<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0070</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Emendi għar-Regolament (UE) 2021/1232 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0040/2026 - Rapporteur: Birgit Sippel)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta’ Marzu 2026 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1232 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu (COM(2025)0797 – C10-0370/2025 – 2025/0429(COD))</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 60(4), ir-raba' subparagrafu (A10-0040/2026).</FIELD></FOOTNOTE></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION/></ACTLST></DISPOSITIF><AMDLST><HD><HEAD.OLD><STRING ITALIC="on">Test fis-seħħ</STRING></HEAD.OLD><HEAD.NEW><STRING ITALIC="on">Emenda</STRING></HEAD.NEW></HD><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		1</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu -1 (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2021/1232</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt a</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Artikolu -1</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/1232, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD><P><NO.P>(a)</NO.P>l-ipproċessar ikun:</P></OLD><NEW><P><NO.P>(a)</NO.P>l-ipproċessar:</P></NEW><OLD><P><NO.P>(i)</NO.P>strettament meħtieġ għall-użu ta’ teknoloġija speċifika għall-iskop uniku li jiġi identifikat u jitneħħa l-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online u li dan jiġi rrapportat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u li tiġi identifikata s-solleċitazzjoni tat-tfal u din tiġi rrapportata lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal;</STRING></STRING></P></OLD><NEW><P><NO.P>(i)</NO.P>ikun strettament meħtieġ għall-użu ta’ teknoloġija speċifika għall-iskop uniku li jiġi identifikat u jitneħħa l-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online magħruf u li dan jiġi rrapportat lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lill-organizzazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal;</P></NEW><OLD><P><NO.P>(ii)</NO.P>proporzjonat u limitat għal teknoloġiji li jintużaw mill-fornituri għall-iskop stabbilit fil-punt (i):</P></OLD><NEW><P><NO.P>(ii)</NO.P>ikun proporzjonat u limitat għal teknoloġiji li jintużaw mill-fornituri għall-iskop stabbilit fil-punt (i);</P></NEW><OLD><P><NO.P>(iii)</NO.P>limitat għal data dwar il-kontenut <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u data relatata dwar it-traffiku</STRING></STRING> li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">hija</STRING></STRING> strettament meħtieġa għall-iskop stabbilit fil-punt (i);</P></OLD><NEW><P><NO.P>(iii)</NO.P>ikun limitat għal data dwar il-kontenut li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tkun</STRING></STRING> strettament meħtieġa għall-iskop stabbilit fil-punt (i);</P></NEW><OLD><P><NO.P>(iv)</NO.P>limitat għal dak li hu strettament meħtieġ għall-iskop stabbilit fil-punt (i);</P></OLD><NEW><P><NO.P>(iv)</NO.P>ikun limitat għal dak li jkun strettament meħtieġ għall-iskop stabbilit fil-punt (i);</P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(v)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ma jkunx applikat għal komunikazzjonjiet interpersonali li għalihom jiġi applikat, ġie applikat jew ikun se jiġi applikat kriptaġġ minn tarf sa tarf;</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		5</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu -1a (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2021/1232</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – punt ia (ġdid</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Artikolu -1a</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fl-Artikolu 3(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/1232, jiddaħħal il-punt li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(ia)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">immirat, speċifiku u limitat għal utenti individwali, grupp speċifiku ta’ utenti, jew bħala tali inkella bħala abbonati għal kanal speċifiku ta’ komunikazzjoni, li fir-rigward tagħhom ikun hemm raġunijiet raġonevoli ta’ suspett ta’ rabta, anki indiretta, ma’ materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal, u li jkunu ġew identifikati minn awtorità ġudizzjarja kompetenti;</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		2</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu -1a (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2021/1232</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 3 - paragrafu 1 – punt b</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Artikolu -1a</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/1232, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD><P><NO.P>(b)</NO.P>it-teknoloġiji użati għall-fini stabbilit fil-punt (a)(i) ta’ dan il-paragrafu jkunu f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fl-industrija u jkunu l-inqas intrużivi possibbli għall-privatezza, inkluż fir-rigward tal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679 u, sal-punt li jintużaw biex jiskennjaw it-test fil-komunikazzjonijiet, ma jkunux jistgħu jiddeduċu s-sustanza tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet iżda jkunu jistgħu jidentifikaw biss xejriet li jindikaw abbuż sesswali tat-tfal online possibbli;</P></OLD><NEW><P><NO.P>(b)</NO.P>it-teknoloġiji użati għall-fini stabbilit fil-punt (a)(i) ta’ dan il-paragrafu jkunu f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fl-industrija u jkunu l-inqas intrużivi possibbli għall-privatezza, inkluż fir-rigward tal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/679 u, sal-punt li jintużaw biex jiskennjaw it-test fil-komunikazzjonijiet, ma jkunux jistgħu jiddeduċu s-sustanza tal-kontenut tal-komunikazzjonijiet iżda jkunu jistgħu jidentifikaw biss xejriet li jindikaw abbuż sesswali tat-tfal online possibbli,<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> u, meta tali teknoloġiji jintużaw għall-identifikazzjoni ta’ solleċitazzjoni tat-tfal jew materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal online mhux identifikat preċedentement, tali użu għandu jkun limitat għal każijiet meta l-fornitur ikun irċieva rapport jew notifika konkreti minn utent, sinjalatur fdat, jew organizzazzjoni li taġixxi fl-interess pubbliku kontra l-abbuż sesswali tat-tfal dwar komunikazzjoni, kont jew interazzjoni speċifiċi li jindikaw suspett raġonevoli ta’ abbuż sesswali tat-tfal online, u l-identifikazzjoni għandha tkun strettament limitata għal dak li jkun meħtieġ fir-rigward ta’ dak il-każ irrapportat.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		3</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2021/1232</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 10 - it-tieni subparagrafu</STRING></STI.AMD><OLD><P>Għandu japplika sat-3 ta’ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">April 2028</STRING></STRING>.</P></OLD><NEW><P>Għandu japplika sat-3 ta’ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Awwissu 2027</STRING></STRING>.</P></NEW></AMEND></AMDLST></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>