<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0078</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni rigward kooperazzjoni msaħħa UE-Kanada fil-kuntest ġeopolitiku attwali, inkluż it-theddid għall-istabbiltà ekonomika u s-sovranità tal-Kanada</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0035/2026 - Rapporteur: Tobias Cremer)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RECOM><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2026 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar kooperazzjoni msaħħa UE-Kanada fid-dawl tal-kuntest ġeopolitiku attwali, inkluż it-theddid għall-istabbiltà ekonomika u s-sovranità tal-Kanada (2025/2168(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kanada, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 329, 3.12.2016, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2016/2118/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, iffirmat fit-30 ta’ Ottubru 2016 u applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ April 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 11, 14.1.2017, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/37/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li daħal fis-seħħ b’mod proviżorju fil-21 ta’ Settembru 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika UE-Kanada dwar il-Materja Prima, varata fil-21 ta’ Ġunju 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Sħubija Diġitali UE-Kanada u l-Alleanza Ekoloġika UE-Kanada, li ġew varati fit-23 ta’ Novembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea u tal-Kanada intitolata “Enduring Partnership, Ambitious Agenda” (Sħubija dejjiema, aġenda ambizzjuża), adottata fis-Summit UE-Kanada li sar Brussell fit-23 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada, iffirmata fis-Summit UE-Kanada li sar fit-23 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit tan-NATO ta’ The Hague tal-25 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Alleanza għall-Produzzjoni ta’ Minerali Kritiċi tal-G7, immexxija mill-Kanada, imħabbra fis-17 ta’ Ġunju 2025 u varata fil-31 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-12 ta’ Novembru 2025 wara r-raba’ laqgħa tal-kumitat ministerjali konġunt Kanada-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, adottata fit-13 ta’ Settembru 2007,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montréal fl-ambitu tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2025 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar l-istrateġija diplomatika tal-UE u l-kooperazzjoni ġeopolitika fl-Artiku,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0035/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, f’kuntest ġeopolitiku kkaratterizzat minn rivalità dejjem akbar tal-potenzi l-kbar, volatilità politika, ktajjen tal-provvista globali frammentati, protezzjoniżmu li qed jiżdied, l-istrumentalizzazzjoni tal-kummerċ, vulnerabbiltajiet fis-sigurtà ekonomika u tibdil fil-klima li qed iseħħ b’ritmu dejjem aktar mgħaġġel, l-UE jeħtiġilha tapprofondixxi l-kooperazzjoni ma’ sħab tal-istess fehma bħall-Kanada; billi l-UE u l-Kanada għandhom interess komuni u akbar biex japprofondixxu l-kooperazzjoni tagħhom, isaħħu r-rabtiet ekonomiċi tagħhom u jiddefendu l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, u jikkondividu pożizzjonijiet komuni prattikament dwar ir-reġjuni kollha tad-dinja; billi l-UE baqgħet kostantement alleat affidabbli u leali tal-Kanada;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-UE u l-Kanada huma sħab strateġiċi magħqudin fil-konvinzjoni tagħhom li d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-kooperazzjoni multilaterali, b’mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà u tal-kummerċ, huma ta’ benefiċċju għas-soċjetà Kanadiża u għal dik Ewropea u għall-komunità internazzjonali u għalhekk għandhom jiġu difiżi minn alleanzi globali ta’ sħab tal-istess fehma;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi s-sħubija UE-Kanada saret ċentrali biex jiġu difiżi u sostnuti l-multilateraliżmu u d-demokrazija fid-dinja kollha, fi żminijiet meta dawn il-prinċipji u dawn ir-riżultati, li ilhom żmien twil, jinsabu taħt theddida kostanti u dejjem akbar; billi l-Kanada u l-Istati Membri kollha tal-UE huma partijiet tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi teżisti kooperazzjoni li ilha ħafna bejn l-UE u l-Kanada fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), kif ukoll impenn biex jikkollaboraw ħalli jistabbilixxu u jsaħħu s-sistema kummerċjali internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, li l-eżistenza tagħha bħalissa tinsab mhedda, jimmodernizzaw id-WTO u jagħtu ħajja ġdida lis-sistema ta’ soluzzjoni ta’ tilwim tiegħu, anki permezz tal-arranġament proviżorju ta’ arbitraġġ tal-appell bejn bosta partijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi kooperazzjoni effikaċi bejn l-UE u l-Kanada, ibbażata fuq tmexxija u responsabbiltà konġunti, hija essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, pereżempju l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-gwerra ibrida tar-Russja kontra s-soċjetajiet demokratiċi, il-kompetizzjoni ġeopolitika fl-Artiku, l-azzjonijiet dejjem aktar assertivi taċ-Ċina u l-koerċizzjoni ekonomika tagħha barra mill-oqfsa stabbiliti fuq livell internazzjonali, il-volatilità dejjem akbar tal-politika barranija tal-Istati Uniti, it-tibdil fil-klima u s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada fl-oqfsa eżistenti hija essenzjali biex tiġi ppreservata u msaħħa l-prosperità għaż-żewġ partijiet; billi fost l-eżempji ta’ din il-kooperazzjoni essenzjali hemm il-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika, kif ukoll l-ambizzjonijiet komuni biex jiġu indirizzati l-isfidi bħat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, l-intelliġenza artifiċjali (IA) u t-teknoloġiji emerġenti l-oħra, is-sigurtà, inklużi l-kooperazzjoni militari, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, kif ukoll l-infrastrutturi, l-enerġija, is-saħħa u s-sigurtà tal-ikel;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, fl-1 ta’ Diċembru 2025, il-Kanada u l-UE kkonkludew b’suċċess in-negozjati dwar qbil biex il-Kanada tipparteċipa fil-programm Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE), u b’hekk jibnu fuq is-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża ta’ bejniethom, iffirmata fis-Summit UE-Kanada f’Ġunju 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-impatt tas-CETA huwa valutat pożittivament, inkwantu l-Ftehim iżid b’mod sinifikanti l-kummerċ ta’ oġġetti u servizzi bejn l-UE u l-Kanada b’madwar 63 % u b’EUR 75,6 biljun, jabolixxi 99 % tal-linji tariffarji u għandu effett dirett pożittiv fuq l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) kemm fl-UE kif ukoll fil-Kanada, b’numru dejjem akbar ta’ SMEs involuti fil-kummerċ bilaterali; billi l-biża’ inizjali ta’ invażjoni fis-suq Ewropew tal-laħam taċ-ċanga Kanadiż ma seħħx u madwar 2 % biss tal-kwota annwali għal-laħam taċ-ċanga stabbilita fil-qafas tas-CETA ntużat fl-2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, fl-infurzar tas-CETA, għad hemm sfidi f’ċerti setturi bħall-kooperazzjoni regolatorja, il-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli u l-aċċess trasparenti għad-data kompluta dwar l-akkwist<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ u s-Sigurtà Ekonomika et al., “Study in support of an ex-post evaluation of the Comprehensive Economic and Trade Agreement (CETA) between the EU and its Member States and Canada – Final report – Annexes” (Studju li jsostni evalwazzjoni <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Kanada – Rapport finali – Annessi), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2025, https://data.europa.eu/doi/10.2781/9705637.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-kapitoli dwar il-kummerċ, anki dak elettroniku, u l-iżvilupp sostenibbli u d-dispożizzjoni tas-CETA dwar il-protezzjoni tal-investituri huma obsoleti u ma jirriflettux il-politika attwali tal-Kummissjoni; billi l-Gvern tal-Kanada ressaq proposti biex isaħħaħ l-eżegwibbiltà tad-dispożizzjonijiet tas-CETA fil-qasam tal-kummerċ u tal-iżvilupp sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi s-CETA jipprovdi qafas għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki fi professjonijiet regolati pereżempju fl-arkitettura, fil-kontabbiltà u fl-inġinerija;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-popli indiġeni fil-Kanada għandhom għarfien tradizzjonali insostitwibbli, huma l-kustodji tal-ekosistemi u diġà ntlaqtu b’mod sproporzjonat mit-tibdil fil-klima, mill-emarġinazzjoni soċjoekonomika u mid-degradazzjoni ambjentali; billi kemm il-Kanada kif ukoll l-UE approvaw id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, inkluż impenn li jikkonsultaw lill-popli indiġeni u jikkooperaw magħhom <STRING ITALIC="on">bona fide</STRING> biex jiksbu l-kunsens liberu, minn qabel u infurmat qabel ma japprovaw kwalunkwe proġett li jolqot lil arthom, lit-territorji tagħhom jew lir-riżorsi tagħhom,
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Kanada, permezz tal-impenn tagħha biex tagħti appoġġ fit-tul lill-Ukrajna u r-rwol qawwi ta’ tmexxija tagħha matul il-Presidenza tagħha tal-G7, uriet li hija sieħba strateġika tal-UE u alleata affidabbli fin-NATO;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-potenzjal tal-istrumenti eżistenti ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada jrid jiġi sfruttat bis-sħiħ u s-sħubija UE-Kanada trid tissaħħaħ bil-qawwa biex, flimkien, l-UE u l-Kanada jkunu jistgħu jopponu b’mod sod il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, ir-reviżjoniżmu tal-atturi ġeopolitiċi, il-kampanji tal-gwerra ibrida li qed jiħraxu kontra s-soċjetajiet demokratiċi, it-tibdil fil-klima u l-isfidi għall-ordni kummerċjali globali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jirrakkomanda lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà:</INT.LI>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sħubija UE-Kanada: qafas istituzzjonali</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>jaħtfu dan il-mument ta’ sfrattu fl-ordni internazzjonali u ta’ sfidi komuni bħala opportunità biex jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tas-Sħubija Strateġika UE-Kanada u jieħdu r-relazzjoni f’livell ġdid biex isegwu interessi u valuri komuni f’kuntest globali li qed jinbidel malajr;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>jimmassimizzaw l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw malajr il-konklużjonijiet tas-Summit UE-Kanada tat-23 ta’ Ġunju 2025, billi jieħdu miżuri konkreti biex jinkiseb progress tanġibbli fl-oqsma indikati fid-dikjarazzjoni konġunta u fis-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża, anki abbażi tal-parteċipazzjoni tal-Kanada, bħala l-uniku pajjiż mhux Ewropew, fil-programm SAFE, bil-għan li tiġi stabbilita kooperazzjoni kemm jista’ jkun stretta fil-qasam tad-difiża f’dinja kkaratterizzata minn rivalità dejjem akbar tal-potenzi l-kbar;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>jintensifikaw id-djalogi fuq bosta livelli, inklużi summits u inizjattivi konġunti bħall-missjonijiet kummerċjali u ta’ investiment, kif ukoll il-formati ta’ kooperazzjoni fit-tul fil-livell operattiv, billi jiġu assenjati uffiċjali ta’ proġett iddedikati għal diversi flussi tax-xogħol, bil-għan li tiġi approfondita l-kooperazzjoni u jinstabu perkorsi lejn impenn strateġiku bejn il-Kanada u l-UE ħalli jiġu indirizzati b’mod konġunt l-isfidi globali, pereżempju l-IA, l-enerġija, it-tibdil fil-klima u ċ-ċibersigurtà, speċjalment f’mument meta l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli jinsab dejjem aktar taħt pressjoni; jiżguraw li dawn id-djalogi jinvolvu lis-soċjetà ċivili u lill-partijiet ikkonċernati esperti meta jkun xieraq;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>jappoġġjaw rwol aktar b’saħħtu għad-djalogu parlamentari fis-sħubija strateġika u jiżguraw skambji parlamentari bilaterali regolari u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet fundamentali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>josservaw li l-Kanada tgawdi mill-istatus ta’ osservatur fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa; jitolbu li l-kooperazzjoni fil-livell parlamentari tiżdied u li l-Kunsill tal-Ewropa jistieden regolarment lill-Kanada għal-laqgħat interparlamentari bħala osservatur;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni fil-politika estera u ta’ sigurtà</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>iżidu l-kooperazzjoni mal-Kanada biex jirrispondu għat-theddid għas-sigurtà tas-soċjetajiet tagħna, pereżempju l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-attakki ibridi, it-terroriżmu u l-indħil fis-soċjetajiet demokratiċi taż-żewġ naħat tal-Atlantiku, l-assertività taċ-Ċina u l-koerċizzjoni ekonomika tagħha, l-irtirar tal-Istati Uniti mill-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, l-IA, iċ-ċibersigurtà u s-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, li lkoll kemm huma jheddu l-koeżjoni soċjali tas-soċjetajiet tagħna;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>jisħqu fuq il-bżonn ta’ sforzi konġunti u impenn reċiproku għall-promozzjoni tal-paċi, tas-sigurtà, tal-istabbiltà u tar-reżiljenza permezz ta’ approċċ olistiku għad-difiża f’reġjuni oħra ta’ interess komuni, inkluż fil-viċinat immedjat tal-UE, b’mod partikolari l-pajjiżi kandidati u l-Kawkasu tan-Nofsinhar;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(h)</SYMBOL>jistabbilixxu pjan direzzjonali biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha tal-impenji meħuda fl-ambitu tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża, li joffri qafas politiku koerenti u komprensiv għad-djalogu u għall-kooperazzjoni f’firxa wiesgħa ta’ oqsma relatati mal-paċi, mas-sigurtà u mad-difiża, inklużi ċerti inizjattivi speċifiċi rigward is-sigurtà u d-difiża li jikkomplementaw il-kooperazzjoni tal-partijiet fi ħdan in-NATO, pereżempju l-programm SAFE u l-Pjan ReArm Europe/Prontezza 2030;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>jintegraw lill-Kanada, kemm jista’ jkun, fil-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża tal-UE bil-għan li jiżdiedu l-komplementarjetà u l-effikaċja f’termini ta’ kostijiet għaż-żewġ partijiet, anki billi jiġu integrati l-ktajjen tal-provvista militari u industrijali u jiġu armonizzati l-istrateġiji u r-riċerka fil-qasam tad-difiża f’setturi bħall-bini ta’ bastimenti li jkissru s-silġ u t-tħaddim tal-portijiet; iħeġġu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada dwar ir-regolamentazzjoni tal-implimentazzjoni tal-5G biex jiġu rispettati standards ta’ sigurtà rigorużi; jinkoraġġixxu lill-Istati Membri jippermettu lill-impriżi Kanadiżi jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku tagħhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(j)</SYMBOL>jirrikonoxxu l-impenn kostanti u l-kontributi militari tal-Kanada għas-sigurtà Ewropea, b’mod partikolari r-rwol ta’ tmexxija tagħha fl-operazzjoni “Reassurance” tan-NATO fil-Latvja, l-adeżjoni fil-koalizzjoni globali kontra Da’esh, fl-inizjattivi ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet tan-NATO fil-Lvant Nofsani u fil-koalizzjoni tad-droni, u jinkoraġġixxu aktar kooperazzjoni f’setturi kruċjali biex tiżdied il-produzzjoni relatati mad-droni f’sinerġija mal-inizjattivi industrijali u teknoloġiċi tal-UE; jitolbu li jinħolqu ċentri ta’ taħriġ komuni Ewropej dwar il-kapaċitajiet relatati mad-droni u mas-sistemi kontra d-droni f’kooperazzjoni mal-Kanada; jipproponu ftehim bilaterali mal-Kanada għall-koproduzzjoni sigura u għat-trasferiment teknoloġiku ta’ kapaċitajiet għad-difiża kontra sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord (C-UAS) permezz tal-iżvilupp u tal-finanzjament konġunti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(k)</SYMBOL>jibnu fuq il-kontribut prezzjuż tal-Kanada kemm għall-proġetti ta’ mobbiltà militari kif ukoll għall-proġetti NetLogHubs fil-qafas tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) tal-UE u fuq il-kontributi li ilha tagħti l-Kanada lill-missjonijiet ċivili u militari tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK); jinkoraġġixxu li tkompli l-kooperazzjoni u titwessa’ l-parteċipazzjoni tal-Kanada fi proġetti addizzjonali tal-PESCO u f’inizjattivi ta’ difiża tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(l)</SYMBOL>jirrieżaminaw u jżidu l-kooperazzjoni mal-Kanada biex jiġi miġġieled it-thedded ta’ gwerra ċibernetika u ta’ gwerra ibrida u jiġu kkuntrastati, anki fil-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-UE, attivitajiet destabbilizzanti bħad-diżinformazzjoni mxerrda minn Stati ostili jew l-indħil elettorali li jheddu b’mod sinifikanti l-koeżjoni soċjali fis-soċjetajiet tagħna;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(m)</SYMBOL>ikomplu jippromwovu l-koordinament u l-kooperazzjoni f’setturi kruċjali bħall-ġestjoni tal-kriżijiet, iż-żamma tal-paċi, il-mobbiltà militari, iċ-ċibersigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, is-sigurtà spazjali, is-sigurtà enerġetika, l-IA u t-teknoloġiji emerġenti, inkluż il-computing kwantistiku, bil-għan li jiġu żviluppati b’mod konġunt kapaċitajiet kruċjali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(n)</SYMBOL>ikomplu jibnu fuq l-appoġġ sod tal-UE u tal-Kanada għas-sovranità, għall-indipendenza u għall-integrità territorjali tal-Ukrajna, kif ukoll fuq il-kooperazzjoni tagħhom u l-impenn kondiviż tagħhom, b’mod partikolari fil-qafas tal-G7 u tal-Koalizzjoni tal-Partijiet Disposti, biex ifornu assistenza politika, militari, finanzjarja u umanitarja fit-tul, fost affarijiet oħra, billi jaħdmu b’mod konġunt biex joħolqu alleanza internazzjonali b’saħħitha favur l-użu tal-assi sovrani Russi mblukkati fir-rispett tad-dritt internazzjonali permezz ta’ self marbut mar-reparazzjonijiet, kif ukoll billi jikkollaboraw fil-Pjattaforma tad-Donaturi għall-Ukrajna u fl-istabbiliment ta’ garanziji ta’ sigurtà ta’ wara l-gwerra għall-Ukrajna;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(o)</SYMBOL>jikkoordinaw mal-Kanada u ma’ sħab oħrajn is-sanzjonijiet u jkomplu l-iżolament diplomatiku tar-Russja, kif ukoll jeżaminaw b’mod konġunt modi oħra kif jeżerċitaw pressjoni fuq din tal-aħħar;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(p)</SYMBOL>jikkollaboraw mal-Kanada biex jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont għad-delitti tal-gwerra u għal delitti gravi oħra kommessi b’rabta mal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, anki billi jingħata appoġġ għat-twaqqif ta’ Tribunal Speċjali għad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(q)</SYMBOL>ikomplu jibnu fuq l-appoġġ koordinat tal-UE u tal-Kanada għas-sovranità, għall-integrità territorjali u għar-reżiljenza tar-Repubblika tal-Moldova quddiem l-attivitajiet ibridi mmirati tal-Federazzjoni Russa u r-riperkussjonijiet tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(r)</SYMBOL>jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet tal-Kanada jkomplu u jqawwu l-parteċipazzjoni tal-pajjiż, maġenb l-UE, fl-inizjattivi umanitarji u favur id-demokrazija, b’mod partikolari fil-każ tal-Belarussja, anki permezz ta’ appoġġ akbar għall-istrumenti li jippermettu assistenza mmirata, flessibbli u effikaċi fid-dinja kollha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(s)</SYMBOL>jikkollaboraw mal-Kanada biex jitrawmu b’mod konġunt ir-relazzjonijiet komuni tagħna mal-Istati Uniti, li huma fundamentali għas-sigurtà u għall-ekonomija kemm tal-Kanada kif ukoll tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(t)</SYMBOL>isaħħu l-koordinament bejn l-UE u l-Kanada biex jindirizzaw l-isfidi multidimensjonali maħluqa mit-tkabbir u mill-assertività taċ-Ċina, anki fil-Balkani tal-Punent;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(u)</SYMBOL>jikkollaboraw aktar mill-qrib mal-Kanada biex isostnu l-istabbiltà fir-reġjun Indo-Paċifiku, abbażi tal-preżenza tal-Kanada, li ilha żmien twil, fir-reġjun u billi jiġu allinjati l-istrateġiji Indo-Paċifiċi rispettivi tagħhom għall-promozzjoni ta’ reġjun Indo-Paċifiku liberu, miftuħ, inklużiv u bbażat fuq ir-regoli, anki bis-saħħa ta’ ħidma konġunta ma’ sħab reġjonali (bħall-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, il-Ġappun u oħrajn) fl-oqsma tas-sigurtà marittima, tal-konnettività u tar-rispett tad-dritt internazzjonali fl-Ibħra taċ-Ċina tal-Lvant u tan-Nofsinhar u fl-Istrett tat-Tajwan;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(v)</SYMBOL>jaħdmu mal-Kanada favur paċi ġusta u dejjiema fil-Lvant Nofsani bi qbil mad-dritt internazzjonali bis-saħħa ta’ soluzzjoni negozjata ta’ żewġ Stati; jintensifikaw il-kooperazzjoni biex jiżguraw li tingħata għajnuna umanitarja liċ-ċivili f’Gaża, u jappoġġjaw l-isforzi diplomatiċi u operattivi kollha mmirati li jsaħħu l-istabbiltà reġjonali komprensiva, filwaqt li jiġi żgurat li Ħamas ma jiżvolġi l-ebda rwol futur f’Gaża; jikkuntrastaw l-Istati malizzjużi, bħall-Iran, li jheddu s-sigurtà u l-paċi fir-reġjun; jgħaqqdu l-isforzi biex isostnu tranżizzjoni politika paċifika u l-protezzjoni tal-komunitajiet kollha fis-Sirja; jaħdmu mal-Kanada biex jagħtu assistenza lill-Ġordan u lil-Libanu, li ntlaqtu bil-kbir mill-istabbiltà fir-reġjun;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(w)</SYMBOL>jistabbilixxu djalogu semestrali fil-qasam tal-politika barranija biex jippermettu kooperazzjoni strateġika dwar il-kwistjonijiet l-aktar prijoritarji;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(x)</SYMBOL>jissottolinjaw l-impenn komuni tal-UE u tal-Kanada li jmexxu ’l quddiem l-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà permezz ta’ kooperazzjoni bilaterali u multilaterali msaħħa; jinkoraġġixxu liż-żewġ naħat jiżviluppaw inizjattivi konġunti konkreti, sforzi ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet u azzjonijiet diplomatiċi mmirati biex jintegraw il-perspettivi tal-ġeneru fil-politiki tal-paċi u s-sigurtà;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(y)</SYMBOL>ikomplu jappoġġjaw lill-Alleanza Ekoloġika UE-Kanada bħala impenn konġunt favur azzjoni ambizzjuża għall-ambjent u għall-klima fix-xena dinjija, inkluż l-appoġġ għall-implimentazzjoni sħiħa tal-għanijiet u tal-objettivi tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montréal u tal-Ftehim ta’ Pariġi;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tisħiħ tal-multilateraliżmu</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(z)</SYMBOL>ikomplu jsaħħu l-kooperazzjoni mal-Kanada biex jiddefendu l-multilateraliżmu bil-għan li jirrispondu b’mod konġunt għar-realtajiet ġeopolitiċi emerġenti u perikolużi li jolqtu l-valuri, l-interessi u s-sigurtà komuni tagħna, kif ukoll il-koeżjoni soċjali tas-soċjetajiet tagħna;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aa)</SYMBOL>isaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada kemm fil-fora multilaterali kif ukoll barra minnhom billi jikkoordinaw il-pożizzjonijiet, jallinjaw l-inizjattivi u jikkollaboraw biex jiddefendu l-valuri komuni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ab)</SYMBOL>jikkollaboraw mill-qrib u b’mod konsistenti biex jissalvagwardjaw ir-rwol u l-funzjonament essenzjali tal-istituzzjonijiet internazzjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti, il-Qorti Kriminali Internazzjonali, id-WTO u n-NATO, kif ukoll tal-fora internazzjonali bħall-G7 u l-G20; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kanada u lill-pajjiżi l-oħra tal-istess fehma jkomplu jaderixxu man-normi tad-WTO fir-relazzjonijiet bilaterali tagħhom ma’ pajjiżi differenti mill-Istati Uniti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ac)</SYMBOL>jikkoordinaw l-isforzi biex iġibu fi tmiemha r-riforma, li ilha mistennija, tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti u d-WTO;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ad)</SYMBOL>jintensifikaw il-kooperazzjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet mutwanti multilaterali, u jqawwu s-sinerġiji bejn is-swieq tal-kapital u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet, anki fir-rigward tal-finanzjament tad-difiża;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-Artiku</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ae)</SYMBOL>jisħqu fuq l-importanza strateġika tar-reġjun Artiku kemm għall-UE kif ukoll għall-Kanada, fid-dawl tar-rilevanza ġeopolitika, ambjentali u ekonomika dejjem akbar tiegħu; jitolbu kooperazzjoni aktar approfondita bejn l-UE u l-Kanada fl-oqsma relatati mal-Artiku, fost oħrajn, l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, il-libertà ta’ navigazzjoni u s-sigurtà marittima, il-kooperazzjoni militari, ir-riċerka xjentifika kif ukoll il-monitoraġġ u ħarsien tal-ambjent;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(af)</SYMBOL>jesprimu tħassib għall-militarizzazzjoni tal-Artiku, inklużi l-espansjoni tal-infrastrutturi militari tar-Russja u l-preżenza strateġika dejjem akbar taċ-Ċina, u jikkollaboraw mal-Kanada u mal-Istati Uniti biex l-Artiku jinżamm reġjun ta’ paċi u stabbiltà bis-saħħa tal-istrumenti tekniċi u ġuridiċi kollha xierqa, b’mod partikolari l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ag)</SYMBOL>isaħħu l-governanza multilaterali tal-Artiku mal-Kanada, inkluża l-kooperazzjoni permezz tal-Kunsill tal-Artiku u tan-NATO, kif ukoll mal-Istati osservaturi, biex jiddefendu d-dritt internazzjonali u jiżguraw il-libertà marittima u l-prevenzjoni tal-kunflitti; jippromwovu inizjattivi mmexxija mill-UE u mill-Kanada favur id-djalogu, ir-risposta għall-kriżijiet u għall-eżerċizzji konġunti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ah)</SYMBOL>jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ qafas ta’ kooperazzjoni apposta bejn l-UE u l-Kanada għall-Artiku bi djalogi strutturali bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Kanada bil-għan li jiġu promossi l-għarfien konġunt tas-sitwazzjoni u l-protezzjoni tal-infrastrutturi, jiġu indirizzati l-sfidi klimatiċi u ambjentali u jitħarsu l-interessi, id-drittijiet u l-patrimonju tal-komunitajiet u tal-popli indiġeni tal-Artiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ai)</SYMBOL>jippromwovu politiki abilitanti li jiżguraw li l-popli indiġeni fl-Artiku jkunu jistgħu jeżerċitaw il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tagħhom rigward il-proġetti li jolqtu lil arthom, lit-territorji tagħhom jew lir-riżorsi tagħhom; jistabbilixxu djalogu strutturat mal-Kanada fil-qasam tal-protezzjoni tal-ekosistemi u tal-bijodiversità, tal-implimentazzjoni tal-istandards ambjentali internazzjonali, tal-infrastrutturi reżiljenti, tas-sigurtà marittima u tal-integrazzjoni tal-għarfien indiġenu fil-proċess deċiżjonali; jinkoraġġixxu kooperazzjoni aktar stretta fil-qasam xjentifiku u f’dak kulturali biex lill-popolazzjonijiet indiġeni tingħata aktar setgħa;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aj)</SYMBOL>isaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada fil-qasam tas-sigurtà Artika, anki billi jagħmlu monitoraġġ konġunt tal-kurituri marittimi strateġiċi, jistabbilixxu sistemi konġunti ta’ twissija bikrija u valutazzjonijiet tat-theddid, jindirizzaw it-theddid ibridu u konvenzjonali, bħall-attakki ċibernetiċi, l-interferenzi fil-GPS u l-operazzjonijiet tal-flotta mistura, u jissalvagwardjaw l-infrastruttura kritika fir-reġjun Artiku, inklużi l-kejbils sottomarini, il-pipelines u s-sistemi ta’ komunikazzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ak)</SYMBOL>jirrakkomandaw li l-Istati Membri jikkunsidraw il-ħolqien ta’ proġetti ġodda fl-ambitu tal-PESCO mal-Kanada, bħal dawk fil-qasam tat-tiftix u s-salvataġġ jew tar-risposta ambjentali, bil-għan li jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-PESK fl-Artiku; jinkoraġġixxu lill-UE u lill-Kanada jagħmlu eżerċizzji ta’ simulazzjoni ċċentrati fuq l-implimentazzjoni fuq skala kbira tal-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili fl-Artiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(al)</SYMBOL>jaġġornaw l-istrateġija tas-sigurtà marittima tal-UE u l-politika spazjali tal-UE biex jindirizzaw b’mod konġunt mas-sħab strateġiċi bħall-Kanada l-opportunitajiet u l-isfidi l-ġodda fir-reġjun Artiku; jivvalutaw, flimkien mal-Kanada, l-espansjoni tal-programmi satellitari eżistenti biex ikopru l-bżonnijiet speċifiċi tar-reġjun Artiku, anki permezz tal-użu mtejjeb ta’ Copernicus għall-monitoraġġ tal-Artiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(am)</SYMBOL>jinkoraġġixxu kooperazzjoni aktar stretta mal-Kanada f’dak li hu żvilupp tal-infrastrutturi bil-fibra ottika biex jinħolqu kurituri diġitali ġodda li jtejbu wkoll il-konnettività għall-komunitajiet Artiċi u jsostnu t-titjib tas-servizzi soċjali u tal-assistenza fil-qasam tas-saħħa, l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni online u l-aċċess għall-ekonomija globali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(an)</SYMBOL>jappoġġjaw l-isforzi intiżi li jsaħħu r-reżiljenza għall-pressjonijiet potenzjali ġejjin mill-attivitajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, dejjem aktar preżenti, u ta’ atturi oħra li ma jagħtux prijorità lill-estrazzjoni minerarja sostenibbli u bbażata fuq ir-regoli; jitolbu li jkun hemm kooperazzjoni aktar approfondita mal-Kanada u jistiednu lit-Task Force East StratCom tissorvelja l-kampanji ta’ influwenza mmirati lejn id-deċiżjonijiet fil-qasam tal-estrazzjoni minerarja fl-Artiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ao)</SYMBOL>japprofondixxu l-kooperazzjoni mal-Kanada fl-indirizzar tal-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-Artiku, fit-tisħiħ tal-istrateġiji ta’ adattament, fl-appoġġ favur l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u fiż-żieda tal-investimenti fir-riċerka, fl-infrastrutturi tat-trasport, enerġetiċi u diġitali, fit-teknoloġiji spazjali, fit-trasport marittimu sostenibbli, fl-estrazzjoni sostenibbli u fl-ipproċessar tal-materja prima, fl-attivitajiet tal-enerġija rinnovabbli u oħrajn b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, fit-turiżmu, u fir-reżiljenza b’mod ġenerali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ap)</SYMBOL>jippromwovu inizjattivi konġunti ta’ riċerka dwar l-Artiku mal-Kanada, billi jiżguraw li l-kollaborazzjoni xjentifika tqis ukoll ir-riskji għas-sigurtà tal-prodotti b’użu doppju; jinkoraġġixxi l-kondiviżjoni tad-data miftuħa, il-monitoraġġ tal-iżviluppi klimatiċi, ambjentali u strateġiċi u l-integrazzjoni tar-riċerka fl-ippjanar tal-politiki u tas-sigurtà;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aq)</SYMBOL>jikkollaboraw b’mod strett mal-Kanada, anki permezz ta’ kanali bħall-Koalizzjoni tal-Partijiet Disposti, biex nibqgħu magħqudin aħna u nħarsu l-awtonomija ta’ Greenland u l-kapaċità ta’ azzjoni tal-poplu ta’ Greenland, fil-kuntest tal-interess ġeopolitiku dejjem akbar fl-Artiku, kif muri mir-retorika ta’ annessjoni tal-amministrazzjoni Trump, u mill-koerċizzjoni ekonomika u militari ta’ Greenland u mill-fatt li ċ-Ċina pproklamat lilha nnifisha “Stat viċin l-Artiku”; jikkollaboraw mal-Kanada biex jiżguraw li fl-implimentazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali u minerarji fl-Artiku jiġi applikati standards ambjentali, soċjali u ta’ governanza għoljin;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ar)</SYMBOL>isaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE, il-Kanada, id-Danimarka u Greenland, abbażi tal-ftehim storiku li ntlaħaq biex isolvi paċifikament it-tilwim dwar il-fruntieri li ilu żmien twil; jilqa’ l-iffirmar tal-Memorandum ta’ Qbil il-ġdid bejn Greenland u t-territorju tan-Nunavut fil-Kanada rigward is-sajd;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummerċ tal-oġġetti u tas-servizzi, kummerċ diġitali, investimenti u sigurtà ekonomika </STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(as)</SYMBOL>jippromwovu l-vantaġġi tas-CETA fi ħdan l-Istati Membri u l-UE, li jinkludu, fost oħrajn, iżjed aċċess għas-suq, semplifikazzjoni tal-kummerċ u tnaqqis tal-ostakli amministrattivi għall-SMEs, b’mod partikolari billi jiżdiedu r-riżorsi allokati għall-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni indirizzati lill-impriżi tal-UE dwar l-opportunitajiet kummerċjali; jibnu fuq ir-riżultati pożittivi tas-CETA biex jaħdmu għall-implimentazzjoni sħiħa tiegħu u jaħtfu l-opportunitajiet kollha biex jissaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment mal-Kanada;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(at)</SYMBOL>ikomplu japprofondixxu l-kooperazzjoni regolatorja b’mod trasparenti u l-allinjament permezz tal-Protokoll tas-CETA dwar l-aċċettazzjoni reċiproka tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità u billi jintensifikaw il-ħidma fi ħdan il-Forum ta’ Kooperazzjoni Regolatorja tas-CETA;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(au)</SYMBOL>jibdew mill-aktar fis negozjati għal ftehim awtonomu ambizzjuż dwar il-kummerċ diġitali li jikkomplementa s-CETA, li ma għandux jimpedixxi l-implimentazzjoni tal-acquis diġitali tal-UE jew inaqqas l-ispazju futur għall-politiki għad-dispożizzjoni ta’ kull parti biex jirregolaw l-isfera diġitali, u li jrid jirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet orizzontali dwar il-flussi transfruntieri ta’ data u l-protezzjoni tad-data personali fil-ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment tal-UE, jiżgura livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumaturi online u regoli prevedibbli għall-operaturi ekonomiċi, kif ukoll iqawwi l-kooperazzjoni bilaterali fl-ekonomija diġitali billi jallinja l-istandards u l-infrastrutturi, isaħħaħ il-kompetittività, jiżgura l-kooperazzjoni fil-qasam taċ-ċibersigurtà, tal-IA u tar-riċerka kwantistika, u joħloq opportunitajiet ġodda fil-kummerċ elettroniku u fis-servizzi diġitali, b’mod partikolari għall-SMEs;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(av)</SYMBOL>jikkollaboraw b’mod strett mal-Kanada biex jiżguraw infurzar aktar rigoruż, kejl aktar ċar tal-impatt u aktar allinjament regolatorju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kapitolu tas-CETA dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, anki billi jiġġieldu kontra x-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal, u jirriflettu dwar il-proposti tal-Gvern Kanadiż maħsuba biex isaħħu l-eżegwibbiltà tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aw)</SYMBOL>jikkollaboraw b’mod strett mal-Kanada biex jiżdied l-aċċess tas-soċjetà ċivili għall-informazzjoni u l-involviment dirett fil-kumitati previsti mis-CETA, kemm qabel kif ukoll wara kull waħda mil-laqgħat tal-kumitati speċjalizzati rilevanti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ax)</SYMBOL>jikkollaboraw b’mod strett mal-Kanada biex jistabbilixxu sistema, fl-ambitu tas-CETA, ta’ ġbir tad-data diżaggregata skont il-ġeneru dwar is-setturi li fihom joperaw l-impriżi li s-sidien tagħhom huma nisa u dwar l-attivitajiet kummerċjali tan-nisa;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ay)</SYMBOL>ikomplu jikkollaboraw mal-Kanada biex jidentifikaw strument xieraq u attivitajiet konġunti konkreti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-popli indiġeni fis-CETA u jiġi żgurat li dawn jibbenefikaw minnu u li jiġu kkonsultati u involuti b’mod sinifikattiv, anki billi jiġi garantit il-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tagħhom fl-implimentazzjoni tas-CETA u tas-sħubija strateġika dwar il-materja prima;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(az)</SYMBOL>jirrikonoxxu li s-CETA kkontribwixxa b’mod sinifikanti għad-diversifikazzjoni u għar-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista tal-UE u tal-Kanada u għaż-żieda fl-importazzjonijiet min-naħa tal-UE ta’ materja prima kritika li toriġina mill-Kanada; jilqgħu l-Alleanza għall-Produzzjoni ta’ Minerali Kritiċi, inizjattiva tal-G7 mmexxija mill-Kanada maħsuba biex tiddiversifika u tiggarantixxi l-produzzjoni u l-provvista globali ta’ minerali kritiċi; jissottolinjaw li s-sħubija strateġika UE-Kanada dwar il-materja prima tippromwovi l-koordinament u l-azzjoni konġunta b’reazzjoni għar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet imposti minn pajjiżi terzi fuq il-minerali kritiċi u fuq riżorsi oħra ta’ importanza strateġika, u jsaħħaħ is-sigurtà tal-katina tal-provvista u r-reżiljenza ekonomika; jiżguraw l-iżvilupp ulterjuri ta’ proġetti konġunti fl-ambitu tas-sħubija strateġika UE-Kanada dwar il-materja prima, anki permezz ta’ kooperazzjoni teknika u xjentifika msaħħa u iżjed investimenti infrastrutturali, u jsaħħu aktar id-djalogu dwar il-politika industrijali mal-Kanada;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ba)</SYMBOL>irawmu l-kooperazzjoni mal-Kanada bħala sieħba fundamentali għas-sigurtà enerġetika u jitolbu li jitwessa’ d-Djalogu ta’ Livell Għoli dwar l-Enerġija bejn l-UE u l-Kanada biex jiġu żviluppati azzjonijiet konġunti rigward l-idroġenu, teknoloġiji sostenibbli oħra b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika tal-enerġija u l-kummerċ sostenibbli fl-enerġija; ikomplu l-kooperazzjoni eżistenti fil-qasam tat-teknoloġiji nukleari, inklużi l-fjuwils u s-servizzi taċ-ċiklu tal-fjuwils, permezz ta’ negozjar ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni nukleari Kanada-Euratom modernizzat u komprensiv;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bb)</SYMBOL>jeżaminaw il-kollaborazzjoni potenzjali bejn l-UE, il-Kanada u entitajiet u reġjuni ġeopolitiċi oħra tal-istess fehma, bħall-Amerka Latina u r-reġjun Indo-Paċifiku, jew fil-qafas tal-Ftehim Komprensiv u Progressiv għas-Sħubija Trans-Paċifika, bil-għan li jiġi promoss il-kummerċ, jonqsu d-dipendenzi strateġiċi, b’mod partikolari miċ-Ċina, tiżdied ir-reżiljenza, jiġu indirizzati l-isfidi kummerċjali globali, anki billi jissaħħaħ is-suq tal-azzar biex tiġi miġġielda l-kapaċità żejda globali, u jitħalla li jsir kummerċ bejn is-sħab ibbażat fuq ir-regoli; jilqgħu, f’dan ir-rigward, it-tnedija tan-negozjati dwar il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika Komprensiv Kanada-Indja, kif ukoll il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Indja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bc)</SYMBOL>iħeġġu lill-għaxar Stati Membri li għadhom ma rratifikawx is-CETA biex jagħmlu dan malajr; itennu l-importanza tal-applikazzjoni sħiħa tas-CETA, bħala sinjal politiku importanti qabel l-10 anniversarju, fl-2027, tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu, speċjalment fil-kuntest ġeopolitiku attwali, u bħala rekwiżit preliminari biex jintlaħaq il-potenzjal ekonomiku sħiħ tal-ftehim; jidħlu fi djalogu bilaterali ma’ dawk l-Istati Membri biex jiġi identifikat dak li jħassibhom;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Żvilupp globali</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bd)</SYMBOL>jiżguraw koordinament mill-qrib mal-Kanada biex jgħinu jimtlew il-lakuni kritiċi, isaħħu l-oqfsa multilaterali ta’ żvilupp, ikunu kontropiż aktar b’saħħtu għar-reġimi awtoritarji u jiġġieldu l-influwenza globali dejjem akbar tagħhom, jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, il-ksib tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll sħubijiet internazzjonali inklużivi, u jżommu l-appoġġ għas-soċjetà ċivili u għar-reżiljenza demokratika, anki fil-viċinat tal-UE u fil-pajjiż kandidati tal-UE, b’mod partikolari;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(be)</SYMBOL>jindirizzaw b’mod konġunt l-isfidi emerġenti li jheddu l-iżvilupp globali, fosthom iż-żarmar tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID) u l-interruzzjoni tal-assistenza tal-Istati Uniti għall-pajjiżi barranin;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Edukazzjoni, riċerka, rabtiet interpersonali</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bf)</SYMBOL>jagħtu malajr segwitu lill-impenn biex japprofondixxu l-kooperazzjoni fl-oqsma bħar-rabtiet interpersonali, il-kultura, iż-żgħażagħ, l-appoġġ għall-politiki inklużivi u l-qafas tas-Sħubija Diġitali UE-Kanada;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bg)</SYMBOL>iżidu r-reżiljenza tas-soċjetà billi jisfruttaw l-assoċjazzjoni tal-Kanada ma’ Orizzont Ewropa, filwaqt li jsaħħu l-kooperazzjoni fl-edukazzjoni, fir-riċerka, fil-kultura u fil-kollaborazzjoni xjentifika fis-setturi strateġiċi, jaġevolaw u jinkoraġġixxu l-mobbiltà trans-Atlantika ta’ studenti, riċerkaturi, investituri u imprendituri żgħażagħ u taż-żgħażagħ b’mod ġenerali għal skopijiet ta’ xogħol, studju u volontarjat, u jeżaminaw ulterjorment l-opportunitajiet ta’ kuntatti interpersonali u ta’ skambji ta’ studju, abbażi tal-Erasmus+ u billi jissensibilizzaw lill-opinjoni pubblika dwar l-istrument ta’ mobbiltà tal-ħaddiema rappreżentat mill-Karta Blu tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bh)</SYMBOL>jikkollaboraw b’mod strett mal-Kanada biex jestendu r-rikonoxximent reċiproku tal-professjonijiet regolati għal setturi oħrajn, bħall-inġinerija u l-kontabbiltà, wara l-adozzjoni ta’ ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali tal-periti fl-ambitu tas-CETA<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni Nru 1/2024 tal-Kumitat Konġunt dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Kwalifiki Professjonali tal-10 ta’ Ottubru 2024 li tistabbilixxi ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali tal-periti (ĠU L, 2024/2873, 14.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2873/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Promozzjoni tar-reżiljenza demokratika u tal-ugwaljanza</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bi)</SYMBOL>jikkooperaw mal-Kanada biex imexxu ’l quddiem ir-reżiljenza demokratika f’livell dinji, u jippromwovu approċċ olistiku għas-sigurtà u jsostnu l-libertà tal-media, l-integrità tas-sistemi elettorali, il-koeżjoni soċjali u s-soċjetà ċivili fid-demokraziji vulnerabbli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bj)</SYMBOL>iqawwu l-kooperazzjoni fil-qasam tar-regolamentazzjoni tal-media soċjali u tal-kumpaniji tat-teknoloġija l-kbar, filwaqt li jsaħħu l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-servizzi diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u dwar is-swieq diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bk)</SYMBOL>jikkollaboraw b’mod strett mal-Kanada biex jiżviluppaw governanza tal-IA responsabbli bi qbil mal-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u d-Drittijiet tal-Bniedem, id-Demokrazija u l-Istat tad-Dritt, li tagħha kemm l-UE kif ukoll il-Kanada huma firmatarji;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bl)</SYMBOL>irawmu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba biex jippromwovu b’mod konġunt l-ugwaljanza u l-inklużjoni tal-gruppi emarġinati fl-UE, fil-Kanada u fil-livell dinji, abbażi ta’ inizjattivi bħall-Unjoni tal-Ugwaljanza tal-UE u l-Istrateġija Kanadiża għall-Ġustizzja Indiġena;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Osservazzjonijiet konklużivi</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bm)</SYMBOL>ikomplu jibnu sħubija tassew strateġika mal-Kanada, abbażi tal-fiduċja, tal-prinċipji u tal-valuri kondiviżi li għandhom għeruqhom fid-dritt internazzjonali u fid-demokrazija;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bn)</SYMBOL>jippromwovu l-involviment f’inizjattivi ta’ kooperazzjoni mhux biss mal-gvern ċentrali tal-Kanada, iżda wkoll mal-awtoritajiet provinċjali u muniċipali tal-pajjiż u mal-organi rilevanti l-oħra;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RECOM></TXTLST></SDOCTA>