandhom jevitaw li jżidu piżijiet amministrattivi jew ta’ konformità addizzjonali bla bżonn meta jkunu qed jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi fl-2021 il-Kummissjoni introduċiet il-prinċipju ta’ “one in, one out” bl-intenzjoni li jkun hemm tpaċija tal-piżijiet ġodda li jirriżultaw mill-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni billi jneħħi l-piżijiet eżistenti fl-istess qasam ta’ politika; billi dan il-kunċett mhuwiex qed jagħti riżultati bħala għodda għal regolamentazzjoni aħjar fil-forma attwali tiegħu, b’mod partikolari peress li ma jindirizzax b’mod determinat il-kwalità leġiżlattiva, li ma tistax titnaqqas għal miri kwantitattivi fir-rigward tat-tnaqqis tal-piżijiet u l-kostijiet biss, u ma jinkludix il-valutazzjoni tal-effetti possibbli tiegħu fuq l-għanijiet regolatorji attwali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-approċċ ta’ “one in, one out” m’għandux jinftiehem bħala mira numerika għall-atti leġiżlattivi, iżda pjuttost bħala mekkaniżmu bbażat fuq il-kostijiet bl-għan li jinkiseb tnaqqis nett tanġibbli fil-kostijiet regolatorji u titjib fil-funzjonament tas-suq tal-UE u tas-soċjetà; billi l-enfasi trid tibqa’ fuq il-kostijiet amministrattivi, ta’ konformità u ta’ implimentazzjoni totali imposti fuq in-negozji, filwaqt li jiġi żgurat li kwalunkwe obbligu ġdid jiġi paċut; billi l-approċċ attwali ta’ “one in, one out” mhuwiex adegwat f’dan ir-rigward; billi għandu jiġi stabbilit approċċ ġenerali aktar ambizzjuż;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-avvanzi reċenti fl-intelliġenza artifiċjali (IA) qed jittrasformaw il-mod li bih id-dritt tal-UE jista’ jiġi vvalutat u applikat, u qed jevolvu minn sistemi esperti limitati u bbażati fuq l-għarfien lejn mudelli ta’ tagħlim awtomatiku predittiv u ġenerattiv; billi tali teknoloġiji jiftħu possibbiltajiet ġodda kif ukoll sfidi ġodda fiċ-ċiklu leġiżlattiv kollu – inkluż matul l-analiżi ta’ qabel il-promulgazzjoni, it-tbassir tal-impatt, l-abbozzar leġiżlattiv, il-konsultazzjoni pubblika u, b’mod partikolari, matul il-monitoraġġ ta’ wara l-promulgazzjoni – u b’hekk joffru opportunitajiet sinifikanti biex jittejbu l-puntwalità, il-preċiżjoni u l-profondità tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE jekk jiġu ttrattati bl-attenzjoni dovuta u b’rispett għad-drittijiet fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi t-tfassil aħjar tal-liġijiet irid ikollu l-għan li jaqdi l-ambizzjonijiet politiċi tal-UE, speċjalment l-objettivi fit-tul tagħha; billi valutazzjonijiet tal-impatt ex ante u ex post imwettqa tajjeb, inkluż fir-rigward tal-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali, u konsultazzjonijiet pubbliċi huma għodod essenzjali għal tfassil tal-liġijiet infurmat tajjeb, aħjar, effiċjenti, bl-obbligu ta’ rendikont u trasparenti; billi l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju huwa responsabbli mill-valutazzjoni tal-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt u tal-kontrolli tal-idoneità u tal-evalwazzjonijiet ewlenin biex jappoġġja t-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Sussidjarjetà u proporzjonalità</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li, skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità minquxa fl-Artikolu 5 tat-TUE, l-UE għandha l-obbligu li tilleġiżla biss meta u sal-punt meħtieġ; ifakkar li l-għan ta’ dan l-obbligu huwa li tilleġiżla kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadini tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar li t-tfassil aħjar tal-liġijiet huwa bbażat fuq bilanċ interistituzzjonali fost il-koleġiżlaturi u impenn kondiviż għal kooperazzjoni sinċiera u trasparenti matul iċ-ċiklu leġiżlattiv kollu kemm hu; jinnota li dan għandu jiġi rifless fl-istabbiliment jew fir-rieżami tal-prijoritajiet pluriennali, u fid-dikjarazzjoni konġunta ta’ kull sena dwar il-prijoritajiet interistituzzjonali annwali; ifakkar li kwalunkwe intenzjoni mill-Kummissjoni li tirtira atti leġiżlattivi pendenti kif imħabbar fil-programmi ta’ ħidma annwali tagħha jeħtieġ li tkun debitament motivata u sostanzjata, filwaqt li tippermetti l-konsultazzjoni xierqa tal-koleġiżlaturi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li r-rikors għal bażijiet legali oħra minbarra l-proċedura leġiżlattiva ordinarja huwa mfassal bir-reqqa fit-Trattati; iwissi kontra kwalunkwe użu tal-proċessi leġiżlattivi previsti speċifikament għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza bbażati fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE lil hinn minn sitwazzjonijiet speċifiċi li jeħtieġu reazzjonijiet rapidi għall-kriżijiet li jkunu qed jiżviluppaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li l-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati huma pilastri ewlenin ta’ proċess regolatorju effiċjenti, responsabbli u demokratiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li fl-2023, il-parlamenti nazzjonali ppreżentaw 22 opinjoni motivata, terz anqas mill-2022, f’konformità max-xejra ’l isfel fit-tul fl-għadd ta’ opinjonijiet motivati; jinnota li kien hemm ukoll żieda fil-parteċipazzjoni tal-parlamenti nazzjonali fid-djalogu politiku usa’ mal-Kummissjoni, li tirrappreżenta żieda ta’ aktar minn 10 % meta mqabbel mal-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li l-parlamenti nazzjonali ppreżentaw biss 577 kontroll tas-sussidjarjetà u opinjoni motivata, 3 803 kontribut, tliet “karti sofor” u l-ebda “karta oranġjo” mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-2009;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li, minbarra l-mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà stabbilit mill-Protokoll Nru 2, il-Kummissjoni stabbiliet djalogu politiku fl-2006, li permezz tiegħu tressqu 402 opinjoni fl-2023; jinnota, barra minn hekk, li f’dawk is-sottomissjonijiet, il-parlamenti nazzjonali ffukaw fuq il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li fl-2024 għaddew 15-il sena mid-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni tat-Trattat ta’ Liżbona, li introduċa livelli ogħla ta’ skrutinju parlamentari u obbligu ta’ rendikont demokratiku fl-UE, b’mod partikolari permezz tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-2024 kienet ukoll sena ta’ tranżizzjoni bejn żewġ mandati tal-Kummissjoni, li matulhom l-intensità tal-iskrutinju parlamentari nazzjonali tipikament tonqos; jinnota li dan kien ukoll il-każ fl-2024, li matulu l-parlamenti nazzjonali ppreżentaw 252 opinjoni, li minnhom 14 kienu opinjonijiet motivati; jinnota li għalkemm dan huwa tnaqqis konsiderevoli meta mqabbel mal-2023, mhuwiex rari għal sena ta’ tranżizzjoni u kien tnaqqis aktar modest meta mqabbel mas-sena ta’ tranżizzjoni preċedenti tal-2019;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-2024, il-Kummissjoni tejbet b’mod sinifikanti l-mod li bih l-opinjonijiet tal-parlamenti nazzjonali, kif ukoll it-tweġibiet tagħha għal dawk l-opinjonijiet, isiru disponibbli għall-pubbliku, billi varat bażi tad-data online ġdida b’għadd ta’ possibbiltajiet ta’ filtrazzjoni; jilqa’ wkoll il-fatt li dan it-titjib japplika wkoll għall-opinjonijiet u t-tweġibiet miġbura mill-2014 ’il hawn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jitlob li jkun hemm involviment aktar bikri, strutturat u sinifikattiv tal-parlamenti nazzjonali fiċ-ċiklu tat-tfassil tal-politika tal-UE, inkluż matul il-fażijiet ta’ konsultazzjoni u tfassil tal-aġenda, u mhux biss ladarba l-Kummissjoni tkun adottat proposta; jissottolinja li l-għoti ta’ aċċess f’waqtu lill-parlamenti nazzjonali għall-abbozzi ta’ inizjattivi, l-analiżijiet tal-isfond u l-materjal tal-valutazzjoni tal-impatt jippermetti skrutinju aktar effettiv tal-kunsiderazzjonijiet tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u jiżgura li l-għarfien espert nazzjonali jkun rifless upstream fil-proċess leġiżlattiv tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jieħu nota tat-talbiet li saru minn diversi parlamenti nazzjonali għal involviment akbar fl-iskrutinju tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni; jisħaq fuq l-importanza tal-iskrutinju minn qabel ta’ tali atti mill-parlamenti nazzjonali sabiex jiġu żgurati r-rispett għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u l-konformità magħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jitlob kooperazzjoni msaħħa mal-parlamenti nazzjonali permezz ta’ pjattaformi ta’ djalogu diġitali strutturati biex tiġi żgurata l-kondiviżjoni f’waqtha tal-informazzjoni dwar inizjattivi ġodda tal-UE; iħeġġeġ il-kunsiderazzjoni ta’ perkorsi li jippermettu lill-parlamenti nazzjonali jkollhom rwol aktar proattiv fit-tfassil tal-politika tal-UE, inkluż permezz ta’ mekkaniżmu strutturat ta’ “karta ħadra” li jippermetti suġġerimenti kollettivi għall-inizjattivi tal-Kummissjoni, li joperaw taħt limiti raġonevoli u li jistgħu jintlaħqu; jisħaq li l-iskambji interparlamentari għandhom jinkludu rappreżentanti lokali u reġjonali biex itejbu t-trasparenza u s-sjieda pubblika tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE; jinnota li l-għoti tas-setgħa lill-parlamenti lil hinn minn rwol reattiv isaħħaħ is-sjieda u l-leġittimità demokratika tal-azzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li fl-2024, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea annullat dispożizzjoni ta’ regolament miżjuda matul in-negozjati leġiżlattivi minħabba li ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni biex il-proporzjonalità tagħha tiġi vvalutata u stabbilita b’mod inekwivoku; jafferma mill-ġdid li l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jibqgħu essenzjali għal-leġittimità tal-UE u jitlob kooperazzjoni aktar mill-qrib u djalogu strutturat imsaħħaħ mal-parlamenti nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja li, minkejja l-objettiv kondiviż ta’ kooperazzjoni sinċiera li jiggwida t-tfassil tal-politika u tal-liġijiet tal-UE, inkluż ir-rwol tal-Istati Membri fit-teħid tal-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati jew li jirriżultaw minn atti tal-istituzzjonijiet tal-UE, is-sitwazzjonijiet għadhom ivarjaw ħafna fit-traspożizzjoni f’waqtha tad-direttivi u fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE; iħeġġeġ aktar appoġġ biex tinbena l-kapaċità amministrattiva u teknika tal-Istati Membri f’dan ir-rigward, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura infurzar determinat meta l-kooperazzjoni tfalli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota l-istabbiliment ta’ “djalogi ta’ implimentazzjoni” mwettqa mill-Kummissjoni bħala parti mill-isforzi tagħha ta’ trasparenza u demokrazija parteċipattiva lejn tfassil aħjar tal-liġijiet; iħeġġeġ, b’mod aktar ġenerali, inizjattivi li jwasslu għall-involviment sinifikattiv tas-soċjetà ċivili u tan-negozji fit-tfassil tal-politika; jinnota, f’dan ir-rigward, li jista’ jsir titjib biex jiġi żgurat li l-proċess leġiżlattiv tal-UE jkun aktar trasparenti, jinkludi l-kontribut kollu tal-partijiet ikkonċernati u jkun aktar faċli biex jiġi segwit;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Tfassil aħjar tal-liġijiet</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja li, minkejja l-progress li sar fl-ambitu tal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar, il-leġiżlazzjoni tal-UE għadha tiġġenera ħafna piż regolatorju u għalhekk jista’ jsir titjib biex jiġi żgurat li l-proċess leġiżlattiv tal-UE jkun aktar trasparenti, jinkludi l-kontribut rilevanti tal-partijiet ikkonċernati u jkun aktar faċli biex jiġi segwit u implimentat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi japplikaw b’mod sistematiku tekniki ta’ abbozzar leġiżlattiv tajbin u jużaw lingwaġġ legali ċar u aċċessibbli, filwaqt li jiżguraw il-koerenza fl-acquis kollu tal-UE u jevitaw id-duplikazzjoni jew il-kontradizzjonijiet li joħolqu kumplessità bla bżonn u jxekklu l-implimentazzjoni; itenni li abbozzar ċar u koerenti jsaħħaħ iċ-ċertezza legali u jnaqqas il-piż amministrattiv għaċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tal-infurzar tal-liġi fir-rispett tal-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali; ifakkar li ċ-ċertezza legali, l-aċċessibbiltà u l-prevedibbiltà tal-leġiżlazzjoni huma rekwiżiti fundamentali tal-istat tad-dritt; jitlob lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi jiżguraw li l-għodod ta’ regolamentazzjoni aħjar, inklużi l-valutazzjonijiet tal-impatt, il-konsultazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet, jikkontribwixxu għal leġiżlazzjoni tal-UE aktar ċara, aktar koerenti u aktar prevedibbli; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe riforma kostituzzjonali jew leġiżlattiva li taffettwa s-separazzjoni tas-setgħat tkun tikkonforma bis-sħiħ mal-valuri fundamentali u mal-prinċipji legali tal-UE, u li jsir użu sħiħ mis-sett ta’ għodod dwar l-istat tad-dritt tal-UE, peress li dawn ikollhom konsegwenzi enormi għall-koeżjoni tal-UE u għall-ħajja taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jiddispjaċih ħafna li l-Kummissjoni qed tonqos dejjem aktar milli twettaq valutazzjonijiet tal-impatt, li jiffurmaw komponent tal-qafas għal regolamentazzjoni aħjar tagħha stess; iqis li sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar, il-kwalità u l-użu tal-valutazzjonijiet tal-impatt jeħtieġ li jittejbu b’mod sinifikanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ valutazzjonijiet tal-impatt xierqa, indipendenti u trasparenti tal-proposti leġiżlattivi kollha kif ukoll evalwazzjonijiet ex post xierqa tal-inizjattivi tal-Unjoni; ifakkar li, f’diversi okkażjonijiet, il-Parlament wettaq hu stess il-valutazzjonijiet tal-impatt minflok il-Kummissjoni; ifakkar, barra minn hekk, li l-Parlament waqqaf Direttorat għall-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Valur Miżjud Ewropew dedikat biex ikun jista’ jwettaq valutazzjonijiet tal-impatt ex ante u evalwazzjonijiet ex post bil-ħsieb li jappoġġja t-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza; ifakkar, madankollu, li l-valutazzjonijiet tal-impatt jgħinu biex jinfurmaw, iżda ma jissostitwux, it-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza li l-inizjattivi leġiżlattivi u ta’ politika ewlenin kollha għandhom ikunu akkumpanjati minn analiżi tal-kostijiet-benefiċċji bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt, inkluż fir-rigward tal-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tagħhom; iqis li tali analiżijiet huma indispensabbli għat-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza u biex tinżamm il-fiduċja taċ-ċittadini u tan-negozji fil-leġiżlazzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex id-drittijiet tat-tfal jiġu integrati fil-leġiżlazzjoni kollha tal-UE permezz tal-introduzzjoni ta’ test tad-drittijiet tat-tfal fil-qafas tas-sett ta’ għodod tal-valutazzjoni tal-impatt, li jiżgura li l-proposti leġiżlattivi kollha tal-UE jiġu evalwati għall-impatt possibbli tagħhom fuq id-drittijiet tat-tfal, jiġu identifikati l-oqsma affettwati u tiġi prevista l-valutazzjoni ta’ miżuri alternattivi fejn meħtieġ; jissottolinja li dan il-proċess għandu jinvolvi l-Pjattaforma tal-UE għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal biex jissaħħu l-ilħna tat-tfal fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifakkar li l-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni ġdida m’għandhiex timplika awtomatikament li l-leġiżlazzjoni attwali m’għadhiex meħtieġa; huwa tal-fehma, f’dan ir-rigward, li għandha titwettaq ukoll valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa għal kwalunkwe revoka potenzjali biex jiġu evitati konsegwenzi mhux mistennija u effetti mhux mixtieqa; jitlob li dan l-approċċ ikun ibbażat fuq metodoloġija trasparenti u bbażata fuq l-evidenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li l-Kummissjoni jeħtiġilha tinforma u tikkonsulta b’mod sistematiku lill-Parlament u lill-Kunsill, u, fejn xieraq, lill-parlamenti nazzjonali matul iċ-ċiklu kollu tat-tfassil tal-liġijiet, sabiex tiggarantixxi r-responsabbiltà demokratika, il-bilanċ istituzzjonali u t-trasparenza fit-tfassil tal-politika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-mekkaniżmi attwali li huma maħsuba biex jikkontrollaw il-piż leġiżlattiv, bħall-approċċ “one in, one out”, isibuha diffiċli biex jiffunzjonaw b’mod effettiv bħala riżultat tan-nuqqas ta’ evalwazzjonijiet ex post xierqa tal-kost reali tal-leġiżlazzjoni; jinnota – fir-rigward tal-approċċ “one in, one out” b’mod speċifiku – li dan huwa limitat għall-atti leġiżlattivi bażiċi; jissottolinja li l-implimentazzjoni ta’ dan l-approċċ ma għandhiex taffettwa l-imperattivi politiċi jew l-objettivi ta’ regolamentazzjoni aħjar u jenfasizza li din ma għandhiex twassal għal deċiżjonijiet mekkaniċi jew matematiċi biex tiġi revokata l-leġiżlazzjoni; iqis ukoll li n-nuqqas ta’ mekkaniżmi effiċjenti għat-tneħħija ta’ miżuri skaduti jew żejda jikkostitwixxi nuqqas serju; jenfasizza l-ħtieġa li ssir enfasi fuq it-titjib tal-leġiżlazzjoni tal-UE sabiex jiġi żgurat li tibqa’ adattata għall-iskop tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota l-objettivi tal-Kummissjoni ta’ tnaqqis tal-piżijiet bħala pass lejn regolamentazzjoni aktar intelliġenti; ifakkar li l-evalwazzjoni sistematika u bbażata fuq l-evidenza tal-leġiżlazzjoni, kif prevista fis-sett ta’ għodod għal regolamentazzjoni aħjar, trid tibqa’ l-pedament ta’ dan il-proċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar li l-atti delegati jissupplimentaw jew jemendaw biss ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att bażiku, filwaqt li l-atti ta’ implimentazzjoni jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni, u għalhekk it-tnejn li huma għandhom jintużaw kif xieraq u b’mod proporzjonat, u jkunu limitati għall-aspetti tekniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-atti bażiċi filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjonijiet, it-trikkib jew il-kontradizzjonijiet li joħolqu kumplessità bla bżonn; jenfasizza l-importanza li l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni jiġu soġġetti għal proċeduri trasparenti, bi skedi ta’ żmien ċari li jippermettu biżżejjed żmien għal skrutinju sinifikattiv u effettiv mill-koleġiżlaturi; jitlob li l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni jiġu ppubblikati minn qabel sew biex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jħejju għall-konformità; jinsisti li, kull fejn ikun possibbli, l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni jsiru disponibbli simultanjament mad-dħul fis-seħħ tal-att bażiku sabiex jiġu ggarantiti ċ-ċertezza legali u l-infurzabbiltà; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra wkoll l-kostijiet u l-benefiċċji kif ukoll l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni fil-valutazzjoni ġenerali tal-piż regolatorju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli żżid l-isforzi biex tnaqqas l-obbligi regolatorji għaċ-ċittadini u n-negozji u ttejjeb il-kwalità u l-effettività tal-leġiżlazzjoni tal-UE billi tiżgura li l-miżuri regolatorji jkunu proporzjonati u bbażati fuq l-evidenza u jagħtu valur miżjud ċar liċ-ċittadini u n-negozji tal-UE; iqis li l-approċċ attwali ta’ “one in, one out” huwa inadegwat f’dan ir-rigward; jitlob, għalhekk, li jiġi stabbilit approċċ ġenerali aktar ambizzjuż, inkluż f’każijiet fejn diversi strumenti leġiżlattivi jistgħu jiġu sostitwiti, imħassra jew irtirati fl-istess ħin, eż. biex jiġu evitati l-frammentazzjoni, id-duplikazzjonijiet, it-trikkib jew ir-ridondanzi, u biex jitnaqqsu l-kostijiet; jinnota li dan l-approċċ għandu jinkludi metodoloġija ċara u mekkaniżmu ta’ monitoraġġ indipendenti u trasparenti biex jinkiseb tnaqqis nett fil-kostijiet regolatorji, filwaqt li jitqies ukoll il-kost tan-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni fejn huwa mistenni valur miżjud tal-UE; jisħaq li l-enfasi għandha tkun fuq it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi bla bżonn filwaqt li jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-UE, inkluż għall-protezzjoni soċjali, ambjentali u tal-konsumatur; jitlob, barra minn hekk, li l-Parlament ikollu rwol aktar b’saħħtu fl-evalwazzjoni ex post tal-leġiżlazzjoni tal-UE u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-approċċ ta’ simplifikazzjoni msemmi hawn fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jieħu nota tal-involviment tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fil-valutazzjonijiet tal-impatt, il-kontrolli tal-idoneità u l-evalwazzjonijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni attwali; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi kif ittejjeb l-indipendenza, il-kapaċità, il-mandat u l-proċeduri tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, inkluż billi tiżgura li jingħata riżorsi adegwati biex jirrieżamina proporzjon akbar tal-inizjattivi leġiżlattivi tal-Kummissjoni; jitlob li tittejjeb it-trasparenza tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni aktar rapida tal-opinjonijiet tiegħu u aktar ċarezza dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu; jissottolinja li l-ħidma tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ma għandhiex iddewwem bla bżonn l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Huwa tal-fehma li, f’każijiet fejn il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju joħroġ opinjoni negattiva dwar valutazzjoni tal-impatt, il-Parlament għandu jkun infurmat kif xieraq u kmieni biżżejjed biex jirrieżamina jekk għandux jipproċedi bil-proposta jew jirrifjutaha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li l-istħarriġ tal-piż annwali tal-Kummissjoni għandu rwol ċentrali fit-traċċar tal-progress dwar it-tnaqqis tal-piżijiet; jisħaq, madankollu, li hija meħtieġa trasparenza akbar fir-rigward tal-kalkoli u l-metodoloġija użati biex jitkejlu l-kostijiet u l-effetti kumulattivi, sabiex jiġu żgurati l-obbligu ta’ rendikont u l-komparabbiltà fl-oqsma ta’ politika kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-idea proposta mir-rapport Draghi li tiġi żviluppata metodoloġija waħda u ċara biex jiġi kkwantifikat il-kost ta’ leġiżlazzjoni ġdida u huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa tali metodoloġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li l-obbligi ta’ rappurtar spiss jiġġeneraw kostijiet amministrattivi konsiderevoli għall-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs; huwa tal-fehma li tali obbligi għandhom jiġu simplifikati u li għandu jingħata aktar appoġġ sabiex ir-rappurtar jiġi diġitalizzat; jirrikonoxxi, madankollu, l-importanza ta’ rappurtar effettiv għat-traċċar tal-objettivi leġittimi tal-ordni pubbliku u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni u, b’hekk, għas-servizz tal-interess ġenerali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw il-miżuri ta’ appoġġ potenzjali biex il-kumpaniji jimminimizzaw il-kostijiet relatati mar-rappurtar meta jkunu qed jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE u jivvalutaw ukoll il-fattibbiltà li jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jikkumpensaw lill-kumpaniji għall-kompiti ta’ rappurtar imwettqa kif xieraq f’rapport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tintegra b’mod sistematiku data minn isfel għal fuq dwar kif iċ-ċittadini jipperċepixxu, jifhmu u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fil-prattika, inkluża l-esperjenza tagħhom bil-mekkaniżmi ta’ infurzar u ta’ rimedju; jitlob li din id-data tiġi riflessa aħjar fil-linji gwida u s-sett ta’ għodod għal regolamentazzjoni aħjar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi jżidu l-applikabbiltà prattika tal-leġiżlazzjoni tal-UE f’kull stadju taċ-ċiklu tal-politika, inkluż permezz ta’ involviment ġenwin taċ-ċittadini u tan-negozji matul il-konċepiment tal-politika, l-abbozzar iffukat fuq l-utent, l-ittestjar mill-utenti tal-abbozzi ta’ atti u l-konsultazzjoni postleġiżlattiva;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">L-idoneità regolatorja u t-tfassil aħjar tal-liġijiet għall-kompetittività</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jitlob li proċessi bħall-evalwazzjonijiet u l-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT), li għandhom l-għan li jissimplifikaw il-leġiżlazzjoni, jintużaw aktar ta’ spiss; iqis ukoll li tekniki leġiżlattivi differenti li jistgħu jgħinu f’miżuri skaduti jew żejda, ma jintużawx biżżejjed jew, meta jintużaw, jintużaw ħażin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Ifakkar li r-rapport Draghi ssottolinja s-simplifikazzjoni tar-regoli bħala wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali għal sħubija Ewropea mġedda<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">8 </STRING>Draghi M., “The future of European competitiveness – a competitiveness strategy for Europe” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea – Strateġija għall-kompetittività għall-Ewropa), 9 ta’ Settembru 2024, Parti A, p. 67–68.</FIELD></FOOTNOTE>; jirrimarka li s-simplifikazzjoni tirrikjedi li ssir enfasi wkoll fuq strateġiji ta’ implimentazzjoni intelliġenti, filwaqt li jittieħed approċċ prammatiku, legalment sod u effiċjenti biex jittaffew il-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji u l-SMEs b’mod partikolari, u tiġi ssimplifikata kemm jista’ jkun l-implimentazzjoni tar-regoli miftiehma; ifakkar, barra minn hekk, li, ir-rapport Letta jisħaq li r-regolamenti għandhom jiffaċilitaw, u mhux ifixklu, l-attività ekonomika u l-innovazzjoni fis-suq uniku<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">9 </STRING>Letta E., “Much more than a market” (Ħafna aktar minn suq), il-Kunsill Ewropew, April 2024, p. 130.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-introduzzjoni, fl-2023, tal-kontroll il-ġdid fir-rigward tal-SMEs u tal-kompetittività, li sar anness obbligatorju għall-valutazzjonijiet tal-impatt; jilqa’ l-wegħda tal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen li dan il-kontroll il-ġdid fir-rigward tal-SMEs u tal-kompetittività se jgħin biex jiġu pprevenuti piżijiet regolatorji filwaqt li jinżammu standards għoljin; jinnota li l-kliem issa jrid jiġi appoġġjat minn azzjonijiet, li jiffukaw fuq l-appoġġ għall-SMEs u li jipprovdulhom l-għodod biex jilħqu l-objettivi tal-UE u jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jitlob li kontroll sħiħ tal-kompetittività jsir prattika standard, inkluża l-valutazzjoni tal-impatt kumulattiv ta’ pakketti leġiżlattivi ewlenin aktar milli l-evalwazzjoni ta’ atti individwali b’mod iżolat; jafferma li sabiex jissaħħu l-kompetittività u s-sovranità Ewropej, trid tiġi reżistita l-pressjoni esterna biex jiddgħajjef il-qafas legali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Itenni l-importanza tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” bħala pedament ta’ regolamentazzjoni aħjar, li jiżgura li l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tal-SMEs jiġu kkunsidrati sistematikament f’kull stadju taċ-ċiklu tal-politika, mit-tfassil sal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni; jisħaq fuq l-importanza li jiġu identifikati r-rabtiet kawżali bejn id-dispożizzjonijiet regolatorji, l-imġiba tad-ditti u l-benefiċċji għall-utent, u li jiġu vvalutati l-konsegwenzi potenzjali mhux intenzjonati u l-piżijiet tal-konformità sproporzjonati fuq l-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jilqa’ u jħeġġeġ l-użu usa’ ta’ ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja f’setturi orjentati lejn il-futur biex tiġi appoġġjata l-innovazzjoni, jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità u tiġi offruta ċertezza legali għall-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jirrikonoxxi l-wegħda tal-Kummissjoni li tnaqqas l-obbligi ta’ rappurtar b’25 %, iżda jisħaq li din il-mira ma tridx iddgħajjef it-trasparenza u l-iskrutinju filwaqt li tikseb l-objettivi tal-politika tal-UE; jinnota, barra minn hekk, l-inklużjoni ta’ tnaqqis ta’ 35 % fil-kostijiet amministrattivi u r-rappurtar għall-SMEs; ifakkar, barra minn hekk, li l-obbligi ta’ rappurtar jikkostitwixxu biss frazzjoni żgħira tal-piż regolatorju totali, li jinkludi wkoll kostijiet amministrattivi, tal-implimentazzjoni u tal-konformità li jirriżultaw kemm minn leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll nazzjonali; jinnota li l-mira ta’ tnaqqis ta’ 25 % tal-Kummissjoni għandha għalhekk titqies fi ħdan l-objettiv usa’ li jitnaqqsu l-kostijiet u l-kumplessitajiet globali, inkluż, fejn rilevanti, permezz ta’ aktar approssimazzjoni tar-regoli nazzjonali; jitlob, għaldaqstant, approċċ aktar ambizzjuż u ta’ kwalità aħjar, li jimmira għal tnaqqis saħansitra ogħla fil-kostijiet regolatorji kollha, inkluż proġett pilota biex jiġu vvalutati l-impatti tar-regolamentazzjoni fuq l-innovazzjoni, pereżempju billi jiġu identifikati l-ostakli għan-negozji ġodda u t-teknoloġiji l-ġodda fil-fażijiet leġiżlattivi bikrija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jilqa’, barra minn hekk, in-nomina ta’ Viċi President tal-Kummissjoni li jkun inkarigat b’mod espliċitu mill-implimentazzjoni u s-simplifikazzjoni; jilqa’ l-użu tad-djalogi ta’ implimentazzjoni u jinkoraġġixxi kontrolli regolari tar-realtà u testijiet regolari tal-istress tal-acquis tal-Unjoni biex jiġu vvalutati l-impatti kumulattivi fuq il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-SMEs, u fuq l-ilħuq tal-objettivi tal-politika tal-UE, u biex jiġu identifikati opportunitajiet għal simplifikazzjoni effettiva; jissottolinja, f’dan ir-rigward, l-importanza ta’ valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi, li jintegraw b’mod sistematiku l-kontrolli tal-idoneità, il-kontrolli tal-kompetittività u t-testijiet tal-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw b’mod sistematiku l-kunsiderazzjonijiet tal-kompetittività fl-inizjattivi ta’ simplifikazzjoni, filwaqt li jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi li jaffettwaw liċ-ċittadini u lin-negozji jiġu ssimplifikati mingħajr ma jikkompromettu s-salvagwardji essenzjali; jisħaq li t-tnaqqis tal-burokrazija bla bżonn, l-espansjoni tas-soluzzjonijiet diġitali u t-titjib tar-rikonoxximent reċiproku jistgħu jnaqqsu l-kostijiet tal-konformità, jiffaċilitaw il-mobbiltà u jsaħħu l-kompetittività u l-attraenza tas-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Iqis li s-simplifikazzjoni fid-dawl tal-kompetittività u l-integrazzjoni ulterjuri tas-suq uniku tirrikjedi approċċ ġenerali għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE u dik nazzjonali; jirrimarka li d-diverġenzi bejn ir-regoli nazzjonali fi Stati Membri differenti jistgħu jirriżultaw ukoll f’inċertezza legali u kostijiet amministrattivi addizzjonali; jistieden, f’dak ir-rigward, lill-Kummissjoni tipprovdi mmappjar tal-leġiżlazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja eżistenti kollha u tal-obbligi amministrattivi kollha għall-kumpaniji skont id-dritt tal-UE, kif ukoll tal-obbligi skont ir-regoli nazzjonali tad-dritt tal-kumpaniji; jitlob li dan l-immappjar jifforma l-bażi ta’ valutazzjoni komprensiva, inkluż fir-rigward tal-kostijiet u l-benefiċċji, id-diversi interessi pubbliċi li l-leġiżlazzjoni taqdi, it-trikkib bejn il-leġiżlazzjonijiet, kif ukoll l-opportunitajiet għall-armonizzazzjoni u l-approssimazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tuża dik il-valutazzjoni biex tressaq – jekk ikun meħtieġ u bil-parteċipazzjoni effettiva tal-atturi u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, u abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt xierqa – proposti biex jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet skaduti u l-ostakli mhux ġustifikati jiġu indirizzati permezz ta’ miżuri proporzjonati bil-ħsieb li tinkiseb konverġenza ’l fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jisħaq li hemm potenzjal kbir fl-użu ta’ għodod diġitali u soluzzjonijiet ibbażati fuq l-IA biex jgħinu fis-simplifikazzjoni tal-konformità, inaqqsu l-kostijiet regolatorji u jżidu l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni; iqis li l-kapaċità potenzjali tal-għodod diġitali li joffru soluzzjonijiet aħjar u aktar rapidi f’dan ir-rigward jeħtieġ li tiġi esplorata aktar u li l-leġiżlazzjoni adottata reċentement jeħtieġ li tiġi implimentata; jissottolinja li dan jirrikjedi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u miżuri ta’ appoġġ biex il-kumpaniji ta’ kull daqs, l-amministrazzjonijiet u ċ-ċittadini jiġu mgħammra bl-infrastruttura u l-ħiliet diġitali meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tittestja u tikkunsidra l-użu ta’ għodod ġodda tal-IA – inklużi mudelli lingwistiċi kbar ikkomplementati b’ġenerazzjoni awmentata mill-irkupru – sabiex ittejjeb l-effiċjenza u l-preċiżjoni tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE, u b’hekk tippermetti detezzjoni aktar rapida tan-nuqqas ta’ konformità, risponsi aktar f’waqthom għall-ilmenti u soluzzjonijiet proattivi għall-kwistjonijiet emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżommu lura milli jżidu piżijiet addizzjonali amministrattivi jew ta’ konformità bla bżonn meta jkunu qed jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-UE ( regolamentazzjoni żejda) u jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u tippubblika każijiet ta’ tali prattiki fir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tagħha; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ traspożizzjoni konsistenti u effettiva tad-direttivi mill-Istati Membri biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżommu lura minn traspożizzjoni tardiva, mhux kompluta jew mhux preċiża tad-direttivi u jħeġġiġhom jikkooperaw u jipparteċipaw fl-iskambju ta’ prattiki tajba sabiex l-implimentazzjoni tad-direttivi tkun proporzjonata u effettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-frammentazzjoni regolatorja li taffettwa lill-SMEs fis-suq uniku, inklużi l-formalitajiet nazzjonali bla bżonn, u jagħtu prijorità lill-oqfsa ta’ rikonoxximent reċiproku u interoperabbiltà;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>