<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0067</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Approċċi ta’ ġestjoni tas-sajd għas-salvagwardja tal-ispeċijiet sensittivi, għall-indirizzar tal-ispeċijiet invażivi u għall-benefiċċju tal-ekonomiji lokali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0018/2026 - Rapporteur: André Rodrigues)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2026 dwar l-approċċi ta’ ġestjoni tas-sajd għas-salvagwardja tal-ispeċijiet sensittivi, għall-indirizzar tal-ispeċijiet invażivi u għall-benefiċċju tal-ekonomiji lokali (2025/2011(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Ir-Regolament PKS),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (Ir-Regolament IAS)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1143/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 286, 31.10.2009, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1007/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Ir-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1241/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/2842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 u (KE) Nru 1005/2008 u r-Regolamenti (UE) 2016/1139, (UE) 2017/2403 u (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontroll tas-sajd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2842, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2842/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-restawr tan-natura u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/869<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1991, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1991/oj<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/43/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Id-Direttiva dwar il-Ħabitats),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/56/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/147/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Id-Direttiva dwar l-Għasafar),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 67, 8.2.2022, p. 25.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2023 bit-titolu “Lejn settur tal-algi tal-UE b’saħħtu u sostenibbli”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1074, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1074/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-prospettivi futuri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5734, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5734/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari l-SDG 14: Ħajja taħt l-ilma, SDG 15: Ħajja fuq l-art, SDG 1: Inxejnu l-faqar, SDG 2: Inxejnu l-ġuħ u SDG 11: Bliet u komunitajiet sostenibbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u l-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra u tas-Sedimenti tal-Bastimenti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A10-0018/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE ilha tirrikonoxxi l-importanza ta’ approċċi sostenibbli fil-qasam tas-sajd u bbażati fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd li jippreservaw il-bijodiversità tal-baħar, inkluż billi jipproteġu speċijiet sensittivi, jappoġġjaw l-ekonomiji lokali u jiżguraw is-sigurtà alimentari u s-sistemi sostenibbli alimentari;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-UE implimentat diversi oqfsa regolatorji għall-irkupru u għall-protezzjoni ta’ speċijiet vulnerabbli tal-baħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-UE tintegra l-protezzjoni u l-irkupru ta’ speċijiet sensittivi f’oqfsa legali oħra, bħar-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd rivedut reċentement, u tiżgura approċċ komprensiv biex tinġabar data li se tintuża fil-konservazzjoni ta’ speċijiet sensittivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) tippubblika l-Lista l-Ħamra, inventarju komprensiv tal-istat tal-konservazzjoni tal-ispeċijiet, u dan l-inventarju jipprovdi informazzjoni kritika dwar is-sitwazzjoni delikata tal-ispeċijiet sensittivi tal-baħar u jenfasizza l-isforzi ta’ konservazzjoni meħtieġa;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-qabda aċċessorja ta’ speċijiet sensittivi tirrappreżenta theddida kbira għall-bijodiversità tal-baħar, kif rikonoxxut mill-konvenzjonijiet internazzjonali u reġjonali u mil-leġiżlazzjoni tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-għasafar tal-baħar huma wieħed mill-indikaturi tas-saħħa tal-ekosistemi tal-baħar, minħabba r-rwol tagħhom bħala predaturi ewlenija fil-katina alimentari tal-baħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-partijiet ikkonċernati qed jaħdmu flimkien f’diversi proġetti biex jippruvaw metodi u rkaptu ta’ ġestjoni ġodda bil-għan li jnaqqsu l-livell tal-qabdiet aċċessorji u inċidentali ta’ speċijiet sensittivi matul l-operazzjonijiet tas-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi d-data ppubblikata fl-2025 mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, “Marine protected areas in Europe’s seas” (Iż-żoni tal-baħar protetti fl-ibħra tal-Ewropa), is-sit web tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent – Analiżi u data – Indikaturi, 6 ta’ Novembru 2025.</FIELD></FOOTNOTE> uriet li ż-żoni tal-baħar protetti (MPAs) koprew 13,7 % tal-ilmijiet tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-portal tas-servizzi tal-Missjoni Oċeani u Ilmijiet tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Study on regulations in EU Marine Protected Areas: insights and implications’, Mission Ocean and Waters service portal (Studju dwar ir-regolamenti fiż-żoni tal-baħar protetti tal-UE: għarfien u implikazzjonijiet), is-sit web tal-portal tas-servizz tal-Missjoni Oċeani u Ilmijiet.</FIELD></FOOTNOTE> jirrapporta dwar studju li jindika li, fl-2023, is-sajd ġie awtorizzat f’aktar minn 40 % taż-żoni tal-baħar protetti, ġie ristrett f’anqas minn 25 % u pprojbit b’mod espliċitu f’0,4 % biss;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-ispeċijiet aljeni invażivi (IAS) huma wieħed mill-muturi tat-telfien tal-bijodiversità, għandhom impatti negattivi fuq is-sajd, l-akkwakultura u l-funzjonijiet tal-ekosistema, u jistgħu jkunu ta’ detriment għas-saħħa tal-bniedem, għall-infrastruttura u għall-bijosigurtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-akkwakultura ta’ speċijiet mhux indiġeni b’miżuri ta’ kontroll limitati toħloq riskju, peress li l-ispeċi tista’ potenzjalment taħrab u ssir invażiva, u dan joħloq theddida għall-ispeċijiet selvaġġi indiġeni u għall-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-UE adottat diversi miżuri biex tevita l-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi u biex jitwettqu d-detezzjoni u l-immappjar tad-distribuzzjoni tagħhom u biex tindirizza t-tixrid tagħhom, inkluż, b’mod partikolari, ir-Regolament IAS, li jistabbilixxi lista ta’ “l-ispeċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni” u jinforza miżuri ta’ kontroll;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi f’konformità mar-Regolament IAS, l-ispeċijiet aljeni invażivi huma dawk l-ispeċijiet li l-effetti negattivi tagħhom huma tant sinifikanti li jirrikjedu intervent ikkoordinat u uniformi fil-livell tal-UE, u għalhekk huwa pprojbit li jiġu introdotti, miżmuma, imnissla u kkultivati, ittrasportati jew ikkummerċjalizzati, jew li jiġu ttrasferiti jew rilaxxati liberament fl-ambjent naturali;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi wieħed mid-deskritturi kwalitattivi biex jiġi determinat stat ta’ ambjent tajjeb, kif elenkat fid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, huwa li l-ispeċijiet mhux indiġeni introdotti mill-attivitajiet tal-bniedem jinżammu f’livelli li ma jbiddlux b’mod negattiv l-ekosistemi;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-ġbir xieraq u f’waqtu tad-data huwa ta’ importanza kbira sabiex jiġi żgurat li titwettaq id-detezzjoni tal-ispeċijiet aljeni invażivi u biex tiġi mmappjata d-distribuzzjoni tagħhom, kif ukoll biex jiġu stabbiliti u implimentati miżuri bil-għan li jiġi miġġieled it-tixrid ta’ dawn l-ispeċijiet bl-aktar mod immirat u effettiv possibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi attivitajiet differenti, bħat-trasport marittimu jew it-turiżmu, jitqiesu bħala vetturi importanti tat-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi, speċifikament skont il-livelli tal-miżuri ta’ mitigazzjoni u l-viġilanza applikata;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità impenjat ruħha li tiġġestjona l-ispeċijiet aljeni invażivi stabbiliti u tnaqqas l-għadd ta’ speċijiet tal-Lista l-Ħamra li qed jheddu b’50 % sal-2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi n-Network Ewropew ta’ Informazzjoni dwar l-Ispeċijiet Aljeni (EASIN) bħalissa jimmonitorja 12 423 speċi aljena f’diversi ambjenti, li minnhom 1 440 (11,6 %) huma speċijiet tal-baħar; billi sa mill-2019, 53 % tax-xtut tal-baħar tal-Ewropa qegħdin taħt pressjoni mill-ispeċijiet aljeni invażivi, b’varjazzjoni reġjonali sinifikanti – 33 % tal-kosta tal-Baħar Baltiku, 100 % tal-Baħar l-Iswed, 98 % fil-Baħar Mediterran u 25 % tal-Oċean Atlantiku tal-Grigal;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima, speċjalment it-tisħin tal-oċeani, u ż-żieda fil-moviment tal-merkanzija u tal-persuni huma vetturi ewlenin għall-introduzzjoni tal-ispeċijiet aljeni invażivi u jistgħu jintensifikaw l-impatt tagħhom fuq speċijiet sensittivi, fuq ekosistemi u, konsegwentement, fuq attivitajiet tas-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi t-tixrid rampanti tal-ispeċijiet aljeni invażivi tikkawża ħsara sostanzjali lis-sajd u lill-akkwakultura, kemm fuq terminu qasir kif ukoll fit-tul, inkluża ħsara lill-irkaptu tas-sajd jew lill-infrastruttura tal-akkwakultura, tnaqqis fil-qabdiet, tnaqqis fir-reklutaġġ u fil-produttività naturali, u tfixkil fl-ekosistemi, u dawn kollha kemm huma jheddu l-bilanċ ekoloġiku u l-vijabbiltà ekonomika tal-komunitajiet tas-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-ispeċijiet aljeni invażivi, inklużi l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet predaturi aljeni, jheddu mhux biss il-bilanċ ekoloġiku iżda wkoll il-vijabbiltà soċjali u ekonomika tal-komunitajiet tas-sajd kostali, b’mod partikolari s-sajd u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju tal-akkwakultura;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi meta jittieħed approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd u għall-ippjanar u l-ġestjoni spazjali fl-akkwakultura, dan jista’ jtejjeb ir-reżiljenza taż-żewġ setturi u l-kapaċità tagħhom li jadattaw, b’mod partikolari fil-livell lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, kif rikonoxxuti mill-Artikolu 349 tat-TFUE, jiffaċċjaw sfidi u opportunitajiet uniċi fil-kuntest tal-ġestjoni tas-sajd, tal-konservazzjoni ta’ speċijiet sensittivi u tal-prevenzjoni ta’ speċijiet invażivi; billi l-indikaturi wżati biex jitkejjel il-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd jeħtieġ li jitfasslu skont iċ-ċirkostanzi lokali, filwaqt li jitqiesu l-qagħda mbiegħda ġeografika tagħhom, ir-rikkezza u l-uniċità tal-bijodiversità tagħhom, l-ispeċifiċitajiet soċjali u ekonomiċi tagħhom, u r-rwol kritiku tas-settur tas-sajd lokali biex jiżgura s-sigurtà alimentari u biex jappoġġja l-ekonomija ta’ dawn ir-reġjuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-indirizzar tal-ispeċijiet aljeni invażivi jirrikjedi wkoll azzjoni internazzjonali b’saħħitha; billi l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tirrikonoxxi l-ispeċijiet aljeni invażivi bħala kwistjoni trasversali, u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal għandu l-għan li jnaqqas li jiġu introdotti u stabbiliti speċijiet aljeni invażivi b’mill-anqas 50 % sal-2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-isforzi għall-protezzjoni tal-ambjent iridu jkunu akkumpanjati minn miżuri li jsaħħu l-kompetittività tal-flotta tas-sajd Ewropea, jiżguraw il-vijabbiltà ekonomika tas-settur u jiżguraw it-tiġdid ġenerazzjonali fil-komunitajiet kostali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi t-tixrid ta’ speċijiet invażivi u żieda fil-popolazzjonijiet tal-predaturi f’xi reġjuni għandhom impatti fuq l-ekosistema u fuq is-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, b’operazzjonijiet kostali fuq skala żgħira li huma partikolarment vulnerabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi matul konsultazzjoni pubblika organizzata mill-Kummissjoni, 94 % tar-rispondenti kollha indikaw li kienu kontra jew ferm kontra t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mill-foki, u rrifjutaw tali miżura bħala miżura ta’ ġestjoni tas-sajd; billi 89 % tar-rispondenti indikaw li l-kaċċa għall-foki tqajjem tħassib morali sinifikanti<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Trade in seal products – fitness check of EU rules” (Il-kummerċ tal-prodotti mill-foki – kontroll tal-idoneità tar-regoli tal-UE), is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-Eurostat iżomm bażi ta’ data komprensiva ta’ data fit-tul dwar il-qabdiet tas-sajd, u din tipprovdi għarfien siewi li jista’ jinforma l-iżvilupp ta’ strateġiji effettivi għall-ġestjoni tas-sajd u għall-valutazzjoni ta’ speċijiet sensittivi u jista’ jikkontribwixxi għal sistemi ta’ twissija bikrija għall-ispeċijiet aljeni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi strumenti bħal miżuri effettivi oħra ta’ konservazzjoni bbażati fuq iż-żona (OECMs) jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-isforzi ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi ma hemm l-ebda standard dirett tal-UE dwar l-ilma tas-saborra; billi r-regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u tat-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi jirrikonoxxu l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u l-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra u tas-Sedimenti tal-Bastimenti bħala waħda mill-miżuri possibbli għall-ġestjoni ta’ speċijiet invażivi ta’ tħassib;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-ispeċijiet sensittivi: l-indikaturi tar-reżiljenza għall-oċeani</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati ekosistemi, ħabitats u speċijiet tal-baħar b’saħħithom fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza r-rwol uniku li jaqdu l-ispeċijiet sensittivi fl-ekosistemi tal-baħar u l-benefiċċji għall-ambjent, għall-ekonomija u għas-soċjetà li jirriżultaw mill-ġestjoni, mill-konservazzjoni u mill-protezzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li ħafna speċijiet sensittivi huma indikaturi siewja tas-saħħa tal-ekosistemi tal-baħar, jipprovdu twissija bikrija tal-iżbilanċi ekoloġiċi u jikkontribwixxu għar-reżiljenza tal-ekosistema, b’impatt dirett fuq il-produttività tas-sajd u tal-akkwakultura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd flimkien ma’ approċċi li jiffukaw fuq il-konservazzjoni ta’ speċijiet sensittivi, filwaqt li jappoġġjaw il-prosperità ekonomika u soċjali tas-sajjieda, kif ukoll jiżguraw it-twettiq tal-għanijiet u tal-impenji internazzjonali tal-UE dwar iż-żoni tal-baħar protetti u ż-żoni ta’ importanza kbira għall-bijodiversità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-bidliet fl-ekosistemi kkawżati mit-tibdil fil-klima jiġu riflessi b’mod konsistenti fil-valutazzjonijiet tal-ambjent u fil-ġestjoni tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jnaqqsu, u fejn possibbli jeliminaw, qabdiet inċidentali ta’ speċijiet tal-baħar sensittivi, f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1241, filwaqt li jiżguraw li tali qabdiet ma jirrappreżentawx theddida għall-istat tal-konservazzjoni ta’ dawn l-ispeċijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jissottolinja li, matul l-aħħar deċennji, il-ħabitats inbidlu, u dan wassal għall-għajbien ta’ xi speċijiet filwaqt li ppermetta l-wasla ta’ oħrajn ġodda; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, u b’mod partikolari tas-sajjieda u tas-sajjieda bil-qasba, dwar l-importanza tal-ġbir tad-data u l-ħtieġa ta’ ġestjoni adattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni taż-żoni tal-baħar protetti bbażati fuq ix-xjenza, inklużi d-dimensjonijiet u l-eżiti tal-ambjent, tas-soċjetà u tal-ekonomija tagħhom, biex jiġi żgurat li l-miżuri ta’ konservazzjoni jkunu mmirati, effettivi u allinjati mal-ħtiġijiet speċifiċi għall-ekosistema u li l-implimentazzjoni tagħhom tkun effettiva; jenfasizza l-mira tal-UE li tipproteġi 30 % tal-ibħra tal-UE sal-2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar li s-sajjieda jeħtiġilhom ikunu parti integrali tas-soluzzjoni u jkunu rappreżentati fil-korpi kollha tal-konsulenza, u jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li tiġi żgurata r-rappreżentanza tas-sajjieda kollha, speċjalment dawk fuq skala żgħira u artiġġjanali; jinsab imħasseb li r-rappreżentanza tagħhom mhux dejjem tkun żgurata b’mod adegwat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-għodod tal-politika komuni tas-sajd (PKS), b’mod partikolari miżuri tekniċi biex jindirizzaw l-interazzjonijiet tas-sajd u jtejbu l-protezzjoni ta’ speċijiet sensittivi, filwaqt li jiżguraw kumpens ġust u effettiv għas-sajjieda affettwati mit-telf ta’ aċċess għal żoni tas-sajd tradizzjonali, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-leġiżlazzjoni attwali ti[i implimentata u infurzata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet minquxa fl-Artikolu 17 tar-Regolament PKS meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd, jinċentivaw lis-sajjieda jadottaw miżuri biex jimminimizzaw jew jeliminaw il-qabdiet aċċessorji ta’ speċijiet sensittivi u jipprovdu inċentivi lill-bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv jew li jużaw tekniki tas-sajd b’impatt imnaqqas fuq l-ambjent, b’attenzjoni speċjali għall-flotot fuq skala żgħira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tad-data miġbura fl-ambitu tal-PKS biex jiġi identifikat b’mod xieraq l-impatt tas-sajd fuq speċijiet sensittivi u l-importanza ta’ sistemi ta’ monitoraġġ imtejba, f’konformità mal-parir xjentifiku u mal-leġiżlazzjoni tal-UE; jissottolinja l-importanza ta’ data komprensiva u speċifika għall-ispeċi dwar il-qabdiet aċċessorji biex tippermetti miżuri ta’ mitigazzjoni mmirati, tinforma l-istrateġiji ta’ ġestjoni adattivi u tiffaċilita l-adozzjoni ta’ miżuri bbilanċjati u mmexxija mix-xjenza li jqisu wkoll il-fatturi soċjoekonomiċi u jiżguraw is-sigurtà alimentari tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li approċċ olistiku fl-oqsma tal-politika kollha jista’ jikkontribwixxi biex jissaħħu l-monitoraġġ, il-protezzjoni, ir-restawr u l-irkupru ta’ speċijiet u ħabitats sensittivi; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li l-leġiżlazzjoni attwali tiġi implimentata fl-oqsma ta’ politika rilevanti kollha, u dan jestendi lil hinn minn dawk direttament relatati mal-PKS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-approċċi bbażati fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tal-ambjent tal-baħar, filwaqt li jqisu l-interazzjonijiet tal-ispeċijiet, fejn possibbli, u jqisu l-pressjonijiet kollha fuq l-ekosistemi tal-baħar, inklużi t-tibdil fil-klima u t-tniġġis, kemm jekk ibbażati fuq l-art kif ukoll minn sorsi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza li ż-żoni tal-baħar protetti u ġestiti b’mod effettiv abbażi tal-aħjar xjenza disponibbli, jikkontribwixxu, skont l-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom, biex jimminimizzaw il-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi, jipproteġu ż-żoni ta’ riproduzzjoni u ta’ tkabbir tal-ħut u l-frieħ tal-ħut, u jnaqqsu l-impatti fuq ħabitats sensittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw id-daqs tal-popolazzjoni reġjonali u lokali, l-istat u x-xejriet tal-ispeċijiet u l-impatti potenzjali li l-popolazzjonijiet żbilanċjati jista’ jkollhom fuq l-attivitajiet tas-sajd, biex tiġi żgurata ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-ekosistema, inklużi miżuri għall-protezzjoni ta’ speċijiet sensittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ għall-programmi xjentifiċi dwar speċijiet sensittivi u approċċi ta’ ġestjoni, kif identifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti; jenfasizza l-fatt li, f’xi reġjuni, speċijiet sensittivi, bħal popolazzjonijiet dejjem akbar ta’ marguni u foki, qed ikollhom impatti fuq l-istokkijiet tal-ħut u fuq l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura u fuq popolazzjonijiet ta’ speċijiet sensittivi oħra; huwa tal-fehma li l-qafas regolatorju għandu l-għodod meħtieġa biex jippermetti titjib, minħabba l-istat lokali tal-ispeċijiet sensittivi; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw, fost l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu, il-possibbiltajiet kollha previsti fid-Direttiva dwar l-Għasafar u fid-Direttiva dwar il-Ħabitats biex jiffaċilitaw aħjar il-ġestjoni attiva u effettiva tal-popolazzjoni u jappoġġjaw il-ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-approċċi tal-ġestjoni tas-sajd tal-UE jkunu allinjati mal-PKS, mal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u mal-impenji internazzjonali tal-UE bħall-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal; jisħaq, f’dan ir-rigward, li għandhom jittieħdu azzjonijiet biex jitwaqqaf it-tnaqqis ta’ speċijiet sensittivi fl-ekosistemi tal-baħar tal-UE, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni xierqa u l-protezzjoni tal-ħabitats;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) biex tnaqqas u, fejn possibbli, telimina l-qabdiet aċċessorji ta’ speċijiet sensittivi u tirrestrinġi l-kummerċ u l-importazzjoni ta’ prodotti tal-frott tal-baħar u ssaħħaħ il-miżuri kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, inkluż permezz ta’ kontroll doganali mtejjeb u kollaborazzjoni mas-sħab tal-RFMO;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-ispeċijiet invażivi: theddid għall-oċeani u għall-ekonomija tagħna</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jissottolinja li l-ispeċijiet aljeni invażivi jheddu s-sajd u l-akkwakultura, il-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar indiġeni, u b’hekk jaffettwaw l-għajxien u l-introjtu tas-sajjieda u tal-komunitajiet kostali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jenfasizza l-kontribut vitali tas-sajd kostali fuq skala żgħira għall-ekonomiji lokali u għas-sigurtà alimentari tal-UE, filwaqt li jenfasizza li dawn jiffaċċjaw theddid dejjem akbar minn fatturi ta’ stress ambjentali bħal speċijiet invażivi u t-tibdil fil-klima, inkluż il-moviment massiv ta’ ċerti speċijiet, b’mod partikolari minħabba t-tisħin tal-ilmijiet, fenomenu li jikkawża ħafna telf, b’mod partikolari għall-bdiewa tal-frott tal-baħar bil-qoxra, li huma ppenalizzati doppjament minn tnaqqis fil-produzzjoni u żieda fil-kostijiet marbuta mal-predazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar li fl-UE, 88 speċi aljena invażiva huma strettament regolati, inklużi 47 speċi ta’ annimali u 41 speċi ta’ pjanti li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-lista attwali ta’ speċijiet ta’ tħassib għall-Unjoni ma tirrikonoxxix għal kollox it-theddida tal-ispeċijiet aljeni invażivi għas-sajd, għall-akkwakultura u għall-ambjent tal-baħar tal-UE, minħabba l-fatt li attwalment żewġ speċijiet tal-baħar biss (Plotosus lineatus u Rugulopteryx okamurae) huma inklużi fil-lista, flimkien ma’ ċerti speċijiet li jinstabu f’ambjenti salmastri; jappella biex din il-lista titjieb abbażi ta’ pariri xjentifiċi u valutazzjonijiet tar-riskju aġġornati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jirrimarka li jeħtieġ ikun hemm ġestjoni xierqa tal-ispeċijiet u jinnota bi tħassib iż-żieda fil-preżenza tal-ispeċijiet f’ċerti reġjuni, bħal:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>il-gajdra tal-Paċifiku u l-ispeċijiet aljeni taċ-ċkal fin-Nofsinhar tal-Baħar tat-Tramuntana, b’mod partikolari tul il-kosta Netherlandiża;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>il-mazzun iswed, li jaffettwa l-ekosistema u speċifikament jhedded il-gambli, il-pixxiċatt u l-mazzuni nattivi speċjalment madwar l-ilmijiet tal-Baħar tat-Tramuntana;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>il-granċ ikħal, il-granċ <STRING ITALIC="on">Hemigrapsus takanoi</STRING>, il-bram <STRING ITALIC="on">Mnemiopsis leidyi</STRING> u l-bram <STRING ITALIC="on">Gonionemus vertens</STRING> fil-Grigal tal-Atlantiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>il-lionfish <STRING ITALIC="on">Pterois miles</STRING>, il-ħuta <STRING ITALIC="on">Fistularia commersonii</STRING> u l-ħuta <STRING ITALIC="on">Lagocephalus sceleratus</STRING>, madwar il-Greċja u Ċipru;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>it-tamal żebra (<STRING ITALIC="on">Dreissena polymorpha</STRING>), introdott fl-Ebro, u l-pixxigatt (<STRING ITALIC="on">Silurus glanis</STRING>), fi Spanja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>l-alka Asjatika <STRING ITALIC="on">Rugulopteryx okamurae</STRING>, b’mod partikolari fil-Punent tal-Mediterran;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta’ monitoraġġ reġjonali u speċifiċi għall-ispeċijiet, inklużi strateġiji kkoordinati ta’ twissija bikrija u ta’ rispons għall-ispeċijiet aljeni li jaffettwaw il-ħabitats ekonomikament rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ programmi ta’ monitoraġġ speċifiċi għall-ispeċijiet aljeni invażivi tal-baħar, u jappella għal metodi ta’ monitoraġġ imtejba, kif ukoll għal żieda fl-appoġġ tekniku u finanzjarju, b’mod partikolari għar-reġjuni ultraperiferiċi li jirrikjedu finanzjament addizzjonali speċifiku minħabba l-bijodiversità unika u l-qagħda mbiegħda tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jirrakkomanda li jiġu stabbiliti metodoloġija u valuri li jistabbilixxu l-limiti massimi għar-reġjuni u s-subreġjuni tal-baħar Ewropej kollha, filwaqt li jitqiesu l-impatt fuq is-sajd u fuq l-akkwakultura, il-kapaċità li jiġu ġestjonati l-perkorsi u l-ħtieġa li l-flotot tas-sajd tal-UE u dawk li mhumiex tal-UE jiġu kkontrollati b’mod strett, filwaqt li l-ispeċijiet invażivi jkunu fil-mira, u li tiġi infurzata l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Kontroll u l-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra u tas-Sedimenti tal-Bastimenti u li jiġu applikati linji gwida dwar l-inkrostazzjoni bijoloġika tal-bastimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza r-rabtiet potenzjali bejn l-ispeċijiet aljeni invażivi introdotti fl-ekosistemi tal-art u tal-ilma ħelu u dawk fl-oċeani u fl-ibħra, u l-impatt tagħhom fuq is-sajd u l-akkwakultura; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija komprensiva biex tindirizza din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq li approċċ ta’ ġestjoni olistiku, preventiv u bbażat fuq perkorsi ta’ diversi vetturi huwa prijorità assoluta fil-prevenzjoni effettiva tal-introduzzjoni tal-ispeċijiet aljeni invażivi tal-baħar u fl-indirizzar tat-tixrid tagħhom u tal-kawżi ewlenin tal-proliferazzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-użu tal-analiżi tal-prospettivi u tekniki ġodda bħall-eDNA, l-intelliġenza artifiċjali u l-monitoraġġ awtomatizzat, kif ukoll l-involviment tas-sajjieda, tas-sajjieda bil-qasba, tal-komunitajiet kostali u tax-xjenza taċ-ċittadini bħala għodod u riżorsi biex jiġu identifikati speċijiet aljeni invażivi ġodda, emerġenti u ta’ riskju għoli għas-sajd u għall-akkwakultura u biex tingħatalhom prijorità; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tapplika dan l-approċċ integrat fl-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għall-Oċeani biex tiżgura azzjoni koordinata fis-setturi u fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-komunikazzjoni, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni, b’mod partikolari f’żoni transfruntiera, filwaqt li jingranaw il-bijosigurtà sabiex jimplimentaw miżuri għad-detezzjoni bikrija u għall-qerda rapida tal-ispeċijiet aljeni invażivi tal-baħar, u biex l-ispeċijiet li diġà nfirxu ħafna jiġu ġestiti; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Istati Membri biex testendi dawn l-azzjonijiet permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE li jikkondividu l-istess baċir tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jirrakkomanda aktar kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet xjentifiċi u l-aġenziji tal-UE biex jittejbu t-trasferiment tal-għarfien u r-riċerka applikata dwar it-tixrid, l-impatt u l-kontroll tal-ispeċijiet tal-baħar invażivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jissottolinja li l-Baħar Mediterran, li, skont l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, qed jisħon 20 % aktar malajr mill-bqija tad-dinja, huwa hotspot partikolari, li fih aktar speċijiet aljeni invażivi minn kwalunkwe baħar ieħor globalment, b’impatti negattivi sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar u fuq is-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, u b’hekk jirrikjedi attenzjoni partikolari; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f’dan ir-rigward, jallokaw riżorsi addizzjonali u jistabbilixxu miżuri urġenti biex iwaqqfu t-tixrid ta’ dawn l-ispeċijiet f’dan il-baċir tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran fl-inizjattivi ta’ monitoraġġ xjentifiku u fil-proġetti pilota tagħha biex tindirizza l-isfidi tal-ispeċijiet tal-baħar invażivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel disponibbli finanzjament speċifiku, fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u programmi baġitarji oħra, biex tappoġġja r-riċerka dwar l-ispeċijiet invażivi u l-prevenzjoni u l-qerda tagħhom jew, fejn il-qerda ma tkunx fattibbli, il-ġestjoni tat-tixrid tagħhom u l-irkupru mill-impatt tat-tixrid, f’kooperazzjoni mas-sajjieda, l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet xjentifiċi; jafferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu li tali finanzjament għandu jkun disponibbli fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tas-Sistema ta’ Notifika EASIN, b’mod partikolari biex jiġu rrapportati fil-ħin u b’mod komprensiv detezzjonijiet ġodda, miżuri ta’ qerda u detezzjonijiet ta’ kontroll uffiċjali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu s-sistema billi jipprovdu informazzjoni addizzjonali, b’mod partikolari data ta’ distribuzzjoni, partikolarment bil-kontribut ta’ informazzjoni mis-sajjieda, mill-produtturi tal-akkwakultura u minn partijiet ikkonċernati rilevanti oħra kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Ifakkar fid-dimensjoni internazzjonali tal-ispeċijiet aljeni invażivi u jissuġġerixxi li l-UE ssaħħaħ l-azzjonijiet tagħha f’dan ir-rigward, bl-użu tal-fora internazzjonali kollha disponibbli u, b’mod partikolari, l-RFMOs, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal; jistieden lill-UE ttejjeb il-kondiviżjoni kollaborattiva tal-għarfien u l-iskambji ta’ tagħlim reċiproku ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u ma’ pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jissottolinja l-potenzjal għal kollaborazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE li jikkondividu l-istess baċir tal-baħar, inkluż permezz tal-RFMOs, biex jikkondividu l-aħjar prattika, jingranaw l-investiment u jistabbilixxu għanijiet kollettivi bil-għan li jindirizzaw l-impatt tal-ispeċijiet aljeni invażivi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-opportunitajiet u l-isfidi għall-komunitajiet kostali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq li l-ispeċijiet aljeni invażivi għandhom impatti negattivi sinifikanti fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar, fuq l-attivitajiet tal-ekonomija blu, inklużi s-sajd u l-akkwakultura, u fuq attivitajiet ekonomiċi oħra mhux relatati mal-baħar u fuq il-komunitajiet kostali u s-soċjetà kollha kemm hi; iqis li huwa kruċjali li jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u kulturali usa’ tal-ispeċijiet aljeni invażivi, lil hinn mit-telfien tal-bijodiversità u l-effetti fuq l-ekosistemi, sabiex jiġu evitati b’mod effettiv invażjonijiet ġodda u jiġu implimentati miżuri ta’ mitigazzjoni b’suċċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa indikatur iddedikat għal speċijiet sensittivi u invażivi fl-ibħra tal-UE, filwaqt li tqis listi bħal-Lista l-Ħamra tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali (IUCN), li għandhom jiġu inklużi fil-pubblikazzjonijiet relatati mal-SDGs tal-Eurostat, biex jiġu mmonitorjati aħjar it-tixrid, u l-isforzi ta’ konservazzjoni u sforzi oħra ta’ ġestjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-finanzjament għar-riċerka dwar l-ispeċijiet aljeni invażivi u dwar soluzzjonijiet li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent għall-ġestjoni u għall-kontroll sostenibbli tagħhom fi proġetti futuri ta’ programmi Ewropej ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu appoġġjati l-operaturi tas-sajd u tal-akkwakultura li huma affettwati, permezz ta’ skemi ta’ kumpens u fondi ta’ adattament, f’konformità mad-dispożizzjonijiet finanzjarji eżistenti, speċjalment f’żoni li qed jiffaċċjaw telf ekonomiku dirett minħabba speċijiet invażivi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu pprovduti inċentivi finanzjarji u regolatorji mmirati biex jiġu stimulati attivitajiet immirati ta’ qbid u tneħħija mis-sajjieda lokali għall-ispeċijiet invażivi fl-ilmijiet kostali u fil-passaġġi fuq l-ilma interni, bħala mezz biex titnaqqas il-pressjoni ekoloġika filwaqt li jiġi appoġġjat l-għajxien lokali; jissottolinja r-rwol possibbli li l-iskemi tal-assigurazzjoni jista’ jkollhom biex jindirizzaw il-kwistjoni, b’mod partikolari l-konsegwenzi għall-bdiewa tal-frott tal-baħar bil-qoxra, għall-produtturi tal-akkwakultura u għas-sajjieda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw kampanji ta’ sensibilizzazzjoni biex jinfurmaw u jinvolvu lis-sajjieda, lil dawk li jrabbu l-ħut u l-frott tal-baħar bil-qoxra, lill-partijiet ikkonċernati fis-settur tas-sajd, inklużi s-sajjieda bil-qasba, u lill-pubbliku ġenerali dwar l-introduzzjoni, id-detezzjoni u l-impatti tal-ispeċijiet aljeni invażivi, l-effetti tagħhom fuq l-ambjent u fuq l-ekonomija, u modi kif jiġu minimizzati r-riskji maħluqa mill-introduzzjoni u mit-tixrid tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jirrakkomanda, fejn fattibbli, l-iżvilupp ta’ programmi mmirati lejn speċijiet invażivi li għandhom l-għan li jtejbu l-kontroll tal-popolazzjoni u jipprovdu opportunitajiet ta’ kumpens għas-sajjieda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Iqis li l-ġestjoni tal-ispeċijiet aljeni invażivi tista’ tipprovdi opportunitajiet għal introjtu temporanju addizzjonali permezz tal-innovazzjoni applikata biex jiġu ġġenerati prodotti b’valur miżjud bħal bijofertilizzanti u sottostrati agrikoli li jappoġġjaw il-kontroll ta’ dawk l-ispeċijiet, u, fejn possibbli, il-qerda tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiffinanzja r-riċerka u t-trasferiment tat-teknoloġija f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jisħaq li, meta l-eradikazzjoni tal-ispeċijiet invażivi ma tkunx fattibbli, l-isfruttament tal-ispeċijiet invażivi għall-konsum mill-bniedem jista’ jipprovdi introjtu temporanju addizzjonali għas-sajjieda u jikkontribwixxi għall-ġid li jkun ta’ benefiċċju għall-ekonomiji lokali fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jilqa’ l-użu ekonomiku temporanju ta’ xi speċijiet aljeni invażivi, bħall-alka, għal skopijiet alimentari u dawk mhux alimentari; jirrimarka li tali skopijiet, minbarra l-alimentazzjoni għall-konsum mill-bniedem, jistgħu jinkludu l-għalf tal-annimali u tal-ħut, il-farmaċewtiċi, l-imballaġġ, il-kożmetiċi jew il-bijofjuwils;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Itenni li l-għan aħħari huwa dejjem il-qerda tal-ispeċijiet aljeni invażivi; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li d-dipendenza ekonomika fuq l-isfruttament tal-ispeċijiet aljeni invażivi għandha dejjem tkun temporanja jew sekondarja u li m’għandhiex tinkoraġġixxi t-tixrid jew it-tqegħid fis-suq ta’ dawk l-ispeċijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jappella għal appoġġ finanzjarju akbar u ddedikat biex jittejbu l-ġestjoni u l-protezzjoni effettivi tal-għajxien kostali u tal-ekosistemi tal-baħar u l-konservazzjoni ta’ speċijiet sensittivi, u għal sistemi ta’ informazzjoni, monitoraġġ u twissija bikrija għall-ispeċi uniċi invażivi fil-livelli reġjonali, nazzjonali u tal-UE, fid-dawl tal-impatt pożittiv ta’ tali appoġġ fuq is-sajd, il-bijodiversità u l-ekosistemi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinsisti li l-qafas finanzjarju pluriennali futur jinkludi finanzjament biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-flotta tas-sajd fid-dawl ta’ sfidi bħaż-żieda fl-ispejjeż, it-telf ta’ żoni tas-sajd u l-impatt ta’ speċijiet invażivi; iqis li hija prijorità li jittejjeb l-aċċess tas-sajjieda għar-riżorsi finanzjarji biex jimmodernizzaw il-bastimenti tagħhom, jiddiġitalizzaw l-operazzjonijiet tagħhom u jiddiversifikaw is-sorsi ta’ introjtu tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Ifakkar lill-Kummissjoni li r-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer u ż-żoni kostali jservu bħala żoni importanti ta’ sikurezza għall-ispeċijiet tal-baħar sensittivi, filwaqt li huma wkoll vulnerabbli ħafna għall-ispeċijiet aljeni invażivi; jappella biex tiġi rikonoxxuta l-importanza li jiġu protetti dawn l-ispeċijiet sensittivi u li jiġu miġġielda l-ispeċijiet aljeni invażivi f’dawn ir-reġjuni, jiġifieri permezz tal-ħolqien ta’ programm ta’ għażliet għas-sajd lokali li huma speċifiċi għaż-żoni remoti u insulari; jenfasizza l-potenzjal tal-ekoturiżmu sostenibbli bħala mezz biex jiġu pprovduti opportunitajiet ta’ diversifikazzjoni, filwaqt li tiġi ppreservata l-bijodiversità unika ta’ dawk ir-reġjuni u jiġu pprovduti benefiċċji diretti lis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>