<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0079</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-indirizzar tal-ostakli għas-suq uniku għad-difiża</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0017/2026 - Rapporteur: Tobias Cremer)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar l-indirizzar tal-ostakli għas-suq uniku għad-difiża (2025/2143(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Versailles adottata fil-laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern fil-11 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża – Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, approvata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022 u mill-Kunsill Ewropew fil-25 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri Parteċipanti<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1 </STRING>ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2315/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2 </STRING>ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/43/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE3<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3 </STRING>ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/81/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4 </STRING>ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/697/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5 </STRING>ĠU L 185, 24.7.2023, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1525/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/2418 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-istabbiliment ta’ strument għat-tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6 </STRING>ĠU L, 2023/2418, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2418/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2025/2643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2025 li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża (“ir-Regolament EDIP”)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7 </STRING>ĠU L, 2025/2643, 29.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2643/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2025/2653 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2025 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153, (UE) 2024/795 fir-rigward tal-inċentivar ta’ investiment relatat mad-difiża fil-baġit tal-UE biex jiġi implimentat il-Pjan ReArm Europe<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">8 </STRING>ĠU L, 2025/2653, 22.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2653/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 tas-27 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi l-Azzjoni ta’ Sikurezza għall-Ewropa (SAFE) permezz tal-Istrument tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">9 </STRING>ĠU L, 2025/1106, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1106/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċellerazzjoni tal-għoti tal-permessi għal proġetti tal-prontezza tad-difiża (COM(2025)0821), il-proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1907/2006, (KE) Nru 1272/2008, (UE) Nru 528/2012, (UE) 2019/1021 u (UE) 2021/697 fir-rigward tal-prontezza tad-difiża u l-iffaċilitar tal-investimenti fid-difiża u tal-kundizzjonijiet għall-industrija tad-difiża (COM(2025)0822), u l-proposta tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2025 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2009/43/KE u 2009/81/KE, fir-rigward tas-simplifikazzjoni tat-trasferimenti intra-UE ta’ prodotti relatati mad-difiża u s-simplifikazzjoni tal-akkwist fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża (COM(2025)0823), bħala parti mill-pakkett “Omnibus dwar il-prontezza tad-difiża” tas-17 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar id-difiża Ewropea, b’mod partikolari dawk tas-6 ta’ Marzu 2025, tal-20 ta’ Marzu 2025, tas-26 ta’ Ġunju 2025 u tat-23 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE, rigward l-akkwist pubbliku fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà, u tad-Direttiva 2009/43/KE, rigward it-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">10 </STRING>ĠU C 494, 8.12.2021, p. 54.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ April 2025 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">11 </STRING>ĠU C, C/2025/4388, 9.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4388/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-aspetti istituzzjonali tar-Rapport dwar il-futur tal-Kompetittività Ewropea (ir-Rapport ta’ Draghi)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">12 </STRING>Testi adottati, P10_TA(2025)0285.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-5 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Strateġija Ewropea ġdida għall-Industrija tad-Difiża: Il-kisba ta’ tħejjija tal-UE permezz ta’ Industrija Ewropea tad-Difiża reattiva u reżiljenti” (JOIN(2024)0010),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss għall-perijodu 2024-2029, bit-titolu “L-Għażla quddiem l-Ewropa”, ippreżentati fit-18 ta’ Lulju 2025 minn Ursula von der Leyen, li dak iż-żmien kienet kandidata għal President tal-Kummissjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea, ir-rapport ta’ Draghi) u, b’mod partikolari, il-Kapitolu 4 tiegħu dwar kif tiżdied is-sigurtà u jitnaqqsu d-dipendenzi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Sauli Niinistö tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Safer Together – Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness” (Aktar Sikuri Flimkien – It-Tisħiħ tal-Preparatezza u tal-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa, ir-rapport ta’ Niinistö),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tal-10 ta’ April 2024 bit-titolu “More than a market – Speed, Security, Solidarity: Empowering the Single Market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU Citizens” (Aktar minn Suq – Rapidità, Sigurtà, Solidarjetà: Nagħtu lis-Suq Uniku l-mezzi biex joħloq futur sostenibbli u prosperità għaċ-Ċittadini tal-UE kollha, ir-rapport Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-white paper konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030” (JOIN(2025)0120),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża (A10-0017/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi għexieren ta’ snin ta’ akkwist fil-qasam tad-difiża li ffoka fuq il-livell nazzjonali, il-frammentazzjoni industrijali, l-ostakli regolatorji, is-sottoinvestiment, il-valutazzjonijiet diverġenti tat- theddid u l-objettivi diverġenti tal-politika barranija, in-nuqqas ta’ ppjanar integrat tal-kapaċitajiet u tad-domanda aggregata, kif ukoll il-kompetizzjoni fuq il-proprjetà intellettwali, impedew li jitfaċċa suq uniku għad-difiża effettiv u integrat bis-sħiħ u dgħajfu l-interoperabbiltà fis-sistemi tad-difiża tal-Istati Membri, u b’hekk iġġarrbu kostijiet żejda sinifikanti għall-kontribwenti filwaqt li mminaw il-kapaċità tal-UE li tipproteġi s-sikurezza taċ-ċittadini tagħha, dgħajfet il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) u impediet l-awtonomija strateġika, ir-reżiljenza u l-kompetittività Ewpropea milli titwettaq bis-sħiħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-rapporti ta’ Letta u ta’ Draghi jenfasizzaw taħlita ta’ dgħufijiet strutturali li jaffettwaw il-kompetittività tal-EDTIB u jidentifikaw il-frammentazzjoni, l-infiq pubbliku insuffiċjenti fid-difiża u l-aċċess limitat għall-finanzjament bħala sfidi ewlenin, u għalhekk jirrikonoxxu l-ħtieġa li jinbena suq veru uniku għad-difiża; billi l-White Paper dwar il-Ġejjieni tad-Difiża Ewropea tenfasizza li l-azzjoni għandha tkompli tiffoka fuq ir-regoli u l-proċeduri għall-akkwist fil-qasam tad-difiża, fuq it-trasferimenti intra-UE ta’ prodotti tad-difiża u fuq ir-rikonoxximent reċiproku ta’ permessi ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali; billi r-rapport ta’ Niinistö jissottolinja wkoll il-ħtieġa li tissaħħaħ il-preparatezza ġenerali tal-Ewropa, inkluża l-integrazzjoni tar-reżiljenza ċivili u militari, u jirrimarka li dawk il-ħtiġijiet jistgħu jiġu ssodisfati wkoll b’mod aktar effiċjenti b’suq uniku għad-difiża;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi bażi industrijali tad-difiża Ewropea reżiljenti, kompetittiva u innovattiva hija essenzjali biex titwettaq il-Boxxla Strateġika u tiġi żgurata l-kapaċità tal-UE li tiskoraġġixxi u tiddefendi fid-dawl tal-aġenda għall-Prontezza tal-2030; billi dan jirrikjedi politika industrijali u teknoloġika koerenti li tappoġġja l-kapaċitajiet interoperabbli, tiżgura l-ktajjen tal-provvista kritiċi, tappoġġja lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), u tippromwovi l-innovazzjoni b’użu doppju;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-kumpaniji tad-difiża stabbiliti fi Stati Membri iżgħar ġew affettwati mill-approċċ strett iżżejjed ta’ Stati Membri oħra għal trasferimenti u kontrolli tal-esportazzjoni intra-UE fil-passat, u wrew kif punt wieħed li joħnoq jista’ jimmina l-katini ta’ provvista fl-UE kollha; billi l-SMEs jiffaċċjaw ostakli partikolari biex jidħlu fis-swieq tad-difiża; billi r-regoli u l-oqfsa attwali tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat ma għandhomx dispożizzjonijiet imfassla apposta għal proġetti kooperattivi transfruntiera fil-qasam tad-difiża, u dan jirriskja li jfixkel il-kollaborazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-industrija; billi ma teżisti l-ebda eżenzjoni ta’ kategorija speċifika jew billi ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu ta’ faċilitazzjoni simili għal proġetti tad-difiża mill-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE, u dan joħloq inċertezza legali għall-kumpaniji involuti fir-riċerka u fl-iżvilupp konġunt (R&Ż); billi n-nuqqas ta’ qafas adegwat tal-proprjetà intellettwali u ta’ liċenzjar għar-R&Ż iffinanzjati pubblikament fil-qasam tad-difiża jirrestrinġi l-manifattura minn diversi produtturi ta’ disinji Ewropej iċċertifikati u jillimita l-effettività tal-istrumenti tal-akkwist konġunt;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-industrija Ewropea tad-difiża qed tiffaċċja nuqqas serju ta’ ħaddiema tas-sengħa u forza tax-xogħol li qed tixjieħ, u dan jhedded li joħloq punt ta’ konġestjoni fil-produzzjoni u jxekkel l-espansjoni; billi r-rekwiżiti differenti tal-approvazzjoni tas-sigurtà nazzjonali għall-persunal u għall-kumpaniji tal-industrija tad-difiża jipprevjenu żieda fil-kollaborazzjoni transfruntiera billi jissoġġettaw lill-kumpaniji jew lill-inġiniera awtorizzati biex jittrattaw informazzjoni klassifikata fi Stat Membru wieħed għal skrutinju twil u duplikat f’oħrajn; billi l-adozzjoni u l-applikazzjoni rapida ta’ teknoloġiji innovattivi mill-forzi armati tal-Ewropa huma mfixkla minn ċikli ta’ żvilupp fit-tul u minn livell għoli ta’ averżjoni għar-riskju;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi sabiex jiżdied l-appoġġ pubbliku għal dawn l-investimenti, jeħtieġ li r-redditi u l-benefiċċji ekonomiċi jiġu mifruxa madwar l-UE b’mod ibbilanċjat u proporzjonat, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-bażijiet industrijali tad-difiża nazzjonali; billi l-kooperazzjoni transfruntiera għandha wkoll tiżgura l-parteċipazzjoni ġusta u sħiħa tal-SMEs u tal-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja fil-katina tal-valur tad-difiża u ssaħħaħ il-koeżjoni reġjonali madwar l-UE; billi l-investimenti fid-difiża għandhom il-potenzjal li joħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja tul firxa wiesgħa ta’ reġjuni, u b’hekk jgħinu biex jinkisbu l-objettivi ta’ koeżjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi avvenimenti reċenti esponew ir-riskji tal-konċentrazzjoni tal-katina tal-provvista fis-settur Ewropew tad-difiża, bi prodotti u inputs kritiċi tad-difiża spiss dipendenti minn fornitur wieħed jew minn għadd limitat ħafna ta’ fornituri; billi tali konċentrazzjoni toħloq punti uniċi ta’ falliment u vulnerabbiltajiet fi żminijiet ta’ kriżi, filwaqt li tenfasizza l-ħtieġa urġenti tad-diversifikazzjoni u tat-tnaqqis fis-sorsi tal-provvisti;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi skont ir-rapport ta’ Draghi, l-akkwist kollaborattiv Ewropew ammonta għal 18 % biss tan-nefqa fuq l-akkwist tat-tagħmir tad-difiża fl-2022, ferm anqas mill-parametru referenzjarju ta’ 35 % maqbul fl-oqfsa tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża; billi l-UE stabbiliet l-objettiv politiku ta’ akkwist ta’ mill-anqas nofs it-tagħmir tad-difiża tagħha mill-produzzjoni Ewropea sal-2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-objettiv li jinħoloq suq uniku għad-difiża huwa, fl-aħħar mill-aħħar, mezz biex tinkiseb is-sigurtà tal-Ewropa u l-awtonomija strateġika tagħha, u mhux għan fih innifsu; billi l-integrazzjoni industrijali tad-difiża għandha taqdi l-kapaċità tal-UE li tipproteġi liċ-ċittadini u l-valuri tagħha, tiżgura r-reżiljenza u d-deterrenza, u tiddefendi l-libertà ta’ azzjoni tagħha; billi jrid jinstab bilanċ bejn l-effiċjenza tas-suq u l-imperattivi tas-sovranità u s-solidarjetà;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-ippjanar, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-akkwist konġunti fil-qasam tad-difiża fl-UE jippermettu aktar effiċjenza u effettività tal-investiment pubbliku u kisbiet industrijali u operazzjonali, u b’hekk tiżdied l-aċċettazzjoni soċjali u politika taż-żidiet meħtieġa fl-investiment fil-qasam tad-difiża fi żminijiet ta’ baġits ristretti u jtejbu b’mod sinifikanti l-kapaċitajiet tal-UE u tal-Istati Membri tagħha li jiksbu prontezza tad-difiża sħiħa qabel l-2030 u Unjoni Ewropea tad-Difiża ġenwina; billi tali azzjoni konġunta fl-UE għandha tiġi kkoordinata mal-proċessi ta’ ppjanar tan-NATO u għandha tevita d-duplikazzjoni bla bżonn tal-azzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Istati Membri se jqisu li jżidu l-investimenti u l-kooperazzjoni tagħhom fi proġetti tad-difiża komuni biss jekk dawn il-proġetti jinvolvu l-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari ta’ interess komuni għall-forzi armati tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-UE ppreżentat għadd ta’ inizjattivi bl-għan li tissaħħaħ il-prontezza tad-difiża tal-UE, jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-investiment u jinċentivaw l-azzjoni konġunta, iżda, sal-lum, ma pproponietx il-miżuri trasformattivi meħtieġa biex jiġi stabbilit suq uniku ġenwin għall-prodotti tad-difiża; billi r-regoli tal-UE dwar l-akkwist fil-qasam tad-difiża (id-Direttiva 2009/81/KE) u t-trasferimenti intra-UE (id-Direttiva 2009/43/KE) għadhom ma ġewx aġġornati b’mod komprensiv minkejja tibdil sinifikanti fl-ambjent tas-sigurtà; billi l-partijiet ikkonċernati spiss isibu li ż-żewġ direttivi huma kumplessi żżejjed u li t-traspożizzjoni tal-Istati Membri timxi bil-mod u hija problematika, u dan jirrikjedi sforz amministrattiv sproporzjonat u jwassal għall-frammentazzjoni tas-suq intern;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi fid-dawl tat-theddid ġeopolitiku dejjem jikber, b’mod partikolari l-gwerra ta’ aggressjoni li għaddejja tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-attakki ibridi u l-provokazzjonijiet kontra l-UE, kif ukoll it-terroriżmu u l-instabbiltà fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika, 90 % taċ-ċittadini tal-UE bir-raġun jistennew kooperazzjoni akbar tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża, inkluż fin-NATO u ma’ sħab oħra tal-istess fehma, biex jipproteġu liċ-ċittadini u jiddefendu l-interessi u l-valuri tal-UE fix-xena globali; billi dan l-ambjent ta’ sigurtà dejjem aktar instabbli fil-viċinat immedjat tal-UE jeħtieġ reazzjoni koerenti u kkoordinata, b’mod partikolari biex jiġi żgurat il-moviment bla xkiel ta’ prodotti u servizzi tad-difiża;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-viżjoni ta’ suq uniku għad-difiża fl-Unjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li, skont ir-rapport ta’ Draghi, il-kooperazzjoni msaħħa tista’ twassal biex isir gwadann enormi fl-effiċjenza sa 30 % tan-nefqa annwali għad-difiża madwar l-UE kollha u tingħata spinta sinifikanti lill-effettività tan-nefqa attwali fid-difiża; jissottolinja l-vantaġġi usa’ ta’ dan għall-kompetittività, għar-reżiljenza u għas-sovranità strateġika tal-UE, minħabba li jwiegħed opportunitajiet ta’ impjiegi, żvilupp ekonomiku u tmexxija teknoloġika sinifikanti madwar l-UE kollha; jenfasizza li suq uniku veru għad-difiża huwa kruċjali biex titrawwem il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej, mhux biss fl-UE, iżda anke fis-suq dinji, fejn ikollhom jikkompetu, fost l-oħrajn, mal-kuntratturi ewlenin tal-Istati Uniti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jemmen li l-isfidi u t-theddid drammatiċi li jiffaċċjaw l-UE u l-Istati Membri tagħha jirrikjedu ħsieb kompletament mill-ġdid tal-mod kif jikkooperaw u jikkoordinaw fuq kwistjonijiet ta’ difiża; jissottolinja li l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom ibiddlu b’mod fundamentali l-fehim tagħhom tal-produzzjoni tal-industrija tad-difiża billi jiżviluppaw suq uniku veru għad-difiża, kif ġie appellat fir-rapporti ta’ Letta, ta’ Draghi u ta’ Niinistö, kif ukoll fil-White Paper dwar il-Ġejjieni tad-Difiża Ewropea; iħeġġeġ lill-Istati Membri jegħlbu l-istinti nazzjonalisti lejn il-bażi industrijali nazzjonali tagħhom, jagħtu kunsiderazzjoni akbar lill-benefiċċji tal-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża fil-livell tal-UE fl-ippjanar tad-difiża nazzjonali tagħhom, u jirrikonoxxu r-rwol essenzjali tal-appoġġ attiv mill-istituzzjonijiet u mill-aġenziji tal-UE biex jiffaċilitaw u jikkoordinaw tali kooperazzjoni, filwaqt li jsaħħu l-fiduċja reċiproka fost il-partijiet ikkonċernati kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li suq uniku veru għad-difiża biss jista’ jipprovdi l-mezzi meħtieġa biex verament tiġi stabbilita u miżmuma EDTIB kompetittiva, innovattiva u reżiljenti li tkun kapaċi twassal it-tagħmir meħtieġ fil-perjodi ta’ żmien meħtieġa u fl-iskala meħtieġa u biex jiġi sfruttat il-potenzjal ekonomiku, industrijali u finanzjarju sħiħ tal-EDTIB; jissottolinja li suq uniku veru għad-difiża huwa essenzjali biex jingħalqu l-lakuni fil-kapaċità u biex tiġi stabbilita mill-ġdid id-deterrenza u huwa għalhekk pedament meħtieġ ta’ Unjoni b’saħħitha, sovrana u kompetittiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jaġixxu malajr biex joħolqu suq uniku veru għad-difiża, filwaqt li jaġixxu kemm fuq in-naħa tal-provvista kif ukoll fuq in-naħa tad-domanda; ifakkar li l-aggregazzjoni tad-domanda permezz tal-akkwist u tal-ġestjoni komuni taċ-ċiklu tal-ħajja, is-simplifikazzjoni regolatorja, u l-integrazzjoni industrijali transfruntiera fil-livell tal-UE huma meħtieġa b’mod urġenti biex jiġu indirizzati tali ostakli u biex titnaqqas id-dipendenza fuq pajjiżi mhux tal-UE, kif deskritt fir-rapporti ta’ Letta u ta’ Draghi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li jiġu żgurati l-leġittimità demokratika, il-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet, l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza sabiex jiġi żgurat l-appoġġ pubbliku neċessarju għal żieda fin-nefqa fil-qasam tad-difiża; jissottolinja l-importanza li tiġi ggarantita distribuzzjoni ġusta u bbilanċjata madwar l-UE tal-kostijiet u tal-benefiċċji taż-żieda fl-infiq Ewropew għad-difiża;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-ostakli għal suq uniku għad-difiża</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja li l-istruttura attwali tax-xenarju industrijali tad-difiża twassal għal duplikazzjonijiet, dipendenzi esterni u ineffiċjenzi mhux neċessarji, u xxekkel li tissaħħaħ l-EDTIB u l-prontezza għad-difiża tal-UE; jissottolinja li, flimkien mas-sottoinvestiment u n-nuqqas ta’ pprogrammar tan-nefqa fid-difiża fuq medda ta’ żmien twil, din il-frammentazzjoni tipprevjeni li jseħħu l-ekonomiji ta’ skala li jistgħu jirriżultaw mill-akkomunament tal-akkwist u tal-produzzjoni tat-tagħmir tad-difiża fil-kumpaniji Ewropej; jenfasizza l-ħtieġa vitali li tingħeleb il-frammentazzjoni fix-xenarju industrijali tad-difiża tal-UE, li jiġu sfruttati l-ekonomiji ta’ skala potenzjali u li jinġabar għarfien akbar fl-ostakli għas-suq uniku għad-difiża; jenfasizza li suq uniku għad-difiża jrid jiggarantixxi opportunitajiet ekwi biex jipparteċipaw l-industriji u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, inklużi l-istart-ups, mill-Istati Membri kollha, inklużi l-ekonomiji iżgħar, u ma għandux jirriżulta f’mudell industrijali tad-difiża ċentralizzat iżżejjed; jissottolinja li tali disinn tas-suq jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika billi joħloq impjiegi ta’ kwalità għolja fil-manifattura u fir-R&Ż f’diversi reġjuni tal-UE, inklużi dawk anqas żviluppati ekonomikament; jinnota, barra minn hekk, li tali diversifikazzjoni ġeografika tikkontribwixxi għar-reżiljenza u s-sigurtà tal-provvista u tgħin ukoll biex jiġi evitat li jinħolqu monopolji u żvantaġġi għall-SMEs u għall-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas ta’ riżultati mill-ippjanar tal-kapaċitajiet u tal-infiq ikkoordinat fuq prodotti tad-difiża madwar l-UE, li wassal għal regoli u għal kriterji ta’ eliġibbiltà diverġenti u nfiq ineffiċjenti ta’ fondi, inħolqot inċertezza legali u spiss wasslu lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lill-kooperazzjoni bilaterali ma’ pajjiżi mhux tal-UE; jiddispjaċih li l-prijoritajiet stabbiliti fil-livell nazzjonali spiss jipprevjenu kooperazzjoni produttiva fi ħdan l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jiddeplora d-defiċit persistenti ta’ fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri, li huwa rifless, fost affarijiet oħra, f’nuqqas ta’ rieda li jinħolqu ċentri reġjonali ta’ kompetenza industrijali, grad limitat ta’ kooperazzjoni u ppjanar konġunt tal-kapaċitajiet transfruntiera, livell insuffiċjenti ta’ akkwist intra-UE ta’ oġġetti u servizzi relatati mad-difiża, u restrizzjonijiet duplikati jew prekawzjonarji fuq it-trasferimenti intra-UE ta’ tagħmir tad-difiża, li jfixklu l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista Ewropej integrati bis-sħiħ u li joħolqu ostaklu sinifikanti għall-iżvilupp ta’ suq uniku ġenwin għad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jemmen li l-oqfsa leġiżlattivi attwali tal-UE ma jipprovdux kundizzjonijiet għall-akkwist ta’ oġġetti b’ċikli rapidi ta’ innovazzjoni, bħal fil-qasam tal-iżvilupp tad-droni; jesprimi tħassib li s-suq uniku għad-difiża għadu mminat mill-applikazzjoni mhux armonizzata biżżejjed tar-regoli tiegħu mill-Istati Membri u mill-użu sproporzjonat tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 346 tat-TFUE, u dan ixekkel l-ispinta lejn akkwist konġunt fil-qasam tad-difiża tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta’ appoġġ iddedikat għall-SMEs u għall-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja biex jiġi ffaċilitat l-involviment tagħhom fil-katina tal-provvista tal-industrija tad-difiża, bil-ħsieb li tiżdied l-innovazzjoni filwaqt li jinbnew sensji industrijali li jżidu r-reżiljenza u s-sigurtà tal-provvista tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jesprimi tħassib li s-suq uniku għad-difiża għadu mminat mill-applikazzjoni mhux armonizzata biżżejjed tar-regoli tiegħu mill-Istati Membri; jinsab imħasseb, b’mod partikolari, dwar l-użu frekwenti tal-Artikolu 346 tat-TFUE, li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) ddeċidiet f’diversi każijiet li ntuża b’mod mhux ġustifikat u għalhekk intuża ħażin; jisħaq li jeħtieġ bidla lejn approċċ li jissalvagwardja l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-UE, minħabba s-sitwazzjoni ġeopolitika attwali u t-theddid għall-għaqda tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iqis li r-rispett sħiħ mill-Istati Membri tal-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar l-esportazzjoni tal-armi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">13 </STRING>Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99, ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2008/944/oj).</FIELD></FOOTNOTE> jikkostitwixxi pilastru importanti ta’ suq uniku għad-difiża li jiffunzjona sew; iqis li n-nuqqas ta’ sistema armonizzata ta’ kontroll tal-esportazzjoni tal-UE u n-nuqqas ta’ rikonoxximent reċiproku għal permessi, liċenzji, ċertifikazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet ta’ sigurtà differenti jkompli jiġġenera ostakli biex is-suq uniku għad-difiża jiffunzjona permezz tal-impatt tiegħu fuq trasferimenti intra-UE; ifakkar li l-produzzjoni fil-qasam tad-difiża tiddependi ħafna fuq il-ktajjen tal-provvista transfruntiera integrati fl-UE, b’komponenti miksuba minn diversi Stati Membri, li, fil-każ ta’ blokka ta’ esportazzjoni, toħloq inċertezza għall-industrija u għall-ktajjen tal-provvista; jisħaq li jeħtieġ soluzzjoni prattika li tqis ir-realtà tad-dipendenzi attwali fuq pajjiżi mhux tal-UE, anke minħabba l-importanza dejjem tikber tal-materja prima kritika għall-EDTIB u l-esponiment potenzjali għal miżuri koerċittivi minn pajjiżi mhux tal-UE; jenfasizza li, mingħajr aċċess iggarantit u ppjanat għall-inputs bħall-materjali tal-art rari, is-semikondutturi u l-metalli ta’ kwalità għolja, l-objettivi ambizzjużi tal-Ewropa biex tespandi d-difiża u l-awtonomija strateġika ma jistgħux jiġu ssodisfati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iqis li l-koordinazzjoni tal-proċessi tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża tal-UE u tal-Istati Membri u l-Proċess ta’ Ppjanar u Rieżami tad-Difiża tan-NATO huma essenzjali biex jiġu żgurati l-koerenza u l-interoperabbiltà bejn l-Istati Membri u l-alleati tan-NATO li mhumiex fl-UE; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni bejn in-NATO u l-UE ddedikat għall-iskambju tal-informazzjoni dwar l-istandards tan-NATO (STANAGs), li l-UE tista’ tinforza permezz ta’ strumenti vinkolanti; jisħaq li n-nuqqas ta’ infurzar tal-istandards wassal għal ineffiċjenzi, duplikazzjonijiet u nuqqas ta’ interoperabbiltà f’dawn l-aħħar deċennji u dan għadu joħloq problema;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tneħħija tal-ostakli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jgħammru lill-programmi tad-difiża tal-UE b’finanzjament suffiċjenti fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss biex jinċentivaw b’mod effettiv lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet u tal-akkwist konġunti u biex jinċentivaw lill-industriji tad-difiża tagħhom jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni transfruntiera aktar mill-qrib; jenfasizza l-potenzjal ta’ oqfsa ġodda, bħall-Proġetti Ewropej għad-Difiża ta’ Interess Komuni, inkluż l-erba’ proġetti ewlenin proposti fil-Pjan Direzzjonali għall-Prontezza tad-Difiża 2030, u fl-Istrutturi għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti, biex jintlaħqu dawk l-objettivi bl-assistenza ta’ finanzjament fit-tul suffiċjenti; jisħaq li l-finanzjament għandu jagħti prijorità lil proġetti b’valur miżjud Ewropew ċar, interoperabbiltà, sostenibbiltà industrijali fit-tul u impatt operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-limitazzjonijiet attwali fil-kapaċità tal-manifattura tal-industrija tad-difiża Ewropea, li minkejja kollox qed tespandi, u jistieden lill-Istati Membri japplikaw approċċ ta’ “Ixtri Ewropew”, li jagħti prijorità lill-akkwist komuni u liż-żieda fil-produzzjoni ta’ prodotti tad-difiża mill-EDTIB, mill-Ukrajna, miż-Żona Ekonomika Ewropea/l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (ŻEE/EFTA) u, bħala livell komplementari addizzjonali, mill-pajjiżi mhux tal-UE li magħhom l-UE tkun iffirmat Sħubija ta’ Sigurtà u Difiża, peress li din tiżgura lill-EDTIB volum ta’ ordnijiet prevedibbli, tixpruna l-investiment privat fir-riċerka u l-iżvilupp għall-prodotti tad-difiża, u tgħin lill-EDTIB tipprovdi prodotti innovattivi tad-difiża f’volumi suffiċjenti; jistieden lill-Istati Membri jiffirmaw kuntratti li jagħtu indikazzjonijiet tad-domanda aggregata u li jkunu stabbli għal terminu medju sa fit-tul għall-prodotti Ewropej, u b’hekk tinħoloq iċ-ċertezza fl-investiment biex l-EDTIB tespandi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jittrattaw lill-Ukrajna bħala parti integrali tas-suq uniku għad-difiża kemm jista’ jkun, billi jiffaċilitaw is-sħubijiet industrijali, l-aċċess għall-mekkaniżmi tal-akkwist konġunt u l-parteċipazzjoni fil-programmi tal-UE, bħall Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) u l-Istrument ta’ Appoġġ għall-Ukrajna fl-ambitu tal-EDIP, sabiex jgħinu l-integrazzjoni progressiva tal-Ukrajna fil-ktajjen tal-provvista tal-EDTIB, filwaqt li jqisu l-fatt li l-futur tal-Ukrajna jinsab fl-UE u li l-integrazzjoni se tipprovdi benefiċċji kemm għall-EDTIB permezz tal-kapaċitajiet ta’ teknoloġija u ta’ industrija innovattiva fil-qasam tad-difiża avvanzati u li ntużaw diġà f’battalji, u kemm għall-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jemmen li l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE dwar l-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża u tas-sigurtà sensittiva jeħtieġ li tittejjeb b’mod sinifikanti u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi reviżjoni ambizzjuża; jissottolinja l-utilità li l-Istati Membri jitħallew jagħmlu użu mill-kuntratti qafas ta’ xulxin biex iżidu l-prontezza tad-difiża tal-UE fuq terminu qasir, peress li tippermettilhom jakkwistaw aktar malajr u b’mod aktar effiċjenti, filwaqt li jistenna li, fuq terminu twil, l-akkwist jitwettaq permezz ta’ kuntratti qafas komuni jew konġunti mfassla f’konformità mal-kriterji Ewropej tal-akkwist mill-bidu nett; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu minn forom differenti ta’ kuntratti li jipprovdu għall-innovazzjoni, għall-kompetizzjoni u għall-investimenti b’kapital privat, filwaqt li jiżguraw konformità sħiħa mar-regoli tal-kompetizzjoni, mar-rekwiżiti tal-integrità u mal-istandards kontra l-korruzzjoni, u jfakkar li s-swieq kapitali Ewropej għandhom rwol ewlieni biex jiffinanzjaw l-innovazzjoni fis-settur tad-difiża; jemmen ukoll li l-aspetti marbuta mas-sigurtà u d-difiża, bħall-preżenza ta’ komponenti ċivili f’oġġetti militari, għandhom jitqiesu fi kwalunkwe rieżami tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">14 </STRING>Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/24/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni tippreżenta verżjoni aġġornata tas-sħubijiet għall-innovazzjoni fil-qasam tad-difiża fir-reviżjoni komprensiva li jmiss tad-Direttiva 2009/81/KE, biex tadatta aħjar dan l-istrument għall-ispeċifiċitajiet tas-suq tad-difiża u l-kuntest diffiċli attwali tas-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja li, fl-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni jeħtiġilha tagħti prijorità lill-unità u lill-integrità tas-suq uniku biex tevita distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tissalvagwardja l-kundizzjonijiet ekwi u l-koeżjoni bejn l-Istati Membri, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lill-Istati Membri iżgħar li l-kapaċitajiet fiskali tagħhom li jappoġġjaw l-industriji tad-difiża nazzjonali tagħhom huma komparattivament aktar limitati; jisħaq li l-użu estensiv ta’ sussidji nazzjonali biex jappoġġjaw l-investiment fid-difiża jirriskja li jifframmenta s-suq uniku u jimmina l-kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji, speċjalment l-SMEs, madwar l-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjoni għal interpretazzjoni tal-Artikolu 346 tat-TFUE sabiex tiffaċilita approċċ armonizzat u uniformi madwar l-UE, filwaqt li tindirizza l-ħtieġa li jiġu protetti b’mod strett l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istati Membri, u sabiex l-Artikolu 346 jintuża b’mod eċċezzjonali f’konformità mar-realità attwali ta’ arkitettura ta’ sigurtà interdipendenti fl-UE; iqis li l-Kummissjoni għandha tkun tista’ tivvaluta l-implimentazzjoni ġenerali tal-Artikolu 346 tat-TFUE, fuq bażi ta’ każ b’każ, biex tirrimedja kwalunkwe użu ħażin strutturali potenzjali, f’konformità mal-ġurisprudenza tal-QĠUE u mar-realtà attwali ta’ arkitettura interdipendenti tas-sigurtà fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi pprovdut appoġġ immirat, b’mod partikolari għall-ittestjar ta’ prototipi ta’ prodotti ġodda, u li tingħata prijorità lill-investiment f’teknoloġiji emerġenti u trasformattivi; jisħaq fuq il-valur miżjud ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati teknoloġiċi u tad-difiża tal-Ukrajna f’dawn l-oqsma innovattivi ħafna; jissottolinja l-importanza tas-salvagwardja tal-vijabbiltà finanzjarja tal-kumpaniji, inklużi l-SMEs, li jinvestu f’din l-innovazzjoni; jisħaq li miżuri speċifiċi għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transfruntiera tal-SMEs, b’mod partikolari f’teknoloġiji ċibernetiċi, tal-IA, mingħajr ekwipaġġ u b’użu doppju, filwaqt li jibnu fuq iċ-ċentri tal-eċċellenza eżistenti fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jistabbilixxu inizjattiva Ewropea ta’ “Aċċeleratur tal-Innovazzjoni fid-Difiża”, analoga għall-mudelli ta’ kunċett bħall-Aġenzija għall-Proġetti Avvanzati tar-Riċerka fid-Difiża (DARPA) tal-Istati Uniti jew l-Aċċelleratur tal-Innovazzjoni fid-Difiża għall-Atlantiku tat-Tramuntana (DIANA) tan-NATO, li jiffinanzjaw proġetti tar-riċerka fil-qasam tad-difiża b’riskju għoli u ta’ gwadann kbir u jipprovdu perkorsi rapidi għall-ittestjar u jintegraw teknoloġiji trasformattivi fil-programmi tal-kapaċitajiet tad-difiża Ewropej; jinnota li l-istrumenti tar-riċerka u tal-iżvilupp eżistenti tal-UE, inkluż il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF), l-Iskema tal-UE għall-Innovazzjoni fid-Difiża (EUDIS) u ċ-Ċentru ta’ Innovazzjoni fid-Difiża (HEDI), iħallu s-sjieda tar-riżultati għall-benefiċjarji u jagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jikkofinanzjaw biss drittijiet limitati li mhux relatati mal-produzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tfassal reġim xieraq tal-proprjetà intellettwali li jkun imfassal għas-sensittivitajiet tad-domen tad-difiża, filwaqt li jkun suffiċjentement attraenti wkoll kemm għall-ministeri u għall-industrija tad-difiża nazzjonali, sabiex jiġi żgurat li l-programm ikun jista’ jindirizza l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-kapaċitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati r-regoli u aboliti l-ostakli relatati mat-trasferimenti intra-UE tal-prodotti tad-difiża, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-kriterji u taċ-ċertifikazzjoni u s-simplifikazzjoni tat-talbiet għal awtorizzazzjoni minn qabel; jiddeplora l-użu limitat ta’ liċenzji ġenerali ta’ trasferiment skont id-Direttiva 2009/81/KE u r-rikors wiesa’ għal liċenzji individwali u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet għas-simplifikazzjoni tar-regoli u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi fil-qafas legali attwali; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposti b’mod urġenti biex tkompli tarmonizza t-trasferimenti intra-UE ta’ prodotti tad-difiża, tiżgura ċirkolazzjoni aktar simplifikata ta’ tali prodotti fl-UE, b’mod partikolari billi telimina r-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni għal komponenti li diġà huma integrati jew li għandhom jiġu integrati fi prodott tad-difiża u li ma jistgħux jiġu trasferiti jew esportati bħala tali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jaħdmu lejn dak l-istess għan u jittrasponu u japplikaw malajr il-miżuri proposti fl-Omnibus dwar il-Prontezza tad-Difiża fir-rigward tat-trasferimenti intra-UE ta’ prodotti tad-difiża; jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw bis-sħiħ il-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar l-esportazzjoni tal-armi u jesploraw, kull fejn ikun possibbli, aktar armonizzazzjoni tar-regoli tal-esportazzjoni għall-oġġetti tad-difiża; jissuġġerixxi, bħala punti tat-tluq possibbli, li jiġu armonizzati s-sistemi ta’ kontroll tal-esportazzjoni, jiġu estiżi l-liċenzji ġenerali jew li jintuża t-trattat ta’ Aachen, u tissaħħaħ id-Direttiva dwar l-ICT<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">15 </STRING>Id-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fil-qafas ta’ trasferiment intra-azjendali (ĠU L 157, 27.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/66/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex jiġu ffaċilitati t-trasferimenti intra-EU tal-prodotti relatati mad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-EDA u lill-Istati Membri jaħdmu fuq skema għal rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjoni ta’ ċertifikazzjonijiet tas-sigurtà, sabiex l-awtorizzazzjonijiet maħruġa fi Stat Membru wieħed jiġu aċċettati wkoll fi Stati Membri oħra; Jipproponi li tiġi stabbilita konvenzjoni volontarja fuq ftehimiet ta’ rikonoxximent reċiproku dwar awtorizzazzjonijiet tas-sigurtà fost l-Istati Membri tal-UE; fejn kumpanija jew individwu li jkollu awtorizzazzjoni nazzjonali tas-sigurtà fi Stat Membru wieħed ikollu dik l-awtorizzazzjoni rikonoxxuta mill-Istati Membri l-oħra li jissieħbu fil-ftehim, soġġett għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni u s-sorveljanza xierqa; jistieden lill-EDA tiffaċilita l-iżvilupp ta’ dan il-qafas, u jistieden lill-Istati Membri jikkonkluduh malajr;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq li huwa imperattiv li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista tad-difiża Ewropej u li jitnaqqsu l-punti uniċi ta’ falliment u l-esponiment għal miżuri koerċittivi potenzjali minn pajjiżi mhux tal-UE, kif muri mit-theddid taċ-Ċina li tillimita l-esportazzjonijiet tal-materja prima; jesiġi li l-implimentazzjoni tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">16 </STRING>Ir-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj).</FIELD></FOOTNOTE> tagħmel enfasi speċifika fuq il-ħtiġijiet tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu inċentivi għad-diversifikazzjoni tal-katina tal-provvista, inkluż appoġġ għal parteċipanti ġodda fis-suq u għall-SMEs; jisħaq li l-insegwiment tal-kosteffiċjenza ma jridx jimmina s-sigurtà nazzjonali tal-provvista; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja r-riskji tal-katina tal-provvista u tidentifika oqsma ta’ konċentrazzjoni perikoluża, filwaqt li tirrapporta b’mod regolari dwar il-progress fid-diversifikazzjoni tal-provvista; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tindirizza sitwazzjonijiet li fihom is-sottofornituri jirrifjutaw li jikkonsenjaw materjali minn pajjiżi mhux tal-UE jekk dawn ikunu se jintużaw f’applikazzjonijiet militari; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ qafas legali li jiżgura l-affidabbiltà kuntrattwali tul il-ktajjen tal-provvista tad-difiża; jappella lill-Kummissjoni tistabbilixxi riżervi strateġiċi f’konformità mal-Istrateġija tal-UE għal Unjoni tal-Preparatezza; jenfasizza, f’dak ir-rigward, l-importanza tar-reġim tas-sigurtà tal-provvista stabbilit fl-ambitu tal-EDIP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-produzzjoni industrijali, l-investiment u l-ħolqien tal-valur fil-qasam tad-difiża jkunu ġeografikament ibbilanċjati u jikkontribwixxu għall-konverġenza ekonomika u soċjali fl-UE filwaqt li jsaħħu r-reżiljenza permezz tad-diversifikazzjoni ġeografika u jirriflettu r-realtà tat-theddid għas-sigurtà li jiffaċċjaw l-Istati Membri fil-viċinati rispettivi tagħhom; jappella biex l-ippjanar tal-investiment fil-qasam tad-difiża jitwettaq b’mod li jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali fi ħdan u bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri, filwaqt li fl-istess ħin isaħħaħ ir-reżiljenza fi żminijiet ta’ kriżijiet tad-difiża, dment li dan ma jimminax l-għan tal-kosteffiċjenza, il-veloċità u l-kompetizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ gwida ċara dwar kif il-kunsiderazzjonijiet tad-difiża u tas-sigurtà għandhom l-obbligu li jitqiesu f’deċiżjonijiet ta’ kontroll tal-fużjonijiet li jaffettwaw l-EDTIB, f’konformità mal-politika ta’ kompetizzjoni tal-UE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tesplora adattamenti mmirati għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE biex tappoġġja aħjar il-ħtiġijiet uniċi tal-industrija fil-qasam tad-difiża, bħall-introduzzjoni ta’ eżenzjoni ta’ kategorija mmirata għall-proġetti tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża ffinanzjati mill-programmi tal-UE; jenfasizza li s-sigurtà tal-provvista u t-tnaqqis tad-dipendenzi strateġiċi għandhom jiġu ttrattati bħala kriterji pożittivi meta jiġu vvalutati fużjonijiet jew miżuri ta’ għajnuna fis-settur tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żviluppat rwol aktar proattiv għall-UE biex jiġi sostnut l-investiment f’teknoloġiji u fi prodotti b’użu doppju, b’mod partikolari meta jkunu parti mill-ktajjen tal-provvista tal-prodotti tad-difiża, bħala mezz biex jissaħħu s-sigurtà tal-provvista u r-reżiljenza tal-UE kontra theddid ibridu u emerġenti; huwa favur il-promozzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ċivili ta’ dawn it-teknoloġiji bħala mod kif jiġu estiżi l-opportunitajiet tas-suq, jinħolqu effetti konsegwenzjali pożittivi u kif tissaħħaħ l-EDTIB, filwaqt li jitrawmu sinerġiji bejn l-iżvilupp militari u ċivili; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu inċentivi biex jillimitaw għall-UE l-ktajjen tal-provvista tal-aktar materja ta’ input kritika għall-prodotti tad-difiża, inkluż permezz ta’ Faċilità tal-Ekwità tad-Difiża msaħħa, iffukata fuq kummerċjalizzazzjoni fi stadju tard, finanzjament tal-espansjoni, u aċċess tal-SMEs għal kurituri tal-ittestjar u firxiet ċibernetiċi; jisħaq li s-settur emerġenti tal-“ispazju ġdid” u l-potenzjal innovattiv tiegħu rigward it-teknoloġiji b’użu doppju għandu jiġi sfruttat bis-sħiħ fir-rigward tal-iżviluppi ċivili u fil-qasam tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-aġġustamenti legali, proċedurali u regolatorji li jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkunu jistgħu jadottaw b’mod rapidu r-regoli tal-akkwist u tal-produzzjoni fil-qasam tad-difiża f’każ ta’ gwerra jew ta’ kriżi kbira tas-sigurtà u jiżguraw li s-suq uniqu ma jitħarbatx; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiżgura li tali eżerċizzju jkun allinjat mar-reġim tas-sigurtà tal-provvista inkluż fl-EDIP; jenfasizza l-importanza tal-preparatezza fil-forma ta’ qafas ta’ kontinġenza għall-akkwisti ta’ emerġenza u għall-espansjoni industrijali, u li jista’ jiġi attivat malajr jekk ikun meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jemmen li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE għandhom isaħħu r-rwol tagħhom li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u jilqa’ l-kontribut tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, b’mod partikolari permezz tal-Pjan tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet u r-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża, filwaqt li jenfasizza li l-għarfien espert tagħha għandu jiġi sfruttat bis-sħiħ; jissottolinja r-rwol kruċjali tal-EDA biex tippromwovi suq uniku għad-difiża u jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-mandat u r-riżorsi tal-EDA f’dan ir-rigward; jappoġġja li l-EDA tiġi involuta b’mod akbar fl-inizjattivi tal-UE fil-qasam tad-difiża u fl-identifikazzjoni ta’ ostakli persistenti għas-suq uniku għad-difiża; jappella għall-iżvilupp u għall-użu reġjonali taċ-Ċentru ta’ Innovazzjoni fid-Difiża (HEDI) fl-EDA, bil-ħsieb li jiġi estiż ir-rwol tiegħu bħala pjattaforma ċentrali li tgħaqqad l-SMEs, l-istart-ups, iċ-ċentri tar-riċerka u l-kuntratturi prinċipali; jemmen bis-sod li t-tisħiħ tal-EDA se jgħin biex jitrawmu l-fiduċja u l-kooperazzjoni reċiproka li hija meħtieġa biex javvanza s-suq uniku għad-difiża, billi l-EDA tinsab f’pożizzjoni unika biex tgħaqqad l-interessi nazzjonali u dawk Ewropej; jilqa’ wkoll il-kontribut tal-aġenziji multilaterali tal-akkwist bħall-Organizzazzjoni Konġunta għall-Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Armamenti, liema kontribut mingħandhom jippromwovi l-armonizzazzjoni tat-tagħmir fost l-Istati Membri u l-istati sħab li mhumiex membri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar finanzjament Ewropew iddedikat biex tiġi indirizzata d-diskrepanza tal-kummerċjalizzazzjoni fl-innovazzjoni ta’ prodotti tad-difiża; jappella għal strumenti msaħħa biex jiġi żgurat li l-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja jkollhom aċċess reali u skalabbli għal programmi ta’ kapital privat u ta’ difiża, inkluż permezz ta’ akkwist simplifikat, regoli favorevoli għall-innovazzjoni u appoġġ ta’ tlaqqigħ transfruntier, u b’hekk tiġi żgurata l-parteċipazzjoni akbar tagħhom u allokazzjoni aktar ġusta tal-fondi; jisħaq fuq l-importanza li jiġu stabbiliti inkubaturi tat-teknoloġija fil-qasam tad-difiża reġjonali taħt l-umbrella tal-HEDI biex jiġu appoġġjati konsorzji transfruntiera tal-SMEs, jiġi pprovdut mentoraġġ dwar l-orjentazzjoni għall-akkwist fil-qasam tad-difiża u jiġu ffaċilitati l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi f’kollaborazzjoni mal-utenti finali militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa għall-UE u għan-NATO li jiffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni komprensiv dwar l-ippjanar u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet biex jiġu żgurati ppjanar koerenti u komplementari u kapaċitajiet ta’ difiża interoperabbli, u dwar l-istandardizzazzjoni; jenfasizza li tali kooperazzjoni trid tirrispetta l-awtonomija taż-żewġ organizzazzjonijiet filwaqt li tevita d-duplikazzjoni u tippromwovi l-kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet; jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-EDA, tħejji proposta leġiżlattiva li toħloq qafas armonizzat tal-UE għall-istandards tekniċi u għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tad-difiża legalment vinkolanti, filwaqt li jibbażaw fuq is-Sistema ta’ Referenza għall-Istandards tad-Difiża Ewropea (EDSTAR) u, meta jkun xieraq, li jikkodifikaw Ftehimiet ta’ Standardizzazzjoni tan-NATO (STANAGs) magħżula fil-leġiżlazzjoni tal-UE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tipproponi qafas għall-ittestjar u għaċ-ċertifikazzjoni Ewropej konġunti tat-tagħmir tad-difiża minflok ma jkun hemm validazzjoni nazzjonali separata għal kull prodott tad-difiża, inklużi faċilitajiet komuni ta’ ttestjar u ta’ ċertifikazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jallinjaw l-isforzi tal-akkwist u tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom mal-prijoritajiet tal-ippjanar tad-difiża tan-NATO, filwaqt li jiżguraw l-interoperabbiltà sħiħa tas-sistemi u jevitaw strutturi paralleli; jissottolinja li industrija Ewropea tad-difiża aktar b’saħħitha u aktar integrata għandha ssaħħaħ il-kontribut tal-Ewropa fin-NATO u l-kondiviżjoni trans-Atlantika tal-piżijiet, filwaqt li tinżamm kooperazzjoni miftuħa ma’ sħab fdati bħall-Ukrajna, il-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA u l-Istati tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża; iħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Adozzjoni Rapida tan-NATO, liema pjan għandu l-għan li jaċċellera l-proċessi nazzjonali tal-akkwist u li jimpenja li jirriforma ċ-ċikli tal-akkwist, il-protokolli tal-ittestjar u l-oqfsa taċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-innovazzjoni militari żżomm il-pass mal-ambjent ta’ theddid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet relatati mad-difiża ppreżentati mill-eks Prim Ministru Taljan Enrico Letta fl-2024 fir-rapport tiegħu bit-titolu “Much More Than a Market” (Ħafna Aktar milli Suq); jinnota li l-ostakli tat-taxxa u l-proċeduri differenti dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud fil-programmi ta’ akkwist kollaborattivi jfixklu l-kisba tal-objettivi tal-Prontezza tad-Difiża 2030, it-tkabbir fl-industriji tad-difiża u l-espansjoni tal-programmi konġunti; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rapport ta’ Letta u żżid l-isforzi biex tnaqqas l-ostakli tat-taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu karrieri fit-teknoloġija tad-difiża maż-żgħażagħ, inkluż permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-kontribut tas-settur għas-sigurtà u l-innovazzjoni teknoloġika tal-Ewropa; jinkoraġġixxi li jiġu stabbiliti sħubijiet pubbliċi-privati bejn il-kumpaniji tad-difiża, l-istituzzjonijiet edukattivi, u l-gvernijiet biex jinħolqu pipelines ta’ talenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jipproponu, fi djalogu mas-sħab soċjali, inklużi l-unions, strateġiji ta’ ħiliet speċifiċi għas-settur, bħall-programmi u l-opportunitajiet ta’ taħriġ għat-tagħlim tul il-ħajja biex jimlew diskrepanzi fil-ħiliet attwali u futuri fl-industrija tad-difiża; jissuġġerixxi, għalhekk, li l-aġenda tal-Unjoni tal-Ħiliet tinkludi b’mod espliċitu s-settur tad-difiża, u tiffaċilita l-mobbiltà tal-ħaddiema tas-sengħa madwar l-Istati Membri fejn ikunu meħtieġa l-aktar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkwantifika aktar il-benefiċċji finanzjarji u operazzjonali potenzjali ta’ suq uniku għad-difiża, inklużi l-gwadanji fl-effiċjenza u żieda fil-kapaċità militari kollettiva, permezz ta’ valutazzjoni tal-impatt indipendenti; jappella biex jinħoloq punt uniku ta’ kuntatt fejn il-partijiet ikkonċernati jistgħu jirrapportaw ostakli, jiġbru evidenza u jimmonitorjaw il-konformità tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2025 li jappellaw għal rapport annwali dwar il-prontezza industrijali tad-difiża tal-UE, u jappella biex dan jiġi kkomplementat minn “Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku għad-Difiża”, ippubblikata mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-EDA; jisħaq li din it-tabella ta’ valutazzjoni għandha ssegwi indikaturi bħas-sehem tal-akkwist fil-qasam tad-difiża mwettaq b’mod konġunt permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa fl-UE kollha, livelli ta’ kooperazzjoni industrijali transfruntiera, rati ta’ parteċipazzjoni tal-SMEs, u tnaqqis fid-duplikazzjoni tas-sistema; jissottolinja li din għandha tikseb ukoll il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-programmi tad-difiża tal-UE madwar l-Istati Membri u r-reġjuni, inkluż li toħloq impjiegi u tiżviluppa l-industrija, sabiex tiggwida kif tiġi rfinata l-politika u kif tissaħħaħ il-fiduċja pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jemmen fis-sod li, sabiex jiġu ggarantiti l-leġittimità demokratika u t-trasparenza tal-politiki tad-difiża tal-UE fi żminijiet ta’ gwerra ibrida u ta’ kampanji ta’ diżinformazzjoni, il-Parlament jeħtieġlu jaqdi rwol ċentrali fl-ippjanar, fis-sorveljanza u fl-iskrutinju ta’ dawn il-politiki; jissottolinja li jridu jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Istati Membri u lill-EDA jiżguraw kanali siguri għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata u kunfidenzjali mal-Parlament, mal-industrija tad-difiża u mal-awtoritajiet nazzjonali;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>