<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0066</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-drittijiet tal-awtur u l-intelliġenza artifiċjali ġenerattiva – opportunitajiet u sfidi</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0019/2026 - Rapporteur: Axel Voss)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2026 dwar id-drittijiet tal-awtur u l-intelliġenza artifiċjali ġenerattiva — opportunitajiet u sfidi (2025/2058(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 4, 16, 26, 114, 118 u 179 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 27 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-10 ta’ Diċembru 1948 (Riżoluzzjoni 217 A), li tafferma d-dritt li wieħed jipparteċipa liberament fil-ħajja kulturali tal-komunità, id-dritt li wieħed igawdi l-arti u li jipparteċipa fl-avvanz xjentifiku u l-benefiċċji tagħha, kif ukoll id-dritt għall-protezzjoni tal-interessi morali u materjali li jirriżultaw minn kwalunkwe produzzjoni xjentifika, letterarja jew artistika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Bern għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi, kif emendata fit-28 ta’ Settembru 1979, u l-Konvenzjoni ta’ Ruma għall-Protezzjoni tal-Artisti tal-Ispettaklu, Produtturi ta’ Fonogrammi u Organizzazzjonijiet tax-Xandir tas-26 ta’ Ottubru 1961,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) tal-15 ta’ April 1994,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 77, 27.3.1996, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/9/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva dwar il-Bażijiet ta’ Data),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/29/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva InfoSoc),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 rigward l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/48/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ETS Nru 009), li jiggarantixxi d-dritt għat-tgawdija paċifika tal-proprjetà u ġie li interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem bħala li jinkludi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż fil-kawża Anheuser-Busch Inc. vs Il-Portugall (11 ta’ Jannar 2007),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/24/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/943/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu ta’ data mhux personali fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 303, 28.11.2018, p. 59, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1807/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 130, 17.5.2019, p. 92, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/790/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1024/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 186, 11.7.2019, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1150/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2020 dwar l-Intelliġenza Artifiċjali — Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċja (COM(2020)0065),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali dwar id-Drittijiet tal-Awtur u d-Dokument ta’ Pożizzjoni Rivedut dwar il-Politiki dwar il-Proprjetà Intellettwali u l-Intelliġenza Artifiċjali (WIPO/IP/AI/2/GE/20/1 REV) tad-29 ta’ Mejju 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2020 dwar drittijiet tal-proprjetà intellettwali għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 404, 6.10.2021, p. 129<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar il-governanza Ewropea tad-data u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (Att dwar il-Governanza tad-Data)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 152, 3.6.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/868/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ewropea konġunta dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 23, 23.1.2023, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar regoli armonizzati dwar l-aċċess ġust għad-data u l-użu tagħha u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva (UE) 2020/1828 (l-Att dwar id-Data)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2854, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2854/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) ta’ Mario Draghi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tat-12 ta’ Mejju 2025 tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea bit-titolu “The Development of Generative Artificial Intelligence from a Copyright Perspective” (L-iżvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali Ġenerattiva minn Perspettiva tad-Drittijiet tal-Awtur),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “L-Istat tad-Deċennju Diġitali 2025: Inkomplu nibnu s-sovranità u l-futur diġitali tal-UE” (COM(2025)0290),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Prattika tal-IA bi Skop Ġenerali, b’mod partikolari l-kapitolu tiegħu dwar id-drittijiet tal-awtur, ippubblikat mill-Kummissjoni fl-10 ta’ Lulju 2025 u fis-seħħ mit-2 ta’ Awwissu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra n-Nota Spjegattiva u l-Mudell għas-Sommarju Pubbliku tal-Kontenut tat-Taħriġ għall-IA bi skop ġenerali ppubblikati mill-Kummissjoni fl-24 ta’ Lulju 2025 u fis-seħħ mit-2 ta’ Awwissu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Generative AI and Copyright – Training, Creation, Regulation” (L-IA Ġenerattiva u d-Drittijiet tal-Awtur — Taħriġ, Ħolqien, Regolamentazzjoni) ikkummissjonat mid-Dipartiment Tematiku għall-Ġustizzja, il-Libertajiet Ċivili u l-Affarijiet Istituzzjonali tal-Parlament Ewropew fuq talba tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali<FOOTNOTE><FIELD> Lucchi, N. (2025), “Generative AI and copyright: Training, Creation, Regulation” (L-IA Ġenerattiva u d-Drittijiet tal-Awtur — Taħriġ, Ħolqien, Regolamentazzjoni), ref. PE 774.095, il-Parlament Ewropew.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0019/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi d-dritt għall-proprjetà, inkluża l-proprjetà intellettwali, huwa minqux bħala dritt fundamentali fl-Artikolu 17 tal-Karta u ġie kkwalifikat b’mod ċar fil-ġurisprudenza; billi r-rispett għal dan id-dritt irid jiġi ggarantit fl-istadji kollha tat-trasformazzjoni diġitali u tal-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali ġenerattiva (IA ġenerattiva);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-UE qed tiffaċċja sfida strateġika peress li għadha lura meta mqabbla mal-iżviluppi internazzjonali fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali (IA); billi fis-Summit ta’ Azzjoni dwar l-IA fi Frar 2025 f’Pariġi, il-Kummissjoni ħabbret il-Pjan ta’ Azzjoni għal Kontinent tal-IA, bl-għan li l-Ewropa ssir mexxejja dinjija fl-IA; billi għalhekk huwa essenzjali li jiġi promoss, pjuttost milli imxekkel, l-avvanz tat-teknoloġiji u s-servizzi tal-IA ġenerattiva fl-interess pubbliku fl-UE sabiex jiġu ssalvagwardjati s-sovranità teknoloġika, il-kompetittività, il-kultura multilingwi, u l-kapaċità għall-innovazzjoni tal-Ewropa filwaqt li nibqgħu leali lejn il-valuri tagħha u jiġi żgurat li l-iżvilupp teknoloġiku jappoġġja t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, il-kompetittività u l-innovazzjoni filwaqt li jiġi ffaċilitat l-aċċess wiesa’ għat-teknoloġiji tal-IA madwar l-UE; billi ż-żamma tal-kompetittività fit-tellieqa biex tittejjeb l-IA ġenerattiva tirrikjedi wkoll aċċess għal kontenut ta’ kwalità għolja, u li dan jissottolinja l-importanza ta’ settur kreattiv remunerat b’mod ġust bħala sors ta’ data ta’ taħriġ tal-IA ta’ kwalità għolja;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi s-settur kreattiv u kulturali għandu rwol ewlieni fis-salvagwardja tal-valuri u d-diversità kulturali Ewropej, u jirrappreżenta madwar 4 % tal-valur miżjud tal-UE u 6,9 % tal-prodott domestiku gross tal-UE; billi s-settur jimpjega madwar 8 miljun persuna, u dan jirfed id-diversità kulturali, il-koeżjoni soċjali, il-valuri u d-djalogu demokratiku tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi d-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali stabbiliet l-objettiv li jiġi żgurat ambjent diġitali ġust, sikur u sigur, fejn kulħadd, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), għandu jkollu l-possibbiltà li jikkompeti b’mod ġust u innovattiv; billi dan jinvolvi miżuri li jippromwovu t-traċċabbiltà, is-sikurezza u l-konformità tal-prodotti u s-servizzi offruti fis-suq uniku diġitali; billi l-firmatarji jimpenjaw ruħhom li jippromwovu sistemi tal-IA ċċentrati fuq il-bniedem, affidabbli u etiċi, użati b’mod trasparenti u f’konformità mal-valuri tal-UE; billi d-dikjarazzjoni tinsisti li t-trasformazzjoni diġitali għandha tikkontribwixxi għal soċjetà u ekonomija ġusti u inklużivi, u għall-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll għal teknoloġiji u standards miftuħa, bħala mod kif tissaħħaħ aktar il-fiduċja fit-teknoloġija u l-kapaċità tal-konsumaturi li jagħmlu għażliet awtonomi u infurmati;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi jidher li l-objettivi tad-Deċennju Diġitali tal-UE mhux se jintlaħqu mingħajr bidla trasformattiva fix-xenarju tal-investiment tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Boxxla għall-Kompetittività tal-UE għandha l-għan li tagħti spinta lill-innovazzjoni, b’mod partikolari billi toħloq ambjent favorevoli fl-Ewropa biex il-kumpaniji ġodda jibdew u jespandu, fl-ambitu ta’ strateġija ddedikata tal-UE għall-kumpaniji start-up u scale-up li tnediet fit-28 ta’ Mejju 2025; billi dan għandu jkun akkumpanjat minn inizjattiva għall-“applikazzjoni tal-IA” għall-kumpaniji ta’ kull daqs biex titħaffef l-integrazzjoni tat-teknoloġiji tal-IA fis-setturi strateġiċi kollha u tissaħħaħ is-sovranità teknoloġika tal-UE; billi s-setturi kulturali u kreattivi joħolqu impjiegi ġodda u bi kwalifiki għoljin, u jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku, is-setgħa diplomatika u l-ħolqien ta’ talenti tal-Ewropa; billi l-SMEs jikkostitwixxu l-maġġoranza l-kbira tan-negozji fis-settur kreattiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi d-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati jidħlu fis-seħħ awtomatikament mingħajr rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni; billi għalhekk jingħataw drittijiet esklużivi estensivi lil varjetà ta’ detenturi (awturi, artisti, produtturi, pubblikaturi u xandara), inklużi d-drittijiet li jirriproduċu xogħlijiet u materjal ieħor u li jadattawhom, ixerrduhom u jikkomunikawhom lill-pubbliku;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi hemm diversità kbira fl-industriji kulturali u kreattivi Ewropej, li l-prattiki kuntrattwali, il-ktajjen tal-valur, u t-tipi ta’ kontenut protetti mid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati tagħhom ivarjaw b’mod sinifikanti; billi f’xi setturi, id-detenturi tad-drittijiet jorganizzaw ruħhom b’mod kollettiv biex jiddefendu l-interessi tagħhom; billi x-xogħlijiet prodotti minn din il-firxa varjata ta’ atturi huma daqstant differenti u għalhekk jista’ jkollhom valuri differenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi d-drittijiet tal-awtur jeħtieġ li jżommu l-pass mal-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, kemm legalment kif ukoll teknikament; billi l-armonizzazzjoni tar-reġimi nazzjonali tad-drittijiet tal-awtur tkun kruċjali f’dinja diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-IA ġenerattiva hija tip ta’ IA li, b’mod differenti minn sistemi oħra tal-IA mfassla primarjament biex jikklassifikaw jew ibassru, tiġġenera kontenut ġdid, bħal test, immaġnijiet, mużika, vidjos u kodiċi, abbażi ta’ taħriġ bl-użu ta’ settijiet ta’ data kbar ħafna li minnhom jitgħallmu xejriet u strutturi; billi l-outputs tal-IA ġenerattiva jinħolqu permezz ta’ previżjonijiet ibbażati fuq mudelli statistiċi, ġeneralment jimitaw il-kreattività tal-bniedem u jiddependu fuq kontenut preeżistenti, li jista’ jinkludi materjali protetti bid-drittijiet tal-awtur; billi dan l-użu diġitali ta’ kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur jirriżulta fil-ħtieġa li l-protezzjoni ta’ kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur tiġi adattata b’mod diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-użu tal-IA jridu jkunu konformi bis-sħiħ mal-qafas legali attwali; billi huwa inaċċettabbli li dawn l-iżviluppi teknoloġiċi jiksru d-drittijiet stabbiliti bħalissa; billi s-sistemi attwali għar-riżerva tad-drittijiet (“opt out”) għal kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur spiss ma jkunux prattiċi, jaf ma jkoprux l-atti rilevanti kollha tal-estrazzjoni tat-test u tad-data, u ma jkollhomx it-trasparenza meħtieġa għal implimentazzjoni u infurzar effettivi; billi l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda bħall-IA u r-rispett tad-drittijiet stabbiliti, inklużi dawk minquxa fil-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur, ma għandhomx jeskludu lil xulxin, iżda pjuttost għandhom jiġu avvanzati flimkien;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi hemm evidenza tal-ksur mifrux tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur mill-fornituri tal-IA ġenerattiva, inkluż il-ġbir mhux awtorizzat ta’ xogħlijiet mill-internet, in-nuqqas ta’ konformità mar-riżervi tad-drittijiet għall-estrazzjoni tat-test u tad-data tad-detenturi tad-drittijiet, l-użu ta’ sorsi piratati biex jinkisbu xogħlijiet, u n-nuqqas ta’ tiftix ta’ ksib ta’ liċenzji; billi din ix-xejra, li tikkostitwixxi ksur ċar tad-drittijiet fundamentali tal-kreaturi u miżapproprjazzjoni tal-valur għad-detriment tas-settur kulturali u tal-informazzjoni tal-UE, turi l-ħtieġa ta’ miżuri b’saħħithom biex jiġi żgurat li l-ekosistema tal-IA fl-UE tkun ġusta u etika;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-mistoqsijiet legali ewlenin dwar l-interazzjoni bejn l-IA ġenerattiva u d-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati huma jekk l-użu ta’ xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur u materjal ieħor fis-settijiet tad-data tat-taħriġ huwiex legali skont id-dritt tal-UE u dak nazzjonali tal-Istati Membri, x’għandu jkun l-istatus legali tal-kontenut iġġenerat mill-IA, u kif jiġu żgurati t-trasparenza, il-kunsens u r-remunerazzjoni ġusta tal-kreaturi u tad-detenturi tad-drittijiet meta x-xogħlijiet protetti u materjal ieħor tagħhom jintużaw fil-ġenerazzjoni, it-tixrid u d-distribuzzjoni tal-outputs tal-IA;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-IA ġenerattiva, billi toħloq b’mod massiv u rħis kontenut li jimita dak li ġie prodott mill-kreattività tal-bniedem, tikkompeti direttament max-xogħol tal-kreaturi, b’mod partikolari tal-kontenut kulturali u tal-media; billi din il-kompetizzjoni tista’ twassal għal tnaqqis fil-kwalità tal-kontenut online bħala riżultat tad-diżimpenn tal-kreaturi, u b’hekk għal tnaqqis ġenerali fil-produzzjoni kulturali u kreattiva tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi dan ir-riskju ta’ għajbien gradwali tad-dimensjoni umana tal-ħolqien favur kontenut iġġenerat mill-IA, minbarra li jimmina l-vijabbiltà ekonomika tas-settur kreattiv, joħloq riskju eżistenzjali għas-soċjetà u d-demokrazija Ewropea, peress li jċajpar il-konfini bejn il-verità u l-falsità, il-perċezzjoni tad-diskors u l-awturi tiegħu, u jfixkel il-fakultajiet konjittivi u l-ħsieb kritiku; billi l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (l-Att dwar l-IA) iqis dawn ir-riskji, iżda ma jistax jitlesta mingħajr protezzjoni robusta tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi biex jiġu żgurati infurzar xieraq tal-liġi u kundizzjonijiet ekwi madwar l-UE u fost il-fornituri tal-IA, ir-regoli tal-UE u tal-Istati Membri dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati hemm bżonn li japplikaw b’mod uniformi għall-fornituri kollha tal-IA li jużaw prodotti jew li joffru servizzi fl-UE, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment tagħhom, mill-ġuriżdizzjoni li fiha jseħħu l-atti rilevanti għad-drittijiet tal-awtur li jirfdu t-taħriġ ta’ dawk il-mudelli tal-IA, u minn fejn jintuża l-output prodott mis-sistema tal-IA fl-UE; billi l-istess rekwiżit għandu japplika mutatis mutandis għal kwalunkwe użu sussegwenti ta’ kontenut għal inferenza, ġenerazzjoni awmentata mill-irkupru jew irfinar, mhux biss minn fornituri ta’ mudelli tal-IA, kif attwalment stipulat mill-Artikolu 53 tal-Att dwar l-IA, iżda wkoll minn fornituri jew utenti ta’ sistemi tal-IA; billi d-dħul fi ftehimiet ta’ liċenzjar ġodda ma għandux jiġi interpretat ħażin bħala rimedju għal użi mhux awtorizzati fil-passat ta’ kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi kwalunkwe fornitur tal-IA li jqiegħed mudell tal-IA bi skop ġenerali fis-suq tal-UE jeħtieġlu jibqa’ responsabbli biex jivverifika li l-miżuri inklużi fil-politika tiegħu dwar id-drittijiet tal-awtur, kif deskritt fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-IA bi Skop Ġenerali, jikkonformaw mal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-dritt tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, qabel ma jwettaq kwalunkwe att rilevanti għad-drittijiet tal-awtur fit-territorju tal-Istat Membru rilevanti, peress li n-nuqqas li jagħmel dan jista’ jwassal għal responsabbiltà skont id-dritt tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Kodiċi ta’ Prattika huwa biss ta’ konformità volontarja, u mhux il-fornituri kollha tal-IA ffirmawh, b’mod partikolari l-kapitolu tiegħu dwar id-drittijiet tal-awtur;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi n-natura globali u r-rata esponenzjali tat-taħriġ, l-introduzzjoni u l-offerti tal-IA minn naħa waħda, u l-applikazzjoni territorjali tar-regoli relatati mad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati min-naħa l-oħra, joħolqu ostakli għall-kisba ta’ liċenzjar dwar id-drittijiet rilevanti u biex il-prodotti u s-servizzi tal-IA jsiru disponibbli fis-suq tal-UE f’konformità ma’ dawk ir-regoli u d-drittijiet, b’mod simili iżda li żdied b’mod drammatiku għall-era diġitali mhux tal-IA;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-ġurisprudenza dwar is-suġġett tal-użu illeċitu ta’ kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur għat-taħriġ ta’ mudelli tal-IA għadha skarsa, iżda huma mistennija diversi deċiżjonijiet tal-qorti fil-futur qrib, peress li tressqu azzjonijiet ġudizzjarji minn diversi detenturi tad-drittijiet fl-UE u f’partijiet oħra tad-dinja kontra ċerti fornituri tal-IA;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi t-taħriġ tal-IA ġenerattiva, li huwa forma speċifika ta’ użu, jirrikjedi kjarifika tal-kundizzjonijiet legali li taħthom jista’ jitwettaq dan it-taħriġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi settijiet ta’ data ta’ taħriġ ta’ kwalità għolja, ibbażati fuq il-bnedmin (mhux sintetiċi) u komprensivi huma essenzjali kemm għar-riċerka kif ukoll għall-iżvilupp kummerċjali effettiv tas-sistemi tal-IA ġenerattiva u biex jiġu żgurati outputs ta’ kwalità għolja u affidabbli mis-sistemi tal-IA ġenerattiva; billi l-iffaċilitar tal-ħolqien u l-użu legali ta’ tali settijiet ta’ data fl-UE, li jeskludi materjal piratat, mhux awtorizzat jew li jikser b’xi mod ieħor id-drittijiet tal-awtur, huwa għalhekk kruċjali biex titrawwem l-innovazzjoni, tiġi żgurata s-sovranità teknoloġika u kulturali, tinżamm il-kompetittività tal-UE fix-xenarju globali tal-IA li qed jevolvi malajr u jiġu protetti l-industriji kulturali u kreattivi tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi t-tnedija taċ-Ċentru tal-Għarfien dwar id-Drittijiet tal-Awtur tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tirrappreżenta inizjattiva f’waqtha u ta’ min ifaħħarha li għandha l-għan li tipprovdi informazzjoni utli u affidabbli dwar id-drittijiet tal-awtur u ssaħħaħ l-interfaċċa bejn is-sidien tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati u r-rappreżentanti u l-partijiet ikkonċernati li jaġixxu fil-qasam tat-teknoloġiji emerġenti, b’mod partikolari l-IA ġenerattiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi d-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom il-possibbiltà li jużaw għodod li jippermettulhom jeskludu b’mod effettiv l-użu tax-xogħlijiet tagħhom fit-taħriġ tal-IA f’għadd limitat ta’ formati standardizzati li jinqraw mill-magni, potenzjalment ġestiti u elenkati mill-EUIPO, u b’hekk jippermettu l-esklużjoni effettiva tax-xogħlijiet irreġistrati mill-crawling awtomatizzat tad-data u jipprovdu ċertezza legali kemm lid-detenturi tad-drittijiet kif ukoll lill-fornituri tal-IA;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi kwalunkwe fornitur jew implimentatur ta’ mudelli u sistemi tal-IA ġenerattiva għandu jiżgura t-trasparenza fir-rigward tal-kontenut kollu protett bid-drittijiet tal-awtur użat biex iħarreġ dawk il-mudelli u s-sistemi, irrispettivament mill-ġuriżdizzjoni li fiha jseħħu l-atti rilevanti għad-drittijiet tal-awtur li jirfdu t-taħriġ tal-mudelli tal-IA ġenerattiva tagħhom; billi din it-trasparenza trid tikkonsisti f’lista dettaljata li tidentifika kull kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur użat għat-taħriġ; billi l-istess rekwiżit għandu japplika mutatis mutandis għal kwalunkwe użu sussegwenti ta’ dan il-kontenut għal skopijiet oħra, inklużi l-inferenza, il-ġenerazzjoni awmentata mill-irkupru jew irfinar, mhux biss minn fornituri ta’ mudelli tal-IA, kif attwalment stipulat mill-Artikolu 53 tal-Att dwar l-IA, iżda wkoll minn fornituri jew utenti ta’ sistemi tal-IA; billi użi bħall-inferenza u l-ġenerazzjoni awmentata mill-irkupru essenzjalment iseħħu kontinwament u f’ħin reali; billi, f’każijiet bħal dawn, it-trasparenza għandha tinkludi l-att ta’ crawling innifsu, fejn, minn naħa waħda, il-crawlers huma meħtieġa jidentifikaw lilhom infushom mal-operaturi tal-web, u, min-naħa l-oħra, il-fornituri jew l-implimentaturi tal-IA huma meħtieġa jżommu rekords dettaljati tal-attivitajiet ta’ crawling tagħhom; billi preżunzjoni li l-kontenut ikun ġie crawled, inkluż għal skopijiet ta’ inferenza u ġenerazzjoni awmentata mill-irkupru, għandha tapplika meta s-sistemi tal-IA jittrattaw mistoqsijiet tal-utenti; billi s-sempliċi informazzjoni tal-kontenut ta’ parti terza użat mill-fornituri u l-implimentaturi tal-IA u l-IA ġenerattiva ma tikkostitwixxix sigrieti kummerċjali skont id-dritt tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi tali trasparenza tista’ tiġi ffaċilitata permezz ta’ intermedjarju fdat, bħall-EUIPO, li jkun responsabbli biex jinnotifika lid-detenturi tad-drittijiet dwar l-użu tal-kontenut tagħhom, u b’hekk ikunu jistgħu jasserixxu pretensjonijiet fir-rigward tal-użu tiegħu għat-taħriġ; billi tali intermedjarju għandu jingħata s-setgħat u r-riżorsi meħtieġa biex jivvaluta jekk il-fornituri u l-implimentaturi jikkonformawx bis-sħiħ mal-obbligi ta’ trasparenza tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi, it-trasparenza tista’ tinkiseb ukoll billi d-detenturi tad-drittijiet jitħallew jimmarkaw b’marka tal-ilma x-xogħlijiet tagħhom u materjal protett ieħor, u billi l-fornituri tal-IA jintalbu jżommu dawn il-marki tal-ilma mhux mibdula, u jagħmlu disponibbli għodod ta’ tiftix li jippermettu l-kxif ta’ tali marki tal-ilma fost il-materjali użati għat-taħriġ tal-IA;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi, minbarra l-obbligu ta’ trasparenza dwar xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur u materjal protett ieħor, hemm il-ħtieġa li jiġi stabbilit mekkaniżmu li, taħt ċerti kundizzjonijiet, in-nuqqas mill-fornituri tal-IA jew tal-implimentaturi tal-mudelli u s-sistemi tal-IA li jipprovdu trasparenza sħiħa għandu jwassal għal preżunzjoni konfutabbli li kwalunkwe xogħol rilevanti protett bid-drittijiet tal-awtur jew materjal protett ieħor ikun intuża għal skopijiet ta’ taħriġ, inferenzjar jew ġenerazzjoni awmentata mill-irkupru, u b’hekk jiskatta l-konsegwenzi legali applikabbli kollha skont id-dritt tal-UE u nazzjonali għall-ksur tad-drittijiet tal-awtur jew tad-drittijiet relatati; billi, meta qorti tiddeċiedi favur detentur tad-drittijiet jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom fuq il-bażi ta’ preżunzjoni bħal din jew ta’ evidenza ppreżentata, il-kostijiet legali raġonevoli u proporzjonati kollha u spejjeż oħra għandhom jitħallsu mill-fornitur tal-IA;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi s-settur tal-istampa għandu rwol vitali fis-salvagwardja tad-demokrazija u tal-istrutturi demokratiċi fl-UE; billi huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-mudelli u s-sistemi tal-IA ġenerattiva ma jinvolvux ruħhom fi pproċessar selettiv li jiffavorixxi ċerti pubblikazzjonijiet fuq oħrajn, u b’hekk jiġu ppreżervati l-pluralità u l-imparzjalità tal-informazzjoni; billi l-mudelli u s-sistemi tal-IA ġenerattiva jridu jkunu mfassla biex jinkorporaw u jikkunsidraw l-ispettru sħiħ tal-pubblikazzjonijiet tal-istampa sabiex jirrispettaw il-valuri demokratiċi fundamentali tad-diversità u l-ġustizzja fid-diskors pubbliku; billi hemm bżonn li jiġu stabbiliti standards ta’ kwalità ċari għall-mudelli u s-sistemi tal-IA ġenerattiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi t-trasparenza fir-rigward tal-output iġġenerat mis-sistemi tal-IA hija essenzjali biex tippermetti klassifikazzjoni xierqa tal-kontenut bħala “ġġenerat mill-IA” jew “maħluq mill-bniedem”, skont jekk l-output jissodisfax il-kriterji stabbiliti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur; billi tali klassifikazzjoni tinvolvi konsegwenzi legali sinifikanti, inkluż għall-applikabbiltà tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u għad-determinazzjoni tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet; billi l-fiduċja taċ-ċittadini fl-IA tista’ tinbena biss fuq qafas regolatorju, li jiżgura li kwalunkwe sistema tal-IA li titħaddem tirrispetta u tikkonforma bis-sħiħ mat-Trattati, il-Karta u d-dritt sekondarju tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi, fir-rigward tat-trattament legali tal-outputs tal-IA ġenerattiva, id-dritt tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur jibqa’ bbażat fuq il-prinċipji tal-awtur uman; billi skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-kunċett ta’ “xogħol” jinvolvi żewġ kundizzjonijiet kumulattivi: l-ewwel nett, irid ikun suġġett oriġinali li jirrifletti l-kreazzjoni intellettwali tal-awtur stess, u t-tieni nett, dik il-kreazzjoni trid tiġi espressa b’mod li jagħmilha identifikabbli bi preċiżjoni u oġġettività suffiċjenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-IA ġenerattiva qed tintuża dejjem aktar bħala għodda biex tgħin fl-infurzar tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati; billi l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-użu tal-IA ġenerattiva għall-infurzar tat-talbiet għad-drittijiet tal-awtur ikun soġġett għal salvagwardji effettivi, inklużi salvagwardji kontra l-użu ħażin, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, speċjalment il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi regoli internazzjonali inkonsistenti dwar l-eliġibbiltà tad-drittijiet tal-awtur tal-kontenut iġġenerat mill-IA jippreżentaw riskju għall-koerenza globali tad-dritt dwar il-proprjetà intellettwali u jistgħu jikkawżaw arbitraġġ regolatorju jew jimminaw il-kompetittività tas-setturi kreattivi u tal-IA tal-UE; billi l-konverġenza internazzjonali u l-istabbiliment ta’ qafas regolatorju globali jipprovdu alternattiva aktar effettiva u koerenti għall-frammentazzjoni attwali tal-approċċi legali; billi r-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-IA u d-drittijiet tal-awtur ma għandhiex tiġi affettwata minn pressjoni politika esterna; billi, f’dan il-kuntest, l-UE jeħtiġilha toffri rispons b’saħħtu u magħqud biex tiżgura l-funzjonament tas-suq intern tagħha, tipproteġi l-forza tax-xogħol u l-kompetittività tagħha, issaħħaħ l-awtonomija teknoloġika tagħha u tistabbilixxi standards globali fil-qasam tal-proprjetà intellettwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tad-dritt tal-UE fir-rigward tas-servizzi ġenerattivi kollha tal-IA u biex jiġi evitat li fornituri mhux ibbażati fl-UE jiksbu vantaġġ kompetittiv inġust permezz ta’ nuqqas ta’ konformità, huwa essenzjali li r-regoli li jipproteġu u jinfurzaw id-drittijiet tal-awturi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali japplikaw b’mod effettiv għas-servizzi kollha li joperaw fis-suq tal-UE; billi l-konċentrazzjoni li qed tikber tal-poter f’idejn ftit kumpaniji kbar mhux Ewropej iżżid id-dipendenza strateġika tal-UE u ddgħajjef il-kapaċità tal-kreaturi Ewropej u tal-istampa Ewropea li jeżerċitaw u jinfurzaw id-drittijiet tagħhom; billi, sa fejn permess skont id-dritt tal-UE u dak internazzjonali, il-prinċipju tat-territorjalità tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur irid jiġi adattat għat-taħriġ ta’ sistemi tal-IA ġenerattiva sabiex jiġi żgurat li l-użu tal-kontenut Ewropew ikun soġġett għad-dritt tal-UE anke meta tali taħriġ iseħħ barra mill-UE, li huwa fundamentali biex tiġi ggarantita remunerazzjoni ġusta għall-kreaturi u d-detenturi tad-drittijiet Ewropej u biex tiġi ssalvagwardjata l-vitalità kulturali u kreattiva tal-UE, kif ukoll biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri Ewropej u mhux Ewropej tas-sistemi tal-IA ġenerattiva; billi s-sistemi tal-IA ġenerattiva li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu pprojbiti milli joperaw fl-UE u dawn il-prinċipji għandhom jiġu infurzati b’mod robust;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-avvanz rapidu tal-IA ġenerattiva żied b’mod sinifikanti l-possibbiltajiet li jinħolqu u jinxterdu immaġnijiet diġitali, kontenut awdjo jew vidjo manipulati realistiċi inklużi xogħlijiet u spettakli tal-artisti, li jixbhu jew jimitaw persuni reali, magħrufa bħala “deep fakes”, li jidhru awtentiċi jew veritieri meta ma jkunux; billi l-użu ħażin ta’ tali kontenut joħloq riskju għall-identità ta’ dawn in-nies u l-personalità tagħhom, inklużi ġisimhom, il-karatteristiċi ta’ wiċċhom u l-vuċi tagħhom;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota l-ambigwitajiet li kien hemm s’issa fl-applikazzjoni tad-Direttiva CDSM fil-kuntest tat-taħriġ dwar l-IA ġenerattiva u jirrakkomanda kjarifika malajr dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jemmen li l-liġi attwali dwar id-drittijiet tal-awtur mhijiex biżżejjed biex tindirizza l-isfida tal-liċenzjar ta’ materjal protett bid-drittijiet tal-awtur għall-IA ġenerattiva; jappella għal qafas legali addizzjonali biex jiġu ċċarati r-regoli tal-liċenzjar għall-IA ġenerattiva u biex jiġi indirizzat il-ksur potenzjali tal-liġi attwali dwar id-drittijiet tal-awtur; jinsisti li tali qafas għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-kooperazzjoni effettiva tal-fornituri tal-IA ġenerattiva mal-kreaturi u detenturi oħra tad-drittijiet, inkluż suq tal-liċenzjar li jiffunzjona li jreġġa’ lura s-setgħa ta’ negozjar tad-detenturi tad-drittijiet u soluzzjonijiet ta’ protezzjoni vijabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li kwalunkwe eċċezzjoni għad-drittijiet attwali skont l-acquis dwar id-drittijiet tal-awtur, inkluż dwar l-IA, trid tkun konformi mat-test fi tliet stadji skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva InfoSoc u skont il-Konvenzjoni ta’ Bern; jinnota li l-kunċett ta’ “aċċess legali” jeskludi kopji piratati u li jiksru d-drittijiet tal-awtur ta’ xogħlijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-attivitajiet imwettqa għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika jew edukattivi, b’mod partikolari minn organizzazzjonijiet ta’ riċerka u istituzzjonijiet tal-wirt kulturali, jew fil-qafas tal-innovazzjoni mhux kummerċjali, ma jkunux ristretti, f’konformità mal-prinċipju li jinsab fl-Artikolu 13 tal-Karta; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-isfruttament kummerċjali tar-riżultati tar-riċerka li jirriżultaw minn dawn l-attivitajiet ma jkunx ristrett, dment li jkunu nkisbu awtorizzazzjonijiet adegwati mid-detenturi tad-drittijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni li d-detenturi tad-drittijiet, speċjalment mis-settur tal-istampa u tal-media tal-aħbarijiet, u speċjalment il-pubblikaturi tal-istampa, il-ġurnalisti u l-edituri tal-aħbarijiet, jeħtiġilhom ikollhom kontroll sħiħ fuq l-użu diġitali tal-kontenut tagħhom mis-sistemi u l-mudelli tal-IA għal skopijiet ta’ taħriġ; jisħaq li dan il-kontroll għandu jkun ibbażat fuq possibbiltà robusta u li tiffunzjona biex jiġi eskluż tali użu minn sistemi u mudelli tal-IA, mirfuda minn trasparenza sħiħa u dokumentazzjoni tas-sors dwar l-użu ta’ kontenut ta’ partijiet terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jemmen, barra minn hekk, li d-detenturi tad-drittijiet imsemmija jrid ikollhom kontroll sħiħ fuq l-użu tal-kontenut tagħhom għal skopijiet lil hinn mit-taħriġ tal-IA, bħall-inferenzjar u l-ġenerazzjoni awmentata mill-irkupru minn sistemi bħal applikazzjonijiet, jew l-użu għal finijiet li jwasslu għall-produzzjoni ta’ offerti ġġenerati mill-IA u li jikkompetu fis-swieq primarji tad-detenturi tad-drittijiet; jemmen li l-użu ta’ kontenut protett għal tali finijiet lil hinn mit-taħriġ jista’ jsir biss bil-kunsens espliċitu tad-detenturi tad-drittijiet; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tesplora kif id-drittijiet anċillari għall-pubblikaturi tal-istampa, il-ġurnalisti u l-edituri tal-aħbarijiet, u drittijiet relatati oħra, inkluż għall-produtturi tal-media tal-aħbarijiet u x-xandara tal-aħbarijiet, jistgħu jiġu estiżi biex ikopru dawk il-finijiet; jemmen li tali drittijiet ta’ remunerazzjoni jistgħu jiġu ġestiti wkoll taħt sistema ta’ liċenzjar kollettiv volontarju, fejn tista’ tiġi prevista preżunzjoni ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet f’isem id-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-użi relatati mal-IA tal-kontenut tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-detenturi tad-drittijiet li jagħżlu liċenzjar individwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tissalvagwardja s-settur tal-istampa u tal-media tal-aħbarijiet, li s-servizzi tagħhom jiġu sfruttati ripetutament u bis-sħiħ mis-sistemi tal-IA, u tivvaluta u, fejn xieraq, tipproponi mekkaniżmi li jiżguraw li l-fornituri ta’ mudelli jew sistemi tal-IA ġenerattiva li jiddevjaw b’mod dimostrabbli t-traffiku u d-dħul mill-istampa u l-mezzi tal-media tal-aħbarijiet jikkumpensaw lil dawn il-mezzi b’mod ġust, proporzjonat u nondiskriminatorju, b’attenzjoni partikolari għall-media lokali u reġjonali, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-pluraliżmu, id-diversità u d-diskors demokratiku tal-media fl-UE u fl-Istati Membri tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota l-użu dejjem jikber tal-IA ġenerattiva biex jiġi aggregat jew ippreżentat il-kontenut tal-aħbarijiet u l-effetti estensivi tagħha fuq l-aċċess għall-informazzjoni u d-diversità tagħha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-infurzar sħiħ tad-dritt tal-UE biex jindirizzaw dan il-fenomenu; jisħaq li tali sistemi għandhom jirrispettaw il-prinċipji li jirfdu l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1083 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media) (ĠU L, 2024/1083, 17.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1083/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u jikkontribwixxu għalihom, b’mod partikolari l-pluraliżmu tal-media u d-diversità tal-informazzjoni; jissottolinja l-ħtieġa ta’ infurzar xieraq tal-Artikolu 34 tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali meta tali fornituri jiġu ddeżinjati bħala pjattaformi online jew magni tat-tiftix kbar ħafna, filwaqt li jiġi żgurat li r-riskji sistemiċi għal-libertà u l-pluraliżmu tal-media jiġu indirizzati kif xieraq; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tindirizza malajr kwalunkwe ksur tal-Att dwar is-Swieq Diġitali fir-rigward ta’ prattiki potenzjali ta’ awtopreferenzjar minn gwardjani li jkunu ta’ benefiċċju għas-servizzi tal-IA tagħhom u li jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni ġusta mal-utenti kummerċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita, permezz ta’ konsultazzjoni mas-soċjetajiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, l-istabbiliment ta’ ftehimiet volontarji ta’ liċenzjar kollettiv għal kull settur, fejn xieraq, bħala mezz biex jiġi stabbilit malajr suq tal-liċenzjar li jaħdem li jipprovdi qafas ibbilanċjat u effiċjenti li jiżgura r-remunerazzjoni ġusta tad-detenturi tad-drittijiet filwaqt li jippermetti lill-fornituri tal-IA jaċċedu għal data ta’ taħriġ ta’ kwalità għolja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li tali ftehimiet ta’ liċenzjar kollettiv ikunu aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-kreaturi individwali u l-SMEs, filwaqt li tippromwovi negozjati bona fide u trasparenza; ifakkar li r-rifjut tad-detenturi tad-drittijiet li l-kontenut tagħhom jintuża għal skopijiet ta’ taħriġ irid jiġi rrispettat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi ċertezza legali kemm għad-detenturi tad-drittijiet kif ukoll għall-fornituri tal-IA u tivvaluta l-ħtieġa u l-fattibbiltà ta’ għodod li jippermettu lid-detenturi tad-drittijiet jeskludu b’mod effettiv l-użu tax-xogħlijiet tagħhom mit-taħriġ fl-IA f’għadd limitat ta’ formati standardizzati li jinqraw mill-magni ġestiti minn intermedjarju fdat; jipproponi li l-EUIPO jsir l-intermedjarju fdat li jimmaniġġja u jelenka l-esklużjonijiet u jista’ jirreferi għal katalogi oħra ta’ esklużjonijiet diġà eżistenti; jisħaq li l-parteċipazzjoni fi kwalunkwe mekkaniżmu ġdid għandha tkun sempliċi u kosteffiċjenti u ma għandhiex tinvalida jew tinjora r-rifjuti espressi qabel, filwaqt li tipprovdi lill-fornituri tal-IA b’għodda komprensiva biex tiġi żgurata l-konformità mad-drittijiet tal-awtur; jemmen li l-ħolqien ta’ tali mekkaniżmi għandu jitfassal u jiġi vvalutat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati affettwati, b’mod partikolari d-detenturi tad-drittijiet, il-fornituri tal-IA u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi rispettivi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tassenja wkoll lill-EUIPO r-responsabbiltà li jappoġġja proċess ta’ liċenzjar volontarju bbażat fuq is-settur, sabiex jiġu ssimplifikati r-relazzjonijiet bejn il-fornituri tal-IA ġenerattiva u d-detenturi tad-drittijiet, jiġi stabbilit qafas fattibbli u favorevoli għall-innovazzjoni li jappoġġja l-kompetittività tal-UE u ma jfixkilx bla bżonn l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-IA, mingħajr ma jinvolvi piżijiet amministrattivi sproporzjonati jew joħloq riskju għall-infurzabbiltà tad-drittijiet esklużivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi t-trasparenza u d-dokumentazzjoni tas-sors dwar l-użu ta’ xogħol protett bid-drittijiet tal-awtur jew materjal protett ieħor lill-fornituri u lill-implimentaturi ta’ mudelli u sistemi tal-IA bi skop ġenerali, imqiegħda fis-suq fl-UE, inkluż għall-konformità ta’ nonparteċipazzjoni ma’ intermedjarju fdat, bħall-EUIPO; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli taħdem mal-fornituri tal-IA u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex ittejjeb il-mudell għad-data tat-taħriġ; iqis li għal finijiet bħall-inferenzjar u l-ġenerazzjoni awmentata mill-irkupru, li jirrikjedu crawling kontinwu u f’ħin reali, it-trasparenza għandha tiġi kkomplementata minn obbligu għall-crawlers li jkunu identifikabbli għall-operatur tal-web u għall-kumpaniji tal-IA li jżommu rekords dettaljati ta’ kwalunkwe attività ta’ crawling imwettqa, filwaqt li titqies kif xieraq il-ħtieġa li jiġu protetti s-sigrieti kummerċjali u l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali u jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn tali protezzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-obbligi ta’ trasparenza; jenfasizza li l-marki tal-ilma diġitali, li jinvolvu l-inseriment diskret ta’ firma, kodiċi, jew informazzjoni speċifika direttament f’kontenut protett — test, immaġni, vidjo jew awdjo — huwa għodda innovattiva u robusta għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati; jenfasizza li l-Kummissjoni jeħtiġilha trawwem ukoll ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ standards għal soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi li jtejbu l-kapaċità li tiġi vverifikata l-informazzjoni tas-sett tad-data, inklużi l-marki tal-ilma kriptografiċi; iqis li kwalunkwe mekkaniżmu ġdid ta’ nonparteċipazzjoni m’għandu jinvalida l-ebda nonparteċipazzjoni espressa qabel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iqis li ma għandu jiġi stabbilit l-ebda qafas legali li jirregola t-taħriġ tal-IA ġenerattiva fuq xogħlijiet u oġġetti oħra protetti bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati mingħajr ma tiġi stabbilita trasparenza sħiħa rigward l-użu ta’ tali data u l-protezzjoni u l-infurzar effettivi tad-drittijiet tal-kreaturi, li jirrestawra d-dritt assolut tal-kreaturi li jiżguraw is-setgħa ta’ negozjar sħiħa tagħhom bil-ħsieb li jiksbu remunerazzjoni xierqa u proporzjonata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq li l-Kodiċi ta’ Prattika, il-linji gwida u l-mudelli tal-IA bi Skop Ġenerali għandhom jiġu riveduti u ttrattati bħala dokumenti ħajjin li jirrikjedu aġġornamenti regolari biex jiġu indirizzati l-isfidi emerġenti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u l-iżvilupp tal-IA; jinnota li dan il-Kodiċi ta’ Prattika huwa għodda temporanja biex tintwera l-konformità mal-Att dwar l-IA sakemm jiġu żviluppati standards armonizzati, kif enfasizzat fil-linji gwida ppubblikati mill-Uffiċċju Ewropew għall-IA fit-18 ta’ Lulju 2025; jilqa’ d-direzzjoni li qed tittieħed fil-kapitolu dwar id-drittijiet tal-awtur tal-Kodiċi ta’ Prattika bi Skop Ġenerali, inklużi l-impenji dwar id-dokumentazzjoni tas-settijiet tad-data, in-nonparteċipazzjoni u t-trattament tal-ilmenti, filwaqt li jinnota n-nuqqasijiet li fadal; jistieden lill-Uffiċċju Ewropew għall-IA jinforza dawn id-dispożizzjonijiet b’mod robust u jiffaċilita l-ħidma lejn il-kisba tal-ogħla standards tal-UE għal konformità effiċjenti mar-rekwiżiti inkwistjoni, u jħeġġeġ lill-firmatarji jadottaw politika pubblika dwar id-drittijiet tal-awtur u joperaw mekkaniżmu tal-ilmenti aċċessibbli u marbut biż-żmien li jipprovdi rimedju effettiv għad-detenturi tad-drittijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, indipendentement mir-rieżami ppjanat tagħha tal-qafas tad-drittijiet tal-awtur u tad-Direttiva CDSM u qabel ma jinbeda dar-rieżami u mingħajr ma tassumi l-ħtieġa għal reviżjoni leġiżlattiva, twettaq b’mod urġenti valutazzjoni bir-reqqa biex issib soluzzjoni malajr ta’ jekk l-acquis eżistenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur jindirizzax b’mod adegwat l-inċertezza legali u l-effetti kompetittivi assoċjati mal-użu ta’ xogħlijiet protetti u suġġetti oħra għat-taħriġ ta’ sistemi tal-IA ġenerattiva, l-implikazzjonijiet teritorjali, is-sostenibbiltà ta’ riżorsi oħra disponibbli għall-pubbliku bħall-enċiklopediji, il-libreriji u l-arkivji online, kif ukoll it-tixrid ta’ kontenut iġġenerat bl-IA li jista’ jissostitwixxi l-espressjoni maħluqa mill-bniedem; jisħaq li din il-valutazzjoni għandha titwettaq bl-użu ta’ approċċ olistiku, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi r-riċerkaturi, l-universitajiet, il-libreriji, l-organizzazzjonijiet kulturali, l-iżviluppaturi Ewropej tal-IA, inklużi l-istart-ups, il-mezzi tal-aħbarijiet u s-settur kreattiv, fir-rigward tal-użu u l-iżvilupp tal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jafferma li, f’konformità mad-dritt tal-UE u dak internazzjonali u bil-ħsieb li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn is-servizzi tal-IA ġenerattiva bbażati fl-UE u dawk mhux ibbażati fl-UE, filwaqt li jiġu ggarantiti protezzjoni xierqa u remunerazzjoni ġusta għall-kreaturi għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom, jissaħħaħ il-liċenzjar ta’ tali xogħlijiet, u fl-aħħar mill-aħħar tiġi promossa l-vitalità kulturali tal-UE, il-prinċipju tat-territorjalità għandu jiġi interpretat b’tali mod li, meta l-mudelli u s-sistemi tal-IA ġenerattiva jiġu introdotti jew isiru disponibbli fis-suq tal-UE, id-dritt tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur, kif imfakkar fil-premessa 106 tal-Att dwar l-IA, japplika irrispettivament mill-ġuriżdizzjoni li fiha jseħħu l-atti rilevanti għad-drittijiet tal-awtur li jirfdu t-taħriġ ta’ dawk il-mudelli u s-sistemi tal-IA ġenerattiva, bil-konsegwenza li, fejn id-drittijiet tal-awtur ma jiġux osservati, dawk il-mudelli u s-sistemi jiġu pprojbiti milli jiġu introdotti jew isiru disponibbli fis-suq tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrakkomanda, barra minn hekk, li tali valutazzjoni jkollha l-għan li żżomm qafas li fih tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward tal-użu ta’ xogħol protett bid-drittijiet tal-awtur jew materjal protett ieħor u li fih mekkaniżmi ta’ remunerazzjoni ġusti u proporzjonati għal tali użu jippermettu l-ġenerazzjoni tar-riżorsi meħtieġa biex il-produzzjoni artistika u kreattiva Ewropea tirnexxi fil-kuntest ta’ trasformazzjoni globali mmexxija mill-IA u għas-sostenibbiltà tal-ekosistema tal-informazzjoni pubblika; jisħaq fuq l-urġenza li jiġu żgurati dawn il-kundizzjonijiet sabiex jiġi evitat ir-riskju dejjem akbar li l-kreattività tal-bniedem tisparixxi gradwalment favur kontenut iġġenerat mis-sistemi tal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota l-użu ta’ sistemi ta’ IA ġenerattiva li jiddependu bil-kbir fuq kontenut protett, li jirriproduċuh mingħajr awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet affettwati minn tali użu jew mingħajr kumpens lilhom, b’mod partikolari meta jkunu integrati f’magni tat-tiftix jew f’servizzi diġitali oħra li jippermettu l-ġenerazzjoni, spiss f’ħin reali u bi spiża marġinali, ta’ kontenut li jivvjola xogħlijiet oriġinali u materjal protett ieħor li fuqhom il-mudelli ġew imħarrġa jew li sarilhom scraping, inkluż f’ħin reali, minn tali mudelli; jinsab allarmat li dawn il-prattiki jistgħu jirriżultaw fil-provvista ta’ prodotti u servizzi li jikkompetu direttament u b’mod inġust ma’ dawk tad-detenturi tad-drittijiet, inkluż permezz tal-awtopreferenzjar illegali tal-gwardjani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li l-liċenzjar volontarju, kemm jekk individwali kif ukoll jekk kollettiv, jirfed is-suċċess tas-setturi kreattivi billi jiżgura l-flessibbiltà li jintgħażel l-aktar mudell xieraq għal kull użu, filwaqt li jenfasizza li d-detenturi tad-drittijiet jeħtiġilhom jibqgħu liberi li jiddeterminaw jekk jilliċenzjawx ix-xogħlijiet tagħhom għal sistemi tal-IA ġenerattiva u li jistabbilixxu r-remunerazzjoni korrispondenti, sabiex jissalvagwardjaw id-diversità settorjali u jipprevjenu distorsjonijiet tas-suq li jistgħu jimminaw il-vijabbiltà tal-industriji kreattivi u tal-istampa Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jappella għall-istabbiliment ta’ qafas ta’ liċenzjar koerenti u li jiffunzjona fir-rigward tal-użu ta’ kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati, biex jippermetti r-remunerazzjoni ġusta tal-kreaturi għall-isfruttament tal-kontenut tagħhom protett bid-drittijiet tal-awtur minn mudelli tal-IA ġenerattiva; iħeġġeġ lill-fornituri tal-mudelli tal-IA jfittxu li jiksbu liċenzji mid-detenturi tad-drittijiet u jisħaq li trasparenza effettiva u komprensiva fir-rigward tax-xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur u l-kontenut użat għat-taħriġ tal-mudelli tal-IA hija prerekwiżit essenzjali għall-iżvilupp ta’ tali suq; jirrakkomanda, f’dan ir-rigward, li jissaħħu l-obbligi ta’ infurzar u trasparenza għall-iżviluppaturi tal-IA li jużaw tali kontenut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk hemmx soluzzjoni possibbli għar-remunerazzjoni immedjata, ġusta u proporzjonata għall-użi fil-passat ta’ xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur minn fornituri ta’ mudelli u sistemi tal-IA bi skop ġenerali fir-rigward tal-użu ta’ kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati fejn suq tal-liċenzjar ikun għadu ma setax jiġi stabbilit, fejn tali obbligu japplika sakemm jissaħħu r-riformi previsti f’dan ir-rapport; jopponi, f’dan ir-rigward, kwalunkwe proposta għal qafas ibbażat fuq il-fatt li l-fornituri tal-IA jiksbu liċenzja globali għat-taħriġ tal-mudelli tal-IA ġenerattiva tagħhom bi skambju għal pagament b’rata fissa; iqis li l-valur tal-kontenut protett bid-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati jrid ikun proporzjonat u ddeterminat abbażi ta’ fatturi rilevanti, permezz ta’ negozjati bona fide bejn id-detenturi tad-drittijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-fornituri tal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-EUIPO jikkoordinaw l-isforzi lejn is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur fost l-iżviluppaturi u l-fornituri tal-IA, li jistgħu jinkludu listi ta’ kontroll tal-konformità, settijiet ta’ għodod legali u teknoloġiċi u gwidi tekniċi, kif ukoll joħolqu sensibilizzazzjoni fost id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur billi jipprovdu informazzjoni utli u affidabbli dwar id-drittijiet tal-awtur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment taċ-Ċentru ta’ Għarfien dwar id-Drittijiet tal-Awtur tal-EUIPO, peress li dan se jkollu rwol vitali biex jiggwida l-użu tad-drittijiet tal-awtur fl-era tal-IA ġenerattiva billi jqajjem kuxjenza, jippromwovi ċ-ċarezza legali u jrawwem qafas ibbilanċjat li jappoġġja l-kreattività, l-innovazzjoni, il-preservazzjoni kulturali u l-kompetittività Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-istabbiliment ta’ suppożizzjoni konfutabbli li, għal kwalunkwe mudell jew sistema ta’ IA ġenerattiva mqiegħda fis-suq tal-UE, xogħlijiet u materjal ieħor protetti bid-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati ntużaw għall-finijiet tat-taħriġ, l-inferenzjar jew il-ġenerazzjoni awmentata mill-irkupru meta ma jkunx hemm konformità sħiħa mal-obbligi ta’ trasparenza stabbiliti f’din ir-riżoluzzjoni; jirrakkomanda, barra minn hekk, li meta detentur tad-drittijiet jew organizzazzjoni li tirrappreżentah jiġi deċiż favurihom fi proċedimenti legali jew abbażi ta’ din il-preżunzjoni jew permezz ta’ evidenza ppreżentata, li kwalunkwe spiża legali raġonevoli u proporzjonata u spejjeż oħra mġarrba fl-infurzar ta’ dawn id-drittijiet jitħallsu mill-fornitur tal-mudell jew tas-sistema tal-IA skont kif applikabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinsisti li l-kontenut iġġenerat bis-sħiħ mill-IA li ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għandu jibqa’ ineliġibbli għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, u li l-istatus ta’ dominju pubbliku ta’ tali outputs jiġi ddeterminat b’mod ċar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora miżuri biex tiġġieled il-ksur tad-drittijiet ta’ riproduzzjoni, ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku permezz tal-produzzjoni ta’ outputs tal-IA ġenerattiva, dment li tali miżuri ma jirriżultawx fil-prevenzjoni tal-produzzjoni ta’ outputs tal-IA ġenerattiva li jinkludu xogħlijiet jew materjal ieħor li ma jiksrux id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, inkluż għall-użu privat, kwotazzjoni, kritika, rieżami, karikatura, parodija u pastiċċ, u inklużjoni inċidentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga miżuri biex tipproteġi lill-individwi kontra t-tixrid ta’ immaġni diġitali, kontenut awdjo jew vidjo manipulat u ġġenerat mill-IA, inklużi xogħlijiet u spettakli tal-artisti, li jimitaw il-karatteristiċi personali tagħhom (deep fakes) mingħajr kunsens; jenfasizza li l-fornituri tas-servizzi diġitali jrid ikollhom obbligu ċar li jaġixxu kontra dan l-użu illegali tad-dritt ta’ individwu għall-ġisem, il-karatteristiċi tal-wiċċ u d-drittijiet tal-vuċi u tal-proprjetà intellettwali tiegħu stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-kontenut iġġenerat purament mill-IA jiġi ttikkettat b’mod ċar sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ trasparenza mill-pjattaformi li joffru kontenut kreattiv sabiex tiġi identifikata u indikata l-eżistenza ta’ kontenut iġġenerat mill-IA lill-utenti tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ kodiċi ta’ prattika tal-UE dwar it-tikkettar tal-kontenut mill-Kummissjoni mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>