<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0069</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0031/2026 - Rapporteur: Sven Simon)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (2025/2243(ACI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-impenn ta’ dik li dak iż-żmien kienet kandidata għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, fil-laqgħa straordinarja tal-Konferenza tal-Presidenti tat-2 ta’ Lulju 2024, li tirrevedi u ttejjeb il-Ftehim Qafas,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-11 ta’ Lulju 2024 li tiġi varata r-reviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tat-12 ta’ Lulju 2024 mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola lil Ursula von der Leyen, li dak iż-żmien kienet kandidata għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-21 ta’ Ottubru 2024 tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, dwar ir-reviżjoni tal-ftehim qafas, b’mod partikolari d-disa’ prijoritajiet politiċi identifikati fih,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-11 ta’ Settembru 2025, li tapprova l-eżitu tan-negozjati u l-ftehim proviżorju li ntlaħaq fid-9 ta’ Settembru 2025 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-ftehim”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 154(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A10-0031/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-Trattati jipprevedu bażi legali espliċita għal ftehimiet interistituzzjonali, li tippermetti l-konklużjoni ta’ tali ftehimiet f’konformità mat-Trattati, inkluż il-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi, li ma jippermetti l-ebda estensjoni tal-kompetenzi tal-istituzzjonijiet tal-UE lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati,
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jpoġġu lill-Parlament fuq l-istess livell mal-Kunsill fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja u fi kwistjonijiet baġitarji, u jsaħħu r-rwol tiegħu fil-politika esterna tal-UE, bl-eċċezzjoni tar-rwol relatat mal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni,
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Artikolu 122 tat-TFUE jipprevedi bażi legali biex il-Kunsill jadotta miżuri eċċezzjonali abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni,
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Artikolu 225 tat-TFUE jagħti lill-Parlament id-dritt ta’ inizjattiva biex jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta għal att tal-Unjoni,
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kummissjoni jmur lura għall-2010, u l-kooperazzjoni interistituzzjonali evolviet b’mod sinifikanti minn dak iż-żmien ’il hawn, kif rifless fir-riforma “Parlament 2024” u fir-reviżjoni sussegwenti tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament adottata f’April 2024; u billi l-Ftehim Qafas ifittex li jiżgura l-konsistenza mat-Trattati u li jagħti effett prattiku lill-kontroll, l-iskrutinju u l-prerogattivi baġitarji tal-Parlament Ewropew,
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi ż-żewġ Istituzzjonijiet jagħtu l-akbar importanza lill-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali u lill-prinċipju tal-kooperazzjoni leali reċiproka, kif minqux fl-Artikolu 13(2) tat-TUE,
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi valutazzjoni konġunta tal-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas imwettqa fil-livell tekniku, bi qbil mal-President tal-Kummissjoni, enfasizzat il-ħtieġa li jiġu aġġornati u mtejba xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu, sabiex jiġi rifless aħjar il-bilanċ istituzzjonali u jiġu implimentati bis-sħiħ il-prerogattivi tal-Parlament kif minqux fit-Trattati, fir-rigward tal-prerogattivi leġiżlattivi, baġitarji u ta’ skrutinju tal-Parlament,
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis il-ftehim rivedut bħala avvanz istituzzjonali għall-Parlament fir-relazzjonijiet tiegħu mal-Kummissjoni, filwaqt li jenfasizza li kwalunkwe avvanz bħal dan irid ikollu bażi fit-Trattati; iqis li l-ftehim rivedut isaħħaħ ir-responsabbiltà u l-leġittimità politika, jestendi d-djalogu kostruttiv, itejjeb il-fluss ta’ informazzjoni bejn iż-żewġ Istituzzjonijiet u jtejjeb il-kooperazzjoni dwar il-proċeduri u l-ippjanar, inklużi s-setgħat ta’ skrutinju u inkjesta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Jilqa’, b’mod partikolari, it-titjib li ġej li jinsab fil-ftehim rivedut:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-affermazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-Parlament u tal-Kunsill u r-rwol tal-Kummissjoni bħala medjatriċi onesta, b’mod partikolari billi tiżgura fluss komprensiv, f’waqtu, dettaljat u trasparenti tat-tagħrif lill-Parlament li jippermetti skrutinju demokratiku sinifikanti, kif muri mill-impenn li l-Parlament jiġi mgħarraf bl-inizjattivi ta’ politika u l-proposti leġiżlattivi mhux inklużi fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, u li jiġu ppreżentati inizjattivi fundamentali fil-plenarja immedjatament wara li jkunu ġew adottati mill-kulleġġ tal-kummissarji;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-obbligu tal-President elett li jippreżenta lill-Parlament tagħrif dettaljat dwar il-kompożizzjoni tal-Kulleġġ tal-Kummissarji li jmiss, inkluża l-istruttura ppjanata tiegħu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-impenn tal-Kummissjoni li tiżgura li l-valutazzjonijiet tal-impatt li tagħmel jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tagħha permezz ta’ proċedura trasparenti li tiggarantixxi valutazzjoni indipendenti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>it-tisħiħ tar-responsabbiltà politika tal-Kummissjoni billi tiġi żgurata l-preżenza tal-Membri kompetenti tal-Kummissjoni fil-Parlament, kemm fil-plenarja kif ukoll fil-kumitati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-assigurazzjoni li l-Membri tal-Kummissjoni se jiġu ġeneralment imsejħa mill-Parlament bħala parti mill-funzjoni ta’ sorveljanza politika tiegħu, u li l-Parlament jista’ jitlob li kummissarju speċifiku jkun preżenti fil-plenarja meta punt fl-aġenda jiġġustifika tali preżenza; b’mod partikolari, l-assigurazzjoni li, matul il-Ħin għall-Mistoqsijiet, għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 minuta, il-Membri tal-Kummissjoni li l-portafolli tagħhom huma relatati mat-tema tal-mistoqsijiet se jkunu preżenti, sabiex jiġi żgurat dibattitu sinifikanti, miftuħ u demokratiku bejn il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Membri tal-Kummissjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-obbligu li l-Membri tal-Kummissjoni jattendu l-laqgħat tal-kumitati, u li huwa biss f’każ li l-preżenza ta’ kummissarju ma tkunx espliċitament meħtieġa, li dan jista’ jiġi sostitwit minn uffiċjal ta’ grad għoli li jkun f’pożizzjoni li jipprovdi tweġibiet sostantivi għall-mistoqsijiet mill-membri tal-kumitat;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-impenn tal-Kummissjoni li, kull meta jkollha l-ħsieb li tirtira proposta, il-Membru kompetenti tal-Kummissjoni se jattendi l-laqgħat tal-kumitati biex jiddiskuti dik l-intenzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-impenn tal-Kummissjoni li tipprovdi ġustifikazzjoni għal każijiet eċċezzjonali u ta’ emerġenza u tagħrif komprensiv dwarhom, meta l-proposti tagħha jkunu bbażati fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE, kemm meta titressaq it-talba lill-Parlament kif ukoll wara l-implimentazzjoni tal-att legali kkonċernat;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>it-tisħiħ tad-dritt ta’ inizjattiva tal-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-TFUE, inklużi proposti biex tiġi emendata jew revokata leġiżlazzjoni eżistenti, billi jissaħħaħ is-segwitu li l-Kummissjoni tagħti lit-talbiet tal-Parlament;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>l-impenn tal-Kummissjoni li, kull meta titlob lill-Parlament jiddeċiedi b’mod urġenti dwar proposta, dan se tagħmlu bil-miktub u tipprovdi ġustifikazzjoni għat-talba;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>—</SYMBOL>il-fluss imtejjeb tat-tagħrif rigward il-ftehimiet internazzjonali fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, biex b’hekk tissaħħaħ ir-responsabbiltà demokratika u t-trasparenza fil-politika esterna;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li l-iskrutinju demokratiku fuq il-Kummissjoni mhux biss jirrikjedi qafas legali xieraq, iżda wkoll sens ta’ responsabbiltà u impenn politiku; jiġbed l-attenzjoni għall-iskambju formali bejn il-Membri tal-Parlament u l-Kummissjoni matul is-sessjoni plenarja, inkluż matul il-Ħin għall-Mistoqsijiet, bħala pedament tad-demokrazija Ewropea; jimpenja ruħu li jkompli jinvesti u jrawwem kultura parlamentari sabiex tiġi żgurata l-attendenza ta’ dawk is-sessjonijiet fuq iż-żewġ naħat, għax dan jippermetti skambju sinifikanti u sostantiv bejn il-Parlament u l-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas tal-Kummissjoni milli tindika jekk inizjattivi leġiżlattivi ġodda humiex se jkunu akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt, u milli tipprovdi ġustifikazzjoni xierqa fejn ma tiġi pprovduta l-ebda valutazzjoni tal-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-ftehim rivedut, u fir-rwol tagħha bħala gwardjan tat-Trattati, iġġedded l-isforzi tagħha biex tissodisfa l-obbligu fl-Artikolu 226 tat-TFUE u tiffaċilita l-adozzjoni ta’ regolament li jirregola l-eżerċizzju tad-dritt ta’ inkjesta tal-Parlament Ewropew, li ilu mistenni; jistenna li l-Kummissjoni tonora l-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera reċiproka meta tivvaluta l-proposti tal-Parlament dwar il-kwistjoni u tikkoopera b’rieda tajba mal-Parlament Ewropew biex issolvi kwalunkwe kwistjoni pendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistenna li l-Kummissjoni tikkonforma bis-sħiħ kemm mad-dispożizzjonijiet il-ġodda kif ukoll ma’ dawk eżistenti tal-Ftehim. Għandu jiġi stabbilit monitoraġġ regolari mill-Parlament Ewropew tal-implimentazzjoni tal-Ftehim mid-dħul fis-seħħ tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Japprova l-konklużjoni tal-ftehim anness hawnhekk;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma l-ftehim flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi, għal skopijiet ta’ informazzjoni, din id-deċiżjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS: ABBOZZ TA’ FTEHIM QAFAS DWAR IR-RELAZZJONIJIET BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUMMISSJONI EWROPEA</STRING></TI>
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUMMISSJONI EWROPEA (minn issa ’l quddiem “iż-żewġ Istituzzjonijiet”),

<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), partikolarment l-Artikolu 295 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn issa ’l quddiem “it-Trattati”),

<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidraw il-Ftehimiet Interistituzzjonali u t-testi li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ Istituzzjonijiet,

<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidraw ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament,

<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidraw il-linji gwida politiċi maħruġa, u d-dikjarazzjonijiet rilevanti magħmula, mill-President elett tal-Kummissjoni fit-18 ta’ Lulju 2024 u d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-prinċipji politiċi li jiffurmaw il-bażi ta’ reviżjoni tal-Ftehim Qafas tal-2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea maħruġa mill-President elett tal-Kummissjoni u l-President tal-Parlament fil-21 ta’ Ottubru 2024,

<NO.P>A.</NO.P>billi t-Trattat ta’ Liżbona jsaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni,

<NO.P>B.</NO.P>billi ż-żewġ Istituzzjonijiet jagħtu l-akbar importanza lit-traspożizzjoni effettiva u l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni,

<NO.P>C.</NO.P>billi dan il-Ftehim Qafas ma jaffettwax il-poteri u l-prerogattivi tal-Parlament, tal-Kummissjoni jew ta’ istituzzjoni oħra jew korp ieħor tal-Unjoni, imma jfittex li jiżgura li dawk il-prerogattivi jiġu eżerċitati bl-iżjed mod effettiv u trasparenti possibbli,

<NO.P>D.</NO.P>billi dan il-Ftehim Qafas għandu jkun interpretat f’konformità mal-qafas istituzzjonali hekk kif organizzat bit-Trattati,

<NO.P>E.</NO.P>billi l-Kummissjoni tqis kif jistħoqq ir-rwoli rispettivi mogħtija mit-Trattati lill-Parlament u lill-Kunsill, b’mod partikolari b’riferiment għall-prinċipju bażiku ta’ trattament ugwali stipulat taħt il-punt 9,

<NO.P>F.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 10(1) tat-TUE, il-funzjonament tal-Unjoni huwa msejjes fuq id-demokrazija rappreżentattiva,

<NO.P>G.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 17(8) tat-TUE, il-Kummissjoni, bħala korp, hija responsabbli lejn il-Parlament,

<NO.P>H.</NO.P>billi huwa xieraq li jiġi aġġornat il-Ftehim Qafas konkluż f’Ottubru 2010<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2010/1120/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u emendat fi Frar 2018<FOOTNOTE><FIELD>ĠU L 45, 17.2.2018, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2018/217/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u jiġi sostitwit bit-test li ġej,

<NO.P>I.</NO.P>	billi ż-żewġ Istituzzjonijiet ifakkru l-għan tagħhom li jikkooperaw sabiex jaġġornaw u jissimplifikaw il-leġiżlazzjoni u jevitaw piżijiet amministrattivi, filwaqt li jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi tal-leġiżlazzjoni,

<NO.P>J.</NO.P>billi ż-żewġ Istituzzjonijiet huma impenjati li jkomplu jtejbu l-fluss ta’ informazzjoni u jħeġġu l-preżenza tal-Membri rispettivi tagħhom fis-seduti plenarji u f’laqgħat oħra tal-Parlament; billi, f’dan il-kuntest, il-Parlament se jivvaluta regolarment is-sitwazzjoni bl-għan li jkompli jtejjeb il-preżenza tal-Membri matul is-seduti plenarji,

ftiehmu kif ġej:

<NO.P>I.</NO.P><STRING BOLD="on">KAMP TA’ APPLIKAZZJONI</STRING>

<NO.P>1.</NO.P>Bil-għan li tiġi riflessa aħjar is-sħubija speċjali bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, iż-żewġ Istituzzjonijiet jaqblu fuq il-miżuri li ġejjin biex isaħħu r-responsabbiltà u l-leġittimità politika tal-Kummissjoni, jestendu d-djalogu kostruttiv, itejbu l-fluss ta’ informazzjoni bejn iż-żewġ Istituzzjonijiet u jtejbu l-kooperazzjoni fil-proċeduri u fl-ippjanar.

Jaqblu wkoll dwar dispożizzjonijiet speċifiċi:

<NO.P>–</NO.P>dwar laqgħat tal-Kummissjoni ma’ esperti nazzjonali, kif stabbilit fl-Anness I;

<NO.P>–</NO.P>dwar l-għoti ta’ tagħrif kunfidenzjali lill-Parlament, kif stabbilit fl-Anness II;

<NO.P>–</NO.P>dwar in-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, kif stabbilit fl-Anness III;  u

<NO.P>–</NO.P>dwar l-iskeda tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, kif stabbilit fl-Anness IV.

<NO.P>II.</NO.P><STRING BOLD="on">RESPONSABBILTÀ POLITIKA</STRING>

<NO.P>2.</NO.P>Wara n-nomina tiegħu mill-Kunsill Ewropew, il-President nominat tal-Kummissjoni jippreżenta lill-Parlament linji gwida politiċi għall-mandat tal-President sabiex ikun jista’ jsir skambju infurmat ta’ fehmiet mal-Parlament qabel ma dan jieħu l-vot dwar l-elezzjoni.

<NO.P>3.</NO.P>Il-President elett tal-Kummissjoni għandu jgħarraf lill-Parlament dwar l-istruttura ppjanata u l-bilanċ bejn il-ġeneri tal-Kulleġġ tal-Kummissarji l-ġdid fi żmien xieraq qabel il-ftuħ tal-proċedura fil-Parlament relatata mal-approvazzjoni tal-Parlament lill-Kummissjoni l-ġdida. Il-Parlament, f’konformità mar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, għandu jikkomunika mal-President elett tal-Kummissjoni f’ħin xieraq qabel il-ftuħ tal-proċeduri relatati mal-approvazzjoni tiegħu għall-Kummissjoni l-ġdida. Il-Parlament għandu jqis il-kummenti espressi mill-President elett.

Il-Membri nominati tal-Kummissjoni għandhom jiżguraw li jagħtu t-tagħrif rilevanti kollu, f’konformità mal-obbligu ta’ indipendenza stabbilit fl-Artikolu 245 tat-TFUE.

Il-proċeduri għandhom jitfasslu b’tali mod li jkun żgurat li l-Kummissjoni nominata kollha tkun evalwata b’mod miftuħ, ġust u konsistenti.

<NO.P>4.</NO.P>Kull Membru tal-Kummissjoni għandu jerfa’ responsabbiltà politika għal azzjoni fil-qasam li jkun responsabbli għalih, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-kulleġġjalità tal-Kummissjoni.

Il-President tal-Kummissjoni għandu jkun responsabbli bis-sħiħ biex jidentifika kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jimpedixxi lil Membru tal-Kummissjoni milli jaqdi dmirijietu.

Il-President tal-Kummissjoni huwa bl-istess mod responsabbli għal kwalunkwe azzjoni sussegwenti meħuda f’tali ċirkustanzi u għandu immedjatament jgħarraf bil-miktub lill-President tal-Parlament dwar dan.

Il-parteċipazzjoni tal-Membri tal-Kummissjoni f’kampanji elettorali hija regolata mill-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 65, 21.2.2018, p. 7.</FIELD></FOOTNOTE>.

Il-Membri tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw f’kampanji elettorali fl-elezzjonijiet għall-Parlament, inkluż bħala kandidati. Jistgħu jintgħażlu wkoll mill-partiti politiċi Ewropej bħala kandidati prinċipali (“Spitzenkandidaten”) għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni.

Il-President tal-Kummissjoni għandu jgħarraf lill-Parlament fi żmien xieraq jekk Membru wieħed jew aktar tal-Kummissjoni humiex se jersqu bħala kandidati fil-kampanji elettorali għall-elezzjonijiet għall-Parlament, kif ukoll dwar il-miżuri meħuda biex ikun żgurat ir-rispett tal-prinċipji tal-indipendenza, tal-integrità u tad-diskrezzjoni previsti fl-Artikolu 245 tat-TFUE u fil-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea.

Kwalunkwe Membru tal-Kummissjoni li jersaq bħala kandidat jew li jipparteċipa f’kampanja elettorali għall-elezzjonijiet għall-Parlament jimpenja ruħu li, matul il-kampanja, ma jaċċettax kariga li ma tkunx konformi mad-dmir tiegħu ta’ kunfidenzjalità jew li tikser il-prinċipju tal-kulleġġjalità.

Membri tal-Kummissjoni li jersqu bħala kandidati jew jipparteċipaw f’kampanji elettorali għall-elezzjonijiet għall-Parlament ma jistgħux jużaw ir-riżorsi umani jew materjali tal-Kummissjoni għal attivitajiet marbuta mal-kampanja elettorali.

<NO.P>5.</NO.P>Jekk il-Parlament jitlob lill-President tal-Kummissjoni jirtira l-fiduċja f’Membru individwali tal-Kummissjoni, il-President għandu jeżamina jekk għandux jitlob ir-riżenzja ta’ dak il-Membru, skont l-Artikolu 17(6) tat-TUE. Il-President għandu jitlob ir-riżenja ta’ dak il-Membru jew jispjega quddiem il-Parlament għaliex irrifjuta li jitlob ir-riżenja fis-sessjoni parzjali sussegwenti.

<NO.P>6.</NO.P>Meta jkun jeħtieġ li Membru tal-Kummissjoni jinbidel waqt il-mandat tal-Membru, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-TFUE, il-President tal-Kummissjoni għandu jqis serjament ir-riżultat tal-konsultazzjoni tal-Parlament qabel ma japprova d-deċiżjoni tal-Kunsill.

Il-Parlament għandu jiżgura li l-proċeduri tiegħu jitmexxew b’ħeffa, sabiex jippermettu li l-President tal-Kummissjoni jeżamina b’mod serju l-opinjoni tal-Parlament qabel ma jinħatar il-Membru l-ġdid .

Bl-istess mod, skont l-Artikolu 246 tat-TFUE, it-tielet paragrafu, meta ż-żmien li jkun fadal għall-mandat tal-Kummissjoni jkun qasir, il-President tal-Kummissjoni jqis serjament il-pożizzjoni tal-Parlament.

<NO.P>7.</NO.P>Jekk il-President tal-Kummissjoni jkun biħsiebu jbiddel l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fost il-Membri tal-Kummissjoni matul il-mandat tiegħu skont l-Artikolu 248 tat-TFUE, il-President għandu jgħarraf lill-Parlament fi żmien xieraq għall-konsultazzjoni parlamentari rilevanti fir-rigward ta’ dak it-tibdil. Id-deċiżjoni tal-President li jbiddel l-allokazzjoni tal-portafolli jista’ jkollha effett immedjat.

<NO.P>8.</NO.P>Meta l-Kummissjoni tressaq reviżjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-kunflitti ta’ interess jew imġiba etika, hija titlob l-opinjoni tal-Parlament.

<NO.P>III.</NO.P><STRING BOLD="on">DJALOGU KOSTRUTTIV U FLUSS TA’ INFORMAZZJONI</STRING>

<NO.P>(i)</NO.P><STRING BOLD="on">Dispożizzjonijiet ġenerali</STRING>

<NO.P>9.</NO.P>Il-Kummissjoni tiggarantixxi li tapplika l-prinċipju bażiku ta’ trattament indaqs għall-Parlament u għall-Kunsill, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għal-laqgħat u l-għoti ta’ kontributi jew tagħrif ieħor, b’mod partikolari dwar kwistonijiet leġiżlattivi u baġitarji.

<NO.P>10.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tikkopera mal-Parlament u mal-Kunsill fuq bażi ugwali, b’rispett sħiħ tal-bilanċ bejn l-istituzzjonijiet u l-prerogattivi istituzzjonali mogħtija lilhom mit-Trattati. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa bil-ħsieb li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-koleġiżlaturi, billi taġixxi bħala sensar onest.

<NO.P>11.</NO.P>Fi ħdan il-kompetenzi tagħha, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri biex tinvolvi aħjar lill-Parlament b’tali mod li tqis kemm jista’ jkun il-fehmiet tal-Parlament fil-qasam tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni.

<NO.P>12.</NO.P>Isiru għadd ta’ arranġamenti kif ġej biex tiġi implimentata s-sħubija speċjali bejn il-Parlament u l-Kummissjoni:

<NO.P>–</NO.P>il-President tal-Kummissjoni jiltaqa’ mal-Konferenza tal-Presidenti fuq talba tal-Parlament, mhux anqas minn darbtejn fis-sena biex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ interess komuni;

<NO.P>–</NO.P>il-President tal-Kummissjoni jkollu djalogu regolari mal-President tal-Parlament dwar kwistjonijiet orizzontali fundamentali u proposti leġiżlattivi ewlenin. Dan id-djalogu għandu jinkludi wkoll stediniet lill-President tal-Parlament biex jattendi laqgħat tal-Kulleġġ tal-Kummissarji;

<NO.P>–</NO.P>il-President tal-Kummissjoni jew il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mir-relazzjoni interistituzzjonali għandu jkun mistieden biex jattendi l-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti u l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati meta jiġu diskussi kwistjonijiet speċifiċi relatati mat-tfassil tal-aġenda għas-sessjoni plenarja, mar-relazzjonijiet interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kummissjoni u ma’ kwistjonijiet leġiżlattivi u baġitarji;

<NO.P>–</NO.P>għandhom isiru laqgħat kull sena bejn il-Konferenza tal-Presidenti u l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati u l-Kulleġġ tal-Kummissarji biex jiddiskutu kwistjonijiet rilevanti, inklużi t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni;

<NO.P>–</NO.P>il-Konferenza tal-Presidenti u l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bir-riżultati tad-diskussjonijiet tagħhom li jkollhom dimensjoni interistituzzjonali. Barra minn hekk, il-Parlament għandu jżomm lill-Kummissjoni infurmata bis-sħiħ u regolarment dwar l-eżitu tal-laqgħat li jittrattaw it-tħejjija tas-sessjonijiet parzjali billi jqis il-fehmiet tal-Kummissjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-punt 57;

<NO.P>–</NO.P>sabiex jiġi żgurat fluss ta’ informazzjoni rilevanti bejn iż-żewġ Istituzzjonijiet, is-Segretarji Ġenerali tal-Parlament u tal-Kummissjoni għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari.

<NO.P>13.</NO.P>Kull Membru tal-Kummissjoni għandu jiżgura li jkun hemm fluss regolari u dirett ta’ informazzjoni bejn il-Membru tal-Kummissjoni u l-president tal-kumitat parlamentari relevanti.

<NO.P>14.</NO.P>Il-Kummissjoni ma għandha tagħmel pubblika l-ebda proposta leġiżlattiva jew l-ebda inizjattiva jew deċiżjoni sinifikanti qabel ma tavża lill-Parlament bil-miktub dwarhom.

Abbażi tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, iż-żewġ Istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw minn qabel, bi ftehim komuni, l-inizjattivi ewlenin li għandhom jiġu ppreżentati fis-sessjoni plenarja. Il-Parlament jista’ jiddeċiedi li dawk l-inizjattivi ewlenin jiġu ppreżentati fil-forma ta’ dibattitu pprogrammat immedjatament wara l-adozzjoni tagħhom mill-Kulleġġ tal-Kummissarji. Fil-prinċipju, il-Kummissjoni l-ewwel tippreżenta dawk l-inizjattivi fis-sessjoni plenarja u biss wara lill-pubbliku.

Bl-istess mod, iż-żewġ Istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw dawk il-proposti u l-inizjattivi li fir-rigward tagħhom għandu jiġi ppreżentat tagħrif quddiem il-Konferenza tal-Presidenti, jew billi jiġi mgħarraf b’mod xieraq il-kumitat parlamentari rilevanti jew il-president tiegħu.

Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fil-qafas tad-djalogu regolari bejn iż-żewġ Istituzzjonijiet, kif inhu previst fil-punt 12, u għandhom jiġu aġġornati fuq bażi regolari billi jitqies kwalunkwe żvilupp politiku.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament, inklużi l-kumitati parlamentari tiegħu, b’mod komprensiv u f’waqtu, dwar inizjattivi ta’ politika u proposti leġiżlattivi futuri oħra mhux inklużi fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, li jaqgħu taħt il-prerogattivi leġiżlattivi u baġitarji tal-Parlament.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi wkoll b’mod strutturat tagħrif komprensiv, f’waqtu u dettaljat lill-Parlament, inkluż lill-kumitati parlamentari tiegħu, sabiex il-Parlament ikun jista’ jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu ta’ kontroll politiku u konsultazzjoni kif stabbilit fit-Trattati.

<NO.P>15.</NO.P>Jekk dokument intern tal-Kummissjoni – li dwaru l-Parlament ma jkunx ġie infurmat skont dan il-Ftehim Qafas – jiċċirkola barra mill-istituzzjonijiet, il-President tal-Parlament jista’ jitlob li d-dokument ikkonċernat jintbagħat lill-Parlament mingħajr dewmien sabiex jgħaddih lil kwalunkwe Membru tal-Parlament li jitolbu.

<NO.P>16.</NO.P>Il-Kummissjoni tipprovdi tagħrif sħiħ u dokumentazzjoni sħiħa dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi liġijiet li ma jorbtux u atti delegati. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tistieden l-esperti tal-Parlament biex jattendu għal dawk il-laqgħat, f’każ li tintalab tagħmel dan mill-Parlament.

Id-dispożizzjonijiet rilevanti huma stabbiliti fl-Anness I.

<NO.P>17.</NO.P>Fi żmien tliet xhur wara l-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni parlamentari, il-Kummissjoni għandha tipprovdi tagħrif bil-miktub lill-Parlament dwar l-azzjoni meħuda bħala tweġiba għal talbiet speċifiċi indirizzati lilha fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament, inkluż f’każijiet fejn ma setgħetx tieħu azzjoni skont il-fehmiet tal-Parlament.

F’każ li t-talba tkun urġenti, dak il-perjodu jista’ jitqassar. Huwa jista’ jiġi estiż b’xahar meta t-talba tkun teħtieġ ħidma aktar eżawrjenti u dan ikun debitament xieraq. Il-Parlament jiżgura ruħu li dan it-tagħrif jinxtered b’mod wiesa’ mal-istituzzjoni.

Il-Parlament jagħmel ħiltu biex jevita li jagħmel mistoqsijiet orali jew bil-miktub rigward kwistjonijiet li dwarhom il-Kummissjoni tkun diġà għarrfet lill-Parlament dwar il-pożizzjoni tagħha permezz ta’ komunikazzjoni ta’ segwitu bil-miktub.

<NO.P>18.</NO.P>F’konformità mal-punt 12, l-inċiż 5, il-Parlament jgħarraf kif xieraq lill-Kummissjoni meta jkollu l-ħsieb li jfassal rapport ta’ inizjattiva leġiżlattiva li jitlob proposta għal att tal-Unjoni skont l-Artikolu 225 tat-TFUE.

Wara dak, il-kumitat responsabbli għandu jistieden lill-Kummissjoni għal skambju ta’ fehmiet dwar l-abbozz ta’ rapport. L-iskambji ta’ fehmiet mal-Kummissjoni u l-komunikazzjonijiet uffiċjali mill-President lill-Membri responsabbli tal-Kummissjoni għandhom ikomplu matul il-proċess preparatorju kull meta jkun xieraq.

Kwalunkwe talba għal proposta għal att tal-Unjoni magħmula mill-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-TFUE għandha tkun akkumpanjata minn rapport li jagħti dettalji dwar ir-raġunijiet għaliex il-Parlament iqis li att tal-Unjoni huwa meħtieġ għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, filwaqt li jitqiesu wkoll il-piż mistenni u l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-att inkwistjoni. Għal dak il-għan, il-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni jista’ jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi pariri tekniċi.

Il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni fil-pront u dettaljata lit-talbiet għal proposti għal atti tal-Unjoni magħmula mill-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-TFUE, inklużi proposti biex tiġi emendata jew imħassra leġiżlazzjoni eżistenti.

Il-Kummissjoni għandha twieġeb dawn it-talbiet fi żmien tliet xhur, u tiddikjara x’segwitu biħsiebha tagħtihom billi tadotta komunikazzjoni speċifika. Minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni tista’ tintalab tagħmel dikjarazzjoni fil-plenarja biex tgħarraf lill-Parlament dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu li biħsiebha tieħu, jew tiġi mistiedna mill-kumitat responsabbli għal waħda mil-laqgħat tiegħu li jmiss biex tipprovdi dak it-tagħrif u tagħmel skambju ta’ fehmiet mal-kumitat.

B’rispett sħiħ tal-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà u f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1., ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2016/512/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva mhux aktar tard minn sena wara jew għandha tinkludi l-proposta fil-Programm ta’ Ħidma tas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni għandha, fuq talba, taġġorna lill-Parlament dwar il-ħidma preparatorja. Jekk il-Kummissjoni ma tippreżentax proposta, hija għandha tgħarraf lill-Parlament dwar ir-raġunijiet dettaljati, inkluż fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni mqajma mill-koleġiżlaturi fir-rigward ta’ analiżijiet li jikkonċernaw il-“valur miżjud Ewropew” u li jikkonċernaw il-“prezz tan-non-Ewropa”, u tipprovdi, fejn xieraq, analiżi ta’ alternattivi possibbli.

Meta l-Parlament jiddeċiedi, fil-kuntest tal-proċedura baġitarja, li jipproponi proġett pilota jew azzjoni preparatorja b’rabta ma’ talba għal proposta għal att tal-Unjoni li tkun qed titfassal jew li tkun ġiet adottata mill-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-TFUE, il-Parlament għandu jibgħat il-proposta tiegħu għal proġett pilota jew għal azzjoni preparatorja lill-Kummissjoni b’referenza speċjali għar-rabta mat-talba mfassla jew adottata skont l-Artikolu 225 tat-TFUE.

Fuq talba tal-Parlament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għarfien espert tekniku u appoġġ fit-tfassil ta’ tali proġett pilota jew azzjoni preparatorja. Il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji jistgħu jiġu implimentati biss fil-baġit dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 58 tar-Regolament Finanzjarju<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>.

<NO.P>19.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha wkoll timpenja ruħha favur koperazzjoni mill-qrib u bikrija mal-Parlament dwar kwalunkwe talba ta’ inizjattiva leġiżlattiva li tirriżulta minn inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej.

<NO.P>20.</NO.P>Meta jittieħdu inizjattivi jew isiru rakkomandazzjonijiet jew talbiet għal atti leġiżlattivi skont l-Artikolu 289(4) tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament, jekk tintalab, dwar il-pożizzjoni tagħha dwar dawk il-proposti miġjuba quddiem il-kumitat parlamentari rilevanti.

<NO.P>21.</NO.P>Rigward il-proċedura ta’ kwittanza, id-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-punt 40 għandhom japplikaw.

<NO.P>22.</NO.P>Iż-żewġ Istituzzjonijiet jaqblu li jikkoperaw fil-qasam tar-relazzjonijiet mal-Parlamenti nazzjonali.

Il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw fl-implimentazzjoni tal-Protokoll Nru 2 tat-TFUE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi arranġamenti relatati ma’ kwalunkwe traduzzjoni meħtieġa tal-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlamenti nazzjonali.

Meta l-limiti msemmija fl-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 2 tat-TFUE jkunu ġew issodisfati, il-Kummissjoni għandha tipprovdi t-traduzzjonijiet tal-opinjonijiet motivati kollha ppreżentati mill-Parlamenti nazzjonali flimkien mal-pożizzjoni tagħha dwarhom.

<NO.P>23.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament dwar il-lista tal-gruppi esperti tagħha mwaqqfa sabiex jgħinu lill-Kummissjoni fit-twettiq tad-dritt tagħha għall-inizjattiva. Dik il-lista għandha tkun aġġornata fuq bażi regolari u għandha tiġi ppubblikata.

F’dan il-qafas, il-Kummissjoni għandha tgħarraf b’mod xieraq lill-kumitat parlamentari kompetenti, fuq rikjesta speċifika u motivata tal-president tiegħu, dwar l-attivitajiet u l-kompożizzjoni ta’ gruppi bħal dawn.

<NO.P>24.</NO.P>	Bl-għajnuna ta’ mekkaniżmi xierqa, iż-żewġ Istituzzjonijiet għandu jkollhom djalogu kostruttiv dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw oqsma amministrattivi importanti, l-iżjed dwar kwistjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet diretti għall-amministrazzjoni tal-Parlament stess. Meta l-Kummissjoni tikkondividi tagħrif mal-Kunsill dwar dawk il-l-oqsma u dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji potenzjali tagħhom, dak it-tagħrif għandu jiġi kondiviż fl-istess ħin mal-Parlament.

<NO.P>25.</NO.P>Meta jħejji emendi għar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu li jaffettwaw ir-relazzjonijiet tal-Parlament mal-Kummissjoni, il-Parlament għandu jibgħat dawk l-emendi lill-Kummissjoni fi żmien xieraq qabel ma jitlob l-opinjoni tagħha. Jekk il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tagħti opinjoni, hija għandha tagħtiha fi żmien xieraq qabel il-votazzjoni dwar dawk l-emendi fil-kumitat responsabbli. Il-kumitat responsabbli għandu jikkunsidra dik l-opinjoni u għandu jinvolvi ruħu mal-Kummissjoni b’mod sinifikanti qabel il-votazzjoni fil-kumitat responsabbli.

Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mir-relazzjonijiet interistituzzjonali għandu jingħata l-opportunità li jagħmel skambju ta’ fehmiet mal-Parlament f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Qafas, u li jagħmel dikjarazzjoni fil-plenarja qabel il-votazzjoni.

<NO.P>26.</NO.P>Meta tkun invokata l-kunfidenzjalità fir-rigward ta’ kwalunkwe tagħrif mibgħut skont dan il-Ftehim Qafas, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

<NO.P>(ii)</NO.P><STRING BOLD="on">Ftehimiet internazzjonali u tkabbir</STRING>

<NO.P>27.</NO.P>Sabiex il-Parlament ikun jista’ jwettaq il-funzjoni tiegħu ta’ kontroll politiku, huwa għandu jkun mgħarraf minnufih u bis-sħiħ f’kull fażi tan-negozjati u tal-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, inkluża d-definizzjoni ta’ direttivi ta’ negozjar. Il-Kummissjoni għandha taġixxi b’tali mod li tagħti effett sħiħ lill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 218 tat-TFUE, filwaqt li tirrispetta r-rwol ta’ kull Istituzzjoni skont l-Artikolu 13(2) tat-TUE.

Il-Kummissjoni għandha tapplika l-arranġamenti stabbiliti fl-Anness III.

<NO.P>28.</NO.P>Meta l-Kummissjoni tidħol f’negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar kwalunkwe modalità għall-koperazzjoni interparlamentari skont ftehim internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tfittex u tqis il-fehmiet tal-Parlament.

<NO.P>29.</NO.P>Meta l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tipproponi lill-Kunsill l-applikazzjoni proviżorja ta’ ftehim internazzjonali, hija għandha tgħarraf lill-Parlament kmieni kemm jista’ jkun, u tiddikjara r-raġunijiet tagħha għal tali proposta, filwaqt li żżomm f’moħħha li l-Artikolu 218(5) tat-TFUE jippermetti biss l-applikazzjoni proviżorja meta jkun meħtieġ.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ inizjattiva tagħha u b’rispett sħiħ għall-bilanċ istituzzjonali, sakemm ma jkunx debitament ġustifikat minn ċirkostanzi oħra, meta l-Kummissjoni tipproponi deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja, hija tipproponi li l-Kunsill, f’dik id-deċiżjoni, jawtorizza lill-Kummissjoni tipproċedi bin-notifika tal-applikazzjoni proviżorja lil partijiet terzi b’tali mod li l-Parlament ikun f’pożizzjoni li jagħti l-approvazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 218(6) tat-TFUE f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. F’dak il-każ, il-Parlament jagħmel ħiltu biex jorganizza l-proċedura ta’ approvazzjoni b’tali mod li jiżgura li tali notifika tkun tista’ tintbagħat lill-parti terza jew lill-partijiet terzi fil-ftehim internazzjonali malajr kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja.

<NO.P>30.</NO.P>Il-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament minnufih u bis-sħiħ bi kwalunkwe proposta magħmula skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE, kif ukoll bi kwalunkwe każ fejn il-Kummissjoni tagħmel użu mis-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikolu 218(7) tat-TFUE.

<NO.P>31.</NO.P>Fid-dawl tal-Artikolu 13(2) tat-TUE u sabiex jiġi żgurat fluss ugwali ta’ informazzjoni, meta l-Kummissjoni tinnegozja u tikkonkludi ftehimiet internazzjonali mhux vinkolanti, hija għandha tgħarraf lill-Parlament soġġett għall-applikazzjoni tar-regoli dwar it-trażmissjoni ta’ tagħrif kunfidenzjali stabbiliti fl-Anness II.

<NO.P>32.</NO.P>Meta pajjiż terz japplika biex jaderixxi ma’ ftehim internazzjonali li fih l-Unjoni hija parti u li jinkludi l-possibbiltà li l-partijiet kontraenti joġġezzjonaw għall-adeżjoni ta’ pajjiż terz, il-Parlament għandu jiġi mgħarraf b’dik l-applikazzjoni fl-istess ħin li jiġi mgħarraf il-Kunsill.

<NO.P>33.</NO.P>	It-tagħrif imsemmi fil-punt 27 għandu jingħata lill-Parlament f’biżżejjed żmien  minn qabel biex, jekk ikun hemm bżonn, ikun jista’ jagħti l-fehma tiegħu, u lill-Kummissjoni biex, safejn ikun possibbli, tkun tista’ tqis il-fehmiet tal-Parlament. Dak it-tagħrif, bħala regola ġenerali<STRING BOLD="on">, </STRING>għandu jingħata lill-Parlament permezz tal-kumitati parlamentari responsabbli u, fejn xieraq, waqt seduta plenarja<STRING ITALIC="on">. </STRING>

F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness II, il-Parlament u l-Kummissjoni jimpenjaw ruħhom li jistabbilixxu proċeduri u salvagwardji xierqa għat-trażmissjoni ta’ tagħrif kunfidenzjali mill-Kummissjoni lill-Parlament.

<NO.P>34.</NO.P>Iż-żewġ Istituzzjonijiet jagħrfu illi minħabba l-irwoli istituzzjonali differenti tagħhom, il-Kummissjoni tirrappreżenta l-Unjoni Ewropea f’negozjati internazzjonali, għajr f’dawk li għandhom x’jaqsmu mal-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni u f’każijiet oħra kif jiddisponu t-Trattati.

Meta l-Kummissjoni tirrappreżenta l-Unjoni f’konferenzi internazzjonali, hija għandha fuq talba tal-Parlament, tiffaċilita l-inklużjoni ta’ delegazzjoni ta’ Membri tal-Parlament Ewropew bħala osservaturi f’delegazzjonijiet tal-Unjoni, sabiex ikun mgħarraf minnufih u bis-sħiħ dwar il-proċedimenti tal-konferenza. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb, fejn japplika, li sistematikament tgħarraf lid-delegazzjoni tal-Parlament bl-eżitu tan-negozjati.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma jistgħux jieħdu sehem direttament f’dawn in-negozjati. Suġġett għall-possibilitajiet ġuridiċi, tekniċi u diplomatiċi, jistgħu jingħataw status ta’ osservaturi mill-Kummissjoni. F’każ li dan jiġi miċħud, il-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament bir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ Membri tal-Parlament Ewropew bħala osservaturi fil-laqgħat kollha rilevanti taħt ir-responsabbiltà tagħha qabel u wara s-sessjonijiet tan-negozjati.

<NO.P>35.</NO.P>Bl-istess kundizzjonijiet, il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament mgħarraf sistematikament dwar il-laqgħat, inkluż, sa fejn hu possibbli, dwar il-laqgħat preparatorji u ta’ koordinazzjoni, tal-korpi mwaqqfa bi ftehimiet internazzjonali multilaterali li jinvolvu l-Unjoni u, sa fejn ikun possibbli, tiżgura li l-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu jiffurmaw parti minn delegazzjonijiet tal-Unjoni jkollhom aċċess għal tali laqgħat, kull meta dawk il-korpi jintalbu jieħdu deċiżjonijiet li jkunu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Parlament jew li l-implimentazzjoni tagħhom tista’ tirrikjedi l-adozzjoni ta’ atti legali f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jew deċiżjonijiet li jinvolvu impenji finanzjarji sostantivi min-naħa tal-Unjoni fir-rigward ta’ pajjiżi terzi.

<NO.P>36.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha barra minn hekk tagħti lid-delegazzjoni tal-Parlament inkluża fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni għal konferenzi internazzjonali, aċċess għall-użu tal-faċilitajiet kollha tad-delegazzjoni tal-Unjoni f’dawk l-okkażjonijiet, konformement mal-prinċipju ġenerali ta’ koperazzjoni tajba bejn l-istituzzjonijiet u billi tqis il-loġistika disponibbli.

Il-President tal-Parlament għandu jibgħat proposta lill-President tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni ta’ delegazzjoni tal-Parlament fid-delegazzjoni tal-Unjoni mhux aktar tard minn 4 ġimgħat qabel il-bidu tal-konferenza, u jispeċifika l-kap tad-delegazzjoni tal-Parlament u n-numru ta’ Membri tal-Parlament Ewropew li għandhom ikunu inklużi. F’każijiet debitament ġustifikati, dan it-terminu jista’ jitqassar f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

In-numru ta’ Membri tal-Parlament Ewropew inklużi fid-delegazzjoni tal-Parlament u ta’ persunal ta’ sostenn għandu jkun proporzjonat għad-daqs kumplessiv tad-delegazzjoni tal-Unjoni.

<NO.P>37.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament mgħarraf bis-sħiħ dwar il-progress tan-negozjati għal sħubija u b’mod partikulari dwar aspetti u żviluppi prinċipali, sabiex tagħtih opportunità jesprimi l-opinjonijiet tiegħu fil-waqt bl-għajnuna tal-proċeduri parlamentari xierqa.

<NO.P>38.</NO.P>Meta l-Parlament jadotta rakkomandazzjoni dwar is-suġġetti msemmija fil-punt 37, skont ir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, u meta, għal raġunijiet importanti, l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tistax tappoġġja rakkomandazzjoni bħal din, hija għandha tispjega r-raġunijiet quddiem il-Parlament, waqt seduta plenarja jew waqt il-laqgħa li jkun imiss tal-kumitat parlamentari rilevanti.

<NO.P>(iii)</NO.P><STRING BOLD="on">Implimentazzjoni baġitarja</STRING>

<NO.P>39.</NO.P>Waqt konferenzi tad-donaturi, qabel ma jsiru wegħdi finanzjarji li jinvolvu impriżi finanzjarji ġodda u li jirrikjedu l-qbil tal-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni tgħarraf lill-awtorità baġitarja u teżamina l-kummenti tagħha. Għall-wegħdiet finanzjarji kollha, il-Kummissjoni tagħmel kull sforz biex tgħarraf lill-awtorità baġitarja dwar is-sorsi ta’ finanzjament għall-impenji finanzjarji.

<NO.P>40.</NO.P>Fir-rigward tal-kwittanza annwali regolata mill-Artikolu 319 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha tikkomunika t-tagħrif kollu meħtieġ għas-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena rilevanti, li jitlob mingħandha għal dak il-għan il-president tal-kumitat parlamentari responsabbli għall-proċedura ta’ kwittanza skont ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.

Jekk joħorġu aspetti ġodda li jikkonċernaw is-snin preċedenti, li għalihom tkun diġà ngħatat il-kwittanza, il-Kummissjoni għandha tgħaddi t-tagħrif kollhu meħtieġ dwar il-kwistjoni bil-għan li tintlaħaq soluzzjoni li tkun aċċettabbli għaż-żewġ naħat.

<NO.P>(iv)</NO.P><STRING BOLD="on">Relazzjoni ma’ aġenziji deċentralizzati</STRING>

<NO.P>41.</NO.P>Il-persuni nominati għall-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv ta’ aġenziji regolatorji għandhom ikunu preżenti għas-seduti ta’ smigħ tal-kumitati parlamentari.

Barra minn hekk, fl-ambitu tad-diskussjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma interistituzzjonali dwar l-Aġenziji mwaqqaf f’Marzu 2009, il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill adottaw approċċ komuni fir-rigward tar-rwol u tal-pożizzjoni tal-aġenziji deċentralizzati fil-pajsaġġ istituzzjonali tal-Unjoni, filwaqt li ppreżentaw linji gwida komuni għall-ħolqien, l-istruttura u l-operat ta’ dawk l-aġenziji, flimkien ma’ kwistjonijiet relatati mal-finanzjament, mal-baġit, mas-superviżjoni u mal-ġestjoni.

<NO.P>IV.</NO.P><STRING BOLD="on">KOPERAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI U TAL-IPPJANAR LEĠIŻLATTIV</STRING>

<NO.P>(i)</NO.P><STRING BOLD="on">Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni u l-programmazzjoni tal-Unjoni Ewropea</STRING>

<NO.P>42.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tagħti bidu għall-programmazzjoni annwali u pluriennali tal-Unjoni bil-għan li jintlaħqu ftehimiet interistituzzjonali.

<NO.P>43.</NO.P>Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-Programm ta’ Ħidma tagħha.

<NO.P>44.</NO.P>Iż-żewġ Istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw skont l-iskeda stabbilita fl-Anness IV.

Il-Kummissjoni għandha tqis il-prijoritajiet espressi mill-Parlament.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ inizjattiva tagħha, il-Kummissjoni għandha tipprovdi id-dettall kollu possibbli dwar dak li huwa previst taħt kull punt fil-Programm ta’ Ħidma tagħha, inklużi l-inizjattivi leġiżlattivi u dawk mhux leġiżlattivi proposti, u l-iskeda mistennija.

<NO.P>45.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tispjega meta ma tkunx tista’ tressaq proposti individwali fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għas-sena kkonċernata jew meta titbiegħed minn dak il-Programm ta’ Ħidma. Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mir-relazzjonijiet interistituzzjonali jimpenja ruħu li jippreżenta regolarment rapport lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, li jagħti deskrizzjoni ġenerali tal-implimentazzjoni politika tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għas-sena kkonċernata.

<NO.P>(ii)</NO.P><STRING BOLD="on">Proċedura għall-adozzjoni ta’ atti</STRING>

<NO.P>46.</NO.P>Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tevalwa bir-reqqa l-emendi fil-proposti leġiżlattivi tagħha adottati mill-Parlament, bil-għan li tqishom fi kwalunkwe proposta emendata.

Meta tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-emendi tal-Parlament skont l-Artikolu 294 tat-TFUE, il-Kummissjoni timpenja ruħha li tqis bl-akbar reqqa l-emendi adottati fit-tieni qari; jekk, għal raġunijiet importanti u wara kunsiderazzjoni mill-Kulleġġ, tiddeċiedi li ma tadottax jew li ma tappoġġjax tali emendi, hija għandha tispjega d-deċiżjoni tagħha quddiem il-Parlament, u fi kwalunkwe każ fl-opinjoni tagħha dwar l-emendi tal-Parlament skont il-punt (c) tal-Artikolu 294(7) tat-TFUE.

<NO.P>47.</NO.P>Meta jkun qed jittratta inizjattiva mressqa minn tal-anqas kwart tal-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 76 tat-TFUE, il-Parlament jimpenja ruħu li ma jadotta l-ebda rapport fil-kumitat rilevanti qabel ma jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-inizjattiva.

Il-Kummissjoni timpenja ruħha li toħroġ l-opinjoni tagħha dwar tali inizjattiva sa mhux aktar tard minn 10 ġimgħat wara li tkun ġiet imressqa.

<NO.P>48.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tipprovdi spjegazzjoni dettaljata fi żmien xieraq qabel ma tirtira kwalunkwe proposta li dwarha l-Parlament ikun diġà esprima pożizzjoni fl-ewwel qari. Fuq talba tal-kumitati parlamentari responsabbli, il-Membru kompetenti tal-Kummissjoni għandu jattendi l-laqgħat tal-kumitati biex jiddiskuti l-intenzjoni tal-Kulleġġ tal-Kummissarji li jirtira proposta, preferibbilment fil-kuntest ta’ skambji ta’ djalogu strutturat.

Il-Kummissjoni għandha tipproċedi b’analiżi tal-proposti kollha pendenti fil-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni l-ġdida, sabiex tikkonfermahom jew tirtirahom politikament, filwaqt li tqis kif jistħoqq il-fehmiet espressi mill-Parlament.

<NO.P>49.</NO.P>Għall-proċeduri leġiżlattivi speċjali li dwarhom il-Parlament għandu jiġi kkonsultat, inklużi proċeduri oħrajn bħal dik stabbilita fl-Artikolu 148 tat-TFUE, il-Kummissjoni:

<NO.P>(i)</NO.P>għandha tieħu miżuri biex tinvolvi aħjar lill-Parlament b’mod li tqis kemm jista’ jkun il-fehmiet tal-Parlament, partikolarment biex tiżgura li l-Parlament ikollu ż-żmien meħtieġ biex iqis il-proposta tal-Kummissjoni;

<NO.P>(ii)</NO.P>għandha tiżgura li l-korpi tal-Kunsill jiġu mfakkra fi żmien xieraq biex ma jilħqux ftehim politiku għall-proposti tagħha qabel ma l-Parlament ikun adotta l-opinjoni tiegħu. Hi għandha titlob li d-diskussjoni tiġi konkluża fuq livell ministerjali wara li jkun ingħata żmien raġonevoli lill-membri tal-Kunsill biex jeżaminaw l-opinjoni tal-Parlament;

<NO.P>(iii)</NO.P>għandha tiżgura li l-Kunsill josserva r-regoli stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li jeżiġu li l-Parlament jerġa’ jiġi kkonsultat jekk il-Kunsill jemenda proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament dwar kull avviż mogħti lill-Kunsill dwar il-ħtieġa ta’ konsultazzjoni mill-ġdid;

<NO.P>(iv)</NO.P>timpenja ruħha, jekk hu xieraq, li tirtira proposta leġiżlattiva li l-Parlament ikun ċaħad. Jekk, għal raġunijiet importanti u wara kunsiderazzjoni mill-Kulleġġ tal-Kummissarji, il-Kummissjoni tiddeċiedi li żżomm il-proposta tagħha, hija għandha tispjega r-raġunijiet ta’ dik id-deċiżjoni f’dikjarazzjoni quddiem il-Parlament.

<NO.P>50.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tagħti segwitu kif xieraq lit-talbiet tal-President tal-Parlament biex tissejjaħ laqgħa interistituzzjonali skont l-Artikolu 324 tat-TFUE.

<NO.P>51.</NO.P>Min-naħa tiegħu, sabiex itejjeb l-ippjanar leġislattiv, il-Parlament jieħu ħsieb:

<NO.P>(i)</NO.P>li jippjana t-taqsimiet leġiżlattivi tal-aġenda tiegħu, jadattahom mal-Programm ta’ Ħidma attwali tal-Kummissjoni u mar-riżoluzzjonijiet li jkun adotta fuq dak il-programm b’mod partikolari bil-ħsieb ta’ titjib fl-ippjanar tad-dibattiti prijoritarji;

<NO.P>(ii)</NO.P>li josserva skadenzi raġonevoli, safejn dawn huma utli għall-proċedura, meta jkun qed jadotta l-posizzjoni tiegħu fl-ewwel qari skont il-proċedura leġislattiva ordinarja jew l-opinjoni tiegħu skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni;

<NO.P>(iii)</NO.P>li sa fejn ikun possibbli jaħtar rapporteurs fuq proposti fil-ġejjieni hekk kif jiġi adottat il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni;

<NO.P>(iv)</NO.P>li jikkunsidra talbiet għal konsultazzjoni mill-ġdid bħala kwistjoni ta’ prijorità assoluta kemm-il darba jkun irċieva t-tagħrif kollu meħtieġ.

<NO.P>52.</NO.P>Il-Parlament u l-Kummissjoni jfakkru li, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċeduri oħra previsti fit-Trattati, ir-rikors għall-Artikolu 122 tat-TFUE huwa possibbli biss fuq bażi eċċezzjonali u skont il-kundizzjonijiet stretti mniżżla f’dik id-dispożizzjoni.

Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tipprovdi mingħajr dewmien ġustifikazzjoni u tagħrif komprensivi dwar il-każijiet eċċezzjonali u ta’ emerġenza fejn il-proposti tal-Kummissjoni jkunu bbażati fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE.

Kull meta l-att legali propost jista’ jkollu implikazzjonijiet potenzjali apprezzabbli għall-baġit tal-Unjoni, għandha tapplika l-proċedura mniżżla fid-Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-iskrutinju baġitarju ta’ proposti ġodda bbażati fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE b’implikazzjonijiet potenzjali apprezzabbli għall-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 5.</FIELD></FOOTNOTE>, iffirmata fis-16 ta’ Diċembru 2020.

Mhux qabel tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-att legali bbażat fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE, u f’intervalli xierqa minn hemm ’il quddiem, il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għandu, fuq talba tal-President tal-Parlament, jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-att legali kkonċernat, inkluża valutazzjoni tal-att legali.

<NO.P>53.</NO.P>Fejn ikun iġġustifikat minn żviluppi mhux previsti, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Parlament jiddeċiedi b’mod urġenti dwar proposta.

Tali talba għandha ssir bil-miktub u tkun sostnuta b’raġunijiet li jkun fihom il-ġustifikazzjoni għat-talba u indikazzjoni tal-iskeda legalment meħtieġa, fejn rilevanti.

Qabel il-votazzjoni dwar it-talba għal proċedura urġenti, il-Kummissjoni, fuq talba tagħha, tingħata l-opportunità li tagħmel dikjarazzjoni fil-plenarja biex tispjega t-talba tagħha.

<NO.P>54.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-valutazzjonijiet tal-impatt li tagħmel jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tagħha permezz ta’ proċedura trasparenti li tiggarantixxi valutazzjoni indipendenti. Il-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom ikunu ppubblikati fi żmien xieraq, filwaqt li jitqiesu xenarji differenti, fosthom għażla li jinżamm l-istatus quo, u għandhom fil-prinċipju jiġu ppreżentati lill-kumitat parlamentari rilevanti matul il-fażi ta’ għoti ta’ tagħrif lill-Parlamenti nazzjonali skont il-Protokolli Nru 1 u Nru 2 tat-TFUE.

<NO.P>55.</NO.P>Fl-oqsma fejn il-Parlament normalment huwa involut fil-proċess leġiżlattiv, il-Kummissjoni għandha tuża liġijiet mhux vinkolanti, fejn dan ikun xieraq u fuq bażi debitament ġustifikata, wara li tkun tat lill-Parlament l-opportunità li jesprimi fehmietu. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi spjegazzjoni dettaljata lill-Parlament dwar il-mod kif fehmietu jkunu tqiesu meta tadotta l-proposti tagħha.

<NO.P>56.</NO.P>Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ aħjar tat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-Parlament għandhom jagħmlu ħilithom biex jinkludu tabelli ta’ korrelazzjoni obbligatorji u limitu ta’ żmien vinkolanti għat-traspożizzjoni li, fid-direttivi, normalment ma għandux ikun iktar minn sentejn.

Barra mir-rapporti speċjali u mir-rapport annwali dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament tagħrif fil-qosor dwar il-proċeduri ta’ ksur kollha, mill-ittra ta’ avviż formali, inkluż, jekk jintalab mill-Parlament, fuq bażi ta’ każ b’każ u fir-rispett tar-regoli relatati mal-kunfidenzjalità, partikolarment dawk rikonoxxuti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dwar il-kwistjonijiet li magħhom ikollha x’taqsam il-proċedura ta’ ksur.

<NO.P>V.</NO.P><STRING BOLD="on">PARTEĊIPAZZJONI TAL-KUMMISSJONI FIL-PROĊEDIMENTI PARLAMENTARI</STRING>

<NO.P>57.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tkun preżenti, meta tintalab, fis-seduti plenarji jew f’laqgħat oħra tal-Parlament.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Membri tal-Kummissjoni jkunu preżenti fis-seduti plenarji biex ikopru l-punti tal-aġenda li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom jew fuq talba speċifika mill-Parlament bħala parti mill-funzjoni ta’ sorveljanza politika tiegħu, ħlief meta jkun hemm raġunijiet debitament ġustifikati għan-nuqqas ta’ attendenza tagħhom. Il-Parlament jista’ jitlob li Membru speċifiku tal-Kummissjoni jkun preżenti fil-plenarja, meta tali talba tkun iġġustifikata miċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ punt fl-aġenda.

Meta jsiru bidliet fl-aġendi tal-plenarja, il-Kummissjoni tagħmel kull sforz biex tiżgura rappreżentanza xierqa li tikkorrispondi għall-punti tal-aġenda.

Il-Parlament għandu jfittex li jiżgura li, bħala regola ġenerali, il-punti tal-aġenda tas-sessjonijiet parzjali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Membru tal-Kummissjoni jiġu raggruppati. Meta l-Kummissjoni tipproponi mument partikolari għal punt fl-aġenda sabiex tiffaċilita l-attendenza tal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli, il-Parlament ifittex li jakkomoda dik it-talba.

<NO.P>58.</NO.P>Għal kull sessjoni parzjali, il-Parlament jista’ jistieden lill-Kummissjoni għall-Ħin għall-Mistoqsijiet għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 minuta dwar tema waħda jew aktar li għandhom jiġu deċiżi mill-Konferenza tal-Presidenti sa mhux aktar tard mill-Ħamis ta’ qabel is-sessjoni parzjali rilevanti. Il-Membri tal-Kummissjoni li jipparteċipaw fil-Ħin għall-Mistoqsijiet għandu jkollhom portafoll relatat mat-tema li dwarha għandhom isirulhom il-mistoqsijiet.

Il-Ħin għall-Mistoqsijiet jista’ jiġi organizzat ukoll mal-President tal-Kummissjoni malli tasal stedina mill-President tal-Parlament.

<NO.P>59.</NO.P>Il-Membri tal-Kummissjoni għandhom jinstemgħu fuq talba tagħhom stess.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 230 tat-TFUE, iż-żewġ Istituzzjonijiet għandhom jaqblu dwar regoli ġenerali relatati mal-allokazzjoni tal-ħin tad-diskorsi bejn l-Istituzzjonijiet.

Iż-żewġ istituzzjonijiet jaqblu li l-allokazzjoni indikattiva tal-ħin tad-diskorsi tagħhom għandha tiġi rispettata.

<NO.P>60.</NO.P>Bil-għan li tiġi żgurata l-preżenza tal-Membri tal-Kummissjoni, il-Parlament jimpenja ruħu li jagħmel mill-aħjar biex jaderixxi mal-abbozz finali tal-aġenda tiegħu.

Meta l-Parlament jemenda l-abbozz finali tal-aġenda, jew iċaqlaq punti mill-aġenda fis-sessjoni parzjali, il-Parlament għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-aħjar li tista’ biex tiżgura l-preżenza tal-Membru responsabbli tal-Kummissjoni.

<NO.P>61.</NO.P>Il-Kummissjoni tista’ tipproponi l-inklużjoni ta’ punti fl-aġenda sa mhux aktar tard mil-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti li tiddeċiedi dwar l-abbozz aħħari tal-aġenda ta’ sessjoni parzjali. Il-Parlament għandu jqis bis-sħiħ proposti bħal dawn.

<NO.P>62.</NO.P>Kwalunkwe kumitat parlamentari għandu jfittex li jżomm l-abbozzi tal-aġenda u l-aġenda tiegħu.

Kull meta kumitat parlamentari jemenda l-abbozz għall-aġenda jew l-aġenda tiegħu, il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa minnufih. B’mod partikolari, il-kumitati parlamentari għandhom jagħmlu ħilithom biex jirrispettaw skadenza raġonevoli li tippermetti l-preżenza ta’ Membri tal-Kummissjoni fil-laqgħat tagħhom.

<NO.P>63.</NO.P>Il-Membri tal-Kummissjoni u l-Presidenti tal-kumitati parlamentari korrispondenti tagħhom, flimkien għandhom jistabbilixxu skeda annwali għad-dehra tagħhom fil-kumitati li jikkorrispondu għall-portafoll tagħhom għal djalogi strutturati u skambji oħra.

<NO.P>64.</NO.P>Meta jiġu mistiedna, il-Membri tal-Kummissjoni għandhom jattendu l-laqgħat tal-kumitati parlamentari biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati ma’ fajls speċifiċi jew mal-implimentazzjoni ta’ atti u programmi tal-Unjoni, jew biex jagħtu tagħrif dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw lill-kumitat, ħlief meta jkun hemm raġunijiet debitament ġustifikati għan-nuqqas ta’ attendenza tagħhom.

Meta l-preżenza ta’ Membru tal-Kummissjoni ma tkunx espliċitament mitluba waqt laqgħa ta’ kumitat parlamentari, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tkun rappreżentata minn uffiċjal ta’ grad għoli li jkun f’pożizzjoni li jagħti tweġibiet sostantivi għall-mistoqsijiet tal-membri tal-kumitat.

<NO.P>65.</NO.P>Meta l-kumitat jitlob tagħrif bil-miktub u f’waqtu, il-Kummissjoni għandha twieġeb fil-ħin neċessarju biex it-tweġiba tkun jista’ tiġi kkunsidrata fit-tħejjija tal-pożizzjoni tal-Parlament. Il-kumitat jagħmel ħiltu biex jiżgura li t-talbiet bil-miktub ma jidduplikawx kwistjonijiet diġà indirizzati fil-kuntest ta’ djalogu strutturat jew ta’ skambju ta’ fehmiet mal-Membri tal-Kummissjoni.

<NO.P>66.</NO.P>Il-kumitati parlamentari jagħmlu ħilithom biex jikkoordinaw xogħolhom, inkluż li ma jħallux li jsiru laqgħat paralleli dwar l-istess suġġett, u jagħmlu ħilithom biex ma jitbiegħdux mill-abbozz ta’ aġenda, biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiggarantixxi livell xieraq ta’ rappreżentanza.

Jekk tintalab il-preżenza ta’ uffiċjal ta’ livell għoli (Direttur Ġenerali jew Direttur) f’laqgħa ta’ kumitat li tittratta proposta tal-Kummissjoni, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jitħalla jagħmel interventi.

<NO.P>VI.</NO.P><STRING BOLD="on">DISPOŻIZZJONIJIET FINALI </STRING>

<NO.P>67.</NO.P>Il-Kummissjoni tikkonferma l-impenn tagħha li teżamina mill-aktar fis possibbli l-atti leġiżlattivi li ma kinux ġew adattati għall-proċedura regolatorja bi skrutinju qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, sabiex jiġi valutat jekk dawk l-istrumenti jeħtiġux jiġu adattati għar-reġim ta’ atti delegati introdott mill-Artikolu 290 tat-TFUE.

Bħala għan aħħari, sistema koerenti ta’ atti delegati u ta’ atti ta’ implimentazzjoni, konsisteni bis-sħiħ mat-Trattat, għandha tinkiseb permezz ta’ valutazzjoni progressiva tan-natura u tal-kontenuti tal-miżuri attwalment suġġetti għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, sabiex jiġu adattati fi żmien debitu għar-reġim stabbilit mill-Artikolu 290 tat-TFUE.

<NO.P>68.</NO.P>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim Qafas jikkumplementaw il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet mingħajr ma jaffettwawh u huma bla preġudizzju għal kwalunkwe reviżjoni ulterjuri tiegħu.

Il-Parlament u l-Kummissjoni jaqblu fuq il-bżonn li l-mekkaniżmu eżistenti ta’ kuntatt interistituzzjonali jissaħħaħ, fuq livell politiku u tekniku, fir-rigward tat-tfassil aħjar tal-liġijiet, sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni interistituzzjonali effettiva bejn il-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill.

<NO.P>69.</NO.P>Il-Kummissjoni tintrabat li tagħti bidu għall-programmazzjoni annwali u pluriennali tal-Unjoni bil-għan li jintlaħqu ftehimiet interistituzzjonali, f’konformità mal-Artikolu 17 tat-TUE.

<NO.P>70.</NO.P>	Matul kull leġiżlatura, iż-żewġ Istituzzjonijiet għandhom jaqblu b’mod komuni dwar jekk l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim Qafas u l-Annessi tiegħu għandhiex tiġi rieżaminata.

Magħmul fi …,

<STRING ITALIC="on">Għall-Parlament Ewropew	Għall-Kummissjoni Ewropea</STRING>

<STRING ITALIC="on">Il-President,	Il-President</STRING>
</ANNEX><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS I</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">Laqgħat tal-Kummissjoni ma’ esperti nazzjonali</STRING></STI>
Dan l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-punt 16 tal-Ftehim Qafas.

<NO.P>1.</NO.P><STRING BOLD="on">Kamp ta’ applikazzjoni</STRING>

Id-dispożizzjonijiet tal-punt 16 tal-Ftehim Qafas jikkonċernaw il-laqgħat li ġejjin:

<NO.P>(1)</NO.P>Laqgħat tal-Kummissjoni li jsiru fil-qafas tal-gruppi ta’ esperti stabbiliti mill-Kummissjoni u li għalihom ikunu mistednin l-awtoritajiet nazzjonali mill-Istati Membri kollha, meta dawn ikunu dwar it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi liġijiet li ma jorbtux u atti delegati;

<NO.P>(2)</NO.P>Laqgħat ad hoc tal-Kummissjoni li għalihom ikunu mistednin esperti nazzjonali mill-Istati Membri kollha, meta dawn ikunu dwar it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi liġijiet li ma jorbtux u atti delegati.

Huma esklużi l-laqgħat tal-kumitati tal-komitoloġija, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti speċifiċi eżistenti u tal-ġejjieni dwar l-għoti ta’ tagħrif lill-Parlament dwar l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD>It-tagħrif li għandu jingħata lill-Parlament dwar il-ħidma tal-kumitati tal-komitoloġija u l-prerogattivi tal-Parlament fl-operat tal-proċeduri ta’ komitoloġija huma ddefiniti b’mod ċar fi strumenti oħra: (1) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj); (2) il-ftehim interistituzzjonali tat-3 ta’ Ġunju 2008 bejn il-Parlament u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri ta’ komitoloġija (ĠU C 143, 10.6.2008, p. 1); u (3) strumenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 291 tat-TFUE.</FIELD></FOOTNOTE>.

<NO.P>2.</NO.P><STRING BOLD="on">Tagħrif li għandu jintbagħat lill-Parlament</STRING>

Il-Kummissjoni tintrabat li tibgħat lill-Parlament l-istess dokumentazzjoni li tibgħat lill-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-laqgħat imsemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni tibgħat dawk id-dokumenti, inklużi l-aġendi, f’kaxxa tal-posta funzjonali tal-Parlament fl-istess żmien li jintbagħtu lill-esperti nazzjonali.

<NO.P>3.</NO.P><STRING BOLD="on">Stedina ta’ esperti tal-Parlament</STRING>

Fuq talba tal-Parlament, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tistieden lill-Parlament jibgħat esperti tal-Parlament biex jattendu l-laqgħat tal-Kummissjoni ma’ esperti nazzjonali kif identifikat fil-punt 1.

<FIGDATA FILENAME="20260311-P10_TA(2026)0069_MT-p0000002.png" HEIGHT="1" PREV.TYPE="PNG" WIDTH="77"/>
</ANNEX><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS II</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">Tagħrif kunfidenzjali mibgħut lill-Parlament</STRING></STI>
<NO.P>1.</NO.P><STRING BOLD="on">Kamp ta’ applikazzjoni</STRING>

<NO.P>1.1.</NO.P>Dan l-Anness għandu jirregola t-twassil lill-Parlament u l-ġestjoni ta’ tagħrif kunfidenzjali, kif definit fil-punt 1.2., mill-Kummissjoni b’rabta mal-eżerċizzju tal-prerogattivi u tal-kompetenzi tal-Parlament. Iż-żewġ Istituzzjonijiet għandhom jaġixxu skont id-doveri reċiproċi ta’ kooperazzjoni sinċiera fl-ispirtu ta’ fiduċja reċiproka kompleta u f’konformità stretta mad-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattat.

<NO.P>1.2.</NO.P>“Tagħrif” għandha tfisser kwalunkwe tagħrif bil-miktub jew bil-fomm, ikun x’ikun il-mezz u jkun min ikun l-awtur.

<NO.P>1.2.1.</NO.P>“Tagħrif kunfidenzjali” jfisser “tagħrif klassifikat tal-UE” (TKUE) u tagħrif sensittiv mhux klassifikat (SMK), kif definiti fil-punti 1.2.2. u 1.2.3.

<NO.P>1.2.2.</NO.P>“Tagħrif klassifikat tal-UE” (TKUE) jfisser kwalunkwe tagħrif u materjal, klassifikati bħala “TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET”, “SECRET UE/EU SECRET”, “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” jew “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” jew li jkun fihom fuqhom marki ta’ klassifikazzjoni nazzjonali jew internazzjonali ekwivalenti, li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jaf iwassal għal livelli varji ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni, jew ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri, kemm jekk dak it-tagħrif joriġina fi ħdan l-Unjoni jew ikun ġej mill-Istati Membri, minn pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali.

<NO.P>(a)</NO.P>TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET: din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata biss għal tagħrif u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jaf jikkaġuna preġudizzju eċċezzjonalment gravi għall-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri.

<NO.P>(b)</NO.P>SECRET UE/EU SECRET: din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata biss għal tagħrif u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jaf ikun ta’ ħsara gravi għall-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri.

<NO.P>(c)</NO.P>CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL: din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata għal tagħrif u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jaf ikun ta’ ħsara għall-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri.

<NO.P>(d)</NO.P>RESTREINT UE/EU RESTRICTED: din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata għal tagħrif u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jaf ikun ta’ żvantaġġ għall-interessi tal-Unjoni jew ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri.

<NO.P>1.2.3.</NO.P>“Tagħrif sensittiv mhux klassifikat” (SMK) ifisser kwalunkwe tagħrif jew materjal għajr TKUE li jrid jiġi protett minħabba l-obbligi legali stabbiliti fit-Trattati jew fl-atti adottati b’implimentazzjoni tagħhom jew minħabba s-sensittività tiegħu, inkluż tagħrif kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali.

<NO.P>1.3.</NO.P>F’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tgħaddi f’waqtu lill-Parlament it-TKUE u t-tagħrif SMK biex il-Parlament ikun jista’ jeżerċita r-rwol tiegħu skont it-Trattati. Hija għandha tgħaddi t-tagħrif fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba, li għandha ssir f’waqtha, ta’ wieħed mill-korpi parlamentari jew mid-detenturi ta’ kariga msemmija fil-punt 1.4.

<NO.P>1.4.</NO.P>Fil-kuntest ta’ dan l-Anness, dawn li ġejjin jistgħu jitolbu mill-Kummissjoni TKUE u tagħrif SMK:

<NO.P>–</NO.P>il-President tal-Parlament,

<NO.P>–</NO.P>il-presidenti tal-kumitati parlamentari kkonċernati,

<NO.P>–</NO.P>il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti, u

<NO.P>–</NO.P>l-kap tad-delegazzjoni tal-Parlament fi ħdan id-delegazzjoni tal-Unjoni f’konferenza internazzjonali.

<NO.P>1.5.</NO.P>Tagħrif dwar proċeduri ta’ ksur u proċeduri relatati mal-kompetizzjoni, sakemm ma jkunux koperti minn deċiżjoni finali tal-Kummissjoni jew minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fid-data meta tiġi rċevuta it-talba magħmula minn wieħed mill-korpi parlamentari/mid-detenturi ta’ kariga msemmija fil-punt 1.4., u tagħrif relatat mal-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandu jitħalla barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Anness. Dan japplika mingħajr preġudizzju għall-punt 56 tal-Ftehim Qafas u għad-drittijiet ta’ kontroll tal-baġit li jgawdi l-Parlament.

<NO.P>1.6.</NO.P>Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta’ April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jikkontrollaw it-tħaddim tad-dritt tal-Parlament Ewropew tal-investigazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 113, 19.5.1995, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/167/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta’ April 1999 li twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/352/oj.</FIELD></FOOTNOTE>.

<NO.P>2.</NO.P><STRING BOLD="on">Regoli ġenerali</STRING>

<NO.P>2.1.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-punt 1.3., tibgħat lill-Parlament, mill-aktar fis u kif xieraq, kwalunkwe TKUE u tagħrif SMK meħtieġ għall-eżerċizzju tal-prerogattivi u l-kompetenzi tal-Parlament. Skond is-setgħat u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, iż-żewġ istituzzjonijiet għandhom jirrispettaw:

<NO.P>–</NO.P>id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, inkluż id-dritt għal proċess ġust u d-dritt għall-protezzjoni tal-privatezza;

<NO.P>–</NO.P>id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċeduri ġudizzjarji u dixxiplinarji;

<NO.P>–</NO.P>il-protezzjoni tas-segretezza tan-negozju u tar-relazzjonijiet kummerċjali;

<NO.P>–</NO.P>il-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni, b’mod partikulari dawk relatati mas-sikurezza pubblika, id-difiża, ir-relazzjonijiet internazzjonali, l-istabbilità monetarja u l-interessi finanzjarji.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-kwistjoni għandha tgħaddi f’idejn il-Presidenti taż-żewġ Istituzzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jsolvu t-tilwima.

It-TKUE u t-tagħrif SMK li joriġina minn Stat Membru, minn istituzzjoni oħra, minn organizzazzjoni internazzjonali jew minn pajjiż terz għandu jintbagħat, jitnaqqas fil-grad jew jiġi deklassifikat biss bil-kunsens tagħha.

<NO.P>2.2.</NO.P>It-TKUE u t-tagħrif SMK għandu jintbagħat lill-Parlament u jiġi trattat u protett minnu f’konformità mal-istandards minimi komuni tas-sigurtà applikati miż-żewġ Istituzzjonijiet.

Hi u tikklassifika t-tagħrif li tiegħu tkun l-oriġinatur, il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha li tapplika livelli xierqa ta’ klassifikazzjoni konformi mal-istandards u mad-definizzjonijiet internazzjonali u mar-regoli interni tagħha, filwaqt li tqis kif jistħoqq il-ħtieġa li l-Parlament ikun jista’ jkollu aċċess għat-TKUE għall-eżerċizzju effikaċi tal-kompetenzi u tal-prerogattivi tiegħu.

<NO.P>2.3.</NO.P>Fil-każ ta’ kwalunkwe dubju dwar in-natura kunfidenzjali ta’ xi punt ta’ tagħrif jew dwar il-livell xieraq ta’ klassifikazzjoni tiegħu, jew fejn hu meħtieġ li jiġu stabbiliti l-arranġamenti xierqa biex jintbagħat f’konformità ma’ waħda mill-għażliet imsemmija fil-punt 3.2, iż-żewġ Istituzzjonijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin mill-aktar fis possibbli u qabel ma jiġi trażmess id-dokument. F’dawn il-konsultazzjonijiet, il-Parlament għandu jkun rappreżentat mill-president tal-korp parlamentari kkonċernat, akkumpanjat fejn ikun meħtieġ mir-rapporteur jew mid-detentur ta’ kariga li jkunu ippreżentaw t-talba. Il-Kummissjoni għandha tkun rappreżentata mill-Membru tal-Kummissjoni b’responsabbiltà għal dak il-qasam, wara konsultazzjoni mal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ sigurtà. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-punt għandu jgħaddi f’idejn il-Presidenti taż-żewġ Istituzzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jsolvu l-kwistjoni.

<NO.P>2.4.</NO.P>Jekk, fl-aħħar tal-proċedura msemmija fil-punt 2.3, ma jkun intlaħaq l-ebda ftehim, il-President tal-Parlament, bi tweġiba għal talba motivata mill-korp parlamentari/mid-detentur ta’ kariga li jkun ressaq it-talba, għandu jitlob lill-Kummissjoni tibgħat, fi żmien l-iskadenza xierqa indikata kif suppost, it-TKUE u t-tagħrif SMK inkwistjoni, filwaqt li jagħżel l-arranġamenti minn fost l-għażliet stabbiliti fil-punt 3.2 ta’ dan l-Anness. Qabel l-iskadenza ta’ dik id-data, il-Kummissjoni għandha tavża bil-miktub lill-Parlament dwar il-posizzjoni aħħarija tagħha. F’dan ir-rigward, jekk xieraq, il-Parlament jirriżerva d-dritt ta’ rimedju.

<NO.P>2.5.</NO.P>L-aċċess għat-TKUE għandu jingħata f’konformità mar-regoli applikabbli għall-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal.

<NO.P>2.5.1.</NO.P>L-aċċess għat-tagħrif klassifikat bħala “TRÈS SECRET UE /EU TOP SECRET”, “SECRET UE/EU SECRET” u “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” jista’ jingħata biss lill-uffiċjali, lill-persunal temporanju u lill-persunal kuntrattwali li jaħdmu fis-Segretarjat Ġenerali jew fi grupp politiku tal-Parlament u lill-esperti nazzjonali sekondati li għalihom dak it-tagħrif huwa strettament meħtieġ, li jkunu ntgħażlu bħala l-persuni li għandhom il-ħtieġa ta’ tagħrif u li jkunu ngħataw approvazzjoni tas-sigurtà xierqa.

<NO.P>2.5.2.</NO.P>Fid-dawl tal-prerogattivi u tal-kompetenzi tal-Parlament, il-President tal-Parlament jista’ jagħti aċċess għal tagħrif CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL lil Membru li lilu ma jingħata l-ebda aċċess bis-saħħa tal-funzjoni tiegħu f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih il-Membru jkun ġie elett u li ma jistax jikseb approvazzjoni tas-sigurtà xierqa minħabba n-nuqqas ta’ tali proċedura fl-Istat Membru li fih il-Membru jkun ġie elett, wara li dak il-Membru jkun iffirma dikjarazzjoni solenni li ma jiżvelax dak it-tagħrif lil kwalunkwe persuna terza, u dment li l-Parlament ma jkunx irċieva tagħrif minn Awtorità tas-Sigurtà Nazzjonali kompetenti li javża kontra l-għoti ta’ tali aċċess.

L-aċċess għal tagħrif “SECRET UE/EU SECRET” għandu jingħata lill-Membri li jkunu ngħataw approvazzjoni tas-sigurtà xierqa jew li jingħataw aċċess għat-TKUE bis-saħħa tal-funzjoni tagħhom f’konformità mal-liġi nazzjonali.

<NO.P>2.5.3.</NO.P>Id-dettalji tal-kategorija jew tal-kategoriji tal-persuni li għalihom jintalab aċċess għat-TKUE u għat-tagħrif SMK għandhom jiġu kkomunikati fl-istess ħin li ssir it-talba.

Qabel ma jingħata aċċess għal tagħrif bħal dan kull persuna għandha tkun mgħarrfa dwar il-livell ta’ kunfidenzjalità u dwar l-obbligi ta’ sigurtà li jirriżultaw.

<NO.P>3.</NO.P><STRING BOLD="on">Arranġamenti għall-aċċess u għat-trattament tat-TKUE u tat-tagħrif SMK</STRING>

<NO.P>3.1</NO.P>It-TKUE mibgħut f’konformità mal-proċeduri mniżżla fil-punti 2.2., 2.3 u, fejn hu xieraq, fil-punt 2.4, għandu, taħt ir-responsibilità tal-President jew ta’ Membru tal-Kummissjoni, jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp parlamentari/tad-detentur ta’ kariga li jkun għamel it-talba, f’konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

Il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li jinżamm rekord jew li ssir ir-reġistrazzjoni tat-TKUE biex jiżguraw it-traċċabbiltà tiegħu.

B’mod aktar speċifiku, it-tagħrif klassifikat tal-UE klassifikat bħala “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” u “SECRET UE/EU SECRET” għandu jintbagħat mir-reġistru kompetenti tat-TKUE tal-Kummissjoni lir-reġistru tat-TKUE tal-Parlament li għandu r-responsabbiltà li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-korp parlamentari/tad-detentur ta’ kariga li jkun ressaq it-talba.

It-trażmissjoni tat-tagħrif klassifikat tal-UE klassifikat bħala “TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET” għandha tkun suġġetta għal arranġamenti ulterjuri, miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-korp parlamentari/id-detentur ta’ kariga li jkun ressaq it-talba, li jkollhom l-għan li jiżguraw livell ta’ ħarsien proporzjonat għal dik il-klassifikazzjoni.

<NO.P>3.2.</NO.P>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punti 2.2., 2.3., u 2.4., l-aċċess u l-arranġamenti mfassla biex jippreservaw il-kunfidenzjalità tat-tagħrif għandhom jiġu stabbiliti bi qbil komuni qabel ma jintbagħat it-tagħrif. Dak il-qbil bejn il-Membru tal-Kummissjoni b’responsabbiltà fil-qasam ta’ politika involut u l-korp parlamentari (rappreżentat mill-president tiegħu)/id-detentur ta’ kariga li ressaq it-talba, għandu b’mod partikolari jipprevedi l-għażla ta’ waħda mill-għażliet imniżżla fil-punti 3.2.1. u 3.2.2. sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ kunfidenzjalità.

<NO.P>3.2.1.</NO.P>Għal dak li għandu x’jaqsam mad-destinatarji tat-TKUE, għandha tkun prevista waħda mill-għażliet li ġejjin:

<NO.P>–</NO.P>tagħrif li jkun maħsub biss għall-President tal-Parlament, f’każijiet ġustifikati minn raġunijiet assolutament eċċezzjonali;

<NO.P>–</NO.P>il-Bureau u/jew il-Konferenza tal-Presidenti;

<NO.P>–</NO.P>il-president tal-kumitat parlamentari rilevanti u r-rapporteur tal-istess kumitat;

<NO.P>–</NO.P>il-Membri kollha (sħaħ u sostituti) tal-kumitat parlamentari rilevanti;

<NO.P>–</NO.P>il-Membri kollha tal-Parlament Ewropew.

It-tagħrif klassifikat bħala “CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL” jew ogħla ma jistax jiġi pubblikat jew mibgħut lil xi destinatarju ieħor mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

It-tagħrif klassifikat bħala “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” ma jistax jiġi ppubblikat mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-aħħar sentenza tal-punt 2.1., it-tagħrif klassifikat bħala “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” jista’ jintbagħat fi ħdan il-Parlament lill-Membri, lill-uffiċjali, lill-persunal temporanju u lill-persunal kuntrattwali li jaħdmu fis-Segretarjat Ġenerali jew fi grupp politiku tal-Parlament u lill-esperti nazzjonali sekondati li jkunu ġew avżati kif xieraq u li jkollhom il-ħtieġa ta’ tagħrif.

Il-Parlament għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-kategoriji ta’ persuni li jkunu rċevew aċċess għat-tagħrif klassifikat bħala “RESTREINT UE/EU RESTRICTED”. Il-Parlament iżomm reġistru tal-persuni li jkunu kisbu aċċess għat-TKUE.

<NO.P>3.2.2.</NO.P>F’dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti għat-trattament tat-TKUE, għandhom ikunu previsti l-għażliet li ġejjin:

<NO.P>(a)</NO.P>eżami tat-tagħrif f’Żona ta’ Sigurtà f’każ li t-tagħrif ikun klassifikat “CONFIDENTEl UE/EU CONFIDENTIAL” u ogħla;

<NO.P>(b)</NO.P>issir laqgħa in camera, li għaliha jattendu biss il-membri tal-Bureau, il-membri tal-Konferenza tal-Presidenti jew il-membri sħaħ u l-membri sostituti tal-kumitat parlamentari kompetenti, kif ukoll uffiċjali, persunal temporanju u persunal kuntrattwali li jaħdmu fis-Segretarjat Ġenerali jew fi grupp politiku tal-Parlament u esperti nazzjonali sekondati, li jkunu ntgħażlu minn qabel mill-president bħala persuni li jkollhom il-ħtieġa ta’ tagħrif u li l-preżenza tagħhom hija strettament meħtieġa, dment li jkunu ngħataw il-livell meħtieġ ta’ approvazzjoni tas-sigurtà, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

<NO.P>–</NO.P>kwalunkwe dokument għandu jiġi numerat, jiġi mqassam fil-bidu tal-laqgħa u jinġabar lura fi tmiemha. La jistgħu jitniżżlu noti ta’ dawk id-dokumenti u lanqas ma jistgħu jsiru fotokopji tagħhom;

<NO.P>–</NO.P>id-diskussjoni dwar punt trattat skont il-proċedura ta’ kunfidenzjalità ma għandhiex tissemma fil-minuti tal-laqgħa.

Qabel tintbagħat, id-data personali kollha tista’ titneħħa mid-dokumenti.

It-tagħrif klassifikat tal-UE u t-tagħrif sensittiv mhux klassifikat mogħti bil-fomm lid-destinatarji fil-Parlament għandu jkun suġġett għal-livell ekwivalenti ta’ ħarsien bħal dak mogħti lil tali tagħrif mogħti fil-forma bil-miktub. Dan jista’ jinkludi dikjarazzjoni solenni mid-destinatarji ta’ dak it-tagħrif li l-kontenut tiegħu ma jiżvelawh lill-ebda persuna terza.

<NO.P>3.2.3.</NO.P>Meta t-tagħrif bil-miktub għandu jiġi eżaminat f’Żona ta’ Sigurtà, il-Parlament għandu jiżgura li l-arranġamenti li ġejjin ikunu fis-seħħ:

<NO.P>–</NO.P>sistema ta’ ħżin sigura għat-TKUE u t-tagħrif SMK;

<NO.P>–</NO.P>Żona ta’ Sigurtà mingħajr magni tal-iffotokopjar, telefowns, faċilitajiet għall-fax, skanners jew kwalunkwe tagħmir tekniku ieħor għar-riproduzzjoni u t-trażmissjoni ta’ dokumenti, eċċ.;

<NO.P>–</NO.P>disposizzjonijiet tas-sigurtà li jirregolaw l-aċċess għaż-Żona ta’ Sigurtà, inklużi r-rekwiżiti ta’ firma f’reġistru tal-aċċess u dikjarazzjoni li dak li jkun mhux se jxerred it-TKUE eżaminat.

<NO.P>3.2.4.</NO.P>Dan li jingħad aktar ’il fuq ma jipprekludix arranġamenti ekwivalenti oħra miftiehmin bejn l-Istituzzjonijiet.

<NO.P>3.3</NO.P>It-tagħrif SMK mibgħut f’konformità mal-proċeduri mniżżla fil-punti 2.2. u 2.3. għandu, fil-każ ta’ tagħrif ipprovdut fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp parlamentari/tad-detentur ta’ kariga responsabbli mis-suġġett skont ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament u, fil-każ ta’ talba, tal-korp parlamentari/tad-detentur ta’ kariga li jkun ressaqha. It-tagħrif għandu jintbagħat b’mod kriptat, bl-użu ta’ arkitettura u kjavi ta’ kriptaġġ taħt il-kontroll tal-Parlament fuq il-bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif u f’konformità mal-istruzzjonijiet ta’ trattament rilevanti.

It-tagħrif SMK ma jistax jiġi ppubblikat mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Mingħajr preġudizzju għall-aħħar sentenza tal-punt 2.1., it-tagħrif SMK jista’ jintbagħat fi ħdan il-Parlament lill-Membri, lill-uffiċjali, lill-persunal temporanju u lill-persunal kuntrattwali li jaħdmu fis-Segretarjat Ġenerali jew fi grupp politiku tal-Parlament, u lill-esperti nazzjonali sekondati, li jkunu ġew avżati kif xieraq u li jkollhom il-ħtieġa ta’ tagħrif.

Il-Parlament għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-kategoriji ta’ persuni li jkunu rċevew aċċess għal tali tagħrif. Il-Parlament iżomm reġistru tal-persuni li jkunu rċevew aċċess għat-tagħrif SMK.

<NO.P>3.4.</NO.P>Fil-każ li jkun hemm provi jew suspett li TKUE jew tagħrif SMK ipprovdut mill-Kummissjoni, intilef jew ġie kompromess, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Parlament Ewropew għandha tgħarraf immedjatament lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni. L-Awtorità għas-Sigurtà tal-Parlament Ewropew għandha tiftaħ investigazzjoni u għandha tgħarraf lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Kummissjoni bir-riżultati tagħha u bil-miżuri meħuda biex ma jerġax ikun hemm rikorrenza.

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-Anness jew mar-regoli tas-sigurtà interna tal-Parlament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet relatati mal-penali imposti fuq il-Membri stabbiliti fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament u, fir-rigward tal-uffiċjali u impjegati oħra tal-Parlament, fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Artikolu 86 tar-Regolamenti tal-Persunal jew tal-Artikolu 49 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/259(1)/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u kwalunkwe regola applikabbli oħra.

<NO.P>4.</NO.P><STRING BOLD="on">Dispożizzjonijiet finali</STRING>

<NO.P>4.1.</NO.P>Il-Kummissjoni u l-Parlament għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

Għal dak il-għan, is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u tal-Parlament għandhom jikkoordinaw mill-qrib fuq l-implimentazzjoni ta’ dan l-Anness. Dak għandu jinkludi l-verifika reċiproka tat-traċċabbiltà tat-TKUE u tat-tagħrif SMK u l-monitoraġġ perjodiku konġunt tal-arranġamenti u l-istandards applikati fil-qasam tas-sigurtà miż-żewġ Istituzzjonijiet<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">.</STRING></STRING>

<NO.P>4.2.</NO.P>Il-Parlament u l-Kummissjoni jeżaminaw mill-ġdid dan l-Anness u, fejn ikun meħtieġ, jadattawh, f’konformità mal-punt 70 tal-Ftehim Qafas, fid-dawl tal-iżviluppi dwar:

<NO.P>–</NO.P>l-arranġamenti tas-sigurtà fil-ġejjieni li jinvolvu lill-Parlament u lill-Kummissjoni;

<NO.P>–</NO.P>ftehimiet jew atti legali oħra rilevanti għat-trażmissjoni ta’ tagħrif bejn l-Istituzzjonijiet.

<FIGDATA FILENAME="20260311-P10_TA(2026)0069_MT-p0000003.png" HEIGHT="1" PREV.TYPE="PNG" WIDTH="77"/>
</ANNEX><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS III</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">Negozjar u konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali</STRING></STI>
Dan l-Anness jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-għoti ta’ tagħrif lill-Parlament dwar in-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali kif imsemmija fil-punti 27, 33 u 34 tal-Ftehim Qafas:

<NO.P>1.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament bl-intenzjoni tagħha li tipproponi l-bidu tan-negozjati fl-istess ħin li tgħarraf lill-Kunsill.

<NO.P>2.</NO.P>F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 33 tal-Ftehim Qafas, meta l-Kummissjoni tipproponi abbozzi ta’ direttivi ta’ negozjati bl-għan li jiġu adottati mill-Kunsill, hija għandha fl-istess ħin tippreżentahom lill-Parlament.

<NO.P>3.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tqis kif jistħoqq l-osservazzjonijiet tal-Parlament matul in-negozjati kollha.

<NO.P>4.</NO.P>F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 27 tal-Ftehim Qafas, il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament mgħarraf b’mod regolari u fil-pront bl-iżvolġiment tan-negozjati sa meta l-ftehim jiġi inizjalat, u għandha tispjega jekk l-osservazzjonijiet tal-Parlament ikunux ġew inkorporati fit-testi li jkunu qed jiġu negozjati u kif, u f’każ li ma jkunux ġew inkorporati, għaliex.

<NO.P>5.</NO.P>Fil-każ ta’ ftehimiet internazzjonali li l-konklużjoni tagħhom tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament matul il-proċess tan-negozjati t-tagħrif kollu rilevanti li hija tipprovdi wkoll lill-Kunsill (jew lill-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill). Dan għandu jinkludi abbozzi ta’ emendi għad-direttivi ta’ negozjati adottati, abbozzi ta’ testi ta’ negozjati, artikoli miftehmin, id-data miftiehma biex jiġi inizjalat il-ftehim u t-test tal-ftehim qabel ma jiġi inizjalat. Il-Kummissjoni għandha wkoll tibgħat lill-Parlament, kif ukoll lill-Kunsill (jew lill-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill) id-dokumenti rilevanti kollha li tirċievi minn partijiet terzi, taħt riżerva tal-kunsens tal-oriġinatur. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-kumitat parlamentari responsabbli mgħarraf bl-iżviluppi fin-negozjati u, b’mod partikolari, tispjega kif il-fehmiet tal-Parlament ikunu tqiesu.

<NO.P>6.</NO.P>F’każ ta’ ftehimiet internazzjonali li l-konklużjoni tagħhom ma tkunx teħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament ikun mgħarraf minnufih u bis-sħiħ, billi tagħti tagħrif li jkun ikopri mill-inqas l-abbozzi ta’ direttivi ta’ negozjati, id-direttivi ta’ negozjati adottati, l-iżvoġiment sussegwenti tan-negozjati u l-konklużjoni tan-negozjati.

<NO.P>7.</NO.P>F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt 33 tal-Ftehim Qafas, il-Kummissjoni għandha tagħti tagħrif sħiħ u bir-reqqa lill-Parlament f’ħin xieraq meta jiġi inizjalat ftehim internazzjonali, u tgħarraf lill-Parlament kmieni kemm jista’ jkun meta jkollha l-ħsieb li tipproponi lill-Kunsill l-applikazzjoni proviżorja tagħha u bir-raġunijiet ta’ dan, għajr jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba raġunijiet ta’ urġenza.

<NO.P>8.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kunsill u lill-Parlament fl-istess ħin u f’ħin xieraq bil-ħsieb tagħha li tipproponi lill-Kunsill is-sospensjoni ta’ xi ftehim internazzjonali u r-raġunijiet għal dan.

<NO.P>9.</NO.P>Għall-ftehimiet internazzjonali li jaqgħu taħt il-proċedura ta’ approvazzjoni prevista mit-TFUE, il-Kummissjoni għandha wkoll iżżomm lill-Parlament mgħarraf bis-sħiħ qabel ma tapprova modifiki għal xi ftehim kif ikun awtorizza l-Kunsill b’deroga, bi qbil mal-Artikolu 218(7) tat-TFUE.

<FIGDATA FILENAME="20260311-P10_TA(2026)0069_MT-p0000004.png" HEIGHT="1" PREV.TYPE="PNG" WIDTH="77"/>
</ANNEX><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS IV</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">Skeda għall-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni</STRING></STI>
Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat b’lista ta’ proposti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi għas-snin ta’ wara. Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni jkopri s-sena kkonċernata li jkun jmiss u jagħti indikazzjoni dettaljata tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni għas-snin sussegwenti. Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għalhekk jista’ jservi ta’ bażi għal djalogu strutturat mal-Parlament bil-għan li jintlaħaq fehim komuni.

Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għandu jinkludi wkoll l-inizjattivi ppjanati għal liġijiet li ma jorbtux, irtirar u simplifikazzjoni.

<NO.P>1.</NO.P>Fl-ewwel semestru ta’ sena partikolari, il-Membri tal-Kummissjoni għandhom jidħlu fi djalogu regolari kontinwu mal-kumitati parlamentari korrispondenti dwar l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għas-sena kkonċernata u dwar it-tħejjija tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni li jkun jmiss. Abbażi ta’ dak id-djalogu, kull kumitat parlamentari għandu jipprovdi rapport lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati dwar l-eżitu tiegħu.

<NO.P>2.</NO.P>Parallelament, il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha tagħmel skambju regolari ta’ opinjonijiet mal-Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli għar-relazzjonijiet interistituzzjonali, sabiex jiġi valutat l-istat ta’ implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni attwali, sabiex tiġi diskussa it-tħejjija tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni li jkun jmiss, u sabiex isir rendikont tar-riżultati tad-djalogu bilaterali kontinwu bejn il-kumitati parlamentari kkonċernati u l-Membri rilevanti tal-Kummissjoni.

<NO.P>3.</NO.P>F’Ġunju, il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha tippreżenta rapport fil-qosor lill-Konferenza tal-Presidenti, li għandu jkun fih ir-riżultati tal-analiżi tal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni kif ukoll tal-prijoritajiet tal-Parlament għall-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni li jkun jmiss, u l-Parlament għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dan.

<NO.P>4.</NO.P>Abbażi ta’ dak ir-rapport fil-qosor, waqt is-sessjoni parzjali ta’ Lulju, il-Parlament għandu jadotta riżoluzzjoni li tagħti fil-qosor il-pożizzjoni tiegħu u tinkludi b’mod partikolari t-talbiet ibbażati fuq rapporti ta’ inizjattiva leġiżlattiva.

<NO.P>5.</NO.P>Kull sena matul l-ewwel sessjoni parzjali ta’ Settembru, għandu jsir dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni li fih il-President tal-Kummissjoni għandu jagħmel diskors li fih jagħti rendikont tas-sena attwali filwaqt li jagħti ħarsa ’l quddiem lejn il-prijoritajiet għas-snin ta’ wara. Għal dak il-għan, il-President tal-Kummissjoni għandu jistabbilixxi bil-miktub lill-Parlament b’mod parallel l-elementi ewlenin li jiggwidaw it-tħejjija tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għas-sena ta’ wara.

<NO.P>6.</NO.P>Mill-bidu ta’ Settembru, il-kumitati parlamentari kompetenti u l-Membri rilevanti tal-Kummissjoni jistgħu jiltaqgħu biex ikollhom skambju ta’ fehmiet aktar dettaljat dwar il-prijoritajiet fil-ġejjieni f’kull wieħed mill-oqsma ta’ politika. Dawn il-laqgħat għandhom jintemmu b’laqgħa bejn il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati u l-Kulleġġ tal-Kummissarji u b’laqgħa bejn il-Konferenza tal-Presidenti u l-President tal-Kummissjoni, kif ikun xieraq.

<NO.P>7.</NO.P>F’Ottubru, il-Kummissjoni għandha tadotta l-Programm ta’ Ħidma tagħha għas-sena ta’ wara. Wara, il-President tal-Kummissjoni għandu jippreżenta dak il-Programm ta’ Ħidma lill-Parlament f’livell xieraq.

<NO.P>8.</NO.P>Il-Parlament jista’ jagħmel dibattitu u jadotta riżoluzzjoni fis-sessjoni parzjali ta’ Diċembru.

<NO.P>9.</NO.P>Din l-iskeda għandha tiġi applikata għal kull ċiklu regolari tal-programmazzjoni, ħlief fis-snin tal-elezzjonijiet Parlamentari li jaħbtu fl-istess żmien tat-tmiem tal-mandat tal-Kummissjoni.

<NO.P>10.</NO.P>Din l-iskeda ma għandhiex tkun ta’ ħsara għal xi ftehim fil-ġejjieni dwar il-programmazzjoni interistituzzjonali.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>