<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0074</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri u d-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet fl-UE: is-sitwazzjoni attwali, l-isfidi u t-triq ’il quddiem, u l-iżvilupp ta’ linji gwida għal evalwazzjoni aħjar u remunerazzjoni aktar ekwa tax-xogħol fis-setturi ddominati min-nisa</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0021/2026 - Rapporteur: Irena Joveva, Mirosława Nykiel)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet fl-UE: is-sitwazzjoni attwali, l-isfidi u t-triq ’il quddiem, u l-iżvilupp ta’ linji gwida għal evalwazzjoni aħjar u remunerazzjoni aktar ekwa tax-xogħol fis-setturi ddominati min-nisa (2025/2038(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 3(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 8, 10, 19, 151, 153 u 157 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (il-Karta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, u r-ratifikazzjoni tal-UE tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 22 u 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 132, 17.5.2023, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/970/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/54/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1158/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost diretturi ta’ kumpanniji elenkati u miżuri relatati<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 315, 7.12.2022, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2381/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva dwar il-Bilanċ bejn il-Ġeneri fil-Bordijiet Korporattivi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2041/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020–2025 (COM(2020)0152),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ ugwaljanza: Pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025”(COM(2020)0565),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-pjan ta’ azzjoni tiegħu (COM(2021)0102), b’mod partikolari l-miri ewlenin għall-2030 u t-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021–2030 (COM(2021)0101),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Unjoni tal-Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ+ 2026-2030” (COM(2025)0725),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Settembru 2022 dwar l-istrateġija Ewropea għall-kura (COM(2022)0440), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar l-aċċess għall-kura fit-tul affordabbli u ta’ kwalità għolja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 476, 15.12.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal: il-miri ta’ Barċellona għall-2030<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 484, 20.12.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa” (COM(2025)0097),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fl-UE: pjan ta’ azzjoni”, (COM(2024)0131),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “L-Unjoni tal-Ħiliet” (COM(2025)0090),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Rapport Annwali tal-2024 tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Marzu 2025 bit-titolu “2025 report on gender equality in the EU” (Rapport tal-2025 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Futur tal-Protezzjoni Soċjali u tal-Istat Soċjali bit-titolu “The future of social protection and of the welfare state in the EU” (Il-futur tal-protezzjoni soċjali u tal-istat soċjali fl-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-rapport Draghi) u r-rapport ta’ Enrico Letta tal-10 ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a Market” (Ħafna aktar milli Suq) (ir-rapport ta’ Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-2024 mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u d-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “The 2024 pension adequacy report – Current and future income adequate in old age in the EU” (Ir-rapport tal-2024 dwar l-adegwatezza tal-pensjonijiet – L-adegwatezza tal-introjtu attwali u futur għall-anzjani fl-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2024 dwar l-iżgurar tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri għall-ġenerazzjonijiet kollha fil-kuntest ta’ sfidi demografiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2024 dwar nuqqas ta’ ħaddiema u ta’ ħiliet fl-UE: Il-mobilizzazzjoni tal-potenzjal tax-xogħol mhux sfruttat fl-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “il-Promozzjoni tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Era Diġitali Mmexxija mill-IA: is-sitt rieżami orizzontali tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-ħtieġa ta’ strateġija tal-UE biex jitwaqqfu u jiġu evitati d-differenzi bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 331, 18.9.2018, p. 60.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 331, 17.8.2021, p. 5.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 10.11.2021, p. 208.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 lejn azzjoni Ewropea komuni dwar il-kura<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 47, 7.2.2023, p. 30.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (A10-0021/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija valur fundamentali tal-UE, minqux fl-Artikoli 2 u 3(3) tat-TUE, fl-Artikoli 8, 10 u 19 tat-TFUE u fl-Artikolu 23 tal-Karta; billi l-Artikolu 157 tat-TFUE jiddikjara espressament li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi applikat il-prinċipju ta’ paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew għal xogħol ta’ valur ugwali; billi l-garanzija tal-indipendenza ekonomika tan-nisa u l-aċċess ugwali tagħhom għal riżorsi finanzjarji huma essenzjali biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tiġi miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Prinċipju 2 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiddikjara li “jeħtieġ li tiġi żgurata u titrawwem l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, fit-termini u fil-kundizzjonijiet tal-impjiegi u fil-progressjoni fil-karriera” u li “n-nisa u l-irġiel għandhom id-dritt għal paga indaqs għal xogħol ta’ valur ugwali”;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi f’dawn iż-żminijiet ġeopolitiċi inċerti, ir-rispett tal-valuri tagħna tal-UE jirrikjedi li l-Istati Membri jagħtu prijorità lis-settur tad-difiża; billi l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li n-nisa li jaħdmu fid-difiża jibbenefikaw minn paga ugwali, progressjoni ġusta tal-karriera u pensjonijiet adegwati; billi t-tnaqqis tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet huwa imperattiv kemm strateġiku kif ukoll morali għall-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri hija definita bħala d-differenza bejn il-qligħ gross medju fis-siegħa tal-irġiel u tan-nisa, espressa bħala perċentwal tal-qligħ gross medju fis-siegħa tal-irġiel; billi sehem sinifikanti tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri ma jistax jiġi spjegat minn attributi oġġettivi u osservabbli tas-suq tax-xogħol bħall-età, l-esperjenza u l-edukazzjoni, il-professjoni, il-ħin tax-xogħol jew karatteristiċi oħra li jistgħu jitkejlu, u dan jindika diskriminazzjoni persistenti; billi l-indirizzar tad-differenza fil-pagi jirrikjedi approċċ ibbilanċjat li jgħaqqad l-opportunitajiet indaqs, id-distribuzzjoni ugwali tar-responsabbiltajiet tal-indukrar, il-ġlieda kontra l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, it-trasparenza fil-pagi u l-infurzar effettiv, ma’ politiki li jappoġġjaw il-ħiliet, il-parteċipazzjoni u l-progressjoni tal-karriera, filwaqt li jirrikonoxxi li l-iżvantaġġi huma aggravati għan-nisa li jiffaċċjaw forom multipli u intersezzjonali ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq fatturi bħas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi madwar l-UE, il-qligħ tan-nisa huwa sproporzjonatament aktar baxx minn dak tal-irġiel, u n-nisa huma rrappreżentati żżejjed fost dawk li jaqilgħu paga minima; billi fl-2023, id-differenza fil-pagi fis-siegħa bejn il-ġeneri fl-UE kienet ta’ 12 %, b’varjazzjonijiet sinifikanti bejn l-Istati Membri, u f’xi Stati Membri d-differenza kienet taqbeż it-18 %; billi dan ifisser li n-nisa qed jaħdmu b’mod effettiv mingħajr ma jitħallsu għal medja ta’ 54 sa 67 jum fis-sena meta mqabbla mal-irġiel; billi minkejja l-fatt li r-rata ta’ impjieg għan-nisa qed tkompli tiżdied, l-UE għadha lura biex tnaqqas bin-nofs id-differenza ta’ 10 % bejn il-ġeneri fl-impjiegi sal-2030, u d-differenza għan-nisa bit-tfal hija ogħla, b’perċentwal ta’ 16,5 %<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Statistics Explained – SDG 5 – Gender equality” (Statistika Spjegata – SDG 2025 – Ugwaljanza bejn il-ġeneri), is-sit web tal-Eurostat, April 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; billi skont l-Eurostat, id-differenza tvarja wkoll skont l-industrija u huwa ogħla fis-settur privat milli fis-settur pubbliku fil-maġġoranza tal-Istati Membri<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Statistics Explained – Gender pay gap statistics” (Statistika Spjegata – Statistika dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri), is-sit web tal-Eurostat, Marzu 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; billi fl-2024, 7,7 % tal-irġiel fl-UE biss ħadmu part-time meta mqabbla ma’ 27,9 % tan-nisa, li r-raġuni ewlenija tagħhom għal dan kienet ir-responsabbiltajiet tal-indukrar; billi hemm korrelazzjoni speċifika bejn setturi ddominati min-nisa u livelli baxxi ta’ pagi; billi l-paga tista’ tirrifletti l-valur u r-rikonoxximent li s-soċjetà tpoġġi fuq tipi partikolari ta’ xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-inugwaljanzi fil-pagi mhux dejjem jirriflettu l-valur tax-xogħol, id-domanda għalih jew il-ħiliet meħtieġa għalih, iżda huma pjuttost ir-riżultat ta’ inugwaljanza persistenti bejn il-ġeneri; billi s-sottovalutazzjoni tax-xogħol tan-nisa, is-segmentazzjoni okkupazzjonali u settorjali, id-differenza bejn il-ġeneri fit-tmexxija, u d-diviżjoni inugwali tal-indukrar mhux imħallsa huma fatturi strutturali fid-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet u jirrikjedu valutazzjoni sistematika tal-impjiegi u eżerċizzji ta’ rivalorizzazzjoni settorjali fil-livelli tal-UE u nazzjonali; billi d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri mhijiex biss kwistjoni ta’ qligħ aktar baxx, iżda tirrifletti wkoll inugwaljanzi soċjali, politiċi u kulturali usa’ li jinfluwenzaw l-indipendenza ekonomika, l-opportunitajiet ta’ karriera u l-benesseri ġenerali tan-nisa;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni huma essenzjali biex jiġu rikonoxxuti l-eżistenza u s-serjetà tad-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet, li għadhom qed jiġu sottovalutati mill-pubbliku; billi d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet għandhom influwenza serja fuq is-saħħa mentali tan-nisa, u jinfluwenzaw mhux biss il-qligħ tan-nisa iżda wkoll l-esponiment tagħhom għal riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol, b’konsegwenzi fit-tul għas-saħħa mentali u l-benesseri matul ħajjithom, evidenzjat mill-fatt li r-rata tan-nisa li għandhom’ il fuq minn 65 sena li jirrapportaw dipressjoni kronika hija d-doppju ta’ dik tal-irġiel<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għad-Drittijiet taċ-Ċittadini, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Istituzzjonali, id-Dipartiment Tematiku għaċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza u l-Kultura, “The effect of gender pay and pension gaps and new ways of working on women’s mental health” (L-effett tad-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet u modi ġodda ta’ ħidma fuq is-saħħa mentali tan-nisa), Settembru 2025.</FIELD></FOOTNOTE>, u dan jirrifletti l-effetti aggravati ta’ introjtu aktar baxx, indipendenza limitata u nuqqas ta’ sigurtà persistenti; billi paga ġusta u deċenti hija essenzjali għall-indipendenza ekonomika tan-nisa u tippermetti lin-nisa jitilqu minn sitwazzjonijiet ta’ vjolenza domestika; billi l-indirizzar ta’ dawn id-differenzi jirrikjedi miżuri leġiżlattivi u ta’ politika kif ukoll bidla fl-attitudnijiet tas-soċjetà, appoġġjati minn inizjattivi edukattivi u komunikazzjoni mmexxija mid-data;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi fl-2021, 74 % tan-nisa għamlu x-xogħol tad-dar u t-tisjir ta’ kuljum, meta mqabbla ma’ 42 % tal-irġiel; billi meta x-xogħol imħallas u mhux imħallas kollu jiġi kkombinat, in-nisa jagħmlu tmien ġimgħat full-time aktar xogħol fis-sena mill-irġiel<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Gender Equality Index 2021 – Health” (Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri – Saħħa), 2021.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Forum Ekonomiku Dinji dan l-aħħar stima li, bir-rati attwali ta’ titjib, il-parità sħiħa bejn il-ġeneri se tintlaħaq f’134 sena; billi xi studji jikkalkulaw li se jgħaddu 90 snin biex titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet; billi huwa ċar li huma meħtieġa miżuri ġodda biex titnaqqas aktar malajr id-differenza fil-pensjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi madwar l-UE, in-nisa huma aktar probabbli li jkollhom impjiegi b’pagi aktar baxxi u li jaħdmu fl-ekonomija informali u f’setturi storikament sottovalutati, u dan jillimita l-qligħ tagħhom u jikkontribwixxi għad-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet; billi tlieta minn kull għaxar nisa fl-UE jaħdmu fis-setturi tal-edukazzjoni, is-saħħa u l-ħidma soċjali, filwaqt li 8 % biss tal-irġiel huma impjegati f’dawn is-setturi<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Women’s situation in the labour market” (Is-sitwazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol), il-Kummissjoni Ewropea – sit web tal-Istrateġija u l-Politiki.</FIELD></FOOTNOTE>; billi fl-UE, in-nisa jirrappreżentaw sa 80 % tal-forza tax-xogħol tal-indukrar tas-saħħa u tal-indukrar soċjali, filwaqt li jikkostitwixxu biss sa 20 % tal-ħaddiema fl-oqsma STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika), u dan juri n-normi u l-istereotipi persistenti tal-ġeneru li jiskoraġġixxu lin-nisa milli jidħlu f’ċerti setturi<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “2025 report on gender equality in the EU” (rapport tal-2025 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE), https://data.europa.eu/doi/10.2838/5262357.</FIELD></FOOTNOTE>; billi huwa imperattiv li jiġi rikonoxxut il-valur ta’ setturi tradizzjonalment iddominati min-nisa bħall-indukrar, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-ħidma soċjali, peress li huma essenzjali għas-soċjetà, u li l-irġiel jiġu mħeġġa jidħlu f’dawn is-setturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi n-nisa għadhom sottorappreżentati b’mod sinifikanti fl-istudji u l-karrieri diġitali, u f’oqsma oħra tax-xjenza, it-teknoloġija, l-arti, l-inġinerija u l-matematika (STEAM) u fis-setturi tal-impjiegi bħad-difiża u l-ajruspazju, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u l-enerġija; billi l-appoġġ għall-parteċipazzjoni tan-nisa fl-oqsma STEAM huwa kruċjali biex jitnaqqsu d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet, titrawwem l-innovazzjoni u jiġi żgurat li t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi tal-Ewropa jkunu inklużivi u ekwi;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi n-nisa huma affettwati b’mod sproporzjonat mill-frammentazzjoni dejjem akbar tas-suq tax-xogħol, inkluża ż-żieda f’forom mhux standard ta’ impjieg bħax-xogħol temporanju, ix-xogħol part-time, ix-xogħol fuq il-pjattaformi u l-impjieg indipendenti; billi n-nisa spiss ikollhom rwoli essenzjali fil-biedja mill-familji, fl-industrija agrikola u fil-ħajja komunitarja, iżda x-xogħol tagħhom spiss jiġi sottovalutat jew ikun informali, u dan iwassal għal qligħ tul il-ħajja aktar baxx u kontribuzzjonijiet tal-pensjoni inadegwati; billi dan l-iżvantaġġ huwa aggravat aktar għan-nisa li jiffaċċjaw forom multipli u intersezzjonali ta’ diskriminazzjoni bbażati fuq fatturi bħar-razza, il-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali jew id-diżabbiltà;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-impatt tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, fl-indukrar u fl-impjiegi jkomplu jaggravaw aktar tard f’ħajjet in-nisa, kif evidenzjat mid-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet, li kienet ta’ 25 % fl-2025<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Gender Equality Index – European Union in 2025 edition” (Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri – l-Unjoni Ewropea fl-edizzjoni tal-2025), is-sit web tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.</FIELD></FOOTNOTE>; billi dan jirriżulta minn inugwaljanzi akkumulati matul il-ħajja tax-xogħol tan-nisa u minn perjodi ta’ assenza mis-suq tax-xogħol u pagi aktar baxxi; billi nisa akbar fl-età għadhom aktar esposti għar-riskji tal-faqar minn irġiel akbar fl-età fl-Istati Membri kollha<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “2025 reports on gender equality in the EU” (rapporti tal-2025 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE), https://data.europa.eu/doi/10.2838/5262357.</FIELD></FOOTNOTE>; billi fl-2024, 16.9 % tan-nisa rtirati kienu f’riskju ta’ faqar, kważi d-doppju tan-numru ta’ rġiel irtirati f’riskju ta’ faqar<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Data Browser – At-risk-of-poverty rate for pensioners – EU-SILC survey” (Brawżer tad-Data – Ir-rata tar-riskju ta’ faqar għall-pensjonanti – stħarriġ tal-EU-SILC), is-sit web tal-Eurostat, Frar 2026.</FIELD></FOOTNOTE>; billi n-nisa ġeneralment għandhom stennija tal-għomor itwal u huma aktar probabbli li jirrikjedu indukrar fit-tul fix-xjuħija<FOOTNOTE><FIELD> Id-dipartiment tal-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, “The growing need for long-term care – Assumptions and realities” (Il-ħtieġa dejjem tikber għall-indukrar fit-tul – Suppożizzjonijiet u realtajiet).</FIELD></FOOTNOTE>; billi huwa imperattiv li jiġi żgurat li s-sistemi pubbliċi tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni soċjali jibqgħu robusti u ffinanzjati b’mod adegwat u sostenibbli, sabiex ikunu jistgħu jkomplu jipprovdu appoġġ affidabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi x-xogħol iddominat min-nisa, li jiżgura l-emanċipazzjoni ekonomika u jżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika u fil-ħajja pubblika, irid ikun ibbażat fuq il-libertà tal-għażla u rikkezza tal-possibbiltajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-penali marbuta mal-maternità f’termini ta’ paga, jiġifieri d-differenza fil-pagi bejn l-ommijiet u l-missirijiet kif ukoll bejn in-nisa bi tfal dipendenti u dawk mingħajr tfal dipendenti, jirriżultaw minn nuqqas ta’ faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal, ftit wisq missirijiet li jieħdu liv tal-ġenituri jew tal-paternità, sigħat tax-xogħol li huma inkompatibbli mal-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal u għall-bżonnijiet soċjali tal-anzjani, id-diviżjoni inugwali tal-indukrar informali fid-dar, u preġudizzji kulturali li jippenalizzaw lill-ommijiet fid-dinja tax-xogħol; billi n-nisa spiss jiffaċċjaw tnaqqis fil-qligħ, u dawn ma jirkuprawx għal-livelli ta’ qabel ma kellhom it-tfal, u n-nisa jesperjenzaw progressjoni tal-karriera aktar bil-mod wara li jkollhom it-tfal, li għandu impatt dirett fuq il-qligħ u l-istandards tal-għajxien tagħhom f’dak iż-żmien u fuq il-kapaċità tagħhom li jakkumulaw biżżejjed intitolamenti tal-pensjoni futuri; jinnota li l-penali marbuta mal-maternità f’termini ta’ paga jirrappreżentaw ostaklu sinifikanti kemm għall-ugwaljanza sħiħa bejn il-ġeneri kif ukoll għall-istabbiltà demografika u ekonomika fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi kemm ir-rapport Draghi kif ukoll ir-rapport Letta jissottolinjaw li d-disponibbiltà, l-affordabbiltà u l-kwalità tas-servizzi tal-indukrar – inklużi l-edukazzjoni u l-indukrar bikri tat-tfal, l-indukrar fit-tul u l-appoġġ għall-persuni b’diżabbiltà – huma ostaklu strutturali għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari għan-nisa, u jnaqqsu l-potenzjal ġenerali tal-produttività tal-UE; billi l-investiment fl-infrastruttura tal-indukrar u l-impjiegi ta’ kwalità huwa investiment soċjali produttiv li jsaħħaħ il-kompetittività u r-reżiljenza u jrawwem il-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fl-oqsma kollha tas-soċjetà, inklużi l-impjiegi; billi d-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata għandha tiġi infurzata bir-reqqa u l-effett tagħha għandu jiġi evalwat; billi kondiviżjoni aktar ibbilanċjata bejn iż-żewġ ġenituri fir-rigward tal-liv tal-ġenituri u tar-responsabbiltajiet ta’ indukrar, inkluż permezz ta’ intitolamenti tal-liv mhux trasferibbli mfassla tajjeb, hija essenzjali biex jiġu promossi opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel u biex jingħata kontribut għal soċjetà aktar ugwali bejn il-ġeneri u suq tax-xogħol modern u reżiljenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-indukrar huwa pilastru importanti tas-soċjetà tagħna; billi x-xogħol ta’ indukrar mhux imħallas u mhux imħallas biżżejjed għat-tfal, l-anzjani, il-morda, il-persuni b’diżabbiltà, il-membri tal-familja jew dipendenti oħra jitwettaq b’mod sproporzjonat min-nisa, anke wara li jidħlu fis-suq tax-xogħol, u jibqa’ mutur ewlieni tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri fl-introjtu, fil-progressjoni tal-karriera u fil-pensjonijiet; billi r-responsabbiltajiet tal-indukrar iżommu lil madwar 7,7 miljun mara barra mis-suq tax-xogħol, meta mqabbla ma’ 450 000 raġel; billi xi pajjiżi introduċew krediti tal-pensjoni għall-persuni li jindukraw, li jfisser li ż-żmien li wieħed iqatta’ jindokra huwa rikonoxxut fil-kalkoli tal-pensjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi r-rata tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali huwa ogħla għan-nisa milli għall-irġiel (21,9 %, meta mqabbel ma’ 20 %); billi l-faqar tal-ħin jillimita l-opportunitajiet tan-nisa li jinvolvu ruħhom f’impjieg fit-tul u full-time, jirrestrinġi l-potenzjal tal-qligħ tagħhom u jżid id-dipendenza tagħhom fuq impjiegi b’paga baxxa jew part-time, inaqqas il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tagħhom u jżid id-dipendenza finanzjarja tagħhom anke fix-xjuħija, u jesponihom aktar għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru, b’mod partikolari l-vjolenza domestika;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi Spanja inkorporat diversi regolamenti li jistabbilixxu sistema legali komprensiva mmirata lejn it-tnaqqis tad-disparità bejn il-ġeneri, bħas-suppliment temporanju tad-disparità bejn il-ġeneri mogħti lin-nisa li huma intitolati għal pensjoni kontributorja u li kienu ommijiet (bijoloġiċi jew adottivi), u li għalihom l-irġiel jistgħu jkunu eliġibbli jekk ikunu jistgħu jagħtu prova li l-karriera professjonali tagħhom ġiet interrotta jew affettwata mit-twelid jew mill-adozzjoni ta’ wild;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi n-nisa li laħqu l-età tal-menopawża huma l-aktar grupp li qed jikber malajr fil-forza tax-xogħol, skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO); billi din ix-xejra hija mistennija li tkompli għaddejja u tkompli tikber; billi s-suġġett tal-menopawża fuq il-post tax-xogħol għadu fil-biċċa l-kbira inviżibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi ekonomija tal-UE aktar kompetittiva u aktar ġusta, b’aktar impjiegi u impjiegi ta’ kwalità aħjar, flimkien ma’ miżuri proattivi għas-setturi ddominati min-nisa, se jkunu kruċjali biex jitnaqqsu d-differenzi fil-pagi bejn il-ġeneri u d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet b’mod sostenibbli u orjentat lejn it-tkabbir, filwaqt li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol, b’rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-aħjar prattika, u se jippermettu lin-nisa javvanzaw f’setturi ta’ valur għoli bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, il-liġi u l-finanzi; billi l-aħjar prattika, b’mod partikolari f’kampanji ta’ informazzjoni bħall-“envelop oranġjo”, tgħin lill-persuni assigurati mis-sistemi tal-pensjonijiet pubbliċi nazzjonali jirċievu informazzjoni dwar it-tfaddil allokat għall-pensjoni tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi r-rapporti ta’ Draghi u Letta jisħqu li l-Ewropa mhijiex qed tuża bis-sħiħ it-talent disponibbli tagħha, b’mod partikolari fost in-nisa b’livell għoli ta’ edukazzjoni; billi l-persistenza ta’ “saqaf tal-ħġieġ” kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat tillimita l-aċċess tan-nisa għal pożizzjonijiet ta’ livell għoli, maniġerjali u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri trid tibda b’opportunitajiet indaqs għall-bniet u s-subien mill-aktar stadji bikrija tal-edukazzjoni; billi l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-bniet fil-ħiliet STEM u diġitali hija kruċjali għall-bini ta’ ekonomija Ewropea kompetittiva u bbilanċjata bejn il-ġeneri;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-impjiegi u l-intraprenditorija, u l-iżgurar tal-parteċipazzjoni bbilanċjata tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol, huma kundizzjonijiet ewlenin għat-tkabbir sostenibbli, il-produttività ogħla, l-innovazzjoni u l-kompetittività sostenibbli fit-tul tal-ekonomija Ewropea; billi l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel tikkontribwixxi għar-reżiljenza demografika u ekonomika tal-Ewropa u tista’ żżid b’mod sostanzjali l-PDG per capita tal-UE u s-sostenibbiltà fiskali tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi f’ekonomija soċjali tas-suq dinamika u mmexxija mill-innovazzjoni, il-ħiliet, il-produttività u l-prestazzjoni għandhom jiġu ppremjati, u b’hekk jinħolqu aktar opportunitajiet għan-nisa biex javvanzaw f’setturi ta’ valur għoli bħat-teknoloġija, l-agrikoltura, l-industrija, id-difiża, il-mediċina, il-liġi u l-finanzi; billi dan jinkoraġġixxi u jappoġġja lill-bniet u lin-nisa żgħażagħ biex isegwu l-edukazzjoni u l-karrieri f’dawn is-setturi ta’ valur għoli minn età bikrija, u jgħin biex jitneħħew l-istereotipi marbuta mal-ġeneru u jitwessgħu l-għażliet tal-karriera futura;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi r-rata ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali (AROPE) hija ogħla fost il-persuni akbar fl-età (ta’ 75 sena u aktar), il-pensjonanti b’diżabbiltà u dawk li ilhom mingħajr xogħol għal perjodi twal; billi fl-2020, ir-rata tal-AROPE fost il-persuni rtirati fl-UE kienet ta’ 15,6 %; billi d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri ta’ dan il-grupp, ta’ 13 % fl-2020, u d-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet tiegħu, ta’ 29 % fl-2019, għadha sinifikanti llum; billi ħafna nisa akbar fl-età ma akkumulawx biżżejjed intitolamenti tal-pensjoni u spiss jiddependu fuq l-appoġġ tal-familja jew il-pensjonijiet tas-superstiti; billi l-lonġevità akbar tan-nisa żżid il-probabbiltà li jkunu qed jgħixu waħedhom b’introjtu wieħed; billi l-pensjonijiet iridu jibqgħu adegwati u jiġu aġġustati għall-għoli tal-ħajja, filwaqt li l-inċentivi għal parteċipazzjoni itwal fis-suq tax-xogħol iridu jittejbu, biex jitnaqqsu l-faqar u d-dipendenza fix-xjuħija;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-iżbilanċi fis-suq tax-xogħol jistgħu jitnaqqsu billi jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali, tiġi indirizzata s-sottovalutazzjoni tas-setturi ddominati min-nisa u jitneħħew l-ostakli sabiex aktar nisa jkunu jistgħu jidħlu f’setturi b’pagi għoljin u ddominati mill-irġiel; billi d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri hija l-ogħla f’setturi bħal dawn; billi s-soċjetà tiddependi wkoll fuq servizzi essenzjali bħall-indukrar, li spiss ma jħallsux biżżejjed u jitwettqu b’mod predominanti min-nisa; billi l-paga f’dawn is-setturi għandha tkun ġusta u sostenibbli biex tappoġġja lin-nisa u lill-familji tagħhom, issaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol u ttejjeb l-istatus ta’ dawn il-professjonijiet; billi r-riskju tal-faqar u, sa ċertu punt, ir-riskju għall-awtonomija finanzjarja kkawżati mid-differenzi fil-pagi bejn il-ġeneri u d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet jkomplu jesponu lin-nisa għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru, b’mod partikolari l-vjolenza domestika, u dan jagħmilha aktar diffiċli għalihom li jitilqu minn relazzjoni abbużiva; billi skont in-NU, kważi 35 % tan-nisa madwar id-dinja jesperjenzaw fastidju psikoloġiku jew sesswali fuq il-post tax-xogħol jew fastidju b’konsegwenzi serji f’termini ta’ aspirazzjonijiet personali u professjonali; billi dan jagħmel ħsara lill-awtostima tan-nisa u jdgħajjef il-pożizzjoni tagħhom għan-negozjar ta’ remunerazzjoni aktar ġusta; billi l-qgħad għoli, it-tkabbir batut fil-pagi u x-xogħol mhux sigur jistgħu jaffettwaw lin-nisa b’mod sproporzjonat; billi dan għandu impatt negattiv fuq l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa u fuq il-kisba tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; billi riformi tas-suq tax-xogħol imfassla tajjeb, ekonomija kompetittiva u finanzi pubbliċi sostenibbli jistgħu jappoġġjaw il-ħolqien tal-impjiegi u l-opportunitajiet; billi s-servizzi pubbliċi u l-appoġġ soċjali għandhom ikunu mmirati u effettivi, filwaqt li jiżguraw valur għall-flus waqt li jipproteġu lill-persuni l-aktar vulnerabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi s-sistemi tal-pensjonijiet madwar l-UE huma ġeneralment ibbażati fuq tliet pilastri: pensjonijiet tal-Istat, pensjonijiet tax-xogħol ipprovduti minn min iħaddem, u tfaddil jew investimenti privati; billi l-qligħ aktar baxx, l-interruzzjonijiet fil-karriera, ir-responsabbiltajiet ta’ indukrar u r-rappreżentanza żejda tan-nisa f’forom ta’ xogħol mhux standard spiss jirriżultaw f’intitolamenti mnaqqsa fit-tliet pilastri kollha, u b’hekk jaggravaw id-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet u jżidu r-riskju ta’ faqar fix-xjuħija; billi fl-ekonomija tal-indukrar, il-biċċa l-kbira tal-impjiegi jitwettqu min-nisa, filwaqt li t-tmexxija u t-teħid ta’ deċiżjonijiet jibqgħu ddominati b’mod sproporzjonat mill-irġiel; billi t-trasparenza tal-pagi jista’ jkollha rwol kruċjali biex jiġi żgurat li jsir progress sostanzjali fl-indirizzar tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, peress li tgħin biex tiżvela s-sottovalutazzjoni tax-xogħol tan-nisa u biex tenfasizza l-aspetti marbutin mal-ġeneru tas-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta’ għodod li jipprovdu kriterji oġġettivi li jippermettu valutazzjoni newtrali fir-rigward tal-ġeneru u komparabbiltà tal-valur tax-xogħol f’impjiegi u setturi differenti; billi jrid jitqies l-impatt tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 6, 10.1.1979, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1979/7/oj).</FIELD></FOOTNOTE> fuq il-possibbiltajiet tal-Istati Membri li jindirizzaw id-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet; billi r-rieżamijiet tal-infiq reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru jistgħu jtejbu l-valur għall-flus fil-baġits pubbliċi u jistgħu jiżguraw li l-miżuri jkunu mmirati b’mod li jappoġġjaw aħjar il-familja u x-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-metodi ta’ evalwazzjoni tal-impjiegi li huma ħielsa mill-preġudizzju bejn il-ġeneri huma essenzjali biex jippermettu li l-impjiegi jitqabblu fuq il-bażi tal-iskala u l-kumplessità tagħhom sabiex tiġi determinata l-pożizzjoni ta’ impjieg wieħed b’relazzjoni ma’ impjieg ieħor fi ħdan settur jew organizzazzjoni partikolari, indipendentement minn jekk l-impjiegi inkwistjoni jkunux tan-nisa jew tal-irġiel; billi n-nisa b’diżabbiltà jiffaċċjaw eżiti tas-suq tax-xogħol ferm agħar, u konsegwentement għandhom prospetti tal-pensjoni saħansitra ifqar, kemm mill-irġiel kif ukoll min-nisa mingħajr diżabbiltà;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri trid tiġi segwita permezz ta’ approċċ intersezzjonali li jirrikonoxxi kif forom differenti ta’ diskriminazzjoni u żvantaġġ – inklużi dawk ibbażati fuq l-età, id-diżabbiltà, l-oriġini razzjali jew etnika, l-istatus soċjoekonomiku, l-orjentazzjoni sesswali u l-post ta’ residenza – jistgħu jaggravaw l-inugwaljanzi esperjenzati min-nisa u l-bniet fl-edukazzjoni, l-impjieg u l-aċċess għall-protezzjoni soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi n-negozjar kollettiv huwa fattur determinanti jitreġġgħu lura u jingħelbu l-inugwaljanzi; billi mhuwiex biżżejjed li jiġi ggarantit salarju ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali fil-faqar, peress li l-ugwaljanza fis-salarji għandha tinkiseb b’mod parallel ma’ żieda ġenerali fis-salarji tal-ħaddiema u titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom sabiex jiġu ggarantiti d-dinjità u l-ġustizzja soċjali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sitwazzjoni attwali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali hija prinċipju fundatur tal-UE u li l-Istati Membri għandhom obbligu li jeliminaw id-diskriminazzjoni bejn il-ġeneri fl-aspetti kollha tar-remunerazzjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-tipi ta’ kuntratti ta’ impjieg; ifakkar li l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi se tgħin biex jiġu eliminati d-diskriminazzjoni u l-preġudizzju abbażi tal-ġeneru fuq il-post tax-xogħol, eż. fil-prattiki ta’ reklutaġġ u fl-istrutturi tal-pagi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li d-differenzi fil-pagi bejn il-ġeneri u d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet għadhom jippersistu fl-UE, u dan għandu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tan-nisa u għalhekk fuq is-soċjetà kollha kemm hi; jiddispjaċih għall-fatt li, filwaqt li kien hemm tnaqqis modest matul l-aħħar għaxar snin fid-differenza medja bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet madwar l-UE, il-pass attwali tal-bidla għadu insuffiċjenti biex jitnaqqsu d-differenzi qabel l-2100; jiddispjaċih li l-faqar u l-esklużjoni fix-xjuħija jibqgħu sfida għan-nisa akbar fl-età, u li dawn qed jiżdiedu kontra x-xejra ġenerali, u jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu s-sistemi tal-pensjonijiet sostenibbli u tiġi appoġġjata l-anzjanità attiva; jilqa’ t-tħabbira ta’ strateġija tal-UE kontra l-faqar u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura sinerġija bejn dik il-proposta u l-istrateġija li jmiss dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri biex jiġu indirizzati r-riskji tal-ġeneru u dawk intersezzjonali tal-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li madwar l-UE, in-nisa huma f’riskju akbar ta’ faqar mill-irġiel, b’mod partikolari n-nisa li jesperjenzaw forom intersezzjonali ta’ diskriminazzjoni, bħall-ommijiet li jrabbu t-tfal waħedhom, in-nisa akbar fl-età, in-nisa b’diżabbiltà, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-persuni LGBTIQ+ u n-nisa fiż-żoni rurali; jisħaq li d-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet mhijiex biss ir-riżultat tal-akkumulazzjoni ta’ inugwaljanzi fil-pagi matul il-ħajja iżda wkoll ta’ opportunitajiet differenti fis-suq tax-xogħol, distribuzzjoni mhux ugwali ta’ xogħol ta’ indukrar informali fid-dar, u preġudizzju bejn il-ġeneri fis-soċjetà; jitlob politiki li jirrikonoxxu dawn l-iżvantaġġi filwaqt li jippromwovu l-parteċipazzjoni f’impjiegi ta’ kwalità u opportunitajiet indaqs; jinnota li, minħabba li l-pensjonijiet tal-irtirar jammontaw bħala medja għal erbgħa minn kull ħamsa tal-introjtu ta’ waqt l-irtirar, u minħabba l-isfidi demografiċi kontinwi, meta d-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet ma tiġix indirizzata, dan jista’ jhedded il-koeżjoni soċjali fit-tul tal-Istati Membri u s-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-libertà individwali u l-indipendenza ekonomika tan-nisa huma essenzjali għas-sigurtà u d-dinjità personali tagħhom, u li l-parteċipazzjoni baxxa fis-suq tax-xogħol iżżid il-vulnerabbiltà għall-abbuż, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inklużi l-vjolenza domestika u l-vjolenza fi spazji pubbliċi, u d-dipendenza ekonomika; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri mmirati biex jipprevjenu u jiġġieldu l-vjolenza u l-fastidju abbażi tal-ġeneru, kemm online kif ukoll offline, inkluż permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, l-infurzar tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul u r-ratifika tal-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Vjolenza u l-Fastidju (il-Konvenzjoni 190) biex jiġu żgurati mekkaniżmi effettivi ta’ protezzjoni tal-vittmi fid-dinja tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li n-nisa għadhom iwettqu sehem sproporzjonat ta’ indukrar u xogħol domestiku mhux imħallas, li jnaqqas il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u l-akkumulazzjoni tal-pensjoni; jirrikonoxxi li r-rwoli tradizzjonali tal-ġeneru, il-preġudizzji u d-diviżjoni inugwali tar-responsabbiltajiet ta’ indukrar fost in-nisa u l-irġiel joħolqu penali marbuta mal-maternità f’termini ta’ paga u penali għal min jieħu ħsieb it-tfal, il-membri tal-familja jew dipendenti oħra li għandhom diżabbiltà jew li huma akbar fl-età jew morda, u li dawn il-penali mhux biss jikkontribwixxu għad-differenzi persisenti bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet iżda jistgħu wkoll jiskoraġġixxu lin-nisa li jixtiequ jkollhom it-tfal milli jagħmlu dan, fi żmien meta ħafna pajjiżi tal-UE qed jiffaċċjaw tnaqqis demografiku, peress li jnaqqsu l-opportunitajiet għan-nisa żgħażagħ, b’mod partikolari, fis-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza li investiment insuffiċjenti f’servizzi ta’ indukrar tat-tfal u ta’ indukrar fit-tul ta’ kwalità, kif ukoll id-disponibbiltà limitata tagħhom, l-ispiża għolja u n-nuqqas ta’ infrastruttura adegwata f’dan il-qasam, jibqgħu sfida ewlenija, primarjament, għall-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol, u jistgħu jwasslu biex in-nisa jitilqu mis-suq tax-xogħol qabel iż-żmien jew b’mod involontarju jagħmlu xogħol part-time u jfixklu l-progressjoni tal-karriera tagħhom; jissottolinja l-ħtieġa li x-xogħol ta’ indukrar mhux imħallas jiġi rikonoxxut u rifless b’mod sistematiku fit-tfassil tal-politika u fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali filwaqt li, fl-istess ħin, jiġu ffaċilitati l-opportunitajiet għan-nisa biex jirritornaw fis-suq tax-xogħol; jirrikonoxxi li l-indukrar huwa pedament tas-soċjetà u hija, fil-biċċa l-kbira, ipprovduta min-nisa; ifakkar li l-indukrar tat-tfal u tal-membri tal-familja jew ta’ dipendenti oħra li għandhom diżabbiltà jew li huma akbar fl-età jew morda spiss tirrappreżenta responsabbiltajiet addizzjonali jew saħansitra full-time; jenfasizza l-fatt li din ir-realtà hija riflessa fix-xejriet tas-suq tax-xogħol, inklużi rati ogħla ta’ xogħol part-time, pagi fis-siegħa aktar baxxi, interruzzjonijiet fil-karriera u durata iqsar tal-impjieg fost in-nisa; jappella għal politiki li jappoġġjaw lill-familji fid-diversità kollha tagħhom, jippromwovu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u jħeġġu kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa jikkondividu r-responsabbiltajiet ta’ indukrar, filwaqt li jiżguraw li x-xogħol ta’ indukrar, kemm formali kif ukoll informali, jiġi rrispettat u apprezzat b’mod ġust fis-soċjetà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-benefiċċji tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri għas-soċjetà, it-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li l-eliminazzjoni tad-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet hija essenzjali għall-ugwaljanza u l-kompetittività, u għandha tinkiseb permezz ta’ miżuri bbażati fuq l-evidenza, filwaqt li jiġu rispettati l-prerogattivi tal-Istati Membri u tas-sħab soċjali; ifakkar li d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fl-impjiegi swew lill-UE EUR 390 biljun fl-2023<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, “Mind the gap!” Gender employment gap cost Europe over €390 billion in 2023” (Attenti għad-distakk! Id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi swiet lill-Ewropa aktar minn EUR 390 biljun fl-2023”, is-sit web tal-Eurofound, Marzu 2025.</FIELD></FOOTNOTE> f’termini ta’ qligħ mitluf, kontribuzzjonijiet soċjali mitlufa u l-kostijiet tal-finanzi pubbliċi marbutin mal-benefiċċji soċjali li jirċievu n-nisa li ma jaħdmux; jinnota li t-tnaqqis tad-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi jista’ jżid il-produttività, li jirriżulta f’żieda ta’ 3.2 % sa 5.5 % fil-PDG per capita sal-2050, filwaqt li kundizzjonijiet tax-xogħol aktar flessibbli, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u pagi ogħla jħeġġu lil aktar nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol, u dan iwassal għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-ekonomija<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Economic benefits of gender equality in the European Union – How closing the gender gaps in labour market activity and pay leads to economic growth” (Il-benefiċċji ekonomiċi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Unjoni Ewropea – Kif it-tneħħija tad-differenzi bejn il-ġeneri fl-attività tas-suq tax-xogħol u fil-pagi jwassal għal tkabbir ekonomiku), 2017.</FIELD></FOOTNOTE>; jirrikonoxxi li l-kriżi tal-għoli tal-ħajja taffettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa, inklużi l-ommijiet; jappella għal miżuri li jiżguraw li l-pagi jirriflettu l-għoli tal-ħajja u jinċentivaw il-parteċipazzjoni fil-forza tax-xogħol, filwaqt li jibqgħu jiġu rispettati l-oqfsa nazzjonali tas-suq tax-xogħol u l-ftehimiet tas-sħab soċjali; jisħaq li l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel f’impjiegi ta’ kwalità ssaħħaħ il-provvista tax-xogħol tal-UE u r-reżiljenza ekonomika ġenerali tagħha u tallinja mal-aġenda tal-kompetittività Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu l-gwadanji kwantifikati minn żieda fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fit-tbassir ekonomiku u fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-politika fejn rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li fl-2023, id-differenza fil-pagi kienet ogħla fis-settur privat milli fis-settur pubbliku fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, “Suġġetti – Nifhmu d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri: definizzjoni, fatti u kawżi”, is-sit web tal-Parlament Ewropew, 2020.</FIELD></FOOTNOTE> u li huma meħtieġa sforzi speċifiċi biex jiġi żgurat li l-kumpaniji jinkoraġġixxu b’mod attiv prattiki mhux diskriminatorji u jippromwovu opportunitajiet indaqs u paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar li l-impjegati u n-negozji huma l-mutur tal-kompetittività tal-UE, kif ġie rikonoxxut fir-rapport ta’ Draghi; jenfasizza li n-nuqqas ta’ ħiliet u ħaddiema, aggravat minn popolazzjoni fl-età tax-xogħol li kulma jmur qed tonqos, qed ixekkel serjament il-produttività u t-tkabbir tal-UE; jirrimarka li t-titjib tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari f’setturi attwali u emerġenti marbuta mat-tranżizzjonijiet doppji, jistgħu jgħinu biex itaffu dawn il-pressjonijiet; jitlob li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġlieda kontra l-istereotipi marbuta mal-ġeneru jiġu integrati b’mod li jappoġġja l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetittività, u jħeġġeġ li jitneħħew l-ostakli għall-opportunitajiet fl-aġendi tal-kompetittività, industrijali, tal-ħiliet u diġitali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha japplikaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-programmazzjoni, fis-servizzi pubbliċi u, b’mod partikolari, fil-forniment ta’ kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż l-aċċess għal abort mingħajr ħlas, sikur u legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jappella għall-iżvilupp ta’ strateġiji u politiki reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fis-settur diġitali u għal sforzi mmirati biex in-nisa jiġu integrati b’mod aktar effettiv fis-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar li prattiki ta’ reklutaġġ u promozzjoni oġġettivi u bbażati fuq il-mertu kif ukoll opportunitajiet indaqs, servizzi ta’ appoġġ u d-dritt li kulħadd jipparteċipa, huma l-bażi ta’ trattament ugwali li jwassal għal kompetizzjoni ġusta f’suq tax-xogħol li jiffunzjona, li jista’ jnaqqas il-preġudizzji li jaffettwaw b’mod negattiv l-avvanz fil-karriera tan-nisa u konsegwentement jippenalizza l-qligħ tagħhom, inkluża mġiba diskriminatorja bbażata fuq il-ġeneru, ir-razza, id-diżabbiltà, l-età u l-orjentazzjoni u l-identità sesswali; jitlob, f’dan ir-rigward, l-implimentazzjoni sħiħa u l-monitoraġġ tad-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn il-Ġeneri fuq il-Bordijiet Korporattivi u jħeġġeġ lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u lil kumpaniji oħra mhux ikkwotati jsegwu l-aħjar prattika dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment; jinnota, barra minn hekk, li soċjetà reżiljenti, inklużiva u sostenibbli u ekonomija orjentata lejn it-tkabbir jiġġeneraw impjiegi ta’ kwalità għolja u mħallsa tajjeb f’setturi ddominati min-nisa li jippermettu lin-nisa jiksbu intitolamenti tal-pensjoni b’saħħithom matul il-karrieri tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota l-ħtieġa li jiġi żgurat li n-nisa li jaħdmu fis-settur tad-difiża ma jiffaċċjaw l-ebda forma ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-istereotipi u li jkollhom aċċess għal karrieri mħallsa tajjeb u stabbli b’kontribuzzjonijiet tal-pensjoni adegwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iqis li l-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq it-tnaqqis tal-ostakli għall-impjieg u l-intraprenditorija, l-appoġġ għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-familji permezz ta’ politiki adegwati dwar il-liv tal-ġenituri, arranġamenti tax-xogħol flessibbli u d-dritt għall-iskonnessjoni, networks tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal, servizzi tal-indukrar tat-tfal u tal-indukrar fit-tul ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u affordabbli li huma kompatibbli ma’ xogħol full-time, u l-investiment fi programmi ta’ taħriġ, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet li jgħinu biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħiliet, inkluż għall-ommijiet waħedhom, in-nisa akbar fl-età, il-persuni LGBTIQ+, in-nisa b’diżabbiltà, in-nisa f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u n-nisa li jirrisjedu f’żoni rurali u remoti u reġjuni ultraperiferiċi, peress li x’aktarx ikollhom l-aktar diffikultà biex jaċċessaw opportunitajiet ta’ taħriġ u xogħol; ifaħħar il-kontribut tan-nisa għall-ekonomija rurali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-isfidi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li s-segmentazzjoni skont il-ġeneru fis-setturi u l-impjiegi hija fattur importanti u strutturali fid-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri; jisħaq li din is-segmentazzjoni hija kemm orizzontali, bin-nisa rrappreżentati żżejjed f’setturi b’pagi baxxi u storikament sottovalutati, kif ukoll vertikali, peress li fi ħdan l-istess settur, in-nisa huma anqas probabbli li jkunu fi rwoli ta’ livell għoli u maniġerjali li huma mħallsa aħjar; jissottolinja li s-setturi ddominati min-nisa huma ġeneralment imħallsa anqas u sottovalutati minħabba fatturi varji u li dan ma jistax jiġi ġġustifikat minn differenzi fil-kompetenza jew fil-mertu, b’aktar nisa milli rġiel jirċievu paga baxxa u l-paga minima fi kważi l-Istati Membri kollha tal-UE minkejja li n-nisa żgħażagħ qed jisbqu dejjem aktar lill-irġiel żgħażagħ fil-kisba edukattiva<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Statistics Explained – Educational attainment statistics” (Statistika Spjegata – Statistika dwar il-kisbiet edukattivi), is-sit web tal-Eurostat, Marzu 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li 30 % biss tal-membri tal-bordijiet korporattivi huma nisa, filwaqt li anqas minn 1 minn kull 10 presidenti tal-bordijiet jew uffiċjali kapijiet eżekuttivi (CEOs) ta’ kumpaniji kbar huma nisa<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Gender Equality Index 2021 – Health” (Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri – Saħħa), 2021.</FIELD></FOOTNOTE>, li jindika li n-nisa għadhom sostanzjalment sottorappreżentati fi rwoli ta’ livell għoli, tmexxija u programmi ta’ mentoraġġ; jinnota li d-differenza bejn fil-pagi bejn il-ġeneri hija l-ogħla f’impjiegi mħallsa tajjeb<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, “European Jobs Monitor 2021: Gender gaps and the employment structure” (Il-Monitor Ewropew tal-Impjiegi: Id-differenzi bejn il-ġeneri u l-istruttura tal-impjiegi), 2021.</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja li s-soqfa tal-ħġieġ persistenti fil-ġestjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni jillimitaw il-produttività u l-kompetittività; jisħaq li l-għeluq tad-distakk fit-tmexxija huwa essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE; jenfasizza li forom varjabbli ta’ paga, bħall-ishma jew il-bonusijiet tal-kumpaniji, qed isiru aktar komuni u bħalissa qed jiżdiedu aktar malajr fost l-irġiel milli fost in-nisa<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, “Gender equality at work” (L-ugwaljanza bejn il-ġeneri fuq il-post tax-xogħol), 2020.</FIELD></FOOTNOTE>, u dan jenfasizza opportunità importanti biex jiġi żgurat li t-tkabbir ta’ dawn il-mudelli ġodda ta’ kumpens ikun ta’ benefiċċju għan-nisa bl-istess mod u jappoġġja l-progress lejn it-tnaqqis tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Ifakkar fir-rwol uniku tal-persuni li jindukraw u n-natura essenzjali tal-indukrar fis-soċjetà tagħna, b’mod partikolari fid-dawl tax-xejriet demografiċi attwali u t-tixjiħ tal-popolazzjoni; jisħaq li fattur ewlieni fid-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet huwa l-kondiviżjoni inugwali tar-responsabbiltajiet tal-indukrar u r-responsabbiltajiet domestiċi, li għadhom jaqgħu kważi esklużivament fuq in-nisa; ifakkar fil-fatt li n-nisa huma aktar probabbli li jkunu qiegħda, jaħdmu part-time, jaħdmu f’setturi li jħallsu anqas u li huma ddominati min-nisa u jinterrompu l-karriera tagħhom, u li dan jista’ jiġi attribwit parzjalment mal-penali marbuta mar-responsabbiltajiet tal-indukrar, bil-konsegwenza li dan iħalli impatt fuq il-pagi u l-progressjoni tal-karriera; ifakkar, barra minn hekk, li l-perjodi ta’ assenza mill-impjieg biex wieħed jassumi responsabbiltajiet ta’ indukrar ma jgħoddux għall-akkumulazzjoni tal-intitolamenti tal-pensjoni, minkejja l-ispejjeż iffrankati mill-istat permezz tal-indukrar informali mwettqa min-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifakkar fid-dritt għal-liv tal-ġenituri kif minqux fid-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, u jisħaq fuq il-ħtieġa tal-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħha; jissottolinja li l-politika trid tindirizza l-kondiviżjoni mhux ugwali tal-piżijiet bejn in-nisa u l-irġiel u tappoġġja d-distribuzzjoni ġusta tal-liv tal-ġenituri u r-responsabbiltajiet ta’ indukrar bejn il-ġenituri biex jinkiseb mudell fejn ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-indukrar jinqasmu b’mod ugwali; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu liv tal-paternità mhux trasferibbli u mħallas b’mod adegwat u jintroduċu kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u inċentivi biex jiżdied it-teħid tal-liv tal-ġenituri mill-irġiel, u jinkludu miżuri għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-progress dwar it-teħid diżaggregat skont il-ġeneru; jenfasizza r-rwol tal-impjegaturi biex jagħmlu l-impjieg full-time kompatibbli mar-responsabbiltajiet ta’ indukrar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu mill-qrib mas-sħab soċjali biex jieħdu miżuri attivi u kkoordinati, inklużi taħriġ u mentoraġġ immirati biex jindirizzaw l-inugwaljanzi strutturali bejn il-ġeneri li għadhom iġiegħlu lin-nisa joqogħdu lura milli japplikaw għall-promozzjoni jew jenfasizzaw il-kisbiet tagħhom stess; jisħaq li l-fatt li joqogħdu lura mhijiex kwistjoni ta’ għażla individwali iżda tirriżulta minn sterjotipi tal-ġeneru stabbiliti, segregazzjoni okkupazzjonali u gwida vokazzjonali inadegwata, li jaffettwaw b’mod partikolari lin-nisa b’livell baxx ta’ ħiliet u marġinalizzati; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaħdmu mill-qrib mas-sħab soċjali biex ineħħu dawn l-ostakli permezz ta’ kulturi inklużivi fuq il-post tax-xogħol, oqfsa mtejba għall-iżvilupp tal-karriera u strateġiji proattivi ta’ ugwaljanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iwissi dwar iż-żieda kostanti, mill-2015, fil-faqar u l-esklużjoni soċjali fix-xjuħija, li jaffettwaw b’mod partikolari lin-nisa akbar fl-età, u r-rati drammatiċi ta’ faqar tan-nisa li għandhom’ il fuq minn 75 sena f’diversi Stati Membri, bħala sintomu tal-inugwaljanza ġenerali bejn il-ġeneri fil-qligħ tul il-ħajja; jenfasizza li n-nisa akbar fl-età huma aktar probabbli li jqattgħu perjodi itwal ta’ ħajjithom jeħtieġu servizzi ta’ indukrar u appoġġ huma stess, li l-ispejjeż tagħhom jaqbżu l-introjtu medju tal-pensjoni fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq li l-preġudizzji inkonxji tal-ġeneru fir-reklutaġġ, fil-promozzjoni u fl-iffissar tal-pagi jikkontribwixxu għad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri; jenfasizza li l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, li jirrilegaw lin-nisa f’setturi tradizzjonalment iddominati min-nisa u b’pagi baxxi, jiffavorixxu lill-irġiel fuq kandidati nisa kwalifikati b’mod ugwali, u li “ż-żamma tal-impjegati fil-kategoriji l-baxxi tal-iskala tax-xogħol”<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Glossary and thesaurus – sticky floor” (Glossarju u teżawru – iż-żamma tal-impjegati fil-kategoriji l-baxxi tal-iskala tax-xogħol), is-sit web tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.</FIELD></FOOTNOTE> għall-avvanz fil-karriera tan-nisa u l-impatt tad-dinamika tan-normi tal-ġeneru fin-negozjati dwar il-pagi huma aggravati tul il-ħajja professjonali tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jissottolinja li huwa essenzjali li jissaħħu s-servizzi ta’ indukrar sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, jitnaqqsu d-differenzi bejn il-ġeneri fl-impjiegi, fil-pagi u fil-pensjonijiet u jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħiliet u ħaddiema billi jiġu ġġenerati impjiegi ta’ kwalità reżiljenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ l-Istrateġija Ewropea għall-Kura u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kura fit-tul, jistabbilixxu miri nazzjonali għad-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tal-indukrar tat-tfal u l-kopertura tal-indukrar fit-tul, u jallokaw riżorsi fi ħdan is-Semestru Ewropew u l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE għal servizzi ta’ indukrar ta’ kwalità għolja, affordabbli u aċċessibbli; jisħaq li l-investiment pubbliku fl-infrastruttura tal-indukrar għandu jiġi kklassifikat bħala nefqa li ssaħħaħ it-tkabbir skont il-qafas rivedut tal-governanza ekonomika tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Ħaddiema Domestiċi 2011;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq li t-tnaqqis tad-distakk fl-indukrar tat-tfal jibqa’ wieħed mill-opportunitajiet ewlenin biex tittejjeb il-ħajja ta’ ġenituri ġodda madwar l-UE; jinnota li dan id-distakk spiss jidher wara t-twelid ta’ tarbija, ladarba jintemm il-liv tal-ġenituri mħallas u qabel ma jsir disponibbli l-aċċess għall-edukazzjoni u l-indukrar bikri tat-tfal full-time; jissottolinja li l-appoġġ għall-familji matul dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni jista’ jsaħħaħ b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-ġenituri li jibqgħu fis-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li d-ditti mmexxija min-nisa spiss joperaw f’setturi b’pagi aktar baxxi u jiffaċċjaw ostakli addizzjonali bħal aċċess limitat għall-finanzi, preġudizzju bejn il-ġeneri u ostakli regolatorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrimarka li fl-UE, madwar 6,8 miljun persuna jaħdmu bħala persuni li jindukraw imħallsa u mhux iddikjarati, fis-settur tas-servizzi personali u domestiċi, li minnhom 90 % huma nisa, u li l-maġġoranza tagħhom huma ta’ mezza età u migranti<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, “Undeclared care work in the EU: Policy approaches to a complex socioeconomic challenge” (Xogħol mhux iddikjarat fl-UE: approċċi strateġiċi għal sfida soċjoekonomika kumplessa), 2025.</FIELD></FOOTNOTE> u għalhekk mhumiex koperti mid-drittijiet tal-ħaddiema jew mis-sigurtà soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jisħaq li l-insigurtà finanzjarja u l-inugwaljanza huma marbuta mill-qrib mal-benesseri psikoloġiku u li l-impatt tal-inugwaljanza fil-pagi fuq is-saħħa mentali ma għandux jiġi injorat; jinnota li n-nisa huma aktar probabbli mill-irġiel li jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali, bħall-eżawriment u d-dipressjoni kronika, speċjalment f’setturi kkaratterizzati minn xogħol b’paga baxxa u emozzjonalment eżiġenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-passi li jmiss</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jistedinha tressaq strateġija ġdida tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, dettaljata, orjentata lejn ir-riżultati u ambizzjuża, li tibni fuq il-progress preċedenti u l-aħjar prattika, u tipproponi pjan ta’ azzjoni ddedikat biex telimina d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet, permezz ta’ miżuri bbażati fuq l-evidenza, tadotta approċċ transsettorjali u b’għanijiet kwantitattivi u marbuta biż-żmien fil-livell tal-UE li jiżguraw li l-politiki dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, li huma prekundizzjoni għal soċjetajiet b’saħħithom u prosperi, jikkontribwixxu wkoll għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, il-kompetittività, l-intraprenditorija, l-innovazzjoni u l-benesseri tal-familja u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jitlob, barra minn hekk, li l-pjan ta’ azzjoni jinkludi miżuri mmirati biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-paga ġusta fis-setturi ddominati min-nisa, biex jiġu appoġġjati l-familji u biex tingħata prijorità lill-investiment fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss li jsaħħaħ il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u settur tal-indukrar affidabbli; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ approċċ li jirrispetta l-kompetenzi nazzjonali u r-realtajiet varji tan-nisa madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri u mas-sħab soċjali biex tiżviluppa linji gwida u proġett pilota Ewropew għal sistemi ta’ evalwazzjoni u klassifikazzjoni tax-xogħol newtrali għall-ġeneru, li jippermettu tqabbil madwar l-UE kollha ta’ xogħol ta’ valur ugwali u d-definizzjoni ta’ kriterji ċari għall-valutazzjoni ġusta tal-valur tax-xogħol u għal sistemi ta’ paga bbażati fuq il-mertu f’setturi ddominati min-nisa, filwaqt li jiġu evitati obbligi regolatorji jew finanzjarji bla bżonn fuq l-impjegaturi; jinnota li dan għandu jsir fis-setturi kollha u billi jiġu żgurati d-drittijiet ta’ negozjar kollettiv; jisħaq li valutazzjoni ġusta ttejjeb il-kwalità, il-motivazzjoni u l-kompetittività tal-impjiegi mingħajr ma ddgħajjef il-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jipprovdu taħriġ, fejn xieraq, biex jappoġġjaw aħjar il-proċessi ta’ reklutaġġ u evalwazzjoni newtrali għall-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Patt Ewropew dwar l-indukrar, kif imħabbar matul is-seduti parlamentari tal-2024; jitlob li dan il-patt jinkludi sett ta’ politiki, programmi u rakkomandazzjonijiet, flimkien ma’ pakkett speċifiku ta’ investiment fil-qasam tal-indukrar, bl-għan li titrawwem tranżizzjoni lejn ekonomija tal-indukrar li tirrikonoxxih bħala dritt, u li tagħtih valur bħala s-sinsla tas-soċjetà tagħna; jappella, f’dan il-kuntest, għall-ħolqien ta’ fluss iddedikat ta’ finanzjament fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2028-2034 biex jitnedew servizzi ħalli jiġu appoġġjati l-persuni li jindukraw b’mod informali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jippremjaw ix-xogħol u jippromwovu soluzzjonijiet li jsaħħu l-familji fid-diversità kollha tagħhom filwaqt li jiżguraw ir-responsabbiltà fiskali u l-appoġġ għall-intrapriżi, bħall-espansjoni tal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-ġenituri u l-individwi u d-dritt għall-iskonnessjoni, l-offerta ta’ inċentivi tat-taxxa għas-snin ta’ indukrar u l-benefiċċji għall-ġenituri waħedhom, u l-investiment fil-forniment ta’ servizzi tal-indukrar tat-tfal u tal-indukrar fit-tul ta’ kwalità għolja, affordabbli u aċċessibbli li jkunu kompatibbli mal-politiki dwar l-impjieg full-time u l-liv tal-ġenituri ugwali għall-ġeneru; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jinkoraġġixxu azzjonijiet, permezz tad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv, biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jnaqqsu r-rati tagħhom ta’ waqfiet fil-karriera u xogħol part-time, li huma ogħla minn dawk tal-irġiel; jappella għal miżuri ddedikati biex jiġi ffaċilitat ir-ritorn tan-nisa għax-xogħol wara waqfiet twal fil-karriera b’miżuri ta’ riintegrazzjoni u inċentivi mmirati bħal skemi ta’ taħriġ mill-ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, filwaqt li tirrispetta l-kompetenzi nazzjonali, toħroġ linji gwida biex tgħin fl-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-arranġamenti tat-taxxa, bħal skemi ta’ tassazzjoni konġunta, li jistgħu jiskoraġġixxu lil dawk li jaqilgħu paga sekondarja milli jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq tax-xogħol, sabiex jiġi żgurat li l-politiki nazzjonali tat-taxxa jappoġġjaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-parteċipazzjoni usa’ tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li titħeġġeġ l-intraprenditorija tan-nisa u r-rwol tan-negozji mmexxija min-nisa biex itejbu l-emanċipazzjoni ekonomika u l-qligħ potenzjali matul il-ħajja kollha; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ appoġġ aħjar kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tan-negozju, il-programmi ta’ mentoraġġ, l-aċċess għall-finanzi u l-kapital ta’ riskju, u litteriżmu finanzjarju mtejjeb għan-nisa, appoġġjat minn InvestEU, il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u n-Network Enterprise Europe, b’miżuri mmirati għal gruppi sottorappreżentati, inklużi n-nisa fiż-żoni rurali u s-setturi STEAM; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza dawn l-aspetti fl-istrateġija li jmiss dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jissottolinja l-importanza tal-edukazzjoni bikrija dwar l-intraprenditorija u l-litteriżmu finanzjarju għall-bniet biex jitrawmu intraprendituri nisa futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jissottolinja li aktar nisa għandhom jiġu mħeġġa jkunu minn ta’ quddiem fit-tmexxija, l-iżvilupp, il-mentoraġġ u l-appoġġ għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jinnota l-inklużjoni tal-Kummissjoni ta’ dimensjoni tal-ġeneru fil-pjan direzzjonali tagħha għal impjiegi ta’ kwalità, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-inizjattivi relatati jindirizzaw ir-rikonoxximent ġust tax-xogħol tipikament imwettaq min-nisa fis-setturi kollha, u li jittejbu l-kwalità tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, u b’hekk jikkontribwixxu għal forza tax-xogħol aktar produttiva u ekonomija Ewropea aktar b’saħħitha u aktar kompetittiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi diżaggregata s-segmentazzjoni okkupazzjonali tal-ġeneru billi jiġi rikonoxxut il-valur tas-setturi ddominati min-nisa bħall-edukazzjoni, l-indukrar tas-saħħa u s-servizzi soċjali f’termini ta’ paga u kundizzjonijiet tax-xogħol u billi jingħat lok li aktar nisa jipparteċipaw f’setturi b’pagi għoljin bħall-ICT, STEAM u l-finanzi, kif ukoll fi rwoli ta’ maniġment ta’ livell għoli u ta’ tmexxija fuq il-post tax-xogħol, eż. bħala CEOs, u fil-ħajja pubblika u politika; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li gwida vokazzjonali aktar sensittiva għall-ġeneru u dinamika tiġi integrata fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ is-silos jiġu indirizzati malajr kemm jista’ jkun; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-impjegaturi jipprovdu gwida vokazzjonali sensittiva għall-ġeneru minn stadju bikri u jippromwovu rappreżentanza bbilanċjata f’pożizzjonijiet għolja u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li s-suġġetti kollha fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ ikunu aċċessibbli b’mod ugwali għan-nisa u l-bniet; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu eliminati l-preġudizzji u l-istereotipi kulturali u tal-ġeneru fil-kurrikuli, fil-materjali tat-tagħlim u fil-gwida vokazzjonali kif ukoll fit-taħriġ għall-edukaturi, sabiex jiġi evitat li n-nisa u l-bniet jiġu diretti lejn għadd limitat ta’ oqsma ta’ studju jew setturi okkupazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu aċċess aħjar għall-bniet għal oqsma tradizzjonalment iddominati mill-irġiel; jappella għall-promozzjoni ta’ politiki edukattivi reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru li jinkoraġġixxu u jappoġġjaw lill-bniet biex isegwu studji u karrieri fl-oqsma kollha, inkluż STEAM;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li x-xogħol li jsir fis-setturi ddominati min-nisa jingħata valur finanzjarju aħjar, li jiġi ggarantit id-dritt għal paga ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali, li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-livelli tal-paga individwali tal-ħaddiema u l-livelli tal-paga medja, u li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari l-paga u l-progressjoni tal-karriera, li ttejjeb l-indipendenza finanzjarja tan-nisa u tnaqqas ir-riskju tagħhom ta’ faqar; jisħaq li t-titjib tal-kundizzjonijiet fis-setturi ddominati min-nisa se jnaqqas ukoll is-segmentazzjoni tal-ġeneru u jindirizza n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema li kulma jmur sejrin għall-agħar; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dimensjoni tal-ġeneru b’saħħitha fl-inizjattiva għal qafas li jmiss biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-forza tax-xogħol u tal-indukrar fit-tul kif ukoll fl-azzjonijiet kollha fl-ambitu tal-Unjoni tal-Ħiliet u fl-Att dwar l-Impjiegi ta’ Kwalità li jmiss; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri konkreti biex jiżguraw paga ugwali għal xogħol ugwali, filwaqt li jinkoraġġixxu politiki li jappoġġjaw tkabbir ġust fil-pagi marbut mal-produttività, il-kompetittività u s-sostenibbiltà ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jenfasizza li l-persuni b’diżabbiltà, b’mod partikolari n-nisa b’diżabbiltà, għadhom jiffaċċjaw ostakli multipli u intersezzjonali biex jaċċessaw l-impjieg, it-taħriġ u l-intraprenditorija; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu aċċess ugwali għal impjiegi ta’ kwalità, edukazzjoni vokazzjonali u opportunitajiet ta’ finanzjament, f’konformità mal-istrateġija Ewropea dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, filwaqt li jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti eżistenti tal-UE u dawk nazzjonali; jisħaq li l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà huma komponenti essenzjali tal-ekonomija soċjali tas-suq u l-kompetittività tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri, flimkien mas-sħab soċjali, ifasslu perkorsi tal-karriera u tal-pagi pluriennali u fiskalment responsabbli fis-servizzi pubbliċi u fil-kura essenzjali (il-kura tas-saħħa, il-kura soċjali, l-edukazzjoni) biex itejbu l-kwalità, il-ħiliet u ż-żamma; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mmirat mill-Fond Soċjali Ewropew Plus u, fejn xieraq, mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għat-taħriġ, it-titjib tal-ħiliet u ż-żamma, filwaqt li jevitaw distorsjonijiet permanenti fid-dinamika tal-pagi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu mekkaniżmi volontarji ta’ inċentivi, bħal proċeduri amministrattivi simplifikati, rikonoxximent pubbliku jew aċċess prijoritarju għall-fondi tal-UE, għall-impjegaturi li jimplimentaw pjanijiet ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-aħjar prattika fit-trasparenza fil-pagi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li tiġi żgurata remunerazzjoni ġusta fis-setturi ddominati min-nisa, filwaqt li tinżamm l-awtonomija fir-rigward tal-iffissar tal-pagi għas-sħab soċjali u jiġu rispettati t-tradizzjonijiet nazzjonali tan-negozjar kollettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jissottolinja kif ix-xogħol formali b’kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalità tajba, b’mod partikolari fis-setturi ddominati min-nisa, jista’ jsaħħaħ il-bażijiet tat-taxxa u jiżgura li l-ħaddiema nisa jiġu rikonoxxuti u protetti skont il-liġi; jinnota li l-indirizzar tal-ekonomija informali permezz ta’ riformi mmirati, bħas-simplifikazzjoni tal-amministrazzjoni tar-rekwiżiti tat-taxxa u l-appoġġ għall-intraprenditorija, jista’ jgħin biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi għan-nisa fis-suq tax-xogħol; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jissimplifikaw l-aċċess għall-ekonomija formali, jippromwovu miżuri għall-ġlieda kontra l-ekonomija klandestina u jifformalizzaw il-kuntratti tax-xogħol biex jipproteġu lill-ħaddiema f’setturi informali, bħax-xogħol domestiku, il-kura personali, l-agrikoltura u l-impjiegi staġjonali, jiġġieldu x-xogħol mhux iddikjarat, isaħħu l-kompetizzjoni ġusta u jiżguraw li n-nisa jkunu jistgħu jikkontribwixxu għas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u jaċċessaw it-taħriġ u drittijiet u protezzjonijiet oħra relatati max-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-ħidma tagħhom fil-ġlieda kontra l-faqar fost dawk li jaħdmu, li jaffettwa b’mod negattiv l-istandards tal-għajxien tan-nisa, inklużi l-ħaddiema informali li spiss ma jkollhomx salarji tajbin u aċċess għas-sigurtà soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jirrikonoxxi l-impatt finanzjarju fit-tul li perjodi estiżi ta’ indukrar mhux imħallsa jista’ jkollhom fuq in-nisa; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw sistemi ta’ protezzjoni soċjali robusti u sensittivi għall-ġeneru, inkluż għal dawk li jieħdu pawżi fil-karriera biex jieħdu ħsieb persuni dipendenti; jenfasizza, filwaqt li jirrikonoxxi li s-sistemi tal-pensjonijiet huma primarjament kompetenza nazzjonali, l-importanza ta’ pensjonijiet minimi nazzjonali adegwati u krediti tal-indokrar li jgħoddu lejn l-intitolamenti tal-pensjoni għal dawk li jinterrompu l-karriera biex jieħdu ħsieb id-dipendenti; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati protezzjoni u appoġġ għall-introjtu adegwati għall-persuni li jindukraw b’mod informali u li tiġi żgurata l-inklużjoni tal-ħaddiema part-time fil-provvista tal-pensjonijiet tat-tieni pilastru; jenfasizza l-ħtieġa li l-indikaturi tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet jiġu integrati fit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali tal-UE u li jiġu integrati miżuri biex jiġu indirizzati r-riskji tal-pensjoni relatati mal-ġeneru fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, li jibdew miċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew tal-2026; iħeġġeġ lill-Istati Membri jesploraw soluzzjonijiet fiskalment responsabbli u orjentati lejn ix-xogħol li jappoġġjaw ir-ritorn tal-indokraturi fis-suq tax-xogħol, jipprovdu informazzjoni dwar l-aċċess għal skemi ta’ pensjoni pubbliċi u privati, u jsaħħu s-sistemi ta’ appoġġ ibbażati fil-familja u fil-komunità; jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tagħti attenzjoni partikolari lill-emanċipazzjoni ekonomika tal-pensjonanti u tivvaluta l-possibbiltà li tipproponi standards minimi tal-UE għall-krediti ta’ indukrar li jagħtu lok li s-snin ta’ indukrar jgħoddu lejn l-intitolamenti tal-pensjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-introjtu minimu<FOOTNOTE><FIELD> Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura inklużjoni attiva (ĠU C 41, 3.2.2023, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> tkun reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru u jkollha l-għan li tappoġġja l-ħtiġijiet tan-nisa li jgħixu fil-faqar, biex tagħtihom libertà, indipendenza u opportunitajiet finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol li r-reġistrazzjoni awtomatika fl-iskemi tal-pensjoni okkupazzjonali jista’ jkollha biex tinkoraġġixxi aktar parteċipazzjoni min-nisa fit-tfaddil għall-irtirar, tgħin biex ittaffi d-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet u tappoġġja s-sigurtà finanzjarja fit-tul; jinnota li l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol tappoġġja l-użu ta’ dashboards tal-pensjonijiet, għodod ta’ traċċar biex jiġu mmonitorjati b’mod effettiv id-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet, u politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni newtrali għall-ġeneru fil-pensjonijiet tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu aċċess mhux diskriminatorju għal skemi ta’ pensjoni supplimentari u okkupazzjonali għall-ħaddiema kollha, inklużi l-ħaddiema part-time;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproteġu lin-nisa migranti minn pajjiżi terzi mid-diskriminazzjoni u l-isfruttament, li spiss jiġu impjegati f’impjiegi b’livell baxx ta’ ħiliet, mhux sikuri u mhux imħallsa biżżejjed f’setturi bħall-kura domestika, it-tindif u l-catering<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari, “Migrant women and the EU labour market – Overcoming double discrimination” (In-nisa migranti u s-suq tax-xogħol tal-UE – Negħlbu d-diskriminazzjoni doppja), Mejju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq li l-iżgurar ta’ pagi ġusti, protezzjoni tal-liġi tax-xogħol u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali adegwati huwa essenzjali biex jitnaqqsu d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u edukazzjoni fl-UE kollha dwar it-trasparenza fil-pagi, it-trattament ugwali u l-istrumenti disponibbli tal-UE għall-promozzjoni tal-ugwaljanza fl-impjiegi; jisħaq li l-ħaddiema u l-impjegaturi infurmati huma kruċjali biex il-leġiżlazzjoni attwali tiġi infurzata b’mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-indukrar tan-nanniet – meta n-nanniet jieħdu ħsieb regolarment lin-neputijiet tagħhom biex jippermettu lill-ġenitur(i) tat-tfal jidħlu, jibqgħu jew jirritornaw lura għax-xogħol – bħala eliġibbli għal krediti ta’ indukrar, bi kriterji ċari ta’ eliġibbiltà u verifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jitneħħew l-ostakli prattiċi fil-postijiet tax-xogħol, inkluż permezz tal-aċċessibbiltà diġitali, l-akkomodazzjoni raġonevoli u l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu inċentivi mmirati lill-impjegaturi li jinvestu fl-aċċessibbiltà, fl-iżvilupp tal-ħiliet u fir-reklutaġġ inklużiv, filwaqt li jevitaw piżijiet amministrattivi addizzjonali, sabiex jippromwovu kemm l-ugwaljanza kif ukoll il-kompetittività f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija soċjali tas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jenfasizza r-rwol ewlieni tad-djalogu soċjali u l-involviment tas-sħab soċjali fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-istrateġiji għall-ugwaljanza u l-pagi biex jgħinu biex tinqered id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi; iħeġġeġ lis-sħab soċjali jinkludu miżuri biex jippromwovu opportunitajiet indaqs u jiġġieldu l-fastidju, l-inugwaljanza fil-pagi u l-preġudizzji tal-ġeneru fil-ftehimiet kollettivi, u jestendu l-kopertura tan-negozjar kollettiv għall-ħaddiema mhux standard, speċjalment f’setturi ddominati min-nisa u b’pagi baxxi, f’konformità mal-Artikolu 152 tat-TFUE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu b’mod sinifikanti lis-sħab soċjali fl-iżvilupp ta’ politiki ġodda biex titnaqqas id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fl-istrateġija li jmiss dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jkomplu jappoġġjaw lis-sħab soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw il-bini tal-istituzzjonijiet fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni u l-progress tal-istrateġiji nazzjonali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jissottolinja, bl-istess mod, l-importanza li n-nisa jiġu involuti u mismugħa b’mod attiv, f’għadd kbir ta’ setturi u forzi tax-xogħol, fil-formulazzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ politiki mmirati lejn l-eliminazzjoni tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, inkluża r-riċerka ta’ aspetti li potenzjalment għandhom impatt fuq il-qligħ u l-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol tan-nisa iżda li dwarhom hemm nuqqas ta’ data, bħas-saħħa mentali, il-menopawża jew il-mestrwazzjoni; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri jindirizzaw kwistjonijiet okkupazzjonali relatati mal-endometrite u l-menopawża, inkluż il-ħruġ bikri tan-nisa mis-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Itenni l-ħtieġa tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki tal-UE u dawk nazzjonali, inklużi l-impjiegi, is-saħħa, id-diżabbiltà, il-pensjonijiet u l-isport, u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-politika, filwaqt li jiġi żgurat li l-objettivi tal-ugwaljanza jiġu inkorporati fl-istadji kollha tal-formulazzjoni tal-politika u l-implimentazzjoni tal-baġit; jitlob li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tissaħħaħ fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss u għal riżorsi ddedikati tal-UE mmirati lejn l-eliminazzjoni tad-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet, it-tisħiħ tas-servizzi u l-infrastruttura tal-indukrar, u l-appoġġ għal servizzi tas-saħħa mentali sensittivi għall-ġeneru; ifakkar li l-integrazzjoni tal-objettivi tal-ugwaljanza fil-finanzjament tal-UE ttejjeb l-effettività u t-trasparenza tal-investiment pubbliku; jenfasizza, f’dan ir-rigward, ir-rwol possibbli tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-UE bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u Orizzont Ewropa fl-għoti ta’ appoġġ finanzjarju għall-objettivi relatati mal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jappella għall-ġbir, il-komparabbiltà u l-pubblikazzjoni mtejba ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru dwar id-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet fis-setturi kollha biex jiġi mmonitorjat aħjar il-progress fit-tnaqqis tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, filwaqt li jsir użu sħiħ mis-sistemi ta’ rapportar u l-għodod diġitali eżistenti biex jiġu evitati kostijiet amministrattivi akbar għan-negozji; jisħaq li data affidabbli u armonizzata hija essenzjali biex jitfasslu politiki bbażati fuq l-evidenza u jiġi mmonitorjat il-progress lejn l-eliminazzjoni tad-differenzi bejn il-ġeneri; jisħaq fuq ir-rwol ewlieni tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) u l-Eurostat fl-appoġġ tal-ġbir ta’ data komparabbli u ta’ kwalità għolja madwar l-UE biex jinfurmaw politiki mmirati; jitlob lill-Eurostat jikkomplementa l-indikatur uffiċjali tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi b’indikatur standardizzat tad-differenza bejn il-ġeneri fil-ħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jappella għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni rapidi tad-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi, u tad-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn il-Ġeneri fil-Bordijiet Korporattivi, li 10 Stati Membri għadhom ma ttrasponewx, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura l-infurzar robust taż-żewġ direttivi; iħeġġeġ lill-SMEs u lil kumpaniji oħra mhux elenkati jikkunsidraw l-aħjar prattika stabbilita dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-maniġment; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi, bħala l-leġiżlazzjoni ewlenija tal-UE biex tindirizza d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, ma tiġi inkluża fl-ebda pakkett ta’ simplifikazzjoni omnibus li jmiss, filwaqt li tipprevjeni wkoll id-duplikazzjoni jew it-trikkib fir-rigward ta’ atti mhux leġiżlattivi u leġiżlattivi ġodda li jindirizzaw id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw infurzar robust u, fejn possibbli, it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE u dik nazzjonali biex jiggarantixxu l-ugwaljanza fl-iżvilupp tal-karriera, speċjalment wara l-liv tal-maternità; jisħaq li l-ħaddiema għandhom jiġu protetti minn kwalunkwe forma ta’ żvantaġġ, inklużi d-demozzjoni, l-estensjoni tal-probation jew bidliet negattivi fil-kundizzjonijiet tax-xogħol attribwibbli għat-teħid ta’ tali liv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jenfasizza li l-piż amministrattiv għall-mikrointrapriżi u l-SMEs jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-intraprenditorija tan-nisa, li hija kruċjali għall-indipendenza finanzjarja tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li r-regoli dwar it-trasparenza fil-pagi u l-mekkaniżmi tal-ilmenti jkunu aċċessibbli kemm b’mod diġitali kif ukoll fiżiku għall-ħaddiema b’diżabbiltà, u li l-metodi ta’ evalwazzjoni tal-impjiegi jiġu vverifikati biex jiġi evitat il-preġudizzju kontra n-nisa, speċjalment f’impjiegi ddominati min-nisa u fost in-nisa b’diżabbiltà;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>