<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0065</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-aċċess pubbliku għad-dokumenti – ir-rapport 2022-2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0011/2026 - Rapporteur: Veronika Cifrová Ostrihoňová)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2026 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti — ir-rapport li jkopri s-snin 2022–2024 (2025/2137(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 1, 9, 10, 11 u 16 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), u b’mod partikolari l-Artikoli 41 u 42 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1049/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1367/oj.</FIELD></FOOTNOTE>;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2008 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (COM(2008)0229),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2011)0137),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 159.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2025 intitolata “Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025” (COM(2025)0045) u l-annessi tagħha, u l-intenzjoni espressa hemmhekk li jiġu rtirati l-proposti COM(2011)0137 u COM(2008)0229 biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3080 tal-4 ta’ Diċembru 2024 li tistabbilixxi r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kummissjoni u li temenda d-Deċiżjoni C(2000) 3614<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3080, 5.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3080/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2017 dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità fl-istituzzjonijiet tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 337, 20.9.2018, p. 120.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1937/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 2021 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 17.11.2021, p. 54.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Lulju 2023 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti — rapport annwali għas-snin 2019–2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4014, 17.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4014/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2024 dwar iż-żmien li tieħu l-Kummissjoni Ewropea biex tittratta t-talbiet ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6560, 12.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6560/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2024 fil-Kawżi T-689/21, Auken et vs Il-Kummissjoni, u T-761/21, Courtois et vs Il-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2024, Auken et vs Il-Kummissjoni, T-689/21, ECLI:EU:T:2024:476, u Courtois et vs Il-Kummissjoni, T-761/21, ECLI:EU:T:2024:477.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2025 fil-Kawża T-36/23, Stevi u The New York Times vs Il-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2025, Stevi u The New York Times vs Il-Kummissjoni, T‑36/23, ECLI:EU:T:2025:483.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti u d-deċiżjonijiet tal-Ombudsman Ewropew, b’mod partikolari r-Rapport Speċjali OI/2/2022/OAM<FOOTNOTE><FIELD> L-Ombudsman Ewropew, “Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta strateġika tagħha dwar iż-żmien li tieħu l-Kummissjoni Ewropea biex tindirizza talbiet għal aċċess pubbliku għad-dokumenti (OI/2/2022/OAM)”, 21 ta’ Settembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE> u d-deċiżjonijonijiet fil-każijiet 1316/2021/MIG<FOOTNOTE><FIELD> Id-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2022 dwar ir-rifjut tal-Kummissjoni Ewropea li tagħti aċċess pubbliku għal messaġġi testwali li sar skambju tagħhom bejn il-President tal-Kummissjoni u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ kumpanija farmaċewtika dwar ix-xiri ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 (każ 1316/2021/MIG).</FIELD></FOOTNOTE> u 1499/2021/SF<FOOTNOTE><FIELD> Id-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2022 dwar ir-rifjut tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jagħti aċċess pubbliku sħiħ għad-dokumenti relatati man-negozjati dwar l-abbozz tal-“Att dwar is-Swieq Diġitali” (1499/2021/SF).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 122(7) u l-Artikolu 149 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A10-0011/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-Trattati tal-UE jiggarantixxu lil kull ċittadin id-dritt għall-parteċipazzjoni demokratika u t-teħid ta’ deċiżjonijiet trasparenti, dritt li jirrikjedi li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenzji tal-UE jagħtu aċċess pubbliku għad-dokumenti; billi dan id-dritt fundamentali ta’ aċċess għad-dokumenti, protett mit-Trattati u mill-Karta, jippermetti skrutinju effettiv miċ-ċittadini<FOOTNOTE><FIELD> L-Artikolu 10(3) tat-TUE, fid-dawl tat-tlettax-il premessa tal-preambolu tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(2), u l-Artikolu 9 tiegħu, u l-Artikolu 15 tat-TFUE.</FIELD></FOOTNOTE>, u għalhekk għandu jiġi eżerċitat b’mod proattiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-QĠUE affermat li l-aċċess pubbliku għad-dokumenti huwa parti essenzjali mid-demokrazija parteċipattiva; billi hija ddeċidiet li l-iskrutinju pubbliku tal-informazzjoni użata fl-attivitajiet leġiżlattivi huwa prekundizzjoni għall-funzjonament tajjeb tas-setgħat demokratiċi u għall-eżerċizzju tad-drittijiet demokratiċi; billi l-QĠUE saħqet ukoll li t-trasparenza hija inerenti fil-proċedura leġiżlattiva u li d-deċiżjonijiet iridu jittieħdu b’mod kemm jista’ jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadini;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jirrikonoxxi l-importanza partikolari tal-għoti ta’ aċċess saħansitra usa’ għad-dokumenti meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jaġixxu fil-kapaċità leġiżlattiva tagħhom u jissottolinja b’mod partikolari l-ħtieġa ta’ aċċess dirett għad-dokumenti leġiżlattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi ċ-ċittadini jistennew b’mod leġittimu t-trasparenza, l-effiċjenza u r-responsabbiltà mill-awtoritajiet pubbliċi, u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE għandhom iwieġbu għal dawk l-aspettattivi b’mod ċar u li jinftiehem; billi l-ftuħ u l-governanza tajba fil-funzjonament tal-UE u fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha huma essenzjali biex tinbena l-fiduċja fl-UE u biex jiġu żgurati leġittimità, effettività u responsabbiltà akbar tal-amministrazzjoni; billi l-prinċipji ta’ ftuħ u trasparenza għandhom jirregolaw mhux biss il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet iżda wkoll il-mod li bih jiġi abbozzat test;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-aċċess f’waqtu għal informazzjoni affidabbli u preċiża huwa kruċjali għas-salvagwardja kontra l-miżinformazzjoni u għall-ġlieda effettiva kontra t-tixrid tad-diżinformazzjoni; billi d-dewmien fl-għoti ta’ tali aċċess jimmina dan il-proċess;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE hija msejsa fuq id-demokrazija rappreżentattiva u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tagħha jeħtiġilhom jirrispettaw l-ogħla standards tat-trasparenza u l-integrità biex jippermettu skrutinju pubbliku sod u parteċipazzjoni taċ-ċittadini sinifikanti fil-governanza tajba;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-rwol tal-Ombudsman Ewropew kien essenzjali fis-salvagwardja tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti, inkluż permezz tar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-Rapport Speċjali OI/2/2022/OAM; billi l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtiġilhom jiżguraw li l-Ombudsman Ewropew jista’ jkompli jeżerċita dan ir-rwol b’mod effettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-inkjesta strateġika tal-Ombudsman Ewropew deskritta f’dak ir-Rapport Speċjali żvelat dewmien sistemiku u sinifikanti mill-Kummissjoni, b’mod partikolari fit-trattament tagħha tal-applikazzjonijiet konfermatorji (talbiet mill-applikanti biex tiġi rieżaminata t-tweġiba inizjali tagħha) wara r-rifjuti inizjali li ċ-ċittadini jingħataw aċċess għad-dokumenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi fil-Każ 1499/2021/SF, l-Ombudsman sabet b’mod inekwivoku li r-rifjut tal-Kunsill li jagħti aċċess pubbliku sħiħ għad-dokumenti relatati man-negozjati leġiżlattivi kien jikkostitwixxi amministrazzjoni ħażina;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi mhumiex previsti penali fil-każ li ma jiġix irrispettat it-terminu ta’ 15-il jum skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fl-għoti jew fir-rifjut tal-aċċess għad-dokumenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jirrikonoxxi l-importanza tal-għoti ta’ aċċess wiesgħa għad-dokumenti meta l-istituzzjonijiet tal-UE jkunu qed jaġixxu fil-kapaċità leġiżlattiva tagħhom u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess dirett għad-dokumenti leġiżlattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi f’Mejju 2021, ġurnalist talab aċċess għad-dokumenti, inklużi messaġġi testwali bejn il-President tal-Kummissjoni u Pfizer, iżda l-Kummissjoni ddikjarat li ma kellha l-ebda rekord bħal dan abbażi tar-regoli dwar ir-reġistrazzjoni interna; billi l-mod kif il-Kummissjoni ttrattat il-każ huwa inkwetanti; billi l-Ombudsman Ewropew ikkonkludiet li dan ir-rispons mill-Kummissjoni kkostitwixxa amministrazzjoni ħażina u ppreżentat diversi rakkomandazzjonijiet bħala segwitu tal-każ, inkluż dwar kif għandhom jiġu rreġistrati messaġġi testwali, u rrakkomandat tfittxija mill-ġdid, f’konformità mal-obbligi ta’ aċċess pubbliku skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001; billi, fl-14 ta’ Mejju 2025, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżomm mistura l-messaġġi testwali; billi, skont il-Qorti, il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi spjegazzjoni plawżibbli biex tiġġustifika n-nuqqas ta’ pussess tal-messaġġi<FOOTNOTE><FIELD> Kawża T-36/23, Stevi u The New York Times vs Il-Kummissjoni, stqarrija għall-istampa: https://curia.europa.eu/site/upload/docs/application/pdf/2025-05/cp250060mt.pdf</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-messaġġi testwali jikkwalifikaw bħala “dokumenti” meta jikkonċernaw kwistjonijiet relatati mal-politiki, l-attivitajiet jew id-deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta’ responsabbiltà ta’ istituzzjoni, peress li “dokument” huwa definit bħala kwalunkwe kontenut, ikun xi jkun il-mezz tiegħu (fuq karta, f’forma elettronika jew bħala reġistrazzjoni awdjo, viżiva jew awdjoviżiva); billi dan ma jfissirx li l-messaġġi testwali skambjati kollha jridu jiġu rreġistrati u jkunu aċċessibbli, iżda biss dawk li jkunu relatati mal-politiki, l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tal-UE; billi l-Kummissjoni xorta waħda tista’ tirrifjuta li tagħti lill-pubbliku aċċess sħiħ għal tali messaġġi jekk tkun tapplika waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, bħall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi fis-6 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali (C/2025/5423) irtirar formali ta’ proposti leġiżlattivi, b’mod partikolari COM(2011)0137 u COM(2008)0229, it-tnejn maħsuba biex jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi invokat li mhux mistenni jintlaħaq ftehim wara snin ta’ staġnar leġislattiv sa mill-2011; billi dan l-impass kontinwu jqajjem tħassib li d-dipendenza fuq il-qafas tal-2001 waħdu jaf ma għadux biżżejjed biex jissaħħaħ b’mod effettiv id-dritt ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-UE f’kuntest istituzzjonali u teknoloġiku modern;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-avvanz mgħaġġel tat-teknoloġiji ta’ intelliġenza artifiċjali (IA) joffri kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi biex tiġi żgurata informazzjoni preċiża u trasparenti fl-UE u fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tagħha, filwaqt li sistemi tal-IA mfassla u rregolati kif xieraq jistgħu jgħinu biex jiġu identifikati u mmitigati l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni u b’hekk jappoġġjaw diskors pubbliku infurmat, dment li l-implimentazzjoni tagħhom tkun tirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali, tippromwovi l-obbligu ta’ rendikont u tirrispetta standards għoljin ta’ trasparenza sabiex tinżamm il-fiduċja pubblika u tissaħħaħ il-governanza demokratika;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi fil-Kawża C-588/21 P<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Marzu 2024 Public.Resource.Org, Inc. u Right to Know CLG vs Il-Kummissjoni et., C-588/21 P, ECLI:EU:C:2024:201.</FIELD></FOOTNOTE>, dwar applikazzjoni minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li talbet l-aċċess għal standards tekniċi dwar is-sigurtà tal-ġugarelli, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-Kummissjoni kien imissha rrikonoxxiet interess pubbliku akbar skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li jiġġustifika l-iżvelar ta’ tali standards armonizzati;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza bil-qawwa li t-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti jikkostitwixxu drittijiet fundamentali skont id-dritt tal-UE, li huma essenzjali biex tiġi żgurata parteċipazzjoni taċ-ċittadini li tkun trasparenti, demokratika, responsabbli u sinifikanti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rapporti annwali dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li fl-2024, il-Kummissjoni emendat il-qafas ta’ trasparenza tagħha billi adottat Regoli ta’ Proċedura riveduti, f’tentattiv biex tiċċara r-regoli dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001; jissottolinja li tqajjem tħassib minn xi partijiet ikkonċernati dwar ir-regoli riveduti, b’mod partikolari dwar id-definizzjoni ta’ x’jikkwalifika bħala “dokument”, l-eċċezzjonijiet addizzjonali għall-obbligu li jiġu rreġistrati dokumenti jew preżunzjonijiet ta’ nuqqas ta’ żvelar, il-konformità ta’ dik id-definizzjoni u dawn l-eċċezzjonijiet u preżunzjonijiet mal-ġurisprudenza stabbilita tal-QĠUE, u l-fatt li dawn jimminaw it-trasparenza, li tirrappreżenta pass lura, u jimminaw ukoll l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Josserva li fl-2024, il-Kummissjoni rċeviet 6 938 talba għal aċċess inizjali għal dokumenti u 641 applikazzjoni konfermatorja, u li dan juri żieda ta’ 7 % f’applikazzjonijiet konfermatorji meta mqabbel mal-2023<FOOTNOTE><FIELD> Rapport tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2025 dwar l-applikazzjoni fl-2024 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2025)0239).</FIELD></FOOTNOTE>; josserva li fl-2023, il-Kummissjoni rċeviet 7 274 talba għal aċċess inizjali għal dokumenti u 599 applikazzjoni konfermatorja, u li dan juri żieda ta’ 43 % f’applikazzjonijiet konfermatorji meta mqabbel mal-2022<FOOTNOTE><FIELD> Rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 2024 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fl-2023 (COM(2024)0266).</FIELD></FOOTNOTE>; josserva li fl-2022, il-Kummissjoni rċeviet 7 410 talbiet għal aċċess inizjali għal dokumenti u 418-il applikazzjoni konfermatorja, u li dan juri żieda ta’ 17,8 % f’applikazzjonijiet konfermatorji meta mqabbel mal-2021<FOOTNOTE><FIELD> Rapport tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-applikazzjoni fl-2022 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2023)0523).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza li l-Kummissjoni, fit-trattament ta’ applikazzjonijiet konfermatorji, iddeċidiet li tagħti aċċess parzjali jew sħiħ għad-dokumenti f’51 % tal-każijiet fl-2022, f’85 % tal-każijiet fl-2023 u f’60 % tal-każijiet fl-2024; jinnota li l-applikazzjonijiet konfermatorji żdiedu filwaqt li t-talbiet inizjali naqsu, u jinnota l-proporzjon tad-deċiżjonijiet annullati fl-istadju tal-applikazzjoni konfermatorja; jirrimarka li dan juri nuqqas ta’ valutazzjoni bir-reqqa tat-talbiet inizjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li, sal-31 ta’ Diċembru 2024, ir-Reġistru Pubbliku tad-Dokumenti tal-Parlament kien fih 918 803 referenza (żieda minn 898 267 fi tmiem l-2023); jinnota li r-rata ġenerali ta’ rispons pożittiv baqgħet waħda għolja ta’ 91 %, fejn l-applikazzjonijiet ġew trattati fi żmien medju ta’ madwar disat ijiem ta’ xogħol<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, “Aċċess Pubbliku għad-Dokumenti 2024 – Rapport Annwali tal-Parlament Ewropew”, Direttorat Ġenerali għall-Presidenza, Unità tat-Trasparenza, Mejju 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni rċeviet l-aktar talbiet għal aċċess għad-dokumenti fost l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, u li s-Segretarjat Ġenerali u d-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari tagħha rċevew l-aktar talbiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Josserva li fl-2024, il-Kummissjoni ħarġet 5 542 tweġiba fl-istadju inizjali u 305 talbiet konfermatorji, filwaqt li l-istituzzjonijiet tal-UE l-oħra wkoll għamlu progress fl-isforzi tagħhom biex itejbu t-trasparenza: ir-reġistru tal-Kunsill kellu aktar minn 527 000 dokument sal-aħħar tal-2024, u aktar minn 72 % minnhom kienu pubblikament disponibbli, waqt li huwa pproċessa aktar minn 2 800 talba għal aċċess, l-aktar mis-soċjetà ċivili u l-akkademja, u ta aċċess sħiħ jew parzjali f’85 % tal-każijiet<FOOTNOTE><FIELD> Rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 2024 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fl-2023 (COM(2024)0266).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ dawn ix-xejriet peress li jenfasizzaw l-impenn kontinwu tal-UE għat-trasparenza fost sfidi legali u politiċi kumplessi; jinnota, madankollu, li f’85 % tal-każijiet rieżaminati, il-Kumissjoni ma ħaditx deċiżjoni fil-limiti taż-żmien legali u li, f’60 % tal-każijiet, id-dewmien ammonta għal aktar minn 60 jum tax-xogħol;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Żviluppi reċenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li, f’konformità mal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, anke meta ċerta informazzjoni trid tinżamm abbażi ta’ raġunijiet ġustifikati, għandu jitqies l-iżvelar parzjali u l-partijiet li jifdal tad-dokument mitlub iridu jiġu rilaxxati, filwaqt li jitqies l-interess pubbliku akbar fit-trasparenza u l-iżvelar, li jinkludu l-prinċipji ta’ governanza tajba, effiċjenza istituzzjonali, responsabbiltà demokratika u involviment ċiviku msaħħaħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li impenn b’saħħtu u konsistenti għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti u għat-trasparenza jikkostitwixxi pilastru fundamentali tas-sistema demokratika tal-UE, li jsaħħaħ l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u jikkontribwixxi għall-governanza tajba u l-ġestjoni finanzjarja tajba; jemmen, meta jitqies il-kuntest attwali tat-theddid u l-gwerra ibridi, li huwa importanti li tingħata għajnuna fil-ġlieda kontra n-narrattivi ta’ konfoffa u d-diżinformazzjoni, u li l-impenn għal dan se jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE kontra l-indħil barrani u t-tentattivi biex tiġi mminata l-integrità tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iqis li l-applikazzjoni ta’ approċċ proattiv u l-adozzjoni ta’ proċeduri aktar mgħaġġla, anqas ikkumplikati u aktar aċċessibbli għat-trattament tal-ilmenti kontra r-rifjut li jingħata aċċess jgħinu biex tiġi żgurata trasparenza effettiva, jiġi evitat tilwim legali bla bżonn u jiġu evitati spejjeż u piżijiet bla bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-klassifikazzjoni żejda persistenti tad-dokumenti uffiċjali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE, li hija ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza; itenni t-talba li ilu jagħmel, kif ippreżentat fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, għall-istabbiliment ta’ regoli ċari, konsistenti u legalment vinkolanti li jirregolaw il-klassifikazzjoni u d-deklassifikazzjoni tad-dokumenti sabiex jitħares l-obbligu ta’ rendikont demokratiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-problemi komuni li n-nies jiffaċċjaw meta jitolbu aċċess għad-dokumenti huma r-rifjut għall-aċċess mill-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji abbażi ta’ argumenti bla bażi u t-trattament inkonsistenti ta’ talbiet simili għal aċċess għal dokumenti min-naħa tal-istituzzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-użu frekwenti tal-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 biex jiġi rrifjutat l-għoti ta’ aċċess sħiħ għad-dokumenti; jisħaq li t-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti jridu jibqgħu r-regola ġenerali, filwaqt li għadd limitat ta’ eċċezzjonijiet leġittimi, kif definiti fil-leġiżlazzjoni rilevanti, pereżempju għal raġunijiet ta’ sigurtà, jistgħu jiġu invokati u jridu jiġu interpretati b’mod strett; ifakkar li, skont l-Ombudsman tal-UE, kwalunkwe eċċezzjoni għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti jew informazzjoni jew kwalunkwe restrizzjoni fuqhom, inklużi d-dokumenti leġiżlattivi, għandhom ikunu eċċezzjonali u limitati għal dak li huwa assolutament neċessarju; itenni li istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li jinvokaw waħda mill-eċċezzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti skont dan l-Artikolu jeħtiġilhom jagħmlu valutazzjoni oġġettiva u individwali każ b’każ; jappella lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-UE biex jintegraw dawn il-valutazzjonijiet fil-prattiki tagħhom biex jipprovdu aċċess għad-dokumenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza tad-deċiżjonijiet meħuda fil-komitoloġija; ifakkar li fil-proċedura ta’ komitoloġija, il-QĠUE qieset li l-iżvelar tal-pożizzjoni tal-Istati Membri bħala tali ma jimminax il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet<FOOTNOTE><FIELD> Ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2023, Covington & Burling u Van Vooren vs Il-Kummissjoni, T-201/21, ECLI:EU:T:2023:333.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar id-diffikultajiet biex jingħata aċċess għad-dokumenti minn xi aġenziji tal-UE, u l-prevenzjoni minn dawn l-aġenziji li jagħtu aċċess pubbliku għad-dokumenti u skrutinju xieraq; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar trasparenza u aċċess proattiv għad-dokumenti mill-aġenziji tal-UE; jappella, barra minn hekk, lill-aġenziji tal-UE biex jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fil-politiki tagħhom dwar l-aċċess għad-dokumenti; jistieden, b’mod partikolari, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) tagħti lill-Parlament Ewropew aċċess f’waqtu għad-dokumenti tagħha, b’mod partikolari l-informazzjoni u l-analiżi tagħha dwar pajjiżi ta’ oriġini bla periklu u pajjiżi terzi bla periklu, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2303 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2303/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, sabiex tissaħħaħ is-sorveljanza demokratika; jitlob li l-obbligu impost mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 li jsir rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament jiġi estiż għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE l-oħra kollha koperti mill-Artikolu 15 tat-TFUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas kontinwu ta’ segwitu sinifikanti mill-Kummissjoni u mill-Kunsill b’reazzjoni għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet li saru f’rapporti preċedenti tal-Parlament dwar l-aċċess għad-dokumenti; jiddeplora wkoll il-fatt li l-istituzzjonijiet tal-UE ma jippubblikawx b’mod proattiv ħafna dokumenti relatati mal-fajls leġiżlattivi, u dan jipprevjeni liċ-ċittadini milli jkunu jafu liema dokumenti fil-fatt jeżistu, u għaldaqstant jimpedixxi l-eżerċizzju tad-dritt tagħhom li jitolbu aċċess għad-dokumenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jiddispjaċih li bħalissa hemm diffikultajiet biex jinkiseb aċċess għal informazzjoni dettaljata mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-UE; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza tad-deċiżjonijiet meħuda fil-proċeduri ta’ ksur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza tad-deċiżjonijiet meħuda dwar il-baġit tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-finanzjament tal-UE lil pajjiżi terzi u fil-qasam tal-migrazzjoni u s-sigurtà, inkluża l-informazzjoni dwar l-ammont, l-għan u s-sors tal-finanzjament, sabiex jiġi żgurat li l-Parlament u l-pubbliku jkunu jistgħu jeżerċitaw skrutinju tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar ix-xejra ta’ dewmien sistemiku mill-Kummissjoni biex twieġeb għal applikazzjonijiet konfermatorji deskritti mill-inkjesta tal-Ombudsman Ewropew fir-Rapport Speċjali OI/2/2022/OAM, li sabet li n-nuqqasijiet strutturali, in-nuqqas ta’ riżorsi u l-komunikazzjoni ineffettiva fl-aħħar mill-aħħar skoraġġew lill-individwi milli jeżerċitaw id-dritt tal-aċċess tagħhom; jiddispjaċih mill-fatt li l-Kummissjoni għadha ma implimentatx b’mod sħiħ xi rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Ombudsman, b’mod partikolari dawk relatati mal-osservanza tal-iskadenzi, u lanqas ma wriet impenn tanġibbli biex timplimentahom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jadottaw miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman jindirizzaw kwistjonijiet ewlenin bħad-dewmien persistenti, in-nuqqas ta’ involviment mal-applikanti, u t-trasparenza inadegwata f’każijiet ta’ profil għoli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkoreġi d-dewmien sistematiku tagħha fl-ipproċessar tat-talbiet ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti; jemmen li għandhom jiġu previsti sanzjonijiet jew konsegwenzi possibbli fil-każ li l-istituzzjonijiet jonqsu milli jwieġbu għal talbiet għal aċċess għad-dokumenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li diversi proposti leġiżlattivi ppreżentati mill-Kummissjoni ġew ippreżentati mingħajr valutazzjoni tal-impatt mehmuża jew mingħajr deroga debitament ġustifikata mill-obbligu li tiġi pprovduta valutazzjoni tal-impatt; jissottolinja li l-koleġiżlaturi jeħtiġilhom jiġu infurmati bis-sħiħ dwar l-evidenza sottostanti li tappoġġja l-inizjattivi leġiżlattivi sabiex tiġi rispettata t-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proposti leġiżlattivi futuri kollha jkunu konformi mad-drittijiet fundamentali u bbażati fuq data robusta u verifikabbli li turi b’mod ċar il-ħtieġa, il-proporzjonalità, l-effettività mistennija u l-kosteffettività tagħhom, u li jkunu akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt komprensiva; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiżgura trasparenza sħiħa fl-għażla tal-partijiet ikkonċernati kkonsultati matul it-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi u żmien suffiċjenti għal konsultazzjonijiet pubbliċi wiesgħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas tat-trasparenza fil-Kunsill li għadha tippersisti; jesprimi dispjaċir profond għall-fatt li l-analiżijiet reċenti għadhom jenfasizzaw nuqqas ta’ pubblikazzjoni proattiva u ta’ prattiki ta’ reġistrazzjoni; ifakkar li skont l-Artikolu 16(8) tat-TUE, il-Kunsill jeħtieġlu jiltaqa’ fil-pubbliku meta jkun qed jiddelibera u jivvota dwar abbozz ta’ att leġiżlattiv; jissottolinja li l-identifikazzjoni tal-biċċa l-kbira tad-dokumenti preparatorji fi proċeduri leġiżlattivi li għaddejjin bħala “LIMITE” tirrappreżenta restrizzjoni sproporzjonata fuq id-dritt taċ-ċittadini li jkollhom aċċess għad-dokumenti leġiżlattivi; jisħaq li sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-dritt tagħhom ta’ aċċess għad-dokumenti, id-dokumenti leġiżlattivi kollha prodotti u/jew iċċirkolati għandhom jitniżżlu wkoll f’reġistru pubbliku li jkun faċli għall-pubbliku biex jużah; iħeġġeġ lill-Kunsill itejjeb ir-regoli u l-proċeduri tiegħu dwar it-trasparenza, inklużi l-aċċessibbiltà u l-klassifikazzjoni tad-dokumenti leġiżlattivi; jenfasizza, barra minn hekk, il-ġurisprudenza tal-QĠUE li tirrikonoxxi d-dritt tal-pubbliku li jikseb aċċess għad-dokumenti prodotti mill-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill li jaġixxu fil-kuntest tal-proċess leġiżlattiv; jinnota, madankollu, li l-aċċess għadu jrid jintalab b’mod attiv; jinnota bi tħassib serju s-sejbiet dwar ir-rifjut tal-Kunsill li jagħti aċċess għad-dokumenti tat-trilogi, bħall-approċċi ġenerali tal-Kunsill, id-dokumenti b’erba’ kolonni, l-aġendi, is-sommarji tal-eżiti u l-minuti tat-trilogi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Itenni li l-Kunsill jeħtieġlu jirrispetta standards ogħla ta’ trasparenza; jisħaq li l-fiduċja interistituzzjonali tiġi mminata meta istituzzjoni waħda tirrifjuta b’mod persistenti li tagħti l-aċċess pubbliku għad-dokumenti rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq li l-ftehimiet internazzjonali għandhom effett legali vinkolanti u jsawru l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jinsisti, għaldaqstant, fuq l-imperattiv tal-iżgurar tat-trasparenza sħiħa tul il-proċess tan-negozjati, billi jagħti lill-Membri tal-Parlament Ewropew aċċess f’waqtu u mhux ristrett għad-dokumenti rilevanti kollha; Ifakkar li, skont l-Artikolu 218(10) tat-TFUE, il-Parlament Ewropew għandu “jinżamm informat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċedura”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon is-sentenza tal-QĠUE fi Stevi u The New York Times vs Il-Kummissjoni bħala kontribut importanti għal-linja ta’ ġurisprudenza li rawmet prattiki trasparenti fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE; jinnota li d-deċiżjoni tal-QĠUE tħalli lok għal interpretazzjoni modernizzata tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fid-dawl tal-prattiki ta’ komunikazzjoni kontemporanji u l-aspettattivi ta’ trasparenza li qed jevolvu; ifakkar li l-QĠUE ċċarat li d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti jestendi għall-formati rilevanti kollha u ma jistax jiġi evitat permezz ta’ regoli ta’ reġistrazzjoni interni jew prattiki selettivi ta’ ġestjoni tar-rekords; jistieden, għalhekk, lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-UE jippreservaw, jirreġistraw u jagħmlu aċċessibbli b’mod proattiv id-dokumenti uffiċjali kollha, fil-formati rilevanti kollha, li jistgħu jinkludu, pereżempju, il-komunikazzjoni diġitali u l-messaġġi testwali meta jikkonċernaw affarijiet pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iqis li l-mod kif il-President tal-Kummissjoni indirizzat it-talba tal-aċċess għad-dokument f’dak il-każ naqqas il-fiduċja fil-Kummissjoni; jesprimi dispjaċir għar-rifjut persistenti tal-Kummissjoni li tispjega għaliex ma seta’ jingħata l-ebda aċċess għad-dokumenti mitluba; jinnota li s-sentenza tenfasizza d-dmir li tinżamm dokumentazzjoni b’mod proattiv biex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ aċċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota f’dan ir-rigward li r-reġistrazzjoni ta’ dokument hija konsegwenza tal-eżistenza ta’ dokument u mhux prerekwiżit għall-eżistenza tiegħu, u li l-Kummissjoni ma tistax tiddependi biss min-nuqqas ta’ reġistrazzjoni fis-sistema tagħha biex jiġi stabbilit li ma għandhiex fil-pussess tagħha d-dokumenti mitluba; jemmen bil-qawwa li t-telf jew it-tħassir ta’ dokument minħabba biss is-sempliċi azzjoni li dokument jiġi ddikjarat ta’ “ħajja qasira” jimmina b’mod fundamentali l-prinċipju tat-trasparenza u tal-governanza tajba, li joħloq preċedent perikoluż għat-trattament futur tal-aċċess għat-talbiet għad-dokumenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta’ trasparenza li l-Kummissjoni wriet fil-pubblikazzjoni tal-ftehimiet tax-xiri relatati mal-COVID-19; jenfasizza li l-QĠUE qieset li l-Kummissjoni ma tatx lill-pubbliku aċċess wiesa’ biżżejjed għall-ftehimiet tax-xiri għall-vaċċini tal-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kawżi T-689/21, Auken et vs Il-Kummissjoni u T-761/21 Courtois et vs Il-Kummissjoni,</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE jimplimentaw politika tat-trasparenza mid-disinn u jippubblikaw dokumenti b’mod proattiv bl-għan aħħari li jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-dritt tagħhom tal-aċċess għad-dokumenti u jwettqu r-rwol ta’ skrutinju tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-eżerċizzju miċ-ċittadini tad-dritt għat-trasparenza u għall-aċċess għad-dokumenti mhuwiex sinjal ta’ nuqqas ta’ fiduċja li għandu għalhekk jiġi limitat jew ostakolat, iżda pjuttost jippreżenta opportunità biex l-istituzzjonijiet tal-UE juru kif isiru d-deċiżjonijiet u biex tiżdied il-fiduċja tas-soċjetà fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota bi tħassib li bħalissa l-uniku mod kif iċ-ċittadini jistgħu jikkontestaw ir-rifjut ta’ talba għall-aċċess għal dokument jew in-nuqqas ta’ rispons f’waqtu meta l-iskadenzi ma jiġux rispettati huwa billi jressqu lment lill-Ombudsman, li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu sfortunatament mhumiex legalment vinkolanti, jew billi jiftħu proċedimenti tal-qorti kontra l-istituzzjoni quddiem il-QĠUE, li jinvolvi proċess estremament twil u għali b’eżiti inċerti, u dan joħloq piż mhux raġonevoli li jnaffar liċ-ċittadini li jkunu jixtiequ jikkontestaw deċiżjoni li jiġi rifjutat l-aċċess; jenfasizza li t-tariffi legali għoljin ħafna involuti għandhom effett dissważiv fuq iċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili fejn jikkonċerna d-dritt tagħhom ta’ aċċess għall-ġustizzja u għal rimedju effettiv protett skont il-Karta;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jieħu nota tal-adozzjoni tar-regoli interni riveduti tal-Kummissjoni dwar l-aċċess għad-dokumenti u l-mistoqsijiet li tqajmu dwar il-kompatibbiltà tagħhom mal-Karta, mat-TUE, mat-TFUE u mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u jinnota li għad hemm każijiet pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli tagħha dwar il-ġestjoni u l-arkivji tar-rekords fid-dawl tal-ġurisprudenza rilevanti u tiċċarahom jew taġġustahom sabiex jintlaħaq l-ogħla livell ta’ trasparenza f’konformità mal-Artikolu 15 tat-TFUE u r-Regolament (KE) Nru 1049/2001; iqis li dan se jikkontribwixxi għall-kredibbiltà demokratika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jitlob li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE jadottaw proċeduri aċċessibbli għat-trattament tal-ilmenti dwar ir-rifjut li jingħata aċċess u miżuri biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet jekk ikun meħtieġ; ifakkar li l-istituzzjonijiet tal-UE huma obbligati jipprovdu tweġibiet imfassla apposta u mhux jiddependu biss minn preżunzjonijiet ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jieħu nota tal-irtirar mill-Kummissjoni tal-proposti tagħha tal-2008 u l-2011 għar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001; jesprimi dispjaċir għal din id-deċiżjoni li jiġu rtirati wara snin ta’ staġnar mingħajr pjan direzzjonali ċar, skeda ta’ żmien jew konsultazzjoni sinifikanti, u fejn għaldaqstant intilfet opportunità ewlenija biex jiġi mmodernizzat il-qafas eżistenti u antikwat; jirrakkomanda bil-qawwa lill-Kummissjoni tistudja liġijiet u kulturi nazzjonali varji rigward l-aċċess għad-dokumenti, inkluż fi Stati Membri fejn hemm standards ogħla dwar it-trasparenza milli fil-livell tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta aġġornata u aktar ambizzjuża li tinkorpora l-ġurisprudenza tal-QĠUE u tal-QEDB, tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, inkluża l-pożizzjoni tiegħu tal-2011 dwar ir-reviżjoni proposta tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, u tinkludi sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ rispett tar-regoli ta’ trasparenza; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tillimita l-eċċezzjonijiet għall-każijiet strettament meħtieġa u tistabbilixxi standard ġdid tal-UE ambizzjuż għall-ftuħ u l-aċċess pubbliku għad-dokumenti; jitlob, li sakemm tiġi aġġornata l-proposta, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jiġi interpretat strettament u applikat b’mod konsistenti f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti u mal-prinċipju li skontu għandu jiġi żgurat l-aktar aċċess wiesa’ possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lill-Parlament Ewropew jagħti eżempju tajjeb billi jiżvela b’mod proattiv id-dokumenti f’konformità mal-prattika stabbilita tiegħu rigward it-trasparenza leġiżlattiva u billi jestendi dan l-approċċ għal dokumenti relatati mal-fajls leġiżlattivi u mal-ħidma, pereżempju, l-aġendi u l-minuti tal-laqgħat tal-koordinaturi u l-aġendi tal-Konferenza tal-Presidenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tindirizza minnufih id-dewmien sistemiku fit-trattament tal-applikazzjonijiet konfermatorji billi jiġi adottat approċċ proattiv, jittejbu l-proċeduri interni, jiġu allokati biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji abbażi ta’ valutazzjoni bir-reqqa tal-ħtiġijiet u tiġi żgurata komunikazzjoni f’waqtha u trasparenti mal-applikanti, sabiex jiġu rrispettati l-obbligi legali u jiġu appoġġjati l-fiduċja u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jirrakkomanda li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom pariri dwar liema informazzjoni għandha tkun inkluża f’applikazzjoni għal aċċess għad-dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sabiex jiġi ssimplifikat l-ipproċessar ta’ tali talbiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jissottolinja li l-informazzjoni ambjentali miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi hija ta’ interess pubbliku u li l-pubbliku għandu, skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, jibbenefika minn aċċess wiesa’ għal din l-informazzjoni; jesprimi dispjaċir għall-fatt li r-rifjut li jiġi pprovdut aċċess għall-informazzjoni dwar l-effetti tal-emissjonijiet fuq l-ambjent, bħal fil-qasam tat-tniġġis kimiku, jista’ jkollu impatt negattiv fuq is-saħħa pubblika u l-protezzjoni taċ-ċittadini minn sustanzi perikolużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ l-introduzzjoni ta’ proċedura ta’ rieżami rapidu mill-Ombudsman Ewropew f’każijiet ta’ rifjut ta’ talbiet għall-aċċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE jiżviluppaw u joffru programmi ta’ taħriġ għall-persunal rilevanti kollu, b’mod partikolari għal dawk li jimmaniġġjaw id-dokumenti u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, sabiex jippromwovu kultura interna ta’ trasparenza, obbligu ta’ rendikont u governanza tajba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jitlob li d-deċiżjonijiet li jiċħdu t-talbiet għall-aċċess jittieħdu wara valutazzjoni oġġettiva u individwali każ b’każ, ikkomunikata mingħajr dewmien żejjed u akkumpanjata minn ġustifikazzjoni motivata u speċifika, f’konformità mal-ġurisprudenza rilevanti; ifakkar lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-UE li kwalunkwe deċiżjoni li tiċħad l-aċċess pubbliku għad-dokumenti trid tkun limitata għal dak li huwa assolutament meħtieġ u interpretat b’mod strett, sabiex tippermetti l-iskrutinju pubbliku u l-kredibbiltà demokratika billi tiżgura li ċ-ċittadini jifhmu għaliex l-aċċess ġie miċħud u jkunu jistgħu jagħmlu użu mir-rimedji legali disponibbli fejn meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jappella għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ skrutinju indipendenti li regolarment jirrevedi l-prattiki ta’ klassifikazzjoni u deklassifikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkun aktar trasparenti fir-rigward tal-kuntratti ma’ partijiet terzi; jistieden lill-Kummissjoni tkun aktar attiva fil-pubblikazzjoni ta’ kemm jista’ jkun informazzjoni dwar proċeduri ta’ sejħa għal offerti f’konformità tal-appelli preċedenti tal-Parlament<FOOTNOTE><FIELD> Pereżempju, fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Settembru 2025 dwar l-akkwist pubbliku, Testi adottati, P10_TA(2025)0174.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħtu segwitu b’mod sħiħ u fil-pront lid-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet meħuda mill-Ombudsman wara lmenti dwar rifjut ta’ għoti ta’ aċċess għad-dokumenti wara talba għal dan; jappella lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE jadottaw proċeduri aktar rapidi, aktar aċċessibbli u aktar simplifikati għat-trattament tal-ilmenti dwar ir-rifjut li jingħata aċċess u miżuri biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet jekk ikun meħtieġ; jirrakkomanda, f’dan il-kuntest, li jinħatru uffiċjali anzjani jew esperti indipendenti bil-kapaċità li jirrieżaminaw, mingħajr dewmien żejjed, l-appelli li jikkonċernaw talbiet għall-aċċess għad-dokumenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jitlob trasparenza sħiħa rigward l-użu tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali fid-deċiżjonijiet u l-proċeduri tal-istituzzjonijiet tal-UE, inkluża l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dettaljata dwar l-algoritmi, id-data tat-taħriġ u l-valutazzjonijiet tal-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jissottolinja li nuqqas ta’ għarfien dwar jekk id-dokumenti fil-fatt jeżistux jista’ jimpedixxi liċ-ċittadini milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jitolbu aċċess għalihom; jisħaq li l-fatt li jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jifhmu, isegwu fid-dettall u jipparteċipaw fil-proċess leġiżlattiv huwa rekwiżit legali skont it-Trattati u l-Karta, u huwa rekwiżit bażiku għall-iskrutinju demokratiku u għad-demokrazija inġenerali; jitlob, għalhekk, li jitwettqu kampanji mmirati ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ informazzjoni fil-livell kemm nazzjonali kif ukoll tal-UE u biex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom ta’ aċċess għad-dokumenti u dwar l-għodod u l-proċeduri eżistenti disponibbli biex jeżerċitawhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jenfasizza li ftehimiet internazzjonali għandhom effett legali vinkolanti u jsawru l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jinsisti, għaldaqstant, fuq l-imperattiv tal-iżgurar tat-trasparenza sħiħa tul il-proċess tan-negozjati, billi jagħti lill-Parlament aċċess f’waqtu u mhux ristrett għad-dokumenti rilevanti kollha; jitlob li l-Parlament Ewropew jiġi infurmat minnufih u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura f’konformità mal-Artikolu 218(10) tat-TFUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill itejjeb ir-regoli u l-proċeduri tiegħu dwar it-trasparenza leġiżlattiva; jitlob il-pubblikazzjoni proattiva u f’waqtha tal-approċċi ġenerali u parzjali tal-Kunsill u tad-dokumenti preparatorji kollha tal-Kunsill u tad-dokumenti preparatorji kollha tal-Kunsill dwar il-fajls leġiżlattivi, inklużi l-pożizzjonijiet ta’ kull Stat Membru u l-minuti tal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma, filwaqt li l-pubblikazzjoni tagħhom tiġi stabbilita bħala prattika standard fl-istadji kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, f’konformità mal-prinċipju tal-parteċipazzjoni demokratika minqux fit-Trattati u fil-Karta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jikkonformaw bis-sħiħ mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-540/15<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-22 ta’ Marzu 2018, De Capitani vs Il-Parlament, T-540/15, ECLI:EU:T:2023:167.</FIELD></FOOTNOTE> fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti b’erba’ kolonni; jappella wkoll lill-istituzzjonijiet tal-UE jippubblikaw b’mod proattiv dokumenti oħra tat-trilogu, bħal aġendi, sommarji tal-eżiti u minuti tat-trilogi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jissottolinja li t-trasparenza trid tmur id f’id mal-obbligu ta’ rendikont; jappella li jiġu introdotti awditi annwali mill-Ombudsman Ewropew fuq il-konformità istituzzjonali mal-obbligi tat-trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jitlob li tiġi introdotta sistema faċli għall-utent fuq is-sit web tal-Parlament fejn għal kull votazzjoni b’sejħa tal-ismijiet, it-test ivvutat u r-riżultati tal-votazzjoni skont il-grupp u l-Membru tal-Parlament Ewropew ikunu viżibbli, f’konformità mas-sejħa preċedenti tal-Parlament għal aktar trasparenza u għal għodod faċli għall-utent biex il-proċeduri fil-Parlament isiru aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jappella bil-qawwa biex l-UE u lill-Istati Membri japplikaw is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat għall-Konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u l-Ombudsman, filwaqt li jirrispettaw l-impenji internazzjonali tagħhom stess skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u l-istat tad-dritt;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>