<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0073</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati: applikazzjoni EGF/2025/004 BE/Tupperware - Il-Belġju</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0030/2026 - Rapporteur: Jean-Marc Germain)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju - EGF/2025/004 BE/Tupperware  (COM(2026)0001 – C10-0012/2026 – 2026/0004(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2026)0001 – C10‑0012/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE> kif emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj<STRING ITALIC="on">).</STRING></FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-QFP”), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0030/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta’ eventi u bidliet strutturali kbar fir-ritmu tal-kummerċ dinji u biex tgħinhom jirriintegraw fis-suq tax-xogħol; billi din l-assistenza qed tingħata permezz ta’ appoġġ finanzjarju mogħti lill-ħaddiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2025/004 BE/Tupperware għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) wara 267 sensja<FOOTNOTE><FIELD> Fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.</FIELD></FOOTNOTE> f’Tupperware General Services NV (Tupperware), fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-diviżjoni 22 tan-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta’ prodotti tal-gomma u tal-plastik) fil-provinċja ta’ Flanders tal-Lvant (BE23), f’perjodu ta’ referenza mis-17 ta’ Frar 2025 sas-17 ta’ Ġunju 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi l-waqfien tal-attività ta’ mill-anqas 200 ħaddiem issensjat jew persuna li jaħdmu għal rashom matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Tupperware ddikjarat falliment fis-17 ta’ Frar 2025; billi fil-Belġju l-fallimenti ilhom jiżdiedu mill-2022;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Belġju indika li l-VDAB qed tipprovdi l-prefinanzjament u l-kofinanzjament nazzjonali tal-miżuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’dik nazzjonali rigward is-sensji kollettivi ġew issodisfati;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu diretti prinċipalment lejn miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jkollhom l-għan li jintegraw mill-ġdid u malajr lill-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-FEG ma jridx jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018)<FOOTNOTE><FIELD> L-Artikolu 8 tar-Regolament dwar il-QFP.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li l-Belġju huwa intitolat għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 1 622 650 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 85 % tal-kost totali ta’ EUR 1 909 000, liema kost jinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 1 843 500 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u reklamar, kontroll u rapportar ta’ EUR 65 500;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ressqu l-applikazzjoni fit-28 ta’ Awwissu 2025, u li, wara li rċeviet informazzjoni addizzjonali mill-Belġju, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fl-20 ta’ Jannar 2026, kważi ħames xhur wara, u nnotifikatha lill-Parlament fl-istess jum; jisħaq fuq l-importanza li jitqassar iż-żmien bejn it-tressiq ta’ applikazzjoni għal assistenza mill-FEG u d-deċiżjoni ta’ finanzjament, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati bis-sħiħ id-drittijiet tal-Parlament Ewropew bħala waħda mill-friegħi tal-awtorità baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni hija relatata ma’ 267 ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-kumpanija Tupperware;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li Tupperware kienet tinsab f’Aalst, fil-Provinċja ta’ Flanders tal-Lvant, fejn diġà qabel ma falliet din il-kumpanija, persuna waħda biss minn tnejn kellha impjieg, meta mqabbla mal-medja ta’ żewġ persuni minn kull tlieta fir-reġjun ta’ Flanders; jiddispjaċih li dawn is-sensji se jkomplu jaggravaw is-sitwazzjoni; jenfasizza li hija meħtieġa azzjoni rapida biex jiġi evitat tnaqqis reġjonali strutturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-korporazzjoni prinċipali Amerikana Tupperware Brands ittieħdet f’idejn il-kredituri f’Ottubru 2024 u, minħabba ristrutturar sinifikanti, irrevokat il-manifattura u l-liċenzji mogħtija lil Tupperware General Services NV, u b’hekk is-sussidjarja Belġjana saret finanzjarjament invokabbli u dan wassal għall-falliment tagħha fis-17 ta’ Frar 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva minn grupp ta’ intraprendituri Ewropej bl-għan li d-ditta terġa’ tingħata l-ħajja fil-Ġermanja, Franza, il-Belġju, l-Italja u l-Polonja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza li, fir-reġjun ta’ Flanders, ir-riskju tal-qgħad huwa aktar mid-doppju għall-persuni b’livell baxx ta’ edukazzjoni; jinnota li terz tal-ħaddiema ssensjati ma għandhomx aktar minn edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell; jistieden lill-awtoritajiet Belġjani jipprovdu appoġġ speċifiku mfassal apposta għal dawn il-profili biex jgħinu lill-ħaddiema jegħlbu n-nuqqasijiet tagħhom u jsibu impjiegi ġodda, filwaqt li jieħdu miżuri biex inaqqsu l-fallimenti u jindirizzaw id-disparitajiet soċjali li jwasslu għall-esklużjoni tal-forza tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li, bi qbil mat-trade unions, mal-esperti u mas-sħab soċjali, is-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema jikkonsistu fil-miżuri li ġejjin: sessjonijiet ta’ informazzjoni għall-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg, servizzi ta’ rikollokament, inkluż taħriġ fl-ICT; assistenza biex jinstab impjieg permezz ta’ gwida u assistenza għat-tfittix ta’ impjieg, taħriġ u taħriġ mill-ġdid, fieri tal-impjiegi, tiftix ta’ impjiegi u tqabbil tal-impjiegi; jenfasizza l-importanza li jitrawmu impjiegi ta’ kwalità għolja u orjentati lejn il-futur biex tiġi żgurata reżiljenza ekonomika u soċjali fit-tul; jistieden lill-awtoritajiet Belġjani jistabbilixxu djalogu mar-rappreżentanti Ewropej il-ġodda ta’ Tupperware biex jesploraw il-possibbiltajiet għall-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema ssensjati fl-attivitajiet ekonomiċi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li l-kwalifiki u l-ħiliet tal-ħaddiema ssensjati jibqgħu kruċjali għal ekonomija Ewropea li tibqa’ valida fil-futur; iqis għalhekk li l-mobilizzazzjoni tal-FEG jeħtieġ li tiġi inkorporata f’rispons ta’ politika akbar fil-livelli politiċi kollha biex jiġi żgurat li l-ħaddiema affettwati jsibu opportunitajiet adegwati f’konformità mal-kwalifiki u l-ħiliet tagħhom; ifakkar ukoll li l-FEG huwa strument ta’ solidarjetà u tranżizzjoni ġusta u li l-kompitu primarju tal-Unjoni jrid ikun li l-ewwel nett tipprevjeni għeluq bħal dan; iqis li, filwaqt li l-FEG jipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-ħaddiema milquta, politika industrijali aktar b’saħħitha, ekonomija aktar robusta, sostenibbli u reżiljenti, u t-tnaqqis tad-dipendenzi strateġiċi huma essenzjali biex tiġi ssalvagwardjata l-bażi tal-impjiegi industrijali Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li l-awtoritajiet Belġjani għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni u jenfasizzaw il-valur miżjud tiegħu billi jipprovdu informazzjoni effettiva u mmirata lill-benefiċjarji, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lis-sħab soċjali, u lill-pubbliku ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jitlob evalwazzjonijiet finali bir-reqqa tal-miżuri implimentati, inkluża informazzjoni ċara dwar kif intużaw il-fondi u jekk intefqux f’konformità mal-pjanijiet approvati; jenfasizza li tali evalwazzjonijiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq objettivi definiti b’mod ċar u riżultati li jistgħu jitkejlu, li jippermettu valutazzjoni tal-eżiti miksuba għall-ħaddiema kkonċernati; jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati interventi aktar rapidi u aktar effettivi u jfakkar, f’dan il-kuntest, fil-ħtieġa li jiġu esplorati modi biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-FEG, jew tal-programm suċċessur tiegħu, fil-qafas tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2028–2034;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda joffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fis-17 ta’ Frar 2025 u li, għalhekk, il-perjodu ta’ eleġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun minn dik id-data sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda jġarrab nefqa amministrattiva biex jimplimenta l-FEG fis-17 ta’ Frar 2025 u li, għalhekk, tali nefqa għandha tkun eleġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG minn dik id-data sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani pprovdew aċċertament li l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom, u li kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew ta’ ftehimiet kollettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju — EGF/2025/004 BE/Tupperware</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2026/723.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>