<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0075</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika 2026</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0036/2026 - Rapporteur: Kira Marie Peter-Hansen)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika 2026 (2025/2214(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 121, 126 u 136 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-TFUE dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-TUE u t-TFUE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Pariġi fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima tat-12 ta’ Diċembru 2015 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1 </STRING>ĠU L 243, 9.7.2021, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 12 tat-TUE u t-TFUE dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2024 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2 </STRING>ĠU L, 2024/1263, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1263/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1264 tad-29 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3 </STRING>ĠU L, 2024/1264, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1264/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2024/1265 tad-29 ta’ April 2024 li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4 </STRING>ĠU L, 2024/1265, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1265/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5 </STRING>ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1173/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6 </STRING>ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1174/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7 </STRING>ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1176/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">8 </STRING>ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/472/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">9 </STRING>ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/473/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa 2025, maħruġ mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2025, maħruġ mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pakkett tas-Semestru Ewropew għall-Ħarifa għall-2026, maħruġ mill-Kummissjoni fil-25 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Monitoraġġ tas-Sostenibbiltà tad-Dejn tal-2024, maħruġ mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Accommodating increased defence expenditure within the Stability and Growth Pact” (L-akkomodazzjoni ta’ żieda tan-nefqa fid-difiża fil-Patt tal-Istabbiltà u t-Tkabbir) (C(2025)2000),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Bord Fiskali Ewropew għall-2025, ippubblikat fit-22 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Marzu 2025 intitolata “White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030” (JOIN(2025)0120),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka bit-titolu “Measuring sustainable and inclusive wellbeing: a multidimensional dashboard approach” (Inkejlu l-benessri sostenibbli u inklużiv: approċċ ta’ dashboard multidimensjonali) ippubblikat fit-28 ta’ Jannar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tat-13 ta’ Diċembru 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ La Hulpe dwar il-Futur tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tas-16 ta’ April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Impenn Soċjali ta’ Porto tas-7 ta’ Mejju 2021 tal-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Parlament u s-sħab soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0036/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi s-Semestru Ewropew għandu rwol essenzjali fil-koordinament u fl-allinjament tal-politiki ekonomiċi u baġitarji fl-Istati Membri, bil-ħsieb li tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà makroekonomika tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u li tinkiseb tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn ekonomija sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew fl-2026 se jkollhom rwol essenzjali fit-tfassil tal-pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali li se jitħejjew mill-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) fil-qafas tas-Semestru Ewropew jinkludu regolarment tnaqqis fl-infiq soċjali, filwaqt li bilkemm jindirizzaw iż-żidiet fid-dħul;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi għad hemm inċertezza dwar il-perspettivi ekonomiċi, l-aktar minħabba l-invażjoni Russa tal-Ukrajna u l-inċertezza ġġenerata minn politiki protezzjonisti, tariffi u tensjonijiet kummerċjali, li kollha għandhom effett negattiv fuq l-ekonomija;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi skont it-tbassir ekonomiku tal-ħarifa 2025 tal-Kummissjoni, it-tkabbir tal-PDG fl-UE huwa mistenni li jkun qrib it-tkabbir potenzjali, b’livell massimu ta’ impjiegi u inflazzjoni qrib il-livell fil-mira, għalkemm l-inflazzjoni għadha għolja f’xi Stati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi għall-UE kollha kemm hi, il-Kummissjoni tbassar tkabbir ta’ bejn 1,4 % u 1,5 % bejn l-2025 u l-2027, filwaqt li fiż-żona tal-euro d-dinamika hija mistennija li tkun aktar baxxa (bejn 1,2 % u 1,4 %); billi t-tkabbir potenzjali fl-UE huwa mistenni li jonqos minn madwar 1,5 % fl-2024 għal 1,3 % fl-2027 (fiż-żona tal-euro minn 1,4 % għal 1,2 %), l-aktar minħabba xejriet demografiċi mhux favorevoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-UE għandha ħtiġijiet ta’ investiment enormi, inklużi investimenti annwali addizzjonali ta’ EUR 800 biljun li r-rapport ta’ Draghi jqis meħtieġa biex tingħata spinta lill-kompetittività u l-produttività tal-Ewropa, inklużi EUR 450 biljun għat-tranżizzjoni tal-enerġija biss, li minnhom, skont l-Istitut Rousseau, EUR 260 biljun għandhom jiġu mis-settur pubbliku; billi EUR 800 biljun oħra f’investimenti addizzjonali huma mbassra għal infiq għad-difiża fl-ambitu tal-Pjan ReArm Europe/Prontezza 2030; billi dawn il-miri ta’ investiment ma għandhomx riżorsi proprji ġodda korrispondenti, u dan iħalli lill-Unjoni mingħajr il-kapaċità fiskali meħtieġa biex tilħaq l-objettivi ddikjarati tagħha; billi dawn il-ħtiġijiet ma jistgħux jiġu ssodisfati mill-finanzjament pubbliku biss;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-UE qed tiffaċċja sfidi kbar, li jvarjaw minn theddidiet persistenti fil-fruntieri tal-Lvant tagħha marbuta mal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna sa instabbiltà ġeopolitika u inċertezza kummerċjali, filwaqt li għad fadal sfidi fit-tul bħat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi t-TFUE jistabbilixxi valuri ta’ referenza sa 3 % għad-defiċit tal-gvern u 60 % għall-proporzjon tad-dejn għall-PDG; billi l-proporzjon tad-dejn għall-PDG u d-defiċit nominali tal-UE għadhom ogħla mill-valuri referenzjarji; billi kemm id-defiċit nominali kif ukoll il-proporzjon tad-dejn għall-PDG ivarjaw fl-UE, b’sitwazzjonijiet diverġenti b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, minn meta ġiet stabbilita din il-proċedura fl-2011, il-Kunsill ma nieda l-ebda proċedura dwar żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Kummissjoni attwali hija impenjata li tkun “Kummissjoni ta’ investiment” u tiddependi fuq l-appoġġ tal-Parlament, bħala koleġiżlatur, biex tieħu azzjoni sinifikanti ħalli tagħti spinta lill-investiment tal-UE sa livell proporzjonat mal-ħtiġijiet tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; billi l-Kummissjoni għad trid tressaq rispons adegwat għar-rekwiżiti ta’ investiment massivi tal-Unjoni, b’mod partikolari minħabba li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) se tiġi mitmuma fl-aħħar tal-2026;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-kriżijiet tal-imgħoddi, inkluża l-pandemija tal-COVID-19, urew li rispons Ewropew komuni u koordinat isaħħaħ l-Unjoni; billi, f’ambjent ġeoekonomiku kompetittiv, l-Ewropa tista’ tissalvagwardja l-interessi u l-valuri tagħha biss permezz tal-unità, filwaqt li tenfasizza l-ħtieġa ta’ qafas ta’ politika makroekonomiku robust u anke koordinazzjoni aktar mill-qrib ta’ politiki ekonomiċi u soċjali permezz tas-Semestru Ewropew;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-prospetti ekonomiċi għall-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li matul dawn l-aħħar ħames snin, l-UE ffaċċjat sfidi kbar, inklużi t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra illegali u mhux iġġustifikata tar-Russja fl-Ukrajna, u dawn kellhom impatti ekonomiċi kbar; jieħu nota tal-ħeffa u tal-impatt tal-inizjattivi u tal-istrumenti madwar l-UE kollha biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tax-xokkijiet esterni, b’mod partikolari l-RRF u l-Istrument Ewropew għal Appoġġ Temporanju biex Jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li, skont it-tbassir ekonomiku tal-ħarifa 2025 tal-Kummissjoni, ippubblikat fis-17 ta’ Novembru 2025, il-PDG tal-UE huwa mistenni li jiżdied b’1,4 % fl-2025 meta mqabbel mal-2024, u b’1,4 % fl-2026; josserva li, abbażi ta’ dan it-tbassir, l-UE għadha lura meta mqabbla mal-Istati Uniti u ċ-Ċina f’termini tal-aspettattivi tat-tkabbir; jenfasizza li, minkejja sfidi sinifikanti, iż-żona tal-euro u l-UE wrew reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li t-tkabbir potenzjali, li jimmarka r-rata tat-tkabbir li ekonomija tista’ tiflaħ għaliha mingħajr inflazzjoni eċċessiva, huwa mistenni li jonqos minn 1,5 % fl-2024 għal 1,3 % fl-2027 fl-UE, u minn 1,4 % għal 1,2 %, fiż-żona tal-euro, minħabba li t-tkabbir fil-popolazzjoni fl-età tax-xogħol ikun aktar bil-mod; iqis li dawn il-livelli tat-tkabbir potenzjali huma baxxi wisq sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li l-ekonomija Ewropea se tiffaċċja fis-snin li ġejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li skont it-Tbassir Ekonomiku tal-Ħarifa 2025 tal-Kummissjoni, id-defiċit aggregat taż-żona tal-euro huwa proġettat li jiżdied minn 3,1 % tal-PDG fl-2024 għal 3,2 % tal-PDG fl-2025; jinnota li abbażi tal-politiki attwali, id-defiċit huwa mistenni li jiżdied għal 3,3 % tal-PDG fl-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li 12-il Stat Membru huma mistennija li jkollhom defiċits li jaqbżu t-3 % tal-PDG fl-2027 u li 10 Stati Membri jinsabu taħt proċeduri ta’ defiċit eċċessiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li l-proporzjon tad-dejn gross tal-gvern ġenerali mal-PDG fl-UE huwa mistenni li jilħaq 82,8 % fl-2025 u huwa mbassar li jiżdied għal 83,8 % fl-2026 u għal 84,5 % fl-2027, li huwa ogħla mill-valur ta’ referenza ta’ 60 % minqux fit-Trattati għall-Istati Membri individwali; jinnota li d-dejn tal-gvern ġenerali fiż-żona tal-euro huwa proġettat li jiżdied għal 89,8 % fl-2026 u għal 90,4 % fl-2027; jinnota li l-livelli tad-dejn ivarjaw b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jsegwu politiki fiskali prudenti bil-għan li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li l-avvenimenti ta’ temp estrem għandhom impatt materjali fuq il-finanzi pubbliċi; huwa konxju li l-impatt u l-frekwenza ta’ avvenimenti ta’ temp estrem se jibqgħu jiżdiedu fis-snin li ġejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-inflazzjoni fiż-żona tal-euro tnaqqset għal-livell fil-mira tal-Bank Ċentrali Ewropew wara li laħqet l-ogħla livell tagħha ta’ 10,6 % f’Ottubru 2022; jinnota, madankollu, li l-inflazzjoni għadha f’livelli differenti madwar l-Istati Membri, u xi uħud, inklużi dawk b’industriji intensivi fl-użu tal-enerġija, għandhom livelli ogħla; jinnota li kemm l-inflazzjoni bażi kif ukoll l-aspettattivi tal-inflazzjoni għadhom ogħla mil-livell fil-mira; jissottolinja l-impatt kontinwu tal-inflazzjoni tal-ikel u tal-enerġija fuq l-unitajiet domestiċi Ewropej; jinnota li l-inflazzjoni taffettwa l-gruppi b’introjtu differenti b’mod mhux uniformi, u l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx huma l-aktar milquta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jesprimi tħassib li investiment privat u pubbliku insuffiċjenti x’aktarx li jfixkel it-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività fl-Ewropa u ma jħallix lill-UE tissodisfa l-prijoritajiet komuni stabbiliti fl-aġenda strateġika tal-UE 2024-2029; jisħaq li l-Istati Membri jeħtiġilhom iżidu l-isforzi biex ineħħu l-ostakli u jimmobilizzaw investiment privat akbar f’konformità mal-istrateġija tal-unjoni dwar it-tfaddil u l-investimenti tal-Kummissjoni; jirrikonoxxi l-objettiv politiku tal-Kummissjoni li tissimplifika l-qafas regolatorju u tnaqqas b’mod sinifikanti l-piżijiet amministrattivi biex trawwem l-investiment privat; jenfasizza li l-investimenti f’oqsma bħar-riċerka u l-iżvilupp, l-infrastruttura u l-innovazzjoni huma meħtieġa b’mod urġenti biex jiżdied it-tkabbir potenzjali tal-UE; jinsisti fuq ir-rwol kruċjali tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss mhux biss biex jipprovdi investiment pubbliku iżda wkoll biex jgħin jimmobilizza l-investiment privat u jissottolinja f’dan il-kuntest li l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji huma għodod b’saħħithom u effettivi biex jintlaħqu l-għanijiet kritiċi tal-politika tal-UE, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji lesti biex jintużaw fl-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li r-rapport makroekonomiku Ewropew tal-Kummissjoni jirrikonoxxi li l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni hija kwistjoni makroekonomika u soċjali, b’mod partikolari billi timponi restrizzjonijiet potenzjali fuq il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u ddgħajjef it-tkabbir tal-produttività fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza li politika industrijali konsistenti u mmirata hija element essenzjali biex tappoġġja t-trasformazzjoni teknoloġika tal-UE u ktajjen tal-provvista sikuri u reżiljenti, filwaqt li żżomm swieq kompetittivi u ħielsa mid-distorsjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li bħala medja r-rata ta’ impjieg fl-UE laħqet livell rekord għoli, li jirrifletti suq tax-xogħol dinamiku fil-maġġoranza tal-Istati Membri; jenfasizza l-integrazzjoni tal-qafas ta’ konverġenza soċjali fis-Semestru Ewropew; jenfasizza li l-mudell ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali kien ta’ suċċess fl-Istati Membri li għażlu li japplikawh; jiddispjaċih li jeżistu differenzi kbar fost l-Istati Membri f’termini tar-rati tal-qgħad, b’mod partikolari fir-rigward taż-żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Itenni l-importanza li jiġu salvagwardjati l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku u jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex japprofondixxu s-suq uniku billi jeliminaw l-ostakli interni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Applikazzjoni tal-qafas rivedut ta’ governanza ekonomika tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Ifakkar li l-għan tar-riforma tal-qafas ta’ governanza ekonomika huwa li tagħmlu aktar sempliċi, aktar trasparenti u aktar effettiv bi sjieda nazzjonali akbar u infurzar aħjar, u li ttejjeb il-kapaċità tiegħu li jakkomoda l-eteroġeneità tal-pożizzjonijiet fiskali, id-dejn pubbliku u l-isfidi ekonomiċi, u li tgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-UE u l-Istati Membri tagħha fuq terminu medju u twil, inkluż billi tippromwovi politiki fiskali kontraċikliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza li, skont il-qafas ta’ governanza ekonomika riformat, it-tkabbir tan-nefqa netta huwa l-indikatur operazzjonali uniku għall-monitoraġġ tal-konformità tal-Istati Membri mar-rakkomandazzjonijiet rispettivi tal-Kunsill; jenfasizza li ħafna Stati Membri xorta se jiffaċċjaw kapaċità fiskali insuffiċjenti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ investiment sostanzjali; jinnota li l-klawżola liberatorja nazzjonali diġà ġiet attivata għan-nefqa fid-difiża sena biss wara d-dħul fis-seħħ tar-regoli riveduti bħala rispons fuq terminu qasir għal avvenimenti straordinarji lil hinn mill-kontroll ta’ pajjiż; jissottolinja li l-klawżola liberatorja nazzjonali hija maħsuba għal emerġenzi temporanji u speċifiċi għall-pajjiżi u mhijiex adattata għall-indirizzar tal-ħtiġijiet strutturali fuq terminu twil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jisħaq li l-Kummissjoni espandiet is-setgħat diskrezzjonali tagħha skont il-qafas ta’ governanza ekonomika riformat, b’mod partikolari permezz tal-proċess li jirfed il-pjanijiet fiskali-strutturali fuq terminu medju; jinnota s-sejba tal-Bord Fiskali Ewropew li l-Kummissjoni użat xi diskrezzjoni meta ttardjat li tiftaħ proċeduri ta’ defiċit eċċessiv jew meta ddeċidiet li ma tiftaħx dawn il-proċeduri; jisħaq li huwa ta’ importanza kbira li jkun hemm applikazzjoni uniformi tar-regoli fiskali tal-UE, sabiex tinżamm il-kredibbiltà tal-qafas ta’ governanza ekonomika, jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri u jinżamm approċċ koerenti u ġenwinament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota l-emendi mmirati għall-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE ppubblikati mill-Kummissjoni fit-2 ta’ Ottubru 2025, bil-għan li tiġi stabbilita l-konsistenza wara l-aktar aġġornament reċenti tal-qafas ta’ governanza ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota bi tħassib is-sejbiet tal-Bord Fiskali Ewropew li bejn wieħed u ieħor nofs l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti ma pparteċipawx formalment fit-tħejjija tal-pjanijiet fiskali-strutturali fuq terminu medju; huwa tal-fehma li parteċipazzjoni akbar ta’ istituzzjonijiet fiskali indipendenti żżid it-trasparenza u s-sorveljanza esterna f’mument ewlieni ta’ tranżizzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-pożizzjoni fiskali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza li l-investiment pubbliku żdied b’mod notevoli f’dawn l-aħħar snin, u li madwar nofs iż-żieda bejn l-2019 u l-2025 kienet iffinanzjata mill-UE, primarjament permezz tal-RRF; jinnota li dawn il-benefiċċji huma mistennija li jkomplu lil hinn mill-2026, b’effetti kollaterali importanti bejn l-Istati Membri u li l-impatt fuq terminu twil tar-riformi strutturali jista’ jżid il-produzzjoni potenzjali taż-żona tal-euro b’massimu ta’ 1,3 % tal-PDG matul il-perjodu mill-2020 sal-2033 meta mqabbla ma’ xenarju mingħajr l-RRF; Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-RRF se tasal fi tmiemha fl-2026 u dwar l-impatt li dan jista’ jkollu fuq il-pożizzjoni fiskali ġenerali tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jlestu l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom sa Awwissu 2026; ifakkar li d-dejn maħruġ biex jiffinanzja l-RRF għandu jitħallas lura sal-2058 b’mod li jiżgura t-tnaqqis kostanti u prevedibbli tal-obbligazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li l-pożizzjoni fiskali ġenerali tal-Istati Membri għandha tibqa’ ġeneralment newtrali fl-2026, minkejja disparitajiet sinifikanti bejn l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq li d-dħul pubbliku u n-nefqa pubblika huma essenzjali biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-baġits nazzjonali; ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro tas-17 ta’ Frar 2026, li tappella li d-distakki fiskali jitnaqqsu billi tittejjeb il-konformità mar-regoli tat-taxxa, inkluż billi jiġu indirizzati l-evitar u evażjoni tat-taxxa u tiġi miġġielda l-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva; jisħaq li l-infurzar dgħajjef fl-amministrazzjoni fiskali u fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa jimmina s-sostenibbiltà fiskali u jikkontribwixxi għal żbilanċi makroekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jieħu nota tal-bidla programmatika fil-politika tal-Kummissjoni fiċ-ċiklu attwali tas-Semestru Ewropew, fejn il-Boxxla għall-Kompetittività tipprovdi gwida għall-pakkett tas-Semestru minflok l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli; jenfasizza li din il-bidla ssaħħaħ l-enfasi tal-qafas tas-Semestru; jenfasizza l-importanza tal-kontinwità fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż imfassla bħala impenji ta’ riforma pluriennali u fit-tul u tal-isforzi tal-Istati Membri biex jilħqu l-objettivi fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura viżjoni olistika tal-kompetittività Ewropea u tiżgura li l-prijoritajiet ta’ tranżizzjoni fit-tul ikomplu jiġu riflessi b’mod konsistenti u koerenti fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fiċ-ċikli suċċessivi tas-Semestru;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għal kull Stat Membru fihom rakkomandazzjoni dwar il-politika fiskali, inklużi riformi fiskali-strutturali, meta rilevanti; jinnota l-impenn tal-Kummissjoni li tuża s-Semestru Ewropew biex tippromwovi l-kompetittività, l-istabbiltà, it-tkabbir ekonomiku, is-sostenibbiltà u l-ekwità soċjali, u li tintegra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fis-Semestru Ewropew; jenfasizza li s-Semestru huwa l-għodda ewlenija fil-koordinazzjoni ta’ politiki makroekonomiċi u baġitarji sodi fl-Istati Membri, u b’hekk jissalvagwardja l-istabbiltà makroekonomika tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; jenfasizza l-importanza tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż bħala l-element fundamentali tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika Ewropea; ifakkar li r-r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż huma azzjonijiet politiċi li huma wkoll parti integrali mill-pjanijiet fiskali-strutturali fuq terminu medju, tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, u tal-proposta mħabbra ta’ pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifakkar fir-rwol tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-koordinazzjoni tal-prijoritajiet tal-UE; jinnota n-nuqqas ta’ progress fl-implimentazzjoni effettiva tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; jinnota li bejn l-2019 u l-2023, 25,1 % tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż ma wrew l-ebda progress jew urew progress limitat; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid il-mod li bih ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jiġu żviluppati u segwiti, b’mod partikolari fir-rigward tar-rwol futur tagħhom fl-aċċess għall-fondi tal-UE; ifakkar fit-talba tiegħu li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jkunu inqas numerużi u aktar immirati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tirrifletti l-azzjonijiet li huma strumentali għall-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, kif imħabbar fil-komunikazzjoni tagħha tad-19 ta’ Marzu 2025<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">10 </STRING>Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti - Strateġija biex Jissaħħu l-Ġid taċ-Ċittadini u l-Kompetittività Ekonomika fl-UE” (COM(2025)0124).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż huma mistennija li jkollhom rwol akbar fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss biex jiggwidaw l-investiment u r-riforma fil-livelli nazzjonali u reġjonali; huwa tal-fehma li l-għażla tar-riformi u l-investimenti għandha tkun iggwidata mill-effettività tagħhom meta jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti sabiex tinkiseb tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija ekoloġika u kompetittiva Ewropea; jissottolinja li dan il-proċess irid ikun akkumpanjat minn skrutinju demokratiku aktar b’saħħtu u sjieda akbar min-naħa tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza l-importanza dejjem tikber tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż marbuta mal-pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li attwalment ma hemm l-ebda metodoloġija trasparenti jew traċċabbli għall-iżvilupp jew l-għażla tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, u lanqas ċarezza dwar għaliex xi wħud huma proposti u oħrajn le, li jqajjem tħassib rigward l-obbligu ta’ rendikont u t-trattament ugwali tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-proċeduri sottostanti u l-kriterji tal-għażla; jissottolinja li kwalunkwe żieda ġenerali fis-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni trid tkun akkumpanjata minn mekkaniżmi korrispondenti ta’ obbligu ta’ rendikont <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> u titjib sinifikanti fil-fluss tal-informazzjoni lejn il-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinnota li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2025 iffukaw aktar fuq il-kompetittività u s-simplifikazzjoni, f’konformità mal-prijoritajiet identifikati fil-Boxxla għall-Kompetittiità, filwaqt li enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li tingħata spinta lill-eċċellenza xjentifika, lir-riċerka u l-innovazzjoni, u lill-iżvilupp tat-teknoloġija bħala muturi ewlenin tal-produttività u r-reżiljenza fit-tul; jissottolinja li qed ikun hemm anqas rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż ddedikati għall-politiki soċjali u klimatiċi; jinnota li għal xi Stati Membri, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jinkludu rakkomandazzjoni biex jiġu eliminati progressivament is-sussidji għall-fjuwils fossili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni tqis li r-rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro hija l-ewwel u qabel kollox għodda ta’ tmexxija għad-diskussjonijiet tal-Grupp tal-Euro; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro, inkluż billi tikkunsidrahom meta tfassal ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; jiddispjaċih li fl-2025 il-Kummissjoni ma ppubblikatx ħarsa ġenerali tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro, kif kienet tagħmel bħala parti mir-rapporti dwar iż-żona tal-euro; jinnota li fl-2025, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi ma inkludew direttament l-ebda rakkomandazzjoni relatata mat-tibdil fil-klima;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nagħlqu d-diskrepanza fl-investiment:</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Ifakkar li r-rapport ta’ Draghi wera bil-qawwa l-ħtieġa li jiżdied l-investiment pubbliku u privat u li jitwettqu riformi ambizzjużi biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippreżentaw strateġija biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ investiment lil hinn mill-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jemmen li l-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE għandu jiġi kkomplementat minn strumenti u għodod fil-livell tal-UE, fejn xieraq, sabiex jiġu minimizzati l-ispejjeż għall-kontribwenti tal-UE u tiġi massimizzata l-effiċjenza fil-forniment ta’ beni pubbliċi Ewropej u biex ikun hemm rispons għall-kriżijiet fl-Unjoni kollha, bħall-kriżi li għaddejja fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; jinnota li t-titoli ta’ dejn tal-UE jistgħu jservu bħala punt ta’ riferiment, u b’hekk isaħħu l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-UE; jappella għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda biex jiffinanzjaw il-politiki tal-Unjoni; jappoġġja l-ħolqien tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività u l-Fond Scale-up Europe;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jissottolinja l-ftehim tal-Kunsill Ewropew li jipprovdi self ta’ EUR 90 biljun lill-Ukrajna għall-2026 u l-2027, abbażi tas-self tal-UE fuq is-swieq tal-kapital kopert mill-marġni ta’ manuvra baġitarja tal-UE.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li l-ambjent ġeopolitiku li qed jevolvi jirrikjedi saħansitra aktar unità u solidarjetà fost l-Istati Membri b’mod speċjali meta jitqies it-tħassib dwar is-sigurtà tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; iqis li t-tisħiħ tas-sigurtà tal-Ewropa bit-tnaqqis tad-dipendenzi strateġiċi jibqa’ essenzjali għas-salvagwardja tar-reżiljenza fit-tul tal-Unjoni; jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex timxi lejn approċċ aktar ikkoordinat għad-difiża; jinnota li l-istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) jistabbilixxi faċilità ta’ self ta’ EUR 150 biljun biex jappoġġja l-investimenti tal-Istati Membri fid-difiża; jiddispjaċih, madankollu, għall-fatt li l-istrument SAFE kien ibbażat fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE, u dan jillimita s-sorveljanza parlamentari; jilqa’ l-fatt li l-indikatur tan-nefqa netta jeskludi l-kofinanzjament nazzjonali kollu fil-programmi ffinanzjati mill-UE, filwaqt li jipprovdi aktar spazju fiskali biex l-Istati Membri jinvestu fil-prijoritajiet komuni tal-UE, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2024/1263<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">11 </STRING>Ir-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2024 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 (ĠU L, 2024/1263, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1263/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u b’hekk jgħin biex jissaħħu s-sinerġiji bejn il-baġit tal-UE u l-baġits nazzjonali, u b’hekk titnaqqas il-frammentazzjoni u tiżdied l-effiċjenza ġenerali tal-infiq pubbliku f’xi oqsma, bħal fid-difiża; jisħaq li l-impenn tal-Istati Membri biex iżidu l-infiq fid-difiża ma għandux ikun għad-detriment ta’ prijoritajiet komuni oħra tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li 16-il Stat Membru attivaw il-klawżola liberatorja nazzjonali għall-infiq fid-difiża; jissottolinja li din tipprovdi lill-Istati Membri flessibbiltà biex iżidu n-nefqa fid-difiża, mingħajr il-ħtieġa immedjata li jiffinanzjaw tali żidiet permezz ta’ tnaqqis fl-infiq jew b’miżuri li jżidu d-dħul; jinnota li din il-flessibbiltà għalhekk tagħti lill-Istati Membri ż-żmien meħtieġ biex jakkomodaw nefqa ogħla fid-difiża fil-baġits nazzjonali; jenfasizza li l-parteċipazzjoni parzjali tnaqqas b’mod sinifikanti n-nefqa addizzjonali proġettata fid-difiża minn EUR 650 biljun għal madwar EUR 297-337 biljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Iwissi li l-infiq fid-difiża huwa fin-natura tiegħu investiment ta’ konsum u fih innifsu ma jżidx il-produzzjoni potenzjali ta’ ekonomija; iqis, għalhekk, li l-infiq fid-difiża ma għandux ikun iffinanzjat permezz ta’ żieda fil-ħruġ ta’ dejn fuq terminu twil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiżdiedu l-koerenza u l-kooperazzjoni fl-investiment fid-difiża bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward ta’ faċilitaturi strateġiċi jew sistemi ta’ armi strateġiċi li huma għaljin wisq għall-Istati Membri individwali, fid-dawl tal-ħtieġa urġenti li jissaħħaħ is-settur Ewropew tad-difiża u jiġu żgurati s-sigurtà u l-awtonomija strateġika fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Ifakkar li l-Kummissjoni qatt ma nediet proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, minkejja l-fatt li xi Stati Membri għandhom żbilanċi rikorrenti fil-kontijiet kurrenti tagħhom; jinnota li l-Kummissjoni se tivvaluta l-eżistenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi għas-seba’ Stati Membri li ntgħażlu biex isirulhom analiżijiet fil-fond fir-rapport tagħha dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija tal-2026;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>