<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0076</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: prijoritajiet soċjali u rigward l-impjiegi għall-2026</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0033/2026 - Rapporteur: Nela Riehl)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: prijoritajiet soċjali u rigward l-impjiegi – rapport annwali 2026 (2025/2183(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 121, 148 u 149 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR) ipproklamat u ffirmat mill-Kunsill, mill-Parlament u mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Novembru 2017, u l-pjan ta’ azzjoni tiegħu, adottat fl-2021, b’mod partikolari l-miri ewlenin proposti għall-2030 għall-impjiegi, għall-ħiliet u għat-tnaqqis tal-faqar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2024 dwar il-koordinazzjoni effettiva tal-politiki ekonomiċi u dwar is-sorveljanza baġitarja multilaterali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1263, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1263/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 13 u 27 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “Employment and Social Developments in Europe” (L-iżviluppi soċjali u dwar l-impjiegi fl-Ewropa), ippubblikat f’Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “Labour Market and Wage Development in Europe” (L-iżvilupp tas-Suq tax-Xogħol u tal-Pagi fl-Ewropa), ippubblikat f’Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2025 għal rapport konġunt dwar l-impjiegi mill-Kummissjoni u l-Kunsill (COM(2025)0958),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2025 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (COM(2025)0957),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija 2026” (COM(2025)0956),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2025 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kapital uman fl-Unjoni Ewropea (COM(2025)0959),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kontributi tal-imsieħba soċjali Ewropej għas-Semestru Ewropew 2026 u b’mod partikolari l-Pakkett tal-Ħarifa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-Futur tal-Kompetittività Ewropea), ippubblikat f’Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta dwar il-futur tas-suq uniku, bit-titolu “More than a Market” (Aktar minn Suq), ippubblikat f’April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-futur tal-protezzjoni soċjali u tal-istat soċjali fl-UE, ippubblikat f’Jannar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A10-0033/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-mira tal-UE għall-impjiegi, li mill-anqas 78 % tal-persuni bejn l-20 u l-64 sena jkollhom impjieg sal-2030, qiegħda fit-triq it-tajba biex tinkiseb; billi f’Ottubru 2025, ir-rata tal-qgħad fl-UE kienet ta’ 6 %, ċifra li tvarja minn 2,6 % sa 10,6 % fost l-Istati Membri, filwaqt li l-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu għoli fil-livell ta’ 13,2 %; billi l-livelli tal-qgħad u l-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji għadhom għoljin b’mod persistenti għaż-żgħażagħ, għan-nisa, għall-ħaddiema akbar fl-età, għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi bi kwalifiki baxxi u medji, għall-persuni b’diżabbiltà, u għar-Rom u għal minoranzi etniċi oħra, u li dawn kollha jiffaċċjaw ostakli strutturali għall-impjieg; billi għall-persuni b’diżabbiltà l-qgħad huwa ta’ 15,1 %; billi livelli ogħla ta’ impjieg fl-UE għandhom jimxu id f’id mal-kwalità tal-impjiegi, mas-salarji deċenti, maż-żidiet fil-pagi u maż-żidiet fil-produttività;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-Semestru Ewropew għadu strument ċentrali għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, fiskali, tal-impjiegi u dik soċjali madwar l-UE, u għandu jkollu l-għan li jinkorpora l-ġustizzja soċjali, is-sostenibbiltà tal-ambjent u l-ġustizzja interġenerazzjonali b’mod aktar sistematiku fil-governanza makroekonomika, filwaqt li jpoġġi l-EPSR fil-qalba tiegħu u jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà; billi saru sforzi biex jiġi bbilanċjat aħjar il-monitoraġġ tal-objettivi ekonomiċi u soċjali fil-proċess tas-Semestru Ewropew bl-iżvilupp tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali u bl-integrazzjoni reċenti tal-qafas ta’ konverġenza soċjali fil-proċess; billi l-Pakkett tal-Ħarifa tal-2026 ġie ppreżentat mingħajr Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli li jistabbilixxi strateġija olistika u bbilanċjata għall-objettivi ekonomiċi, dawk soċjali u tal-impjiegi, u dawk ambjentali tal-UE u jankra s-Semestru Ewropew f’viżjoni wiesgħa ta’ tkabbir sostenibbli għall-Unjoni; billi l-UE jeħtiġilha tibqa’ impenjata għall-kompetittività, għas-sostenibbiltà u għall-ġustizzja soċjali, mingħajr ma tippermetti li jiġi segwit objettiv wieħed għad-detriment tal-oħrajn;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi 93,3 miljun persuna, li jammontaw għal 21 % tal-popolazzjoni tal-UE, kienu f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (AROPE) fl-2024, u dan juri li sar progress limitat lejn il-mira tal-EPSR tal-2030 għat-tnaqqis tal-faqar, u t-tendenza f’aktar minn nofs l-Istati Membri miexja fid-direzzjoni l-ħażina; billi r-riskji tal-faqar huma ħafna ogħla għan-nisa, għat-tfal, għall-anzjani, għall-persuni b’diżabbiltà, għall-komunità LGBTI+, għall-persuni b’livell baxx ta’ ħiliet, għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, għar-Rom, għall-unitajiet domestiċi b’ġenitur waħdu, u għall-persuni li jgħixu f’żoni depopolati, u għad hemm diskrepanzi sinifikanti bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom stess, inkluż bejn iż-żoni rurali u urbani; billi din id-diverġenza bejn iż-żieda fl-introjti medji u l-livelli ta’ faqar persistenti tenfasizza l-isfidi strutturali fid-distribuzzjoni tal-introjtu, is-swieq tax-xogħol u t-tfassil u l-kopertura tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali; billi aktar minn 40 miljun persuna fl-UE, li jfisser madwar 9,2 % tal-popolazzjoni, esperjenzaw faqar enerġetiku fl-2024, u dan wassal għal privazzjoni materjali; billi l-kopertura insuffiċjenti u l-inadegwatezza tal-iskemi ta’ introjtu minimu, tal-benefiċċji tal-qgħad u tal-benefiċċji tal-familja u tat-tfal, kif ukoll ostakli għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u għall-aċċess għas-servizzi pubbliċi ta’ kwalità bħas-saħħa, l-edukazzjoni, il-kura u l-akkomodazzjoni, jikkontribwixxu biex il-faqar u l-esklużjoni soċjali jippersistu, b’mod partikolari fost l-aktar gruppi żvantaġġati; billi mingħajr ma jinbidel l-approċċ biex jiġi indirizzat il-faqar fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, mhux se jkun possibbli li din it-tendenza titreġġa’ lura; billi strateġija ambizzjuża tal-UE kontra l-faqar se tkun essenzjali biex tipprovdi risponsi għall-fenomenu multidimensjonali tal-faqar;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi tifel wieħed minn kull erbgħa xorta għadu f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea, u dan huwa livell ogħla minn dak għall-popolazzjoni kollha kemm hi; billi mhux qed isir progress suffiċjenti lejn l-objettiv li jitnaqqas l-għadd ta’ tfal f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali b’5 miljun sal-2030, bil-perċentwal ta’ tfal AROPE jiżdied kull sena bejn l-2019 u l-2023 u li baqa’ għoli b’mod persistenti; billi, skont il-proposta tal-Kummissjoni għal rapport konġunt tal-2026 dwar l-impjiegi, fl-2024 madwar 19,5 miljun tifel u tifla (24,2 %) kienu f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali fl-UE; billi l-politiki u s-servizzi preventivi ta’ appoġġ għat-tfal u l-familja, f’konformità mal-Garanzija Ewropea għat-Tfal, huma essenzjali biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi li jistgħu jwasslu għas-separazzjoni tal-familja u biex jiddaħħlu t-tfal f’istituzzjoni; billi strument ta’ finanzjament iddedikat għall-Garanzija Ewropea għat-Tfal, kif ukoll sinerġiji ma’ fondi oħra tal-UE u dawk nazzjonali, huma tal-akbar importanza, kemm fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali kif ukoll f’dak li jmiss; billi skont il-Kummissjoni, l-UE teħtieġ tinvesti aktar minn EUR 11-il biljun addizzjonali fis-sena, biex tilħaq l-objettivi ta’ Barċellona tal-2030 għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (ECEC)<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, “Employment and Social Developments in Europe (ESDE) 2024”, (L-iżviluppi tal-impjiegi u dak soċjali fl-Ewropa) Settembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; billi t-tfal li jistgħu jibbenefikaw l-aktar milli jieħdu l-edukazzjoni u l-kura bikrija tagħhom, bħal dawk li jiġu minn sfondi żvantaġġati, għandhom tendenza li japparteċipaw l-anqas u jkomplu jiffaċċjaw ostakli għall-aċċess;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi xorta għad hemm mill-anqas 1,4 miljun persuna b’diżabbiltà u kważi 300 000 tifel u tifla li jgħixu f’istituzzjonijiet fl-UE; billi r-residenti tal-istituzzjonijiet huma iżolati mill-komunità usa’ u m’għandhomx kontroll suffiċjenti fuq ħajjithom u fuq id-deċiżjonijiet li jaffettwawhom; billi, minkejja l-fatt li l-UE ilha impenjata fil-proċess ta’ deistituzzjonalizzazzjoni, xorta għadhom meħtieġa sforzi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali biex il-gruppi vulnerabbli jkunu jistgħu jgħixu b’mod indipendenti f’ambjent komunitarju jew tal-familja ;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi wieħed minn kull 12-il ħaddiem (8,2 %) fl-UE esperjenzaw faqar fost dawk li jaħdmu fl-2024, u dan jimmina l-koeżjoni soċjali, u jenfasizza li l-impjieg fih innifsu ma jipprovdix protezzjoni sħiħa kontra l-faqar jew jissarraf f’kundizzjonijiet ta’ għajxien imtejba, minħabba ż-żieda fl-għoli tal-ħajja u t-tnaqqis fil-kapaċità tal-akkwist; billi ż-żidiet reċenti fil-pagi minimi statutorji, spiss ogħla minn 20 % bejn l-2022 u l-2025 u ogħla minn 40 % f’diversi Stati Membri, għenu biex tiġi protetta l-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema b’pagi baxxi u appoġġjaw it-tkabbir fil-pagi f’setturi b’pagi baxxi; billi minkejja li l-pagi reali qabżu l-livelli ta’ qabel il-pandemija fil-maġġorparti tal-Istati Membri, diversi ekonomiji kbar għadhom ma rritornawx għal dawn il-livelli;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima iggrava l-inugwaljanzi u affettwa b’mod partikolari lill-gruppi l-aktar vulnerabbli, li għandhom it-tendenza li jkunu aktar esposti għal perikli ambjentali, pereżempju temperaturi għoljin, u dawn il-perikli jwasslu għal standards aktar baxxi ta’ kwalità tal-impjiegi, telf tal-produttività u akbar insigurtà tal-impjiegi; billi t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika trid tkun soċjalment ġusta u inklużiva għal kulħadd, u hija mistennija li toħloq bejn miljun u 2,5 miljun impjieg addizzjonali sal-2030, jekk tkun appoġġjata mill-politiki t-tajba dwar l-impjiegi u l-edukazzjoni; billi protezzjoni soċjali b’saħħitha u ffinanzjata b’mod adegwat, kif ukoll il-politiki ta’ kwalità dwar il-ħolqien tal-impjiegi, huma prerekwiżit biex tiġi żgurata tranżizzjoni ekwa u ġusta lejn in-newtralità klimatika u t-trasformazzjoni diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-UE qed tiffaċċja nuqqas persistenti ta’ ħaddiema u ħiliet f’diversi setturi, xprunat minn fatturi differenti, bħat-tibdil demografiku u teknoloġiku, l-ispariġġ fil-ħiliet, il-kwalità tal-impjiegi u n-nuqqas ta’ attraenza tas-servizzi pubbliċi ta’ kwalità u l-investiment fihom, liema nuqqas ġie identifikat bħala ostaklu ewlieni għat-tkabbir u għall-kompetittività tal-UE; billi l-prospetti limitati tal-karriera u l-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji taż-żgħażagħ f’partijiet tal-Unjoni jikkontribwixxu għall-ħruġ tat-talent bejn ir-reġjuni tal-UE u pajjiżi terzi, u dan ikompli jiggrava dan in-nuqqas; billi l-proposta tal-Kummissjoni għal rapport konġunt tal-2026 dwar l-impjiegi tenfasizza li, meta d-dgħufijiet strutturali fis-suq tax-xogħol jiġu indirizzati permezz ta’ kwalità aħjar tal-impjiegi, dan jappoġġja produttività, prestazzjoni ekonomika, ġustizzja soċjali u koeżjoni ogħla; billi t-titjib tad-drittijiet tal-ħaddiema, tan-negozjar kollettiv, tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol, tal-aċċess għall-protezzjoni soċjali u tal-opportunitajiet ta’ żvilupp tal-ħiliet għal kulħadd, inklużi għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll miżuri ta’ attivazzjoni mmirati għall-51 miljun persuna fl-età tax-xogħol li bħalissa mhumiex fil-forza tax-xogħol, jgħinu biex jissaħħew il-parteċipazzjoni, l-inklużività u l-kompetittività; billi sal-2050, il-popolazzjoni attiva tal-UE hija mistennija li tonqos b’sa 18,8 miljun persuna, u dan jissuġġerixxi li l-migrazzjoni legali tal-ħaddiema tista’ tgħin biex tirrispondi għall-ħtiġijiet li qed jevolvu tas-suq tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi fl-2022, ir-rata tal-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim kienet ta’ 39,5 %, u din tindika li huwa meħtieġ aktar sforz fil-maġġorparti tal-Istati Membri biex tintlaħaq il-mira ta’ 60 % tal-adulti li jipparteċipaw fl-edukazzjoni u fit-taħriġ sal-2030; billi l-approċċ integrat għall-koordinazzjoni tal-politika fi ħdan is-Semestru Ewropew jipprovdi l-qafas biex jiggwida l-investiment meħtieġ fl-iżvilupp tal-kapital uman, l-edukazzjoni u s-sistemi ta’ taħriġ; billi huma meħtieġa aktar sforzi sostanzjali biex tiġi żgurata l-provvista ta’ politiki ta’ taħriġ ta’ kwalità u l-aċċess għalihom, b’mod partikolari għall-ħaddiema f’okkupazzjonijiet b’livell aktar baxx ta’ ħiliet, biex jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja u biex tissaħħaħ il-kompetittività, ir-reżiljenza u l-inklużività tal-UE u tal-forza tax-xogħol tagħha; billi l-infiq pubbliku waħdu jista’ ma jissodisfax l-iskala tal-ħtiġijiet tat-titjib tal-ħiliet u tat-taħriġ mill-ġdid minħabba l-isfidi ta’ trasformazzjoni li qed tiffaċċja l-UE; billi fl-2022, il-punteġġ medju għall-ħiliet bażiċi fost dawk li għandhom 15-il sena fil-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA) naqas meta mqabbel mal-2018, u l-progress insuffiċjenti affettwa b’mod sproporzjonat lill-istudenti żvantaġġati, filwaqt li enfasizza l-ħtieġa ta’ riformi u investiment sostnut fl-edukazzjoni u fit-taħriġ biex jiġu appoġġjati l-ġenerazzjonijiet futuri u t-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-ħtiġijiet ta’ investiment addizzjonali fl-infrastruttura soċjali ġew stmati għal EUR 192 biljun fis-sena, inkluż l-investiment f’akkomodazzjoni affordabbli, fis-saħħa u fil-kura fit-tul, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ tul il-ħajja<FOOTNOTE><FIELD> Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Identifying Europe’s recovery needs” (L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ rkupru tal-Ewropa) (SWD(2020)0098) li jakkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” (COM(2020)0456).</FIELD></FOOTNOTE>; billi jrid jingħata valur lir-redditu ekonomiku tal-investimenti soċjali, b’mod partikolari l-infiq pubbliku fuq it-tfal u ż-żgħażagħ, li mhux biss itejbu l-istandards tal-għajxien u jnaqqsu l-faqar, iżda huma wkoll muturi ewlenin ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv, produttività ogħla u rati ogħla ta’ impjiegi; billi s-sottoinvestiment fl-edukazzjoni u fir-riċerka jdgħajjef il-prospetti ta’ tkabbir fit-tul; billi għat-tfal, l-investimenti soċjali huma investiment fil-futur, u dan iwassal għal edukazzjoni u prospetti ta’ impjiegi aħjar, li min-naħa tagħhom jagħtu spinta lill-indikaturi ekonomiċi; billi hija meħtieġa aktar ħidma biex titkejjel il-lakuna fl-investiment soċjali wara l-irkupru fl-UE, kif ukoll l-investiment fis-servizzi soċjali u l-kopertura tiegħu u r-redditi ekonomiċi tagħhom; billi l-iżvilupp ta’ indikaturi komuni tad-data dwar in-nefqa u l-kopertura tas-servizzi soċjali, bħall-Indiċi Ewropew tas-Servizzi Soċjali, isaħħaħ ir-rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-evidenza u l-monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni tagħhom fi ħdan is-Semestru Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-pressjonijiet dwar il-kost tal-akkomodazzjoni u l-prezzijiet għoljin tal-enerġija jimponu piżijiet sinifikanti fuq l-unitajiet domestiċi, u minkejja dan il-politika dwar is-settur tal-akkomodazzjoni spiss kienet sottorappreżentata fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, minkejja r-rilevanza makroekonomika u r-rwol ċentrali tagħha fis-sigurtà tal-introjtu, l-inklużjoni soċjali u r-reżiljenza tal-għoli tal-ħajja; billi l-investiment fis-servizzi soċjali u ż-żieda fil-provvista tal-akkomodazzjoni, inkluża akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, kif ukoll fl-effiċjenza enerġetika u r-rinnovazzjonui tal-bini u l-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħiliet, jaqdu rwol ewlieni biex jitnaqqas il-faqar, inkluż il-faqar enerġetiku, u biex tittejjeb l-affordabbiltà;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri bħalissa hija ta’ 12 % minħabba l-qsim sproporzjonat fir-responsabbiltajiet tad-dar u tal-indukrar tat-tfal li jerfgħu n-nisa u s-sottovalutazzjoni persistenti tal-professjonijiet iddominati min-nisa, fost fatturi oħra; billi n-nisa jiffaċċjaw riskju ogħla ta’ faqar, b’mod partikolari fix-xjuħija, u bħalissa d-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet laħqet il-livell ta’ 25 %<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, “Gender Equality Index” (Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri), https://eige.europa.eu/gender-equality-index/2025/country.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jisħaq fuq il-vantaġġ kompetittiv tal-investiment fil-mudell soċjali tal-UE; jappella biex ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-futur tal-protezzjoni soċjali u tal-istat soċjali, kif ukoll ir-rakkomdanazzjonijiet tar-rapporti ta’ Letta u ta’ Draghi, jiġu integrati fil-proċess tas-Semestru Ewropew sabiex l-ekonomija soċjali tas-suq tal-UE tiġi protetta u rinfurzata; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ approċċ ibbilanċjat li jappoġġja d-drittijiet soċjali, is-servizzi pubbliċi, u l-istrutturi u l-kopertura tan-negozjar kollettiv daqs il-kompetittività; jilqa’ l-integrazzjoni tal-EPSR fil-qafas tal-governanza ekonomika u jistieden lill-Istati Membri jieħdu vantaġġ mill-possibbiltà li jestendu l-perjodu ta’ aġġustament għall-investiment fil-prijoritajiet tal-EPSR; jappella biex il-qafas integrat ta’ governanza jiġi rifless fil-proċessi interni tal-istituzzjonijiet tal-UE, bil-korpi ekonomiċi u soċjali tagħhom involuti f’livelli ugwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ l-EPSR; jisħaq li l-pjan ta’ azzjoni aġġornat tal-EPRS irid isarraf l-impenji politiċi f’miżuri konkreti u ambizzjużi, appoġġjati minn miri ċari u li jistgħu jitkejlu u minn indikaturi ta’ monitoraġġ robusti, sabiex jiġu indirizzati b’mod effettiv il-faqar u l-esklużjoni soċjali u biex il-ħaddiema jiġu appoġġjati fil-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħiliet, il-VET u t-tagħlim tul il-ħajja; jappella biex il-miri tal-pjan ta’ azzjoni tal-EPSR jiġu inkorporati fil-qalba tas-Semestru Ewropew billi jsiru punti ta’ riferiment fil-valutazzjonijiet tas-Semestru Ewropew; jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni għal rapport konġunt tal-2026 dwar l-impjiegi tiffoka fil-biċċa l-kbira fuq in-nuqqas ta’ ħiliet u ħaddiema u ma tilħaqx valutazzjoni komprensiva tal-implimentazzjoni tal-20 prinċipju tal-EPRS, kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2024/1263; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-prinċipji kollha tal-EPSR jiġu indirizzati f’ċikli futuri biex tiġi żgurata stampa preċiża u sħiħa tas-sitwazzjoni soċjali fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li teqred il-faqar sal-2050, il-pjan Ewropew tagħha għal akkomodazzjoni affordabbli, u l-intenzjoni tagħha li tipproponi att dwar impjiegi ta’ kwalità; jilqa’, barra minn hekk, l-ewwel strateġija tal-UE kontra l-faqar u t-tisħiħ tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm koerenza bejn is-Semestru Ewropew, is-segwitu għall-pjan ta’ azzjoni tal-EPSR u dawn l-istrumenti futuri, u li jkollhom miri li jistgħu jitkejlu u rakkomandazzjonijiet korrispondenti speċifiċi għall-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar fl-impenn, li għamlet il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen fl-2019, biex jiġi żgurat li kull tifel u tifla fl-Ewropa f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali jkollhom aċċess għall-aktar drittijiet bażiċi, bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, u dan kien segwit mill-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta’ Ġunju 2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 223, 22.6.2021, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2021/1004/oj.</FIELD></FOOTNOTE> li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal; jisħaq li l-objettivi tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal ma jistgħux jintlaħqu mingħajr baġit ambizzjuż iddedikat fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali; itenni, f’dan il-kuntest, it-talba tiegħu għal baġit sostanzjali ddedikat ta’ mill-anqas EUR 20 biljun għall-Garanzija Ewropea għat-Tfal; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li dan il-baġit iddedikat jiġi allokat fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss sabiex iwieġeb għall-isfida dejjem tikber tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jinqerdu l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost it-tfal sabiex jitkissru ċ-ċikli interġenerazzjonali; jilqa’ l-inklużjoni ta’ valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal fir-rapporti tal-pajjiżi kollha fil-Pakkett tar-Rebbiegħa 2025 u jħeġġeġ monitoraġġ kontinwu tal-progress fis-Semestru Ewropew; jiddispjaċih, madankollu, dwar in-nuqqas ta’ segwitu għal dawn is-sejbiet, b’żewġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż biss fl-2025 li appellaw biex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal; iqis li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom jirriflettu l-konformità baġitarja tal-Istati Membri mar-rekwiżiti dwar l-allokazzjoni minima biex jiġi indirizzat il-faqar fost it-tfal kif stabbilit fir-Regolament ESF+<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1057/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni f’dan ir-rigward l-appell tiegħu biex jiżdied il-finanzjament tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal, b’baġit sostanzjali ddedikat, u biex l-Istati Membri jallokaw mill-anqas 5 % tal-fondi tagħhom allokati mill-FSE+ għall-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal u għall-promozzjoni tal-benesseri tat-tfal, u mill-anqas 10 % jiġu allokati għall-Istati Membri b’livelli ta’ faqar fost it-tfal li jaqbżu l-medja tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-livell ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, li għadu għoli aktar mid-doppju tar-rata ta’ qgħad tal-UE; jisħaq li, għaż-żgħażagħ, huwa essenzjali li l-miżuri tal-attivazzjoni tal-impjiegi jiġu komplementati b’appoġġ sostnut, inkluż aċċess għal servizzi soċjali integrati, appoġġ għall-akkomodazzjoni u għas-saħħa mentali sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni kontinwa tagħhom fl-edukazzjoni jew fl-impjieg; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jinvestu fil-Garanzija għaż-Żgħażagħ rinfurzata sabiex jiżguraw appoġġ ta’ kwalità u f’waqtu għaż-żgħażagħ kollha li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) taħt l-età ta’ 30 sena; iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-użu tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ bħala għodda li tappoġġja lil dawk iż-żgħażagħ li jitilqu mill-kura u tipprevjeni li jitilquha għallarrieda, inkluż permezz ta’ aċċess għal gwida għall-karriera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-qafas tas-Semestru Ewropew, jippromwovu traineeships ta’ kwalità għolja u remunerati b’mod ġust u jipprevjenu l-użu ħażin tagħhom bħala sostituzzjoni għal impjieg regolari; jappella biex id-direttiva li jmiss dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tat-trainees1a tkun ambizzjuża u komprensiva, filwaqt li tiżgura l-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tat-trainees<FOOTNOTE><FIELD> Il-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib u l-infurzar tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tat-trainees u l-ġlieda kontra relazzjonijiet ta’ impjieg regolari li taparsi jkunu traineeships (id-“Direttiva dwar it-Traineeships”) (COM(2024)0132).</FIELD></FOOTNOTE>, inkluża l-possibbiltà li t-traineeship jintemm mingħajr preġudizzju f’każ ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali, u jappella għall-konklużjoni rapida tan-negozjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iqis li hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġu evitati u indirizzati livelli persistentement għoljin ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali, u jilqa’ t-tħabbira tal-ewwel strateġija tal-UE kontra l-faqar f’dan ir-rigward; jemmen li l-istrateġija trid tipprovdi approċċ komprensiv biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin u l-aspetti multidimensjonali tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali, b’azzjonijiet konkreti, allokazzjoni baġitarja robusta, objettivi ċari, stadji importanti u miżuri strutturali, filwaqt li tiżgura wkoll implimentazzjoni u monitoraġġ b’saħħithom; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw id-direttiva dwar pagi minimi adegwati<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2041/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex jiġġieldu l-faqar fost dawk li jaħdmu u jinċentivaw ix-xogħol; jappella biex l-Istrateġija tal-UE kontra l-faqar tpoġġi l-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal fil-qalba tagħha sabiex tkisser iċ-ċiklu tal-faqar; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar introjtu minimu adegwat<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar introjtu minimu adegwat li jiżgura inklużjoni attiva 2023/C 41/01 (ĠU C 41, 3.2.2023, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li jittejjeb l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom u jistieden lill-Kummissjoni tuża l-proċess tas-Semestru Ewropew biex timmonitorja l-implimentazzjoni nazzjonali tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom (ĠU C 387, 15.11.2019, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; ifakkar, hekk kif ir-rata tal-professjonisti li jaħdmu għal rashom fis-setturi kulturali u kreattivi hija aktar mid-doppju ta’ dik tal-popolazzjoni ġenerali, fil-ħtieġa ta’ miżuri mmirati għas-settur; jilqa’, f’dan il-kuntest, it-tħabbira ta’ Karta tal-Artisti tal-UE bil-għan li tenfasizza l-elementi fundamentali u l-impenji ewlenin għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti f’dan is-settur iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni tavvanza l-pubblikazzjoni tagħha għall-2026, peress li din tirrappreżenta kwistjonijiet li ilhom jeżistu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jiddispjaċih li l-objettivi tal-qafas strateġiku tal-UE għar-Rom mhumiex qed jiġu segwiti b’mod attiv mill-Istati Membri u mhux qed jirċievu attenzjoni sostnuta fil-proċess tas-Semestru Ewropew, b’mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; jenfasizza l-għan tal-qafas strateġiku li titnaqqas bin-nofs il-lakuna fl-impjiegi bejn ir-Rom u l-popolazzjoni ġenerali u li jiġi żgurat li mill-anqas 60 % tar-Rom ikunu f’xogħol li jitħallas sal-2030; iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw approċċ integrat, iffukat fuq l-ugwaljanza u jiżguraw li l-politiki u s-servizzi pubbliċi jilħqu lir-Rom kollha b’mod effettiv, inklużi dawk f’żoni remoti u rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar bi tħassib fil-lakuna persistenti fl-impjiegi għall-persuni b’diżabbiltà ta’ madwar 24 %, u, min-naħa l-oħra, l-objettiv tal-UE li tgħaddi minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-komunità jew fil-familja għall-persuni kollha kkonċernati; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-lakuna fl-impjiegi għall-persuni b’diżabbiltà permezz tas-Semestru Ewropew, inkluż fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, u taġġorna l-istrateġija tal-UE għad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà 2021-2030 f’konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà, b’inizjattivi ewlenin ġodda, inkluża garanzija Ewropea dwar l-impjiegi u l-ħiliet għall-persuni b’diżabbiltà; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq pjan ta’ azzjoni dwar id-deistituzzjonalizzazzjoni li jkopri l-gruppi kollha li għadhom jgħixu f’istituzzjonijiet, inklużi t-tfal, il-persuni b’diżabbiltà, il-persuni bi kwistjonijiet ta’ saħħa mentali u l-persuni mingħajr dar; jisħaq li l-progress fid-deistituzzjonalizzazzjoni għandu jiġi mmonitorjat fi ħdan is-Semestru Ewropew, u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-FSE+ u minn fondi oħra tal-UE u dawk nazzjonali biex jiffinalizzaw dan il-proċess, jiżviluppaw servizzi bbażati fil-komunità u jinvestu fil-prevenzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-inklużjoni permanenti tal-qafas ta’ konverġenza soċjali fis-Semestru Ewropew; jisħaq fuq l-importanza tagħha, flimkien mat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali, biex jiġu identifikati r-riskji u biex jiġi intraċċat il-progress fuq il-konverġenza soċjali ’l fuq, jitnaqqsu l-inugwaljanzi, jissaħħu s-sistemi tal-protezzjoni soċjali u jiġu promossi kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u miżuri ta’ sostenn biex tiġi żgurata l-ġustizzja fit-tranżizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa għodod innovattivi ta’ analiżi kwantitattiva u kwalitattiva fl-ambitu ta’ dan il-qafas il-ġdid sabiex isir l-aħjar użu minnu fiċ-ċikli futuri tas-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza r-riskji għall-konverġenza soċjali ’l fuq enfasizzati fir-rapport konġunt tagħha tal-2025 dwar l-impjiegi, inklużi l-eżiti tal-impjiegi ta’ gruppi sottorappreżentati, it-tluq bikri mill-iskola u t-tagħlim għall-adulti, u l-faqar, fit-tieni stadju tal-analiżi, u jistieden lill-Kummissjoni tiddiskuti mal-Istati Membri kkonċernati dwar il-miżuri meħuda jew ippjanati biex jiġu indirizzati dawn ir-riskji; jinnota li l-indirizzar tal-isfidi identifikati fir-rapport konġunt dwar l-impjiegi se jikkontribwixxi biex tinkiseb konverġenza soċjali ’l fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb u taġġorna t-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali, filwaqt li tiżgura li din tirrifletti l-fatturi u l-impatti tal-inugwaljanza, inklużi l-opportunitajiet indaqs, l-impjiegi ta’ kwalità, id-distribuzzjoni tal-ġid, l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u soċjali, il-pensjonijiet adegwati, l-akkomodazzjoni u l-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar, is-saħħa mentali, id-diskriminazzjoni u l-impatti soċjali tad-degradazzjoni tal-ambjent u t-tibdil fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni tittratta l-faqar fost dawk li jaħdmu bħala sinjal ta’ twissija fit-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali u tipproponi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fejn tali tendenzi jippersistu; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi mmarkati bħala “kritiċi” jew li “għandhom jiġu osservati” fit-Tabella ta’ Valutazzjoni, inklużi t-tluq bikri mill-iskola, il-piż eċċessiv tal-kost tal-akkomodazzjoni, l-impatt tat-trasferimenti soċjali, il-lakuna fl-impjiegi għall-persuni b’diżabbiltà, il-ħtiġijiet mhux issodisfati awtorapportati għall-kura medika, l-indukrar tat-tfal, il-ħiliet diġitali bażiċi u l-faqar fost it-tfal; jappella għall-inklużjoni ta’ indiċi tal-progress soċjali u l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri biex jitkejlu b’mod aħjar l-inugwaljanza, l-aċċess għall-opportunitajiet u l-benesseri bl-użu ta’ data diżaggregata; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ data u metodoloġiji f’waqthom, armonizzati u trasparenti biex jittejbu t-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza u l-investimenti soċjali mmirati, u biex it-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali tiġi allinjata ma’ kull wieħed mill-20 prinċipju tal-EPSR;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Ifakkar li l-indikatur AROPE ma jkoprix suffiċjentement il-kawżi ewlenin tal-faqar u l-inugwaljanzi kumplessi, b’mod partikolari l-inklużjoni ta’ persuni li jgħixu barra mill-unitajiet domestiċi privati, l-aspetti kwalitattivi tal-faqar u l-esperjenzi ta’ marġinalizzazzjoni li xi nies ikunu għaddew minnhom, filwaqt li jqis ukoll li l-faqar jestendi lil hinn minn introjtu insuffiċjenti jew privazzjoni materjali; jistieden lill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jaħdem dwar it-tiġdid tal-miżura statistika AROPE sabiex jespandiha lejn fehim tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali b’mod aktar b’saħħtu, diżaggregat u aktar multidimensjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar li l-investiment soċjali jista’ jkollu impatt pożittiv fuq it-tkabbir ekonomiku, fuq il-produttività u fuq il-kompetittività, filwaqt li jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà fiskali u jippromwovi koeżjoni soċjali ’l fuq, kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, u l-inklużjoni ta’ gruppi vulnerabbli; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jittrattaw l-investiment soċjali bħala pedament għat-tkabbir sostenibbli u jiffukaw fuq investimenti li diġà wrew li huma effettivi f’termini ta’ tkabbir, ta’ produttività, ta’ kwalità tal-impjiegi u ta’ żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ u mmirat mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza sal-31 ta’ Diċembru 2026 biex jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż; jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi gwida dwar l-użu strateġiku tal-investiment privat u tas-sħubijiet pubbliċi-privati biex jingħalqu l-lakuni tal-infrastruttura soċjali; jilqa’ t-tnedija taċ-Ċentru ta’ Għarfien dwar l-Investiment Soċjali biex jissaħħu t-tagħlim reċiproku u l-assistenza teknika, ikomplu jittejbu l-puntwalità u d-disponibbiltà tal-indikaturi soċjali, jitnaqqas id-dewmien biex jiġu evalwati t-tendenzi tal-faqar u tal-inugwaljanza, u jissaħħaħ l-aċċess tal-Istati Membri għad-data għall-evalwazzjoni tal-politika u għall-valutazzjoni tal-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Ifakkar li l-ekonomija soċjali hija komponent ewlieni tal-investiment soċjali, li għandha rwol uniku biex tiżviluppa soluzzjonijiet inklużivi u innovattivi fil-livell lokali, u dan jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, il-forniment ta’ servizzi soċjali u ta’ prossimità li jkunu affordabbli u aċċessibbli, u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jinnota li l-appoġġ pubbliku għall-ekonomija soċjali huwa b’saħħtu, bi 88 % tar-rispondenti tal-Ewrobarometru jappoġġjaw strateġiji u leġiżlazzjoni biex jippromwovuha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kundizzjonijiet qafas tagħhom billi jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzi, jipprovdu opportunitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet u jiżguraw il-viżibbiltà tagħhom, u jirriflettu l-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni tal-ekonomija soċjali fis-Semestru Ewropew, inkluż permezz ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u l-użu mmirat tal-fondi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza li l-pjan ta’ akkomodazzjoni affordabbli tal-Kummissjoni għandu jiġi integrat aħjar fis-Semestru Ewropew, b’enfasi aktar qawwija fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż dwar akkomodazzjoni affordabbli, deċenti u sostenibbli, b’mod partikolari għal gruppi b’introjtu baxx u medju, kif ukoll għall-persuni b’diżabbiltà u akbar fl-età; jappella għal monitoraġġ imsaħħaħ tal-progress tal-Istati Membri biex jiżguraw aċċess għal akkomodazzjoni adegwata, sikura u mhux segregata għall-komunitajiet Rom li jesperjenzaw faqar estrem; ifakkar lill-firmatarji tad-Dikjarazzjoni ta’ Liżbona dwar il-Pjattaforma Ewropea għall-ġlieda kontra l-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar dwar l-għan li tinqered din il-kundizzjoni sal-2030; jistieden lill-Istati Membri jgħaqqdu miżuri li jżidu l-provvista, inaqqsu l-kostijiet tal-bini u jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-akkomodazzjoni ma’ appoġġ orjentat lejn id-domanda li jippermetti lin-nies, b’mod partikolari l-unitajiet domestiċi f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, jaċċessaw akkomodazzjoni affordabbli, deċenti u sostenibbli; jisħaq li l-pjanijiet fiskali-strutturali nazzjonali fuq terminu medju u l-istrateġiji ta’ investiment għandhom jappoġġjaw l-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar u jibnu modifiki retroattivi biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku u jittejbu l-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni, b’mod partikolari għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli; ifakkar li l-Fond Soċjali għall-Klima se jipprovdi finanzjament lill-Istati Membri mill-2026 biex jappoġġja lill-unitajiet domestiċi u lill-mikrointrapriżi vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza li l-investiment f’edukazzjoni u fit-tagħlim tul il-ħajja ta’ kwalità għolja u aċċessibbli huwa investiment soċjali strateġiku li huwa essenzjali għall-koeżjoni, għall-inklużjoni, u għat-tħejjija tal-forza tax-xogħol għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għall-ħtiġijiet relatati mad-difiża tal-UE, inkluż permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-apprendistati; jilqa’ l-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill fuq il-kapital uman fl-UE u l-attenzjoni tagħha biex tindirizza n-nuqqas ta’ ħiliet, l-użu ta’ informazzjoni dwar il-ħiliet għat-tfassil ta’ strateġiji dwar il-ħiliet u l-iżvilupp ta’ sett wiesa’ ta’ ħiliet bażiċi, inklużi l-litteriżmu diġitali, dak dwar iċ-ċittaadinanza u dak dwar IA, sabiex jipprepraw l-individwi għall-ħajja moderna; jirrikonoxxi li l-investiment insuffiċjenti fil-kapital uman ixekkel l-innovazzjoni, il-kompetittività u l-kapaċità tan-nies li jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ inizjattivi tal-UE dwar in-nuqqas ta’ ħiliet biex jipprovdu appoġġ aktar b’saħħtu għal sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ komprensivi u inklużivi, inkluż permezz ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol, kontijiet individwali tat-tagħlim u mikrokredenzjali, u t-tisħiħ tal-proċeduri għall-validazzjoni tal-apprendiment mhux formali u informali; ikompli jisħaq fuq l-importanza li tittejjeb u li tiġi ffaċilitata l-mobbiltà ġusta tal-forza tax-xogħol fl-UE u tar-rwol tal-migrazzjoni legali u r-rikonoxximent ta’ kwalifiki barranin biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħiliet; jinsab imħasseb li l-parteċipazzjoni tal-adulti fit-taħriġ għadha ferm taħt il-mira ta’ 60 % fil-maġġorparti tal-Istati Membri, b’mod partikolari fost il-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet, il-ħaddiema akbar fl-età, iċ-ċittadini mhux tal-UE u l-persuni b’diżabbiltà; jistieden lill-Kummissjoni tressaq soluzzjonijiet konkreti għan-nuqqas ta’ ħiliet u tindirizza l-isfidi persistenti fil-Pakkett dwar il-Mobbiltà tax-Xogħol Ġusta, filwaqt li tiżgura li l-Inizjattiva li jmiss dwar it-Trasferibbiltà tal-Ħiliet tindirizza l-ostakli attwali għar-rikonoxximent tal-ħiliet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jemmen bis-saħħa li dritt individwali għat-taħriġ għall-ħaddiema matul il-ħinijiet tax-xogħol, li jindirizza l-ostakli ewlenin biex isegwu t-taħriġ, jista’ jiżgura titjib tal-ħiliet jew taħriġ mill-ġdid ta’ kwalità, taħriġ tal-impjegati u appoġġ għall-iżvilupp tal-karriera sabiex jiġi żgurat provvista prevedibbli u stabbli ta’ ħaddiema tas-sengħa għall-impjegaturi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat l-ostaklu tal-kost billi jiġi żgurat li t-taħriġ ikun mingħajr ħlas għall-ħaddiema, appoġġjat minn finanzjament, inċentivi fiskali u sħubijiet; jisħaq li l-istituzzjonijiet nazzjonali u s-sħab soċjali huma responsabbli għat-taħriġ tal-impjegati, u jenfasizza r-rwol essenzjali tagħhom fl-implimentazzjoni tad-dritt għat-taħriġ; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Istati Membri jagħtu prijorità u jippromwovu skemi ta’ taħriġ żviluppati b’mod konġunt mill-ħaddiema u mill-impjegaturi tagħhom, filwaqt li jiżguraw li t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid jirrispondu għad-domanda reali tas-suq u jikkontribwixxu għall-progressjoni tal-karriera; jistieden lill-Kummissjoni tesplora u toħroġ gwida dwar kif is-sħubijiet pubbliċi-privati bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi jistgħu jiffinanzjaw it-taħriġ, it-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, b’mod partikolari d-dritt għat-taħriġ għal ħaddiema individwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza li l-ġustizzja interġenerazzjonali trid issir komponent strutturali tas-Semestru Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni, bħala parti mill-istrateġija tagħha ta’ ġustizzja interġenerazzjonali, tintegra indikaturi dwar il-benesseri fiż-żgħożija u fix-xjuħija, l-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità, l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni, id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà fiżika, l-adegwatezza tal-introjtu minimu u l-pensjonijiet, l-aċċess għal servizzi tas-saħħa mentali ta’ kwalità, u l-edukazzjoni u l-ħiliet ta’ kwalità għolja fil-qafas ta’ valutazzjoni tas-Semestru Ewropew, u tevalwa l-impatti fit-tul u distributtivi tar-rakkomandazzjonijiet fiskali u ta’ riforma; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali fit-tul tar-rakkomandazzjonijiet ta’ politika, inkluż is-sottoinvestiment, fuq il-ġenerazzjonijiet futuri; Jisħaq li jeħtieġ li l-impatt tat-trasformazzjoni demografika u ż-żieda fil-lonġevità jiġi integrat fis-Semestru Ewropew; jisħaq li t-tibdil demografiku jirrikjedi politiki biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa ta’ miżuri li jappoġġjaw it-tixjiħ attiv u jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi tal-pensjonijiet u tal-kura; iqis li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom jippromwovu pensjonijiet li jiżguraw ħajja ta’ dinjità, benesseri u aċċess għal kura tas-saħħa ta’ kwalità u affordabbli, u servizzi ta’ prevenzjoni għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq li, fil-qafas tas-Semestru Ewropew, l-infiq għad-difiża jrid jiġi ppjanat b’mod ikkoordinat, effiċjenti, trasparenti u Ewropew biex jiġu massimizzati l-benefiċċji għas-soċjetà; jissottolinja li l-investiment relatat mas-sigurtà għandu jinkludi r-reżiljenza tas-soċjetà, inkluża l-infrastruttura b’benefiċċji kbar għall-popolazzjoni ċivili, il-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni ċivika, ir-reżiljenza demokratika u l-protezzjoni kontra d-diżinformazzjoni, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-istabbiltà soċjali u l-fiduċja demokratika huma karatteristiċi importanti tal-arkitettura tas-sigurtà tal-Ewropa u jridu jiġu riflessi fl-analiżi tas-Semestru ta’ ħtiġijiet fit-tul ta’ riforma u investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissottolinja li r-rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew fl-2026 se jkunu kruċjali biex isawru l-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; jemmen li r-riformi u l-investimenti għandhom jintgħażlu għall-effiċjenza u għall-effettività tagħhom biex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti; iwissi li jekk il-finanzjament tal-UE għandu jkun marbut mal-gwida tas-Semestru, dik il-gwida trid tkun soċjalment ibbilanċjata f’allinjament sħiħ mal-EPSR, u l-atturi reġjonali u lokali jeħtiġilhom ikollhom rwol importanti fl-iżborż tal-fondi; jinnota bi tħassib, f’dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni għall-infiq soċjali, li tirriskja li tnaqqas l-enfasi fuq l-objettivi tal-impjiegi u dawk soċjali, u jappella għal FSE+ awtonomu u rinfurzat b’konċentrazzjonijiet tematiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Iqis li l-mudell soċjali tal-UE huwa parti integrali mill-kompetittività tagħha u li l-isforzi biex jiġu ssimplifikati l-piżijiet amministrattivi jeħtieġ li jippreservaw u jiżguraw id-drittijiet soċjali; jenfasizza li l-kwalità tal-impjieg u l-kompetittività mingħajr kost, bħall-kwalità tal-prodotti u tas-servizzi, jistgħu ukoll jappoġġjaw ukoll it-tkabbir tal-produttività u tal-paga; jenfasizza l-importanza li jiġu pprovduti aktar ċarezza, proporzjonalità u ċertezza legali, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-professjonisti li jaħdmu għal rashom, u jenfasizza li tali approċċi għandhom jirrispettaw id-diversità tal-mudelli tas-suq tax-xogħol madwar l-Istati Membri, filwaqt li jappoġġjaw l-attività ekonomika sostenibbli u l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jappoġġja proċess tas-Semestru Ewropew aktar demokratiku, li fih il-Parlament ikun involut bis-saħħa biex jiġu stabbiliti prijoritajiet ekonomiċi u soċjali u biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-governanza ekonomika; jinsisti li l-formulazzjoni, il-monitoraġġ u s-segwitu tar-riformi nazzjonali jridu jinvolvu b’mod sistematiku lis-sħab soċjali, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u lill-atturi reġjonali u lokali, bi żmien u trasparenza adegwati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-involviment xieraq tagħhom fl-istadji kollha tal-analiżi, inkluż fi ħdan il-qafas ta’ konverġenza soċjali, sabiex tissaħħaħ is-sjieda u jiġi żgurat li d-drittijiet soċjali tal-UE jkunu realtà fil-prattika; jenfasizza li r-rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-kompetenza nazzjonali jibqa’ ċentrali għas-Semestru Ewropew; ifakkar fil-ħtieġa li l-Kummissjoni tiżgura li s-Semestru Ewropew u l-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE jivvalutaw l-impatt tar-riformi rakkomandati dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, u li l-Kummissjoni tippromwovi l-investiment f’servizzi pubbliċi u infrastruttura tal-kura ta’ kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta’ metodoloġija trasparenti għall-formulazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u għan-nuqqas ta’ ċarezza dwar il-kriterji użati għall-għażla tagħhom; iwissi li dan jimmina l-obbligu ta’ rendikont u jirriskja trattament mhux ugwali tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura trasparenza sħiħa dwar il-proċeduri u t-teħid ta’ deċiżjonijiet interni, inklużi d-direttorati ġenerali involuti, u ssaħħaħ l-obbligu ta’ rendikont u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni mal-Parlament; huwa mħasseb li l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għadu baxx b’mod persistenti; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw aħjar ir-rakkomandazzjonijiet fl-oqsma tal-politiki dwar l-impjiegi u dawk soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tirrinforza d-djalogu tagħha mal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet eżistenti u l-Linji Gwida dwar l-Impjiegi, inkluż is-segwitu dwar l-azzjonijiet ta’ politika attwali u ppjanati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>