<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0077</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-istrateġija tat-tkabbir tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0016/2026 - Rapporteur: Petras Auštrevičius)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar l-istrateġija tat-tkabbir tal-UE (2025/2110(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ġunju 2022, tad-29 u t-30 ta’ Ġunju 2023, tas-26 u s-27 ta’ Ottubru 2023, tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2023, tas-27 ta’ Ġunju 2024 u tas-17 ta’ Diċembru 2024, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen tal-21 u t-22 ta’ Ġunju 1993, magħrufa wkoll bħala l-kriterji ta’ Copenhagen,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar 30 sena tal-kriterji ta’ Copenhagen – aktar impetu lill-politika tat-tkabbir tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4173, 2.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4173/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni tal-UE mal-Albanija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 107, 28.4.2009, p. 166, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2009/332/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, mal-Bożnija-Ħerzegovina<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2015/997/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, mal-Georgia<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/494/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, mal-Kosovo<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 71, 16.3.2016, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2016/342/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, mar-Repubblika tal-Moldova<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/492/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (minn hawn ’il quddiem il-“Moldova”, mal-Montenegro<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 108, 29.4.2010, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2010/224/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, mal-Maċedonja ta’ Fuq<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/239(2)/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, mas-Serbja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2013/490/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, mat-Turkija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 361, 31.12.1977, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1964/732/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u mal-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/295/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2025 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2025 dwar il-politika ta’ tkabbir tal-UE” (COM(2025)0690) u l-komunikazzjonijiet annwali preċedenti dwar is-suġġett,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti tal-2023 u l-2024 tal-Kummissjoni dwar il-Kosovo<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0094.</FIELD></FOOTNOTE>, is-Serbja<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0093.</FIELD></FOOTNOTE>, l-Albanija<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0155.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Bożnija-Ħerzegovina<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0156.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Maċedonja ta’ Fuq<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0157.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Montenegro<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0130.</FIELD></FOOTNOTE>, l-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0175.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Moldova<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0131.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Georgia<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0158.</FIELD></FOOTNOTE> u t-Turkija<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0092.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar rabtiet eqreb bejn l-UE u l-Armenja u l-ħtieġa ta’ ftehim ta’ paċi bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6555, 12.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6555/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Frar 2024 dwar l-approfondiment tal-integrazzjoni tal-UE fid-dawl tat-tkabbir futur<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6746, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6746/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2024 dwar ir-riformi ta’ qabel it-tkabbir u r-rieżami tal-politika (COM(2024)0146),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2022 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar l-istrateġija l-ġdida tal-UE għat-tkabbir<FOOTNOTE><FIELD><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 105.</STRING></STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1449 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1449, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1449/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2025/535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2025 li jistabbilixxi l-Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir għar-Repubblika tal-Moldova<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/535, 21.3.2025, ELI:<STRING ITALIC="on"> </STRING>http://data.europa.eu/eli/reg/2025/535/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Salonka tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Summits bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-17 ta’ Mejju 2018 f’Sofija, tas-6 ta’ Mejju 2020 f’Zagreb, tas-6 ta’ Ottubru 2021 fi Brdo pri Kranju, tas-6 ta’ Diċembru 2022 f’Tirana, tat-13 ta’ Diċembru 2023 fi Brussell u tat-18 ta’ Diċembru 2024 fi Brussell,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Proċess ta’ Berlin varat fit-28 ta’ Awwissu 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tas-Summits tas-Sħubija tal-Lvant tas-7 ta’ Mejju 2009 fi Praga, tad-29 u t-30 ta’ Settembru 2011 f’Varsavja, tat-28 u d-29 ta’ Novembru 2013 f’Vilnius, tal-21 u t-22 ta’ Mejju 2015 f’Riga, tal-24 ta’ Novembru 2017 fi Brussell u tal-15 ta’ Diċembru 2021 fi Brussell,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2020 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta’ Ġunju 2020<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 362, 8.9.2021, p. 114.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Ottubru 2025 dwar il-polarizzazzjoni u ż-żieda tar-repressjoni fis-Serbja, sena wara t-traġedja ta’ Novi Sad<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0248.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Frar 2025 dwar id-deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni politika fil-Georgia<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/2251, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2251/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, tad-29 ta’ Novembru 2023, dwar is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u t-Turkija (JOIN(2023)0050),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-2 ta’ April 2025 dwar il-Pakkett tat-Tkabbir 2024 – Il-Balkani tal-Punent u t-Turkija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 01/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-10 ta’ Jannar 2022 bit-titolu “L-appoġġ mogħti mill-UE għall-istat tad-dritt fil-Balkani tal-Punent: minkejja l-isforzi li saru, jippersistu problemi fundamentali”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapporti tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-2024 u tal-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0016/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-proċess ta’ tkabbir tal-UE għamel progress notevoli f’dawn l-aħħar snin fi wħud mill-pajjiżi kandidati; billi disa’ pajjiżi mill-għaxra li bħalissa jaspiraw li jsiru membri tal-UE għandhom l-istatus ta’ pajjiż kandidat, u wħud minnhom ilhom bosta snin b’dan l-istatus; billi l-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni mal-UE mal-Ukrajna u mal-Moldova kkontribwixxa għal dinamika mġedda tal-politika tat-tkabbir;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-tkabbir huwa wieħed mill-istrumenti ġeopolitiċi u tal-politika barranija l-aktar b’saħħithom tal-UE u għadu mutur fundamentali tas-sigurtà, tal-paċi, tal-istabbiltà u tal-prosperità fit-tul fl-Ewropa, abbażi ta’ valuri demokratiċi kondiviżi; billi t-tkabbir jirrappreżenta opportunità storika u unika li ġġib magħha vantaġġi soċjoekonomiċi, politiċi u ta’ sigurtà sinifikanti kemm għall-UE kif ukoll għall-pajjiżi tat-tkabbir;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-aħħar rapport tal-Ewrobarometru dwar it-tkabbir jindika li 56 % taċ-ċittadini tal-UE huwa favur li l-Unjoni Ewropea terġa’ tikber u li l-Ukrajna hi l-kandidat l-aktar favorit għall-adeżjoni ladarba tissodisfa l-kriterji ta’ adeżjoni kollha tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi skont ir-rapport tal-Ewrobarometru, iċ-ċikli preċedenti tat-tkabbir jitqiesu li ġabu magħhom l-akbar benefiċċji fl-oqsma tat-tkabbir ekonomiku u tal-kompetittività, segwiti minn influwenza globali akbar tal-UE u minn aktar sigurtà u difiża;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-proċess ta’ adeżjoni mal-UE nnifsu jikseb riżultati tanġibbli, inkwantu l-UE tibqa’ s-sieħeb politiku, ekonomiku u kummerċjali prinċipali tal-pajjiżi tat-tkabbir; billi l-volum totali tal-kummerċ tal-Balkani tal-Punent mal-UE żdied bi 62 % wara li daħlu fis-seħħ il-Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni; billi l-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv kellhom effett trasformattiv fuq il-Moldova u l-Ukrajna f’termini ta’ żvilupp kemm kummerċjali kif ukoll ekonomiku, inkwantu żdidulhom il-kummerċ rispettivament b’65,4 % u b’64,7 %;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni fuq skala sħiħa tar-Russja kontra l-Ukrajna tirrappreżenta theddida gravi għas-sigurtà fil-kontinent Ewropew u lil hinn minnu, u dan juri li n-nuqqas ta’ tkabbir iġib miegħu kostijiet strateġiċi sinifikanti u jikkomprometti s-sigurtà u l-istabbiltà tal-kontinent tagħna; billi l-istaġnar tal-proċess ta’ tkabbir f’dawn l-aħħar snin ħoloq vojt, u b’hekk infetħu l-bibien beraħ għar-Russja, għaċ-Ċina u għal atturi perikolużi oħrajn mhux tal-UE; billi r-Russja tindaħal deliberatament fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u tal-Balkani tal-Punent permezz ta’ operazzjonijiet ta’ theddid ibridu, inklużi l-indħil elettorali, il-kampanji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u ndħil minn barranin (FIMI), bit-tir li timblokka l-proċess ta’ adeżjoni mal-UE f’dawn il-pajjiżi u li thedded is-sigurtà kemm ta’ dawn ir-reġjuni, permezz tal-okkupazzjoni illegali min-naħa tagħha ta’ partijiet tat-territorju ta’ tliet pajjiżi kandidati, kif ukoll tal-kontinent kollu kemm hu;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-influwenza taċ-Ċina qed tespandi b’mod perikoluż, mill-proġetti ta’ dipendenza ekonomika għall-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà, b’mod partikolari fil-Balkani tal-Punent u fil-Georgia, hekk kif tkompli tisfrutta l-instabbiltà politika u d-dgħufijiet istituzzjonali f’diversi pajjiżi tat-tkabbir biex tikkomprometti l-perkors ta’ integrazzjoni tagħhom fl-UE u l-governanza demokratika tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi t-tkabbir huwa proċess meritokratiku, li fih il-progress irreversibbli f’dawk li huma stat tad-dritt, demokrazija u valuri fundamentali jibqa’ l-pedament; billi l-adeżjoni mal-UE ta’ kull pajjiż hija subordinata għal riformi dejjiema, profondi u irreversibbli f’diversi oqsma fundamentali, ibda mill-istat tad-dritt u mill-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi; billi l-kwalità tar-riformi neċessarji li jwettaq pajjiż tiddetermina l-kalendarju għall-adeżjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-UE għadha l-fornitur prinċipali ta’ investimenti u assistenza finanzjarja permezz tal-istrument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA III), tal-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent, tal-Faċilità għall-Balkani tal-Punent, tal-Faċilità għall-Ukrajna, tal-Faċilità għall-Moldova, tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) – Ewropa Globali u tal-assistenza makrofinanzjarja;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-allinjament tal-pajjiżi kandidati mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tal-UE għadha waħda mill-kundizzjonijiet preliminari essenzjali għall-adeżjoni mal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-proċess deċiżjonali relatat mat-tkabbir huwa stabbilit fl-Artikolu 49 tat-TUE u fl-oqfsa ta’ negozjar imfassla għal kull pajjiż kandidat;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Parlament jibqa’ sieħeb affidabbli għall-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni u sostenitur tal-proċess ta’ tkabbir, u jippermetti riformi istituzzjonali u soċjoekonomiċi għall-ġid taċ-ċittadini;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dimensjoni ġeostrateġika tat-tkabbir tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni li t-tkabbir huwa risposta strateġika għar-realtà ġeopolitika l-ġdida u investiment tal-ogħla importanza għas-sigurtà u għall-istabbiltà tal-UE quddiem il-gwerra ta’ aggressjoni fuq skala sħiħa tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-vjolazzjonijiet ripetuti tal-fruntieri, l-attakki ibridi u l-azzjonijiet ostili l-oħra kontra l-ġirien tagħha, kif ukoll quddiem sfidi ġeopolitiċi komuni oħrajn, li jirrikjedu viżjoni politika demokratika fit-tul u azzjonijiet kuraġġużi kif ukoll passi ’l quddiem biex jitlesta l-proġett Ewropew.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni li t-tkabbir huwa vantaġġuż kemm għall-Istati Membri attwali kif ukoll għal dawk futuri; jenfasizza l-urġenza politika li jintwera l-impenn attiv tal-UE favur il-proċess ta’ tkabbir, anki bil-għan li titħares il-kredibbiltà tal-UE fil-konfront tal-pajjiżi tat-tkabbir u tas-soċjetajiet tagħhom; jinsisti fuq il-fatt li t-tkabbir tal-UE se jsaħħaħ is-sigurtà u l-ekonomija tal-Ewropa; jenfasizza għal darb’oħra fuq il-fatt li l-futur tal-Balkani tal-Punent, tal-Ukrajna u tal-Moldova huwa fl-UE, f’konformità mal-aspirazzjonijiet tal-popli tagħhom; jissottolinja li l-kost tan-nuqqas ta’ tkabbir jaqbeż il-kost tat-tlestija tal-proċess u jkun jirriskja li joħloq żoni griżi ġeopolitiċi vulnerabbli għall-influwenza malizzjuża ta’ pajjiżi mhux tal-UE li jippruvaw jespandu l-influwenza politika, ekonomika u strateġika tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja li l-adeżjoni hija strument fundamentali biex jiġu promossi paċi dejjiema, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, biex jitrawmu r-rikonċiljazzjoni u l-istabbiltà reġjonali u biex jiġu protetti l-pajjiżi kandidati u l-viċinat tal-UE mill-indħil barranin malizzjuż, b’mod partikolari mir-Russja; iqis li l-politika tat-tkabbir hija indispensabbli għall-influwenza tal-UE fi żminijiet ta’ instabbiltà ġeopolitika dejjem akbar; jenfasizza li l-prosperità u s-sigurtà tal-UE jibbażaw ruħhom fuq il-kapaċità tagħha li tiddefendi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-ordni multilaterali bbażat fuq ir-regoli; ifakkar ir-rabtiet kulturali, storiċi u umani komuni bejn il-pajjiżi tat-tkabbir u l-Istati Membri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prijoritajiet strateġiċi tat-tkabbir tal-UE: proċess meritokratiku u kundizzjonalità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar f’dawn l-aħħar snin, u dan jagħmel probabbli t-tkabbir tal-UE fil-futur qrib; ifaħħar lill-Montenegro u lill-Albanija għall-progress sinifikanti li għamlu, u jinnota l-ambizzjonijiet tagħhom biex jikkonkludu n-negozjati rispettivament sa tmiem l-2026 u sa tmiem l-2027; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari lill-Kunsill, juru l-istess ambizzjoni, ineħħu l-ostakli fuq in-naħa tal-UE u b’hekk jiżdiedu l-kredibbiltà u l-prevedibbiltà tal-proċess, fir-rispett sħiħ tal-prinċipju ta’ proċess “strettament meritokratiku”; jilqa’ l-fatt li l-Bożnija-Ħerzegovina għandha status ta’ pajjiż kandidat u jinkoraġġixxi lill-pajjiż jieħu aktar miżuri biex jagħmel ir-riformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifaħħar ir-reżiljenza notevoli u l-impenn tal-Ukrajna fil-perkors Ewropew tagħha, minkejja l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw lill-Ukrajna u jiddispjaċih bil-fatt li l-Kunsill ma rnexxilux jilħaq qbil dwar l-użu tal-assi Russi ffriżati; ifaħħar lill-Moldova tal-progress sinifikanti li għamlet fil-perkors tagħha lejn l-adeżjoni mal-UE u talli lestiet b’suċċess il-proċess tal-eżami analitiku tal-acquis minkejja theddid ibridu kontinwu; jitlob li jinfetħu malajr il-ġabriet ta’ kapitoli ta’ negozjar mal-Ukrajna u mal-Moldova u jħeġġeġ lill-Gvern Ungeriż jastjeni milli jkompli jimblokka n-negozjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni li, skont l-Artikolu 49 tat-TUE, kull Stat Ewropew jista’ japplika sabiex isir membru tal-UE dment li jirrispetta l-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE, fosthom id-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi; jieħu nota tal-appoġġ akbar għall-adeżjoni mal-UE f’diversi pajjiżi li preċedentement kienu qed jippreparaw biex isiru membri tal-UE, fosthom l-Iżlanda, li biħsiebha torganizza referendum sal-2027 biex terġa’ tibda t-taħditiet dwar l-adeżjoni, u jinkoraġġixxi lill-mexxejja tal-UE jkomplu jibnu rabtiet aktar stretti ma’ tali pajjiżi; josserva li, fis-26 ta’ Marzu 2025, il-Parlament Armen adotta liġi li tappoġġja formalment l-adeżjoni mal-UE u tistieden lill-gvern tal-pajjiż jibda l-proċess ta’ adeżjoni mal-UE, u jqis li r-riformi dejjiema biex jikkonsolidaw id-demokrazija Armena jaf jiftħu fażi ta’ trasformazzjoni fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Armenja; jilqa’ l-inizjattivi potenzjali ta’ Greenland maħsuba biex isaħħu r-rabtiet politiċi, istituzzjonali u ekonomiċi tagħha mal-UE, f’kuntest ta’ appoġġ dejjem akbar favur l-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar li ċ-ċikli preċedenti tat-tkabbir rawmu tkabbir ekonomiku konsiderevoli fl-Istati Membri kemm ġodda kif ukoll qodma; jissottolinja li l-moviment liberu tejjeb il-prospettivi ta’ xogħol u l-pagi u naqqas il-faqar permezz tar-rimessi; jissottolinja li t-tkabbir kellu impatt pożittiv fuq il-livelli ta’ għajxien billi tejjeb il-leġiżlazzjoni fil-qasam tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza, l-ugwaljanza bejn l-ġeneri, is-servizzi diġitali, l-edukazzjoni u n-nondiskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Itenni l-fatt li l-adeżjoni trid tibqa’ proċess meritokratiku u reversibbli, u kull applikant jiġi vvalutat skont il-kriterji ta’ Copenhagen, l-allinjament mal-acquis tal-UE u l-kundizzjonijiet addizzjonali kollha tal-qafas tat-tkabbir; jisħaq li l-progress ta’ kull pajjiż fit-triq tal-integrazzjoni fl-UE jrid jiġi vvalutat abbażi tal-merti tiegħu u li l-ebda pajjiż ma għandu jiġi assoċjat ma’ ieħor jew ittrattat bħala parti minn pakkett; jenfasizza li ma jistgħux jinqatgħu kantunieri f’dak li għandu x’jaqsam mal-valuri u mal-prinċipji fundamentali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li, jekk minn naħa l-proċess għandu jsir aktar inkrementali u dinamiku, b’objettivi ta’ riforma ċari, bi pjanijiet direzzjonali u b’kalendarji intermedji, min-naħa l-oħra ma jistax ikun hemm skadenzi aċċelerati, inkwantu dan jaf jikkomprometti l-integrità tal-proċess ta’ adeżjoni; josserva li diversi pajjiżi kandidati diġà ffissaw objettivi ambizzjużi għall-konklużjoni tan-negozjati, li għandhom jiġu inkoraġġiti jekk akkumpanjati minn riformi tanġibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li l-istat tad-dritt, ir-riforma demokratika, il-libertà tal-media u d-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, iridu jibqgħu quddiem nett fil-proċess tat-tkabbir; jisħaq fuq l-importanza tal-indipendenza tal-ġudikatura, tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, tal-inklużjoni tas-soċjetà ċivili u tal-appoġġ għaliha kif ukoll ta’ kuntest favorevoli mingħajr intimidazzjonijiet bħala kundizzjonijiet preliminari  kruċjali għall-progress sostenibbli lejn l-adeżjoni mal-UE, b’mod partikolari f’mument meta t-tendenzi awtoritarji qed jiżdiedu; jisħaq fuq il-fatt li l-progress fl-elementi fundamentali jrid jiggwida l-kapitoli tan-negozjati kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja l-bżonn li tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li din tiġi integrata, anki billi jiġu eliminati l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika, jiġu protetti d-drittijiet tat-tfal u l-aċċess tagħhom għal edukazzjoni ta’ kwalità, u li jiġi implimentat bis-sħiħ il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, anki fir-rigward tal-komunità LGBTIQ+ u tal-persuni b’diżabbiltà, matul il-proċess ta’ adeżjoni; jisħaq li d-drittijiet tal-bniedem iridu jitħarsu mhux biss fil-leġiżlazzjoni, iżda wkoll permezz ta’ implimentazzjoni konsistenti fil-prattika; jisħaq fuq il-bżonn li l-pajjiżi tat-tkabbir kollha jiżguraw rappreżentanza ġenwina tal-minoranzi fil-livelli kollha ta’ gvern, jippreservaw l-identità kulturali u lingwistika tal-minoranzi, jiżguraw aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità bil-lingwi minoritarji u jiġġieldu b’mod effikaċi kontra d-diskors ta’ mibegħda u d-delitti istigati mill-mibegħda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fir-rapport annwali tagħha dwar l-istat tad-dritt lill-pajjiżi tat-tkabbir kollha li mhumiex koperti minn dak ir-rapport; jinsab partikolarment imħasseb bin-nuqqasijiet persistenti u bl-istaġnar tal-proċessi tar-riforma ġudizzjarja, bit-tentattivi li jitreġġa’ lura l-progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, bil-progress limitat li sar fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u bl-allinjament insuffiċjenti mal-leġiżlazzjoni elettorali mal-istandards Ewropej, kif ukoll bil-polarizzazzjoni tas-soċjetà, l-ispazju li qed jiċkien għas-soċjetà ċivili u bis-soppressjoni tad-dritt ta’ għaqda paċifika f’ċerti pajjiżi tat-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja ma hemm l-ebda post, fl-UE jew fil-pajjiżi li jaspiraw li jsiru Stati Membri tal-UE, għar-retorika xewwiexa, għaċ-ċaħda tal-ġenoċidji jew għall-glorifikazzjoni tal-kriminali tal-gwerra ta’ kwalunkwe naħa; jisħaq li huwa indispensabbli li l-imgħoddi jiġi affrontat u aċċettat biex ikun hemm rikonċiljazzjoni ġenwina, li hija kruċjali għall-prosperità tas-soċjetajiet u għas-suċċess tal-integrazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-pajjiżi tat-tkabbir ikomplu jimplimentaw b’determinazzjoni r-riformi neċessarji f’waqthom u jagħmlu progress tanġibbli u irreversibbli, ibda mill-elementi fundamentali; jinsisti fuq il-bżonn li jsiru sforzi kontinwi biex jitrawwem il-pluraliżmu tal-media, jiġu difiżi d-drittijiet tal-ġurnalisti, jiġi ssalvagwardjat il-kuntest favorevoli għall-ġurnaliżmu investigattiv u tiġi żgurata l-libertà ta’ espressjoni fil-pajjiżi kollha tat-tkabbir, filwaqt li jiġu implimentati mekkaniżmi effikaċi biex jiġu indirizzati d-diskors ta’ mibegħda, il-kampanji ta’ malafama, il-fastidju, it-theddid u l-attakki kontra l-ġurnalisti; jinsisti fuq l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ tali reati u, fl-istess ħin, jiġu indirizzati l-konċentrazzjoni tal-media, il-pressjoni politika u ekonomika u n-nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-finanzjament u tas-sjieda tal-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-involviment tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta’ tkabbir; jissottolinja r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li għandhom esperjenza murija bil-provi u għarfien espert settorjali fl-eżami, fin-negozjar, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tar-riformi, filwaqt li jħarsu t-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-fiduċja tal-pubbliku fil-proċess ta’ adeżjoni; jisħaq fuq l-importanza ta’ appoġġ kostanti favur il-ħidma tagħhom u ambjent operattiv sikur; iħeġġeġ biex jiżdied l-għarfien nazzjonali dwar l-importanza li s-soċjetà ċivili tingħata appoġġ u li l-attivitajiet tagħha jirċievu aktar appoġġ mill-Istat, anki biex jippreparaw ruħhom għall-bidliet fil-finanzjamenti wara l-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni l-pożizzjoni tiegħu skont liema l-allinjament mal-PESK tal-UE huwa indikatur essenzjali tal-orjentament ġeostrateġiku ċar u tal-impenn ta’ pajjiż kandidat fil-konfront tal-valuri u tal-prinċipji fundamentali tal-UE u ta’ kemm tali pajjiż kandidat hu lest għall-adeżjoni futura mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Josserva li ċerti pajjiżi kandidati, fl-ewwel lok l-Ukrajna, diġà jikkontribwixxu għas-sigurtà u għad-difiża Ewropej; jesprimi l-akbar rispett u gratitudni tiegħu lill-poplu tal-Ukrajna, li kuljum iħallas l-ogħla prezz biex jiddefendi l-istil ta’ ħajja Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-issuktar pożittiv tad-djalogu PESK mas-sħab tal-Balkani tal-Punent u jisħaq fuq l-importanza ta’ dawn is-sħubijiet għall-paċi u s-sigurtà; iħeġġeġ lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali kollha jagħtu prijorità lill-allinjament rapidu u sħiħ mal-PESK u jtenni li l-adeżjoni ta’ pajjiż partikolari tista’ ssir biss ladarba jkun allinjat b’mod sħiħ mal-PESK, anki billi jadotta u jimplimenta l-miżuri restrittivi u jallinja ruħu mal-politika tal-UE dwar il-viżi; josserva li l-iżviluppi l-aktar inkwetanti u r-rigress demokratiku għadhom iseħħu fil-pajjiżi tat-tkabbir bl-aktar livell baxx ta’ allinjament mal-PESK u fil-pajjiżi li l-proċess ta’ adeżjoni mal-UE tagħhom effettivament waqaf, b’mod partikolari s-Serbja, il-Georgia u t-Turkija; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jimpedixxu li l-pajjiżi tat-tkabbir l-oħra jimxu fuq il-passi ta’ dawn il-pajjiżi; jenfasizza li d-diverġenza sistematika mill-allinjament mal-PESK tikkostitwixxi ostaklu fundamentali għall-adeżjoni mal-UE; jistenna li l-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali jallinjaw ruħhom bis-sħiħ ukoll mal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK), inkluż mal-prinċipji, mal-objettivi u mal-missjonijiet tagħha, bħala komponent fundamentali tal-proċess ta’ adeżjoni; jinkoraġġixxi lill-Kunsill Affarijiet Barranin jistieden lill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tat-tkabbir li huma allinjati għalkollox mal-PESK biex jattendu għas-summits tagħhom bħala mistednin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota l-importanza li jissaħħaħ ir-rwol tal-pajjiżi kandidati fis-sigurtà u fid-difiża Ewropej u jappoġġja l-parteċipazzjoni tagħhom ibbażata fuq il-mertu fi strumenti, programmi u proġetti magħżula tal-UE u l-fatt li jingħataw l-istatus ta’ osservatur fl-Aġenzija Ewropea għad-Difiża; iħeġġeġ li jiġu inklużi fid-diskussjoni u fl-impenn biex jingħataw garanziji ta’ sigurtà lill-Ukrajna; jirrikonoxxi l-kontribut ta’ diversi pajjiżi kandidati fil-missjonijiet PSDK tal-UE kif ukoll il-ġlieda tagħhom kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil minn barranin anti-UE u t-theddid ibridu, u jissottolinja li l-integrazzjoni aktar mill-qrib issaħħaħ is-sigurtà kollettiva u r-reżiljenza għat-theddid ibridu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza li n-nuqqas ta’ allinjament mal-PESK joħloq riskji għas-sigurtà tal-UE, pereżempju billi ċ-ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE jitħallew jiksbu d-dritt għall-eżenzjoni mill-viża biex jidħlu fl-UE billi tingħatalhom ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż kandidat, jew billi tiżdied aktar id-dipendenza miċ-Ċina, jinsisti li jrid ikun hemm kundizzjonalità ċara f’dak li għandu x’jaqsam mal-involviment ma’ rivali ġeopolitiċi li jippruvaw jikkompromettu l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u jdgħajfu l-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jenfasizza li l-kooperazzjoni reġjonali, b’mod partikolari fil-Balkani tal-Punent, hija rekwiżit preliminari għall-adeżjoni mal-UE; jisħaq fuq il-fatt li r-rikonċiljazzjoni, li twassal għal relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, hija fundamentali għas-suċċess tal-adeżjoni mal-UE; jissottolinja, barra minn hekk, li l-kwistjonijiet bilaterali pendenti bejn l-UE u l-pajjiżi mhux tal-UE għandhom jiġu solvuti bilateralment bi qbil mad-dritt internazzjonali, u ma għandhomx jintużaw biex jimblukkaw it-tkabbir; iwissi li d-dewmien eċċessiv jista’ jħalli impatt negattiv kemm fuq l-opinjoni pubblika kif ukoll fuq l-impenn politiku fil-pajjiżi kandidati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar li l-proċess ta’ adeżjoni mal-UE jiddependi mir-rispett tal-kundizzjonijiet deskritti fl-oqfsa ta’ negozjar tal-UE, mit-trawwim ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat u mir-rispett tal-ftehimiet bilaterali u internazzjonali, bi qbil mal-kriterji ta’ Copenhagen, u huwa bbażat fuq il-merti proprji tal-pajjiż; jistieden lill-Kunsill jimpedixxi li l-kwistjonijiet bilaterali mhux relatati mal-kriterji ta’ Copenhagen jostakolaw il-progress;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tad-djalogu bejn Belgrad u Pristina, li huwa fundamentali għas-Serbja u għall-Kosovo biex jimxu ’l quddiem fil-perkorsi Ewropej rispettivi tagħhom u se jikkontribwixxu għall-istabbiltà u għall-prosperità reġjonali, kif ukoll l-importanza tal-implimentazzjoni kontinwa <STRING ITALIC="on">bona fide</STRING> tal-Ftehim ta’ Prespa bejn il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Greċja u tat-Trattat ta’ Ħbiberija, Relazzjonijiet Tajbin ta’ Viċinat u Kooperazzjoni bejn il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Bulgarija, bi qbil mal-qafas ta’ negozjar tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar l-importanza li jinfetħu u jiġu ppubblikati l-arkivji storiċi ta’ żmien il-gwerra u l-arkivji Komunisti bil-għan li jkunu jistgħu jkomplu jsiru t-tiftix tal-verità u r-rikonċiljazzjoni u tissaħħaħ il-governanza demokratika; jisħaq fuq l-importanza tal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenzi tal-qrati nazzjonali u internazzjonali, tar-rispett tal-obbligi internazzjonali f’materja ta’ delitti tal-gwerra u tal-persuni neqsin u tal-indirizzar tal-glorifikazzjoni tal-kriminali tal-gwerra u r-reviżjoniżmu storiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jissottolinja li l-approċċ meritokratiku jista’ jinvolvi l-iffriżar jew l-inverżjoni tan-negozjati ta’ adeżjoni fil-każ ta’ rigress fil-valuri fundamentali, u li n-negozjati jistgħu jissuktaw biss wara li jkun inkiseb biżżejjed progress fir-riformi; jissottolinja li l-pajjiżi b’riżultati insuffiċjenti f’termini ta’ governanza demokratika jridu jaffrontaw il-konsegwenzi biex ikun żgurat li l-proċess ta’ adeżjoni jibqa’ tassew meritokratiku; itenni li l-UE jeħtiġilha tappoġġja b’mod proattiv il-pilastri demokratiċi fil-pajjiżi kandidati biex issaħħaħ l-istabbiltà u r-rankatura tar-riformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jitlob li ssir evalwazzjoni bir-reqqa tal-politika tat-tkabbir, li tkopri kemm il-kontenut kif ukoll is-sustanza, bil-għan li tiġi vvalutata r-raġuni għala ċerti pajjiżi tat-tkabbir għamlu progress daqshekk limitat, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-istat tad-dritt, mad-drittijiet tal-bniedem u mad-demokrazija; jitlob li ssir evalwazzjoni tal-progress li nkiseb mhux biss fuq il-livell leġiżlattiv iżda wkoll fir-rigward tal-implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi grupp ta’ monitoraġġ dwar l-implimentazzjoni tar-riformi fl-ambitu tal-ġabra tal-“elementi fundamentali”, li fiha l-progress rapidu jew ir-rigress huma spiss l-aktar viżibbli u jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kredibbiltà u s-sostenibbiltà tal-proċess ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirrikonoxxi li n-nuqqasijiet ewlenin fil-proċessi tat-tkabbir li tlestew preċedentement wasslu għal rigress demokratiku wara l-adeżjoni mal-UE, b’hekk il-kredibbiltà tal-politika tat-tkabbir tal-UE ġiet imminata; josserva li fil-pajjiżi kandidati li ma għamlux biżżejjed progress lejn l-adeżjoni mal-UE, l-UE għandha ssaħħaħ l-assistenza tagħha lill-atturi demokratiċi pro-UE fis-soċjetà ċivili li huma impenjati favur ir-riformi u l-valuri Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE fil-post japplikaw b’mod konsistenti approċċ kredibbli u meritokratiku abbażi tar-rispett tal-istat tad-dritt u tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Niżguraw il-funzjonament effikaċi ta’ Unjoni akbar</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Iqis li l-proċess ta’ tħejjija għat-tkabbir għandu jimxi b’mod parallel, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll fil-pajjiżi tat-tkabbir, bil-għan li jitħares il-funzjonament effikaċi ta’ Unjoni akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jerġa’ jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jagħmlu r-riformi neċessarji biex isaħħu lill-UE u jqawwu l-awtonomija strateġika tal-Ewropa, filwaqt li jiżguraw li n-nuqqas ta’ tali riformi ma jittardjax l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu biex il-kapaċità ta’ azzjoni tal-UE tissaħħaħ bl-introduzzjoni tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata (VMK) fl-oqsma rilevanti għall-proċess ta’ adeżjoni, billi jiġi abolit, b’mod partikolari, ir-rekwiżit tal-unanimità fil-fażijiet intermedji tal-proċess ta’ tkabbir, meta jiġi deċiż li jinfetħu u jingħalqu l-ġabriet u l-kapitoli individwali ta’ negozjar; jiddispjaċih li l-użu eċċessiv tal-unanimità fil-fażijiet intermedji fil-proċess ta’ tkabbir kemm-il darba naqqas ir-ritmu tat-tkabbir tal-UE u qiegħed jimmina l-appoġġ popolari għall-integrazzjoni fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Iqis li rieżami tal-politiki settorjali tal-UE huwa neċessarju biex jiġi vvalutat il-mod kif jintlaqgħu l-Istati Membri l-ġodda u jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti ta’ Unjoni akbar; jilqa’ r-rieżamijiet li jmiss tal-politiki ta’ qabel it-tkabbir bħala pass essenzjali fit-tħejjija tal-Unjoni għall-membri l-ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jenfasizza li l-proċess ta’ tkabbir joffri potenzjal notevoli ta’ konverġenza f’diversi oqsma kruċjali, bħall-ekonomija, il-ħarsien tal-ambjent u s-sigurtà, kif urew iċ-ċikli preċedenti tat-tkabbir; jilqa’ l-effetti bikrin tal-konverġenza attivati minn prospettiva Ewropea; jissottolinja li l-politika ta’ koeżjoni u l-politika agrikola komuni jiżvolġu rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-konverġenza bejn l-Istati Membri tal-UE u għandhom jiġu ssalvagwardjati għal Unjoni akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza ta’ applikazzjoni wiesgħa tal-integrazzjoni gradwali, b’mod meritokratiku u reversibbli, fil-politiki komuni tal-UE, bħas-suq uniku, inkluż is-suq uniku diġitali, għall-pajjiżi kandidati li jagħmlu progress sostanzjali fir-riformi relatati mal-UE, filwaqt li tiġi ppreservata bis-sħiħ l-integrità tas-suq intern tal-UE u jinżammu kundizzjonijiet ekwi ta’ kompetizzjoni; jisħaq fuq il-fatt li, minkejja li l-integrazzjoni gradwali tal-pajjiżi kandidati tista’ tgħinhom jimplimentaw l-acquis tal-UE u, b’hekk, tiffaċilitalhom it-tranżizzjoni lejn l-adeżjoni mal-UE, din ma tistax tissostitwixxi l-adeżjoni sħiħa mal-UE; jissottolinja li l-Istati Membri futuri għandhom ikollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri attwali u jopponi bil-qawwa li jinħolqu kategoriji differenti ta’ membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jenfasizza li r-riżultat li l-aktar jagħti sodisfazzjon u li hu l-aktar apprezzat tal-integrazzjoni gradwali huwa l-liberalizzazzjoni tal-viżi; jappoġġja r-regoli l-ġodda li jkunu jippermettu s-sospensjoni tal-liberalizzazzjoni tal-viżi għaċ-ċittadini tal-pajjiżi tat-tkabbir li huma responsabbli mir-rigress demokratiku u minn ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-persekuzzjoni u l-vjolenza fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi, tas-soċjetà ċivili, tal-ħaddiema tal-media u tal-politiċi tal-oppożizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jissottolinja li għandhom ikunu disponibbli opportunitajiet ta’ integrazzjoni gradwali għall-pajjiżi kandidati, bi qbil mal-approċċ meritokratiku u fuq il-kundizzjonalità; jenfasizza li huwa essenzjali li tiġi żgurata r-reversibbiltà tal-integrazzjoni gradwali fil-każijiet li fihom pajjiż kandidat jagħmel passi lura fir-rispett tal-impenji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Itenni li l-proċess ta’ tkabbir għandu jiġi sostnut bl-involviment tal-pajjiżi kandidati fil-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-UE, anki permezz tal-istatus ta’ osservaturi u fl-organi u fl-istituzzjonijiet rilevanti, inklużi l-Parlament u l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li titrawwem sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika fis-soċjetajiet Ewropej dwar it-tkabbir tal-UE u dwar ir-rwol li se jkollu biex l-integrazzjoni Ewropea tibqa’ valida fil-futur; jenfasizza l-fatt li s-suċċess tal-proċess ta’ tkabbir se jiddependi b’mod sinifikanti minn strateġija ta’ komunikazzjoni ċara u trasparenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Appoġġ lill-pajjiżi tat-tkabbir fil-perkors tagħhom lejn l-adeżjoni mal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jenfasizza li, barra milli jiġu ffissati l-objettivi ta’ riforma, pjanijiet direzzjonali u kalendarji intermedji individwali għal kull pajjiż tat-tkabbir, l-UE għandha żżid it-trasparenza tal-proċess u tistabbilixxi kalendarji ċari u prevedibbli għall-adeżjoni tal-pajjiżi kandidati l-aktar avvanzati fil-perkors tagħhom lejn l-adeżjoni, bil-għan li jiġi evitat li jintilfu r-rankatura u l-kredibbiltà; jemmen li t-tkabbir tal-UE għandu jsir malli jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni kollha fil-pajjiżi kandidati kkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq li r-riformi fundamentali li jħallu impatt fuq il-funzjonament u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet la għandhom isiru bl-għaġla u lanqas ma jiġu strumentalizzati politikament, b’mod partikolari fil-pajjiżi kandidati li għadhom arranġamenti kostituzzjonali kumplessi; jissottolinja li proċeduri aċċelerati jew il-pressjonijiet biex jiġu rispettati l-iskadenzi politiċi ma għandhomx isiru askapitu tal-kwalità ġuridika u tal-integrità istituzzjonali tar-riformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Iqis li l-assistenza finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni, inklużi l-faċilitajiet favur il-Balkani tal-Punent, l-Ukrajna u l-Moldova, hija essenzjali biex ikun żgurat li l-pajjiżi tat-tkabbir jirċievu appoġġ finanzjarju strutturat għat-trasformazzjoni istituzzjonali u ekonomika; jisħaq fuq il-fatt li l-assistenza finanzjarja kollha tal-UE trid tirrispetta u żżomm il-kundizzjonalità tal-appoġġ ta’ qabel l-adeżjoni, inkluż f’dak li għandu x’jaqsam mal-istat tad-dritt u mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE u taċ-ċittadini taż-żewġ partijiet; jieħu nota tal-bżonn li jiġu adattati l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tal-IPA biex jiġi aġevolat il-proċess ta’ tħejjija u ta’ tagħlim neċessarju għall-użu tal-fondi strutturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jenfasizza li t-tkabbir għandu bżonn riformi finanzjarji biex jiġu indirizzati, fost oħrajn, l-isfidi tal-politiki agrikoli u ta’ koeżjoni u biex jiġi żgurat li l-baġit tal-UE jkompli jkollu l-kapaċità li jwettaq il-programmi u l-prijoritajiet politiċi eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Josserva li l-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2028-2034 li jmiss tidentifika b’mod ċar lit-tkabbir bħala waħda mill-prijoritajiet strateġiċi tal-UE; jisħaq fuq il-fatt li t-tkabbir huwa pilastru ċentrali tal-istrument Ewropa Globali, li jirrappreżenta 21 % (jew EUR 43,1 biljun) tal-baġit propost tiegħu u jkopri lill-pajjiżi kandidati attwali u potenzjali kollha, kif ukoll is-sħab tal-Viċinat tal-Lvant, u joffri finanzjamenti mmirati għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni, it-tisħiħ istituzzjonali u l-preparamenti interni tal-UE għall-adeżjonijiet futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jitlob finanzjamenti ta’ qabel l-adeżjoni adegwati fl-ambitu tal-QFP il-ġdid, adatti għat-tkabbir mistenni tal-UE matul l-applikazzjoni tiegħu, inkwantu ċerti pajjiżi kandidati x’aktarx isiru membri tal-UE matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-QFP li jmiss; jitlob allokazzjonijiet u assenjazzjonijiet ċari u konsistenti għall-fondi ta’ qabel l-adeżjoni għall-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali fl-ambitu tal-pilastru Ewropa Globali tal-QFP u jisħaq fuq il-fatt li dawn iridu jiġu mħarsa mid-devjazzjoni lejn prioritajiet esterni oħra u għandhom jirriflettu b’mod ċar il-prijoritajiet fl-oqsma fundamentali filwaqt li jtejbu l-viżibbiltà u t-trasparenza tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni; jinsisti fuq il-fatt li l-fondi jridu jsostnu direttament lill-istat tad-dritt, lir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, lill-koeżjoni soċjali u territorjali u lill-emanċipazzjoni tal-atturi lokali tas-soċjetà ċivili u tal-media indipendenti bil-għan li tiġi żgurata t-trasparenza, jiġi evitat l-użu ħażin tal-fondi u tinżamm ir-responsabbiltà pubblika tal-gvernijiet benefiċjarji; jistieden lill-Kummissjoni tapplika b’mod konsistenti kundizzjonalità mmirata abbażi ta’ indikaturi ta’ progress ċari, billi tippremja r-riformi u tissanzjona r-regressjoni jew l-assenza persistenti ta’ progress;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex jinħoloq qafas għal kooperazzjoni effikaċi bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u l-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni; jinkoraġġixxi lill-kandidati u lill-kandidati potenzjali għall-adeżjoni mal-UE jikkonkludu malajr ftehimiet ta’ ħidma bilaterali mal-UPPE biex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni stretta u l-prosekuzzjoni tal-użu ħażin tal-fondi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jissottolinja l-bżonn li jissaħħu u jiġu allinjati aħjar il-finanzjamenti għall-implimentazzjoni tal-miżuri fil-qasam tal-ambjent, tal-klima u tal-benesseri tal-annimali, kif ukoll l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-pajjiżi kandidati; josserva n-natura intersettorjali u l-kost għoli ta’ dawn il-miżuri, u l-fatt li huma kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli, għall-allinjament mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-benesseri tal-annimali u għall-integrazzjoni fis-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu inklużi l-pajjiżi kandidati fil-proġetti attwali u futuri tal-UE fil-qasam tal-konnettività, tat-trasport, tal-infrastrutturi enerġetiċi, tat-tranżizzjoni ekoloġika, tas-sigurtà diġitali, tar-reżiljenza u tal-mobbiltà militari tal-UE, b’tali mod li tissaħħaħ is-sigurtà tal-Ewropa f’kuntest ġeopolitiku diffiċli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza strateġika tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed għas-sigurtà u għall-prosperità tal-kontinent Ewropew kollu kemm hu; jissottolinja l-bżonn li titjieb il-konnettività bejn l-Ukrajna, il-Moldova, ir-Rumanija, il-Bulgarija u t-Turkija fl-infrastrutturi tat-trasport, tal-enerġija u diġitali, bil-għan li tissaħħaħ ir-reżiljenza reġjonali, jiġu ddiversifikati l-ktajjen tal-provvista u ggarantiti rotot kummerċjali alternattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza strateġika tal-proġetti tal-infrastrutturi tat-trasport u tal-enerġija fil-Viċinat tal-Lvant tal-UE u fil-Balkani tal-Punent bil-għan li tissaħħaħ l-awtonomija ġeostrateġika tal-UE, u jitlob li dawn jitlestew malajr u jkunu totalment operattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinsab imħasseb bl-influwenza dejjem tikber taċ-Ċina fil-pajjiżi tat-tkabbir, bid-dipendenzi ekonomiċi u politiċi li jirriżultaw mill-programmi ta’ assistenza finanzjarja u mill-investimenti notevoli taċ-Ċina f’setturi kruċjali bħall-enerġija, it-telekomunikazzjonijiet u l-infrastrutturi u s-settur estrattiv u tal-materja prima, kif ukoll bil-konsegwenzi fit-tul għar-reżiljenza demokratika, għas-sigurtà ekonomika u għall-interessi Ewropej; jitlob impenn aktar qawwi u aktar viżibbli tal-UE, anki permezz ta’ alternattivi ta’ investiment kredibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jilqa’ r-riżultati tanġibbli li nkisbu għaċ-ċittadini billi traħħsu t-tariffi tar-roaming bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef l-isforzi biex testendi tali ftehimiet tar-roaming għall-pajjiż kollha tat-tkabbir bil-għan li jinkisbu mill-aktar fis possibbli roaming b’tariffa nazzjonali (Roam Like At Home) u żona unika ta’ pagamenti bl-euro (SEPA) għall-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jitlob li tingħata attenzjoni akbar lill-investimenti fil-kapital uman biex jitrawmu l-kompetittività u l-innovazzjoni fil-pajjiżi kandidati u jinstabu soluzzjonijiet tanġibbli għall-qgħad fost iż-żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jerġa’ jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jsaħħu l-isforzi ta’ komunikazzjoni proattiva u strateġika dwar il-vantaġġi tanġibbli tal-adeżjoni mal-UE fil-pajjiżi tat-tkabbir u fi ħdan l-Istati Membri, billi jiżviluppaw strateġiji ta’ komunikazzjoni mfassla apposta, ibbażati fuq il-fatti u orjentati lejn ir-riżultati li jirfdu l-objettivi tal-UE u jinkludu lill-media u lis-soċjetà ċivili lokali, pjuttost milli joqogħdu fuq kampanji ta’ komunikazzjoni ġeneriċi; jenfasizza, f’dan il-kuntest, ir-rwol kruċjali taż-żgħażagħ, peress li l-movimenti taż-żgħażagħ kemm-il darba wrew li kienu essenzjali biex jikkontribwixxu għall-attiviżmu prodemokratiku fil-pajjiżi kandidati; jerġa’ jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tiżgura li l-appoġġ u l-investimenti tal-UE fil-pajjiżi kandidati jkunu totalment viżibbli u magħrufa mill-pubbliku, anki meta dawn jgħaddu minn organizzazzjonijiet internazzjonali, b’senjaletika ċara u bil-bandiera tal-UE; jenfasizza l-fatt li, minkejja li l-Istati Uniti ma baqgħux jappoġġjaw lill-media indipendenti u lill-atturi tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi kandidati, l-UE għandha interess qawwi li ssaħħaħ malajr tali appoġġ; jenfasizza li l-appoġġ taċ-ċittadini se jkun deċiżiv fil-proċessi ta’ ratifika u li l-komunikazzjoni trid għaldaqstant tkun indirizzata kemm lir-raġuni kif ukoll lis-sentiment; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jippromwovu dibattiti pubbliċi inklużivi dwar it-tkabbir, billi jinvolvu lill-pubbliku ġenerali f’dibattitu sinifikattiv u jħallu l-parteċipazzjoni effettiva tiegħu fil-proċess; jissottolinja l-importanza ta’ involviment akbar taċ-ċittadini fil-proċess ta’ tkabbir kemm fl-Istati Membri tal-UE kif ukoll fil-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-awtoritajiet u tal-mexxejja politiċi fil-pajjiżi tat-tkabbir biex tinbena l-kooperazzjoni interpartitika favur ir-riformi tal-adeżjoni mal-UE, jinżamm il-kunsens fil-faxex kollha tas-soċjetà għall-adeżjoni mal-UE u jiġu kkomunikati l-benefiċċji tal-adeżjoni mal-UE liċ-ċittadini b’mod effiċjenti u kostanti; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni ta’ dibattitu pubbliku dwar l-integrazzjoni fl-UE li jkun ibbażat fuq il-fatti, fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u fl-aġevolazzjoni ta’ dibattitu pubbliku infurmat; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu sistematikament lill-atturi tas-soċjetà ċivili fl-isforzi ta’ komunikazzjoni strateġika relatati mat-tkabbir u mar-riformi appoġġjati mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, anki fl-ogħla livell, tuża lingwaġġ aktar ċar u dirett fil-komunikazzjoni pubblika tagħha, anki dwar in-nuqqasijiet, l-assenza ta’ progress u r-rigress, b’mod partikolari fir-rigward tal-istat tad-dritt, bil-għan li tiġi sostnuta l-kundizzjonalità, jiġu difiżi l-valuri tal-UE u tinżamm il-fiduċja tal-atturi Ewropeisti u prodemokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom b’mod sħiħ biex isaħħu l-proċessi ta’ riforma fil-pajjiżi kandidati, b’mod partikolari billi jqawwu l-kapaċitajiet amministrattivi tagħhom permezz ta’ programmi mmirati għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet; jitlob li titqawwa l-kooperazzjoni akkademika u edukattiva bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tat-tkabbir billi jiġu inkoraġġiti korsijiet ta’ taħriġ iċċentrati fuq il-valuri Ewropej u l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, l-amministrazzjoni pubblika u l-qerda tal-korruzzjoni, u billi jinħoloq post għat-taħriġ konġunt tal-uffiċjali pubbliċi tal-pajjiżi tat-tkabbir, inklużi l-uffiċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; jenfasizza s-suċċess tal-proġetti ta’ ġemellaġġ fit-trasferiment tal-għarfien espert settorjali u jisħaq fuq il-bżonn li din l-esperjenza pożittiva tkompli tiġi żviluppata, mhux l-anqas biex jissaħħaħ is-sens ta’ sjieda tal-proċess ta’ tkabbir fi ħdan l-Istati Membri; jisħaq li l-programmi li jsaħħu l-kapaċitajiet għandhom jagħtu wkoll prijorità lit-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili u lis-salvagwardja tal-ispazju li joperaw fih; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja programmi li jirresponsabbilizzaw lill-komunitajiet lokali, lill-voluntiera u lill-inizjattivi ċiviċi li jippromwovu l-kultura demokratika, il-valuri Ewropej u l-koeżjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jissottolinja r-rwol tad-diplomazija parlamentari, tar-responsabbiltà u tal-programmi għas-sostenn tad-demokrazija tal-UE biex iżommu għaddejja r-rankatura tar-riformi; itenni d-disponibbiltà tiegħu li jissaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni regolari u trasparenti mal-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, abbażi tal-esperjenzi pożittivi preċedenti u tal-formati ta’ suċċess, u billi jsir użu sħiħ tal-istrumenti u tal-inizjattivi eżistenti tal-Parlament fil-qasam tas-sostenn għad-demokrazija u permezz tal-promozzjoni ta’ aktar superviżjoni parlamentari tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE u tar-riformi relatati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jissottolinja l-bżonn li r-riformi elettorali jiżguraw elezzjonijiet liberi, ġusti u demokratiċi skont l-istandards internazzjonali; jenfasizza li l-parametri ta’ riferiment f’dawk li huma pluraliżmu, integrità tal-partiti, trasparenza fil-finanzjament tal-partiti u tal-media u indipendenza tal-ġudikatura u tal-media huma kundizzjonijiet preliminari għall-appoġġ finanzjarju u għall-progress; jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri jużaw strumenti parteċipattivi li jinvolvu liċ-ċittadini, lill-parlamenti, lis-soċjetà ċivili u liż-żgħażagħ biex jaqsmu bejniethom l-opinjonijiet, jifhmu aktar lil xulxin u jitnissel fihom sens ta’ sjieda qabel ma sseħħ l-adeżjoni formali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinsab imħasseb bil-kampanji ta’ diżinformazzjoni malizzjużi u fuq skala kbira li r-Russja u atturi oħra ilhom bosta snin iwettqu b’mod kostanti, li l-intensità tagħhom żdiedet minn mindu bdiet il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; josserva li l-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali u l-viċinat tal-UE kienu punt fokali ċar tal-operazzjonijiet FIMI min-naħa tar-Russja, li fost l-objettivi tagħhom hemm dak li jiskreditaw lill-UE u jbaxxu l-valur perċepit tal-integrazzjoni fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jinkoraġġixxi djalogu dwar l-UE aktar intensiv mas-soċjetà ċivili u appoġġ akbar favur il-media investigattiva indipendenti, l-organi ta’ verifika tal-fatti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li qed jaħdmu fuq il-litteriżmu medjatiku biex jiġu miġġielda b’mod effikaċi l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-indħil minn barranin (FIMI); jenfasizza l-bżonn ta’ appoġġ kontinwu lill-pajjiżi kollha tat-tkabbir, u kooperazzjoni stretta magħhom, li jħabbtu wiċċhom ma’ ndħil qawwi minn barra fil-proċess ta’ konverġenza tagħhom mal-UE u fil-proċessi elettorali tagħhom; jitlob li jiġi applikat dak li tgħallimna mill-Missjoni ta’ Sħubija tal-UE fil-Moldova; jisħaq fuq l-importanza li tiġi vvalutata u titjieb l-effikaċja tal-istrumenti tal-UE maħsuba biex jgħinu lill-pajjiżi kandidati jiġġieldu kontra l-FIMI; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tespandi t-tarka Ewropea għad-demokrazija proposta għall-pajjiżi tat-tkabbir, biex b’hekk issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jirrispondu għat-theddid bħall-FIMI u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE japprofondixxu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi vulnerabbli tat-tkabbir fil-qasam tar-reżiljenza tal-informazzjoni, taċ-ċibersigurtà u tat-theddid ibridu; jistieden lis-SEAE u lid-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi terzi jsaħħu aktar il-kapaċitajiet rispettivi tagħhom biex jiġġieldu u jikkuntrastaw id-diżinformazzjoni u l-propaganda kontra l-PESK tal-UE, anki billi jinvestu f’kampanji ta’ komunikazzjoni biex tiġi miġġielda l-influwenza mill-barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Josserva bi tħassib li r-Russja ppreżentat lilha nnifisha dejjem aktar bħala d-difensur globali tal-“valuri tradizzjonali” billi strumentalizzat lill-Knisja Ortodossa Russa bħala mezz biex ixxerred id-diżinformazzjoni u tipprojetta s-soft power, b’mod partikolari fil-pajjiżi ta’ dik li kienet l-Unjoni Sovjetika; jissottolinja li tali prattiki huma maħsuba biex jimminaw id-demokrazija, il-koeżjoni soċjali u l-orjentamenti Ewropeisti; jitlob li l-PESK u l-politika tat-tkabbir jinkludu miżuri speċifiċi biex jikkuntrastaw tali influwenza, fosthom id-diplomazija reliġjuża, il-komunikazzjoni strateġika u l-appoġġ lill-komunitajiet reliġjużi vittmi tal-oppressjoni Sovjetika;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tat-tkabbir.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>