<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0068</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-Att futur dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0156/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2026 dwar l-Att futur dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) (2025/2951(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 179 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra ta’ missjoni tal-President tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2024 lill-Kummissarju responsabbli għan-Negozji Ġodda, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni 2026 (COM(2025)0870),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2025 għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Aġenda ta’ Politika taż-Żona Ewropea tar-Riċerka 2025–2027 (COM(2025)0062),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tabella ta’ valutazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka tal-Kummissjoni għall-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport minn Mario Draghi ta’ Settembru 2024 bit-titolu “On the future of European competitiveness” (Dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar minn suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Ottubru 2024 minn grupp ta’ esperti indipendenti ppresedut minn Manuel Heitor, bit-titolu “Align, act, accelerate — Research, technology and innovation to boost European competitiveness” (Allinjament, azzjoni, aċċellerazzjoni — Riċerka, teknoloġija u innovazzjoni biex tingħata spinta lill-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Implimentazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) – Tisħiħ tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Ewropa: il-Vjaġġ u d-Direzzjonijiet Futuri taż-ŻER” (COM(2024)0490),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2025 dwar il-Pjan Direzzjonali 2015-2027 għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3593, 30.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3593/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni” (COM(2020)0628),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2122 tas-26 ta’ Novembru 2021 dwar Patt għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 431, 2.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2021/2122/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda Politika taż-ŻER 2022-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda Politika taż-ŻER 2025-2027,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Bonn dwar il-Libertà tar-Riċerka Xjentifika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2023 dwar ir-riċerkaturi żgħażagħ<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4183, 2.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4183/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2024 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-riċerka xjentifika fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5713, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5713/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2005 dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u dwar Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ ta’ Riċerkaturi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 75, 22.3.2005, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2005/251/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-Att li jmiss dwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) (O-000007/2026 – B10-0006/2026 u O-000008/2026 – B10-0007/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 142(5) u 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Artikolu 179 tat-TFUE jistabbilixxi l-objettiv li jissaħħu l-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni permezz ta’ Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) li tippermetti ċ-ċirkolazzjoni libera tar-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija, ittejjeb il-kompetittività u tappoġġja l-attivitajiet kollha ta’ riċerka;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Att dwar iż-ŻER jirrappreżenta opportunità ewlenija biex tiżdied ir-riċerka Ewropea billi jiġu indirizzati l-isfidi strutturali li jaffettwaw l-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) tal-UE, inklużi koordinazzjoni u kooperazzjoni insuffiċjenti, frammentazzjoni tas-sistema u prestazzjoni mhux uniformi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Att dwar iż-ŻER jista’ jgħin fit-twettiq tal-“ħames libertà” billi jistabbilixxi standards komuni, jiżgura applikazzjoni konsistenti tar-regoli u jikkontribwixxi għall-Pjan Direzzjonali tas-Suq Uniku 2028, u joħloq impjiegi ta’ kwalità;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Unjoni għad ma għandhiex ŻER integrata li tattira u żżomm it-talent, minħabba ostakli bħall-prijoritizzazzjoni inadegwata tal-investiment fir-R&I, bi ftit Stati Membri li jilħqu l-mira ta’ 3 % tal-PDG, koordinazzjoni insuffiċjenti tal-politika tar-R&I, frammentazzjoni kontinwa, disparitajiet fil-prestazzjoni, u piżijiet amministrattivi eċċessivi għar-riċerkaturi u l-universitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Aġenda ta’ Politika taż-ŻER isservi bħala qafas siewi mhux vinkolanti li jiggwida l-politiki nazzjonali u fil-livell tal-UE f’konformità mal-objettivi tal-Artikolu 179 tat-TFUE, filwaqt li tippromwovi l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni volontarji bejn l-Istati Membri u l-Unjoni; billi dawn l-objettivi jridu jiġu kkomplementati minn dispożizzjonijiet u inċentivi fl-ambitu tal-Att futur dwar iż-ŻER, u għodod bħas-Semestru Ewropew, biex jipprovdu pedament aktar b’saħħtu għal ŻER koerenti u bi prestazzjoni għolja;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-libertà tar-riċerka xjentifika, inklużi l-indipendenza u l-awtonomija istituzzjonali tar-riċerkaturi, l-eċċellenza, il-ftuħ u r-responsabbiltà soċjali huma valuri ewlenin taż-ŻER u essenzjali għad-demokrazija, il-kompetittività u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa, u b’hekk l-Ewropa ssir rifuġju sikur għar-riċerkaturi mid-dinja kollha;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jappoġġja l-allinjament tal-prijoritajiet tar-R&I tal-Unjoni u dawk nazzjonali biex tiġi żgurata l-komplementarjetà, tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-universitajiet, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, ir-reġjuni, l-Istati Membri u l-industriji, jinħoloq qafas ta’ governanza effettiv, il-karrieri fir-riċerka u l-investiment privat isiru aktar attraenti, u tintlaħaq il-mira ta’ investiment tal-Unjoni ta’ 3 % tal-PDG fir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jappella għal approċċ fuq żewġ binarji ta’ kooperazzjoni volontarja fl-ambitu tal-Aġenda ta’ Politika taż-ŻER 2025–2027 flimkien ma’ miżuri leġiżlattivi, inkluż l-Att dwar iż-ŻER u inizjattivi komplementari, biex iż-ŻER tiġi pprovduta b’qafas vinkolanti u infurzabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Att dwar iż-ŻER ikun regolament biex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 179 tat-TFUE, li jiżgura applikabbiltà diretta madwar l-Istati Membri, jistimula l-investiment privat fir-R&Ż, iċ-ċirkolazzjoni libera tar-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija, u jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-frammentazzjoni tas-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-importanza tal-libertà tar-riċerka xjentifika u l-awtonomija istituzzjonali; jitlob li l-proposta tal-Att dwar iż-ŻER tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva separata b’bażi legali distinta li tipproteġi l-libertà fundamentali tar-riċerka xjentifika, inklużi standards minimi għad-drittijiet tar-riċerkaturi, l-imġiba etika, l-integrità u l-indipendenza istituzzjonali, u appoġġjata minn mekkaniżmi ta’ monitoraġġ effettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob li l-Att dwar iż-ŻER jinkludi l-mira tal-Unjoni li tinvesti mill-inqas 3 % tal-PDG tal-Unjoni fir-R&Ż sal-2030, ikkomplementata minn miri nazzjonali għan-nefqa totali fuq ir-R&Ż, li jikkontribwixxu għall-objettiv tal-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-koordinazzjoni tal-investiment fir-R&Ż permezz ta’ pjanijiet direzzjonali u miri nazzjonali biex tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-finanzjament pubbliku u privat; jirrikonoxxi li l-kumpaniji u l-industriji ffukati fuq ir-riċerka huma kruċjali biex jixprunaw l-investiment privat, jilħqu l-mira ta’ 3 %, u jrawmu impjiegi ta’ kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jappella għal dispożizzjonijiet biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni privata fl-ekosistema tar-R&I tal-UE permezz ta’ koordinazzjoni aktar mill-qrib u sħubijiet pubbliċi-privati, biex jiġu indirizzati l-lakuni persistenti fl-investiment u l-frammentazzjoni tas-suq u biex titlesta l-unjoni tas-swieq kapitali biex tiġi aċċellerata l-valorizzazzjoni tal-għarfien, tissaħħaħ is-sovranità teknoloġika u jiġu appoġġjati l-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jappella għal aktar appoġġ għar-riċerka pubblika billi jissaħħaħ il-finanzjament għal programmi Ewropej bħal Orizzont Ewropa; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu r-riżorsi finanzjarji għall-universitajiet u l-organizzazzjonijiet pubbliċi tar-riċerka;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jwettqu riformi biex ineħħu l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera tar-riċerkaturi u l-għarfien, u jsaħħu l-kollaborazzjoni u l-innovazzjoni transfruntiera, bl-għan li l-Ewropa ssir komunità tar-riċerka globali inklużiva u attraenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Att dwar iż-ŻER juża għodod ta’ ppjanar, metriċi li jistgħu jitkejlu u monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni, u li jistinka biex jiżgura bilanċ bejn l-oqsma tar-riċerka u r-riċerka bażika u applikata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jitlob governanza msaħħa taż-ŻER, u li l-istrumenti ta’ politika u ta’ monitoraġġ eżistenti jiġu razzjonalizzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-koordinazzjoni bejn l-inizjattivi nazzjonali u tal-UE tar-R&I f’konformità mal-prijoritajiet ġenerali taż-ŻER, filwaqt li jiżguraw sinerġiji bejn l-istrumenti u l-politiki ta’ finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni biex tissaħħaħ it-tmexxija xjentifika u teknoloġika globali tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jappella għal ekosistemi Ewropej tal-innovazzjoni u tat-teknoloġija aktar b’saħħithom u aktar inklużivi biex tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, in-negozji ġodda, il-SMEs u l-industrija biex jiġi żgurat trasferiment effettiv u sigur tal-għarfien u użu aħjar tar-riżultati mill-kumpaniji Ewropej, u biex jiġu promossi t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, u t-tagħlim tul il-ħajja; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati d-disparitajiet fir-R&I fost l-Istati Membri, b’mod partikolari dawk bi prestazzjoni aktar baxxa fir-R&I, biex tittejjeb il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq li ŻER li tiffunzjona tirrikjedi ċ-ċirkolazzjoni libera tar-riċerkaturi u l-għarfien, u l-kollaborazzjoni transfruntiera; jappella għal miżuri konkreti biex jiġu ffaċilitati u ssimplifikati l-perkorsi tal-karriera tar-riċerkaturi, speċjalment ir-riċerkaturi żgħażagħ u dawk fil-bidu tal-karriera tagħhom, itejbu l-mobbiltà, ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki, u jiġu ffaċilitati l-proċeduri tal-viża; itenni l-appoġġ tiegħu għal Karta Ewropea għar-Riċerkaturi; jinnota li x-xogħol mill-bogħod u ibridu joħloq opportunitajiet għar-riċerkaturi biex jaħdmu fi Stati Membri oħra mingħajr rilokazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri javvanzaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs fir-R&I, speċjalment f’setturi sottorappreżentati, filwaqt li jnaqqsu d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċirkolazzjoni miftuħa u sigura tal-għarfien, l-aċċessibbiltà mtejba tal-infrastruttura tar-riċerka, il-valorizzazzjoni tal-għarfien u l-użu etiku u affidabbli tat-teknoloġiji emerġenti, inkluża l-IA, f’konformità mal-valuri u d-drittijiet fundamentali tal-UE; jissottolinja l-importanza tas-sigurtà tar-riċerka, l-integrità u t-tixrid effettiv tar-riċerka ffinanzjata pubblikament, inkluż fil-libreriji, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Att dwar iż-ŻER ikun allinjat ma’ inizjattivi eżistenti u futuri, bħall-Att dwar l-Innovazzjoni, il-Patt għar-R&I, il-Programm Qafas u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, biex jiġu żgurati riformi li jsaħħu lil xulxin, l-adozzjoni tal-innovazzjoni, il-mobbiltà tat-talenti u l-finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>