<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0080</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Proġetti ewlenin ta’ interess komuni fis-settur tad-difiża Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0014/2026 - Rapporteur: Lucia Annunziata)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar proġetti ewlenin ta’ interess komuni fis-settur tad-difiża Ewropea (2025/2144(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikolu 42(2) u (3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 2, 107(3)(b), 114 u 346 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 2(e) tal-Protokoll Nru 10 dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) stabbilit mill-Artikolu 42(6) tat-TUE u n-notifika konġunta dwar il-PESCO ffirmata mill-ministri tat-23 Stat Membru tal-UE fit-13 ta’ Novembru 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Versailles adottata fil-laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern fil-11 ta’ Marzu 2022, b’mod partikolari l-paragrafu 22 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-“Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża – Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali”, li ġiet approvata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022 u mill-Kunsill Ewropew fil-25 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investiment fid-Difiża u l-Approċċ Futur (JOIN(2022)0024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-10 ta’ Marzu 2023 bit-titolu “L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża” (JOIN(2023)0009),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-5 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Strateġija Ewropea ġdida għall-Industrija tad-Difiża: Il-kisba ta’ tħejjija tal-UE permezz ta’ Industrija Ewropea tad-Difiża reattiva u reżiljenti” (JOIN(2024)0010),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-21 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-Sigurtà tal-Kejbils” (JOIN(2025)0009),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-white paper konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030” (JOIN(2025)0120),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/697/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2025/2643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2025 dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/2643, 29.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2643/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament EDIP), b’mod partikolari l-Kapitolu IV tiegħu rigward il-Proġetti Ewropej għad-Difiża ta’ Interess Komuni (EDPCIs),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2025 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-tisħiħ tal-industrija tad-difiża Ewropea (COM(2025)0122),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153, (UE) 2023/1525 u (UE) 2024/795 fir-rigward tal-inċentivar ta’ investimenti relatati mad-difiża fil-baġit tal-UE biex jiġi implimentat il-Pjan ReArm Europe (COM(2025)0188),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 tas-27 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1106, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1106/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Il-Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża” (JOIN(2025)0027),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99, ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2008/944/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument dokument ta’ orjentazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2025 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għall-Prontezza tad-Difiża 2030”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà lill-Kunsill tal-11 ta’ April 2025 bit-titolu “Annual progress report on the Implementation of the Strategic Compass for Security and Defence” (Rapport ta’ Progress Annwali dwar l-Implimentazzjoni tal-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta’ Ġunju 2017, b’mod partikolari dawk tal-paragrafu 8 dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), u tas-6 ta’ Marzu 2025, b’mod partikolari dawk tal-paragrafu 3(f),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrateġiji tas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni 02/2024 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-3 ta’ Ottubru 2024 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża (EDIP)”, u b’mod partikolari l-paragrafu 42 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-2024 tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), kif ukoll ir-rapport tagħha tal-14 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “The 2023 EU Capability Development Priorities” (Il-Prijoritajiet tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet tal-UE għall-2023), u r-rapport tal-2024 bit-titolu “Coordinated Annual Review on Defence” (Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ progress tas-Segretarjat tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) ta’ Settembru 2025 dwar il-proġetti tal-PESCO,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea u l-Kapitolu 4 tiegħu intitolat “Increasing security and reducing dependencies” (Iż-żieda fis-sigurtà u t-tnaqqis tad-dipendenzi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tas-17 ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq) u, b’mod partikolari, il-Kapitolu 3 tiegħu dwar “A single market to play big:  scale matters” (Suq uniku biex jikkompeti bil-kbir: l-iskala hija importanti),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Sauli Niinistö tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Safer Together: Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness” (Aktar Sikuri Flimkien: it-Tisħiħ tal-Preparatezza u tal-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa), u b’mod partikolari l-Kapitolu 7 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO tal-10 ta’ Jannar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit ta’ The Hague maħruġa mill-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern tan-NATO li pparteċipaw fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana f’The Hague fil-25 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-għaxar rapport ta’ progress tal-10 ta’ Ġunju 2025 dwar l-implimentazzjoni tas-sett komuni ta’ proposti approvati mill-Kunsilli tal-UE u tan-NATO fis-6 ta’ Diċembru 2016 u fil-5 ta’ Diċembru 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-programmi ta’ kooperazzjoni fil-qasam tat-tagħmir ġestiti mill-Organizzazzjoni Konġunta għall-Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Armamenti (OCCAR),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2025 dwar il-white paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3151, 20.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3151/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-paragrafi 4 u 58 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ April 2025 dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni – rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4389, 9.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4389/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-paragrafu 46 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża (A10-0014/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-isfidi maħluqa mit-tnaqqis fil-paċi u s-sigurtà globali, mill-fatt li r-Russja għaddejja bil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha konta l-Ukrajna, u mill-fatt li qed jitfaċċa theddid ġdid u li qed jevolvi għas-sigurtà tal-UE jirrikjedu li l-UE u l-Istati Membri tagħha jżidu b’mod sinifikanti l-investiment tagħhom fid-difiża sabiex jiżviluppaw kapaċitajiet militari u ta’ intelligence li jippermettulhom jiddefendu s-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tagħhom, u jirfdu d-deterrenza, kif ukoll jaġixxu u jirrispondu b’mod awtonomu jew fi sħubija mal-alleati tagħhom, b’mod partikolari fi ħdan in-NATO, għat-theddid immedjat u futur;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-attakki li qed jiżdiedu fuq l-infrastruttura kritika Ewropea, inklużi l-attakki ċibernetiċi u s-sabotaġġ, jheddu serjament il-ħajja tagħna ta’ kuljum u l-attivitajiet ekonomiċi tagħna fl-UE kollha, u jirrikjedu rispons koordinat tal-UE permezz ta’ proġetti Ewropej fuq skala kbira;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-gwerra, storikament iddominata mill-armi konvenzjonali, tidher li qed tevolvi “mill-azzar għall-web”; billi kulma jmur qed tinkorpora dejjem aktar kapaċitajiet ċibernetiċi u operazzjonijiet f’network, u l-istrateġiji tal-gwerra qed jiġu ttrasformati permezz ta’ teknoloġiji ġodda u l-intelliġenza artifiċjali (IA) u ma għadhomx limitati għall-qawwa tan-nar bil-massa u l-konfrontazzjonijiet fuq skala kbira, iżda qed jersqu lejn il-minjaturizzazzjoni u d-deċentralizzazzjoni tas-sistemi, kif evidenzjat mill-użu tad-droni u ta’ qtajja’ ta’ droni fl-oqsma kollha, armi abilitati bl-IA, mini intelliġenti, u sistemi ta’ missili portabbli fuq il-kampijiet tal-battalja; billi l-inġenji tal-ajru tal-ġlied, il-bastimenti, l-artillerija, il-karrijiet armati u l-vetturi tal-art qed isiru aktar vulnerabbli għall-attakki ta’ preċiżjoni u għalhekk jeħtieġu protezzjoni akbar, peress li għadhom essenzjali għall-operazzjonijiet militari u ta’ sigurtà; billi għad hemm il-ħtieġa li jiġu prodotti u użati sistemi ta’ armi u munizzjon tradizzjonali fuq skala kbira, meta jkun meħtieġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi din il-paradigma ġdida ta’ kunflitt tfisser li l-ebda reġjun tal-UE ma huwa eżentat mit-theddida potenzjali ta’ aggressjoni, interferenza, diżinformazzjoni, sovversjoni psikoloġika jew attakki ibridi; billi t-tħejjija strateġika għal kunflitt fit-tul tibqa’ kruċjali biex tiġi żgurata r-reżiljenza tas-sigurtà u d-difiża fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-ispazju qed isir qasam strateġiku dejjem aktar konġestjonat u kontestat, bl-użu dejjem akbar kemm tas-segmenti tal-art kif ukoll tal-ispazju bħala arma; billi n-NATO rrikonoxxiet l-ispazju bħala l-ħames qasam operazzjonali strateġiku, filwaqt li rrikonoxxiet li qed jiżdiedu l-isfidi tas-sigurtà li joriġinaw mill-ispazju u, konsegwentement, il-ħtieġa li dan isir aktar sigur;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi fil-komunikazzjoni konġunta tagħha tal-5 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Strateġija Ewropea ġdida għall-Industrija tad-Difiża”, il-Kummissjoni enfasizzat li 18 % biss tal-infiq totali fit-tagħmir mill-Istati Membri tal-UE kien iddedikat għall-akkwist kollaborattiv ta’ tagħmir tad-difiża tal-UE fl-2022, ferm inqas mill-parametru referenzjarju kollettiv attwali ta’ 35 % stabbilit mill-Istati Membri fil-Bord ta’ Tmexxija Ministerjali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) fl-2007; billi l-Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża jistabbilixxi mira li mill-inqas 40 % tal-akkwist fil-qasam tad-difiża jiġi organizzat bħala akkwist konġunt sa tmiem l-2027; billi sabiex tiżdied malajr il-kapaċità tal-industrija tad-difiża Ewropea, fit-23 ta’ Ottubru 2025, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Istati Membri jorjentaw dejjem aktar l-investimenti fid-difiża lejn l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-akkwist konġunti bl-appoġġ tal-EDA; billi l-koordinazzjoni tal-isforzi fost l-Istati Membri biex jiżguraw l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi, inaqqsu l-frammentazzjoni u jaċċelleraw l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi tad-difiża hija essenzjali biex jiġi stabbilit suq għalkollox operazzjonali; billi l-ilħuq ta’ dawn l-objettivi jirrikjedi inċentivi aktar b’saħħithom u tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi, filwaqt li jiġi żgurat li l-kooperazzjoni tibqa’ mmexxija mis-suq, ibbażata fuq ir-rekwiżiti tal-kapaċitajiet ta’ difiża u l-proċessi komplementari tal-ippjanar tad-difiża tal-UE, tal-Istati Membri tagħha u tan-NATO;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-“Inizjattivi Ewlenin Ewropej ta’ Prontezza”, kif ippreżentati mill-Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża, huma bbażati fuq approċċ komprensiv għad-difiża, li jinkludi kemm il-protezzjoni kontra attakki militari diretti kif ukoll il-preparatezza għat-theddid ibridu; billi dawn jirrappreżentaw opportunità biex jitrawmu l-innovazzjoni, l-interoperabbiltà u l-kompetittività fi ħdan l-industrija tad-difiża tal-UE, billi jiġu żviluppati sħubijiet industrijali konġunti innovattivi dwar teknoloġiji emerġenti mill-aktar avvanzati, tissaħħaħ b’mod sostanzjali l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) u ssir inqas dipendenti mit-teknoloġiji ta’ pajjiżi terzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Istati Membri li jinsabu fil-fruntieri tal-Lvant tal-UE huma l-aktar esposti għal theddid serju u huma essenzjali għas-sigurtà tal-UE kollha kemm hi; billi fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2025, il-Kunsill Ewropew innota li t-theddid immedjat fin-naħa tal-Lvant tal-UE u l-għoti ta’ appoġġ konkret lill-Istati Membri jeħtieġ li jiġu indirizzati bħala kwistjonijiet ta’ prijorità; billi l-Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża jenfasizza li l-Inizjattiva Ewropea għad-Difiża kontra d-Droni u l-Għassa tan-Naħa tal-Lvant huma l-inizjattivi li għandhom jiġu varati l-ewwel; billi, kif propost, l-Għassa tan-Naħa tal-Lvant hija mistennija li ssaħħaħ il-fruntieri tal-Lvant tal-UE, billi tintegra l-kapaċitajiet ta’ difiża tal-art, dawk navali u dawk tal-ajru ma’ sistemi u teknoloġiji effettivi u tal-ogħla livell ta’ kontra d-droni li huma wkoll strumentali għall-Inizjattiva Ewropea għad-Difiża kontra d-Droni;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-utenti finali tal-prodotti tad-difiża huma primarjament il-forzi armati nazzjonali tal-Istati Membri u dawn tal-aħħar jistgħu għalhekk jikkunsidraw li jżidu l-investimenti tagħhom fi proġetti industrijali tad-difiża biss jekk dawn il-proġetti jikkonċernaw l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet militari ta’ interess komuni għall-forzi armati tagħhom; billi l-Artikolu 346 tat-TFUE jipprevedi li kull Stat Membru jista’ jieħu l-miżuri li jikkunsidra meħtieġa sabiex jipproteġi l-interessi vitali tas-sigurta’ tiegħu, u li jkollhom x’jaqsmu mal-manifattura jew tal-kummerċ tal-armi, munizzjon u materjal tal-gwerra;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Boxxla Strateġika dwar is-Sigurtà u d-Difiża tistabbilixxi l-objettiv li jiġu żviluppati inċentivi biex jistimulaw l-investimenti kollaborattivi tal-Istati Membri fi proġetti konġunti u l-akkwist konġunt ta’ kapaċitajiet ta’ difiża li jiġu żviluppati b’mod kollaborattiv fi ħdan l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi r-Regolament (UE) 2025/2643 li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP) jipprevedi l-implimentazzjoni tal-Proġetti Ewropej għad-Difiża ta’ Interess Komuni (EDPCIs); billi l-EDPCIs jikkonsistu fi proġetti industrijali kollaborattivi mmirati lejn it-tisħiħ tal-kompetittività tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) madwar l-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari tal-Istati Membri liema kapaċitajiet huma kritiċi għall-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni, u jippromwovu arkitettura miftuħa u modulari, innovazzjoni b’użu doppju, u l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja fl-oqsma operazzjonali kollha, jiġifieri fil-qasam tal-art, dak marittimu, dak tal-ajru, dak spazjali u dak ċibernetiku; billi l-EDIP jinkludi wkoll l-Istrutturi għall-Programmi Ewropej dwar l-Armamenti (SEAPs), li hu qafas legali ġdid li jista’ jintuża għal inizjattivi kollaborattivi dwar l-armamenti taħt il-kappa tal-proġetti ewlenin;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, kif enfasizzat fil-Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża, l-Ukrajna tibqa’ l-ewwel linja ta’ difiża tal-Ewropa u tifforma parti integrali mill-arkitettura tad-difiża u tas-sigurtà tal-Ewropa; billi l-kooperazzjoni bejn l-industriji tad-difiża tal-UE u tal-Ukrajna, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proġetti ewlenin jew tal-Proġetti Ewropej għad-Difiża ta’ Interess Komuni (EDPCIs), hija ta’ importanza kbira għas-swieq, il-kompetittività u l-potenzjal tal-innovazzjoni rispettivi tagħhom;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jirrikonoxxi ż-żieda ġenerali fin-nefqa għad-difiża fost l-Istati Membri tal-UE bħala riflessjoni ċara tad-determinazzjoni tagħhom li jirrispondu għall-ambjent tas-sigurtà li qed jiddeterjora, billi jtejbu l-kapaċitajiet militari, isaħħu d-deterrenza, u jirfdu l-impenn kollettiv tagħhom għad-difiża Ewropea u trans-Atlantika; jinnota li xi Stati Membri, b’mod partikolari dawk li jinsabu fil-fruntieri tal-Lvant tal-UE, laħqu jew qabżu l-mira ta’ nfiq tan-NATO li jiddedikaw 2 % tal-PDG tagħhom għan-nefqa fid-difiża sa tmiem l-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jirrikonoxxi wkoll li t-tisħiħ tas-sigurtà u d-difiża tal-Ewropa jirrikjedi mhux biss żieda fl-infiq għad-difiża nazzjonali iżda bidla komprensiva lejn koordinazzjoni, effiċjenza u integrazzjoni akbar fil-mod kif l-Istati Membri jiżviluppaw il-politiki tad-difiża tagħhom, jallokawlhom ir-riżorsi u jimplimentawhom; jisħaq li din il-bidla minn approċċ fil-biċċa l-kbira nazzjonali għad-difiża lejn fehim kondiviż tal-pożizzjoni kollettiva tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-deterrenza trid titwettaq b’rispett sħiħ għas-sovranità tal-Istati Membri u l-kompetenzi tagħhom fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li, minkejja ż-żieda fl-isforzi ta’ difiża, l-UE u l-Istati Membri tagħha għadhom qed jiffaċċjaw nuqqasijiet persistenti fil-kapaċitajiet kollettivi strateġiċi, fl-istrutturi ta’ kmand u kontroll, u fil-kapaċità militari sostenibbli; jenfasizza, b’mod partikolari, li l-Istati Membri identifikaw il-lakuni li ġejjin f’dawk li huma kapaċitajiet ta’ prijorità inizjali<FOOTNOTE><FIELD> Kif elenkat fil-paġna 3 tal-komunikazzjoni konġunta bit-titolu “Il-Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża”.</FIELD></FOOTNOTE>: id-difiża kontra l-attakki mill-ajru u l-missili, is-sistemi ta’ artillerija, il-missili u l-munizzjon, id-droni u s-sistemi ta’ kontra d-droni, il-faċilitaturi strateġiċi, inkluż fir-rigward tal-ispazju u tal-infrastruttura kritika, il-mobbiltà militari, il-gwerra ċibernetika, elettronika u tal-IA, il-kumbattiment fuq l-art, u s-sigurtà marittima; jissottolinja li dawn il-lakuni jillimitaw b’mod sinifikanti l-abbiltà tal-UE u tal-Istati Membri tagħha li jirfdu d-deterrenza u jsostnu impenn fit-tul fuq skala kbira fil-qasam tad-difiża, fil-kuntest tal-probabbiltà akbar ta’ atti ta’ gwerra ibrida jew konvenzjonali; jappella għal miżuri urġenti biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet fil-kapaċitajiet kritiċi permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa kemm dwar kwistjonijiet strateġiċi kif ukoll kwistjonijiet industrijali, ippjanar koordinat, u investimenti mmirati biex tiġi żgurata l-prontezza tad-difiża; jirrikonoxxi l-isforzi mwettqa mill-partijiet ikkonċernati mill-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) biex jindirizzaw b’mod determinat tali sfidi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li biex jimtlew il-lakuni fil-kapaċitajiet jeħtieġ li jiġu żviluppati faċilitaturi strateġiċi awtonomi li mingħajrhom il-forzi armati tal-Istati Membri ma jkunux jistgħu jwettqu b’mod effettiv operazzjonijiet militari konġunti; jirrakkomanda, f’dan ir-rigward, l-iżvilupp ta’ arkitettura komuni sikura u sigura għall-kmand, il-kontroll, il-komunikazzjoni, l-intelligence, is-sorveljanza, l-akkwiżizzjoni ta’ bersalli u r-rikonjizzjoni, kif ukoll kapaċitajiet ta’ difiża komuni fl-oqsma tal-ispazju, tat-trasport bl-ajru u bil-baħar strateġiku, tar-riforniment ta’ fjuwil fl-ajru u tal-prevenzjoni tar-riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari; ifaħħar il-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), li tagħti ħarsa ġenerali u analiżi tax-xenarju tad-difiża tal-UE u toffri rakkomandazzjonijiet dwar opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp u l-akkwist ta’ kapaċitajiet permezz tal-Prijoritajiet tal-Iżvilupp tal-Kapaċitajiet u r-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifakkar li n-NATO u l-UE għandhom rwoli komplementari, koerenti u li jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku; jappella għal involviment akbar fil-kooperazzjoni mill-Istati Membri tal-UE u l-alleati tan-NATO, f’konformità mat-tielet Dikjarazzjoni Konġunta tal-10 ta’ Jannar 2023 dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, sabiex jiġu żviluppati kapaċitajiet ta’ difiża u jimtlew il-lakuni eżistenti; jenfasizza li l-isforzi Ewropej kollha f’dak ir-rigward għandhom isiru f’koordinazzjoni mill-qrib man-NATO, bl-għan li jissaħħu l-kooperazzjoni industrijali u l-interoperabbiltà; jappella għal involviment Ewropew akbar fl-istrutturi eżistenti tan-NATO għall-kooperazzjoni u jfakkar ukoll fil-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza tar-riżultati bejn il-proċess tal-ippjanar tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-UE u l-Proċess ta’ Ppjanar u Rieżami tan-NATO; jappella għal interoperabbiltà mtejba tat-tagħmir militari bejn l-Istati Membri tal-UE u l-alleati tan-NATO, b’mod partikolari billi tiġi żgurata l-kompatibbiltà bejn l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrikonoxxi l-fatt li hemm ħtiġijiet immedjati ta’ difiża li għad hemm bżonn li jiġu ssodisfati bi provvisti jew appoġġ minn pajjiżi mhux tal-UE; jenfasizza wkoll li s-sigurtà Ewropea għadha dipendenti ħafna fuq l-industrija tad-difiża ta’ pajjiżi mhux tal-UE; jisħaq li, fil-kuntest ġeopolitiku attwali u minħabba r-rekwiżit li l-UE tassumi responsabbiltà akbar għad-difiża, hemm bżonn ta’ tranżizzjoni ġestita u gradwali mid-dipendenza fuq pajjiżi mhux tal-UE għall-awtonomija strateġika u t-tisħiħ tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB);  jaqbel mal-objettiv li, kemm jista’ jkun, titnaqqas b’mod sinifikanti jew titneħħa gradwalment, id-dipendenza fuq manifatturi u fornituri mhux tal-UE, inkluż fil-qasam tal-materja prima u l-minerali tal-materjali tal-art rari, fejn jeżistu jew jistgħu jiġu żviluppati soluzzjonijiet ekwivalenti fi ħdan l-UE, li huma essenzjali għall-awtonomija strateġika u s-sigurtà tal-provvista tal-UE; jitlob, għalhekk, miżuri biex l-EDTIB tissaħħaħ u l-kompetittività tagħha tittejjeb, inkluż permezz ta’ preferenza ambizzjuża u dinamika tal-UE għall-akkwist fil-qasam tad-difiża, swieq miftuħa u kompetittivi għall-kumpaniji tal-UE, kooperazzjoni industrijali transfruntiera fi ħdan l-UE u ma’ sħab fdati u tal-istess fehma, u aċċess ġust għall-akkwist għall-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza li mingħajr l-iżvilupp ta’ suq uniku tal-UE għall-prodotti u s-servizzi tad-difiża li jkun għalkollox funzjonali, iż-żieda fl-infiq fid-difiża nazzjonali tirriskja li tiġi dissipata permezz tal-ineffiċjenzi, u hekk tkun qed tikkontribwixxi biex il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) tkompli tiġi frammentata; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-akkwist konġunt fil-qasam tad-difiża u jsaħħu l-kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża sabiex itejbu l-interoperabbiltà u l-interkambjabbiltà, jiżguraw l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi, isaħħu l-EDTIB, jattiraw l-investiment privat, inaqqsu l-frammentazzjoni fis-suq tad-difiża tal-UE, u jnaqqsu l-varjetà ta’ prodotti differenti tad-difiża li jindirizzaw ħtiġijiet operazzjonali simili madwar l-Unjoni; jenfasizza li l-akkwist fil-kuntest ta’ proġetti ewlenin għandu jitwettaq b’mod konġunt mill-Istati Membri parteċipanti u li l-proġetti ewlenin għandhom jikkontribwixxu għall-għan li sa tmiem l-2027, 40 % tal-akkwist fil-qasam tad-difiża jiġi organizzati bħala akkwist komuni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ difiża permezz ta’ proġetti ewlenin fl-oqsma ta’ prijorità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrikonoxxi l-proposta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà li jiġi varat sett ta’ Inizjattivi Ewlenin Ewropej ta’ Prontezza inizjali, bħala parti mill-Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża;  jinnota l-approvazzjoni min-naħa tal-Kunsill Ewropew ta’ dan il-pjan direzzjonali u l-impenn tal-Istati Membri li jiżviluppaw erba’ Inizjattivi Ewlenin Ewropej ta’ Prontezza inizjali – l-Inizjattiva Ewropea għad-Difiża kontra d-Droni, l-Għassa tan-Naħa tal-Lvant, it-Tarka tal-Ajru Ewropea u t-Tarka Spazjali Ewropea; jinnota li dawn il-proġetti ewlenin proposti jkopru firxa wiesgħa ħafna ta’ kapaċitajiet ta’ difiża; jinnota, barra minn hekk, li huma ta’ natura trasversali u li jikkontribwixxu għall-ispettru sħiħ tal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri parteċipanti u lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) jidentifikaw b’mod ċar l-objettivi speċifiċi, l-iskeda ta’ żmien u l-istadji importanti għall-implimentazzjoni, il-proposti ta’ finanzjament, il-mekkaniżmi ta’ governanza, l-ambitu teknoloġiku u d-daqs mistenni ta’ kull wieħed minn dawn il-proġetti; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kunċett operazzjonali u ta’ governanza ċara biex jiġi ddeterminat min jagħmel xiex, speċjalment f’każijiet b’implikazzjonijiet transfruntiera, pereżempju meta dron ostili jtir minn Stat Membru għal ieħor; jisħaq li t-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti għandhom ikunu komprensivi, filwaqt li jiġi żgurat li jinkorporaw komponenti tad-difiża konvenzjonali flimkien ma’ teknoloġiji avvanzati, sabiex tiġi ggarantita s-sostenibbiltà operazzjonali f’każ ta’ kunflitti fit-tul; jistieden lill-Istati Membri parteċipanti jiżguraw li jintlaħqu l-istadji importanti ta’ kull proġett, jiffinalizzaw il-koalizzjonijiet tal-kapaċitajiet deskritti fil-pjan direzzjonali u jagħmlu l-almu tagħhom biex ivaraw proġetti ewlenin malajr, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ l-approċċ propost għall-Inizjattiva Ewropea għad-Difiża kontra d-Droni, li għandha l-għan li tiżviluppa sistema b’diversi livelli u teknoloġikament avvanzata b’kapaċitajiet interoperabbli għad-detezzjoni, l-insegwiment u n-newtralizzar tad-droni, u kapaċitajiet biex jintlaqtu l-miri fuq l-art billi tiġi sfruttata t-teknoloġija tad-droni għal attakki ta’ preċiżjoni; jirrikonoxxi li l-kapaċitajiet ta’ kontra d-droni għandhom ikunu għalkollox interoperabbli u konnessi bejn l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat l-għarfien tas-sitwazzjoni fil-livell tal-UE u li l-Istati Membri tal-UE jkunu kapaċi jaġixxu flimkien u jiżguraw l-infrastruttura kritika f’kooperazzjoni man-NATO; jirrikonoxxi l-isfidi biex tinkiseb sistema funzjonali ta’ difiża kontra d-droni fl-ambitu ta’ din l-inizjattiva u jappella għalhekk għall-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota li jinvolvu għadd iżgħar ta’ Stati Membri bħala pass inizjali, li jwassal għal approċċ ta’ 360 grad ladarba s-sistemi jkunu operattivi u effettivi biżżejjed biex jintużaw b’mod aktar wiesa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li l-proġetti ewlenin għandhom iqisu r-rekwiżiti speċifiċi tad-difiża u tad-deterrenza tan-naħa tal-Lvant tal-UE; jilqa’ l-approċċ propost għall-Għassa tan-Naħa tal-Lvant, li huwa mfassal biex jibni l-kapaċità tal-Istati Membri li jmissu mar-Russja li jiffaċċjaw firxa wiesgħa ta’ theddid u riskji, inkluż it-theddid ibridu, l-użu tal-flotta mistura tar-Russja biex twettaq operazzjonijiet ta’ sabotaġġ u ta’ sorveljanza, u r-riskju ta’ aggressjoni armata; jenfasizza li dan jikkonsisti fl-integrazzjoni tal-erba’ elementi tad-difiża tal-art, l-għarfien tas-sitwazzjoni, id-difiża tal-ajru u s-sistemi ta’ kontra d-droni, u s-sigurtà marittima fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar l-Iswed; jappoġġja l-objettiv propost li tiġi stabbilita kapaċità komprensiva ta’ difiża tal-fruntieri, u b’hekk jingħata kontribut lis-sigurtà tal-Unjoni kollha kemm hi, b’sistemi ta’ sorveljanza f’diversi oqsma, kapaċitajiet tad-droni u ta’ kontra d-droni, kapaċitajiet ta’ gwerra elettronika, sistemi ta’ attakk bi preċiżjoni, u koordinazzjoni operazzjonali reattiva; jappella għall-inklużjoni ta’ miżuri biex tissaħħaħ ir-reżiljenza avvanzata, jissaħħu l-miżuri ta’ protezzjoni tal-infrastruttura u l-kapaċitajiet taċ-ċiberdifiża, u jiġu żgurati l-interoperabbiltà reġjonali u l-prontezza operazzjonali sħiħa f’każ ta’ kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza li l-proġetti ewlenin jirrappreżentaw opportunità qawwija biex jissaħħu l-kompetittività, l-effiċjenza u l-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB); jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi stabbilita definizzjoni maqbula b’mod wiesa’ ta’ “proġetti ewlenin ta’ interess komuni” bħala inizjattivi kollaborattivi pan-Ewropej fuq skala kbira li jinvolvu kemm jista’ jkun Stati Membri, fil-qasam tal-kapaċitajiet ta’ difiża u dak tal-iżvilupp industrijali, inklużi faċilitaturi strateġiċi fi ħdan qafas komuni bħall-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP) li jippermettu l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom b’mod koerenti fi ħdan il-politiki tad-difiża u industrijali tal-UE; jissottolinja li d-definizzjoni ta’ proġetti ewlenin hija kruċjali biex tiġi żgurata kollaborazzjoni effettiva fost l-Istati Membri, jinġabru flimkien ir-riżorsi biex jiġu indirizzati l-lakuni kritiċi fil-kapaċitajiet, u nimxu lejn Unjoni Ewropea tad-Difiża ġenwina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja l-importanza strateġika tat-tisħiħ tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) permezz tal-kooperazzjoni mal-Ukrajna, mal-pajjiżi assoċjati fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, mal-pajjiżi mhux tal-UE tal-istess fehma, u mal-pajjiżi li magħhom l-UE ffirmat sħubijiet ta’ sigurtà u difiża; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-industrija tad-difiża Ukrena kisbet għarfien espert u għarfien prattiku teknoloġiċi essenzjali ibbażati fuq it-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza tal-forzi armati Ukreni fuq il-kamp tal-battalja u jirrikonoxxi l-Alleanza għad-Droni mal-Ukrajna li ġiet proposta; jirrakkomanda li, sabiex jiġu indirizzati b’mod determinat iċ-ċikli ta’ innovazzjoni fl-UE li jimxu bil-mod, biex tinħoloq rabta bejn ir-riċerka u l-iżvilupp u l-produzzjoni, u biex jiġi żgurat żvilupp teknoloġiku kontinwu, il-proġetti ewlenin ikunu miftuħa, kemm jista’ jkun u b’rispett sħiħ għall-interessi tas-sigurtà tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, għall-parteċipazzjoni tal-Ukrajna, tal-pajjiżi assoċjati u tal-pajjiżi li ffirmaw sħubija għas-sigurtà u d-difiża mal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-identifikazzjoni u l-iżgurar tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni xierqa tal-proġetti ewlenin</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li l-objettivi tal-proġetti ewlenin iridu jkunu allinjati mal-objettivi maqbula tal-UE fil-qasam tad-difiża u jkunu koerenti mal-miri tan-NATO għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet; jenfasizza, barra minn hekk, li dawn għandhom jindirizzaw oqsma teknoloġiċi innovattivi għad-difiża u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ difiża mill-aktar avvanzati li jwieġbu għar-rekwiżiti tal-gwerra moderna, inkluża l-ħtieġa dejjem akbar li l-operazzjonijiet militari b’diversi oqsma, it-truppi u l-armi jkunu konnessi f’network, tiġi żgurata ċ-ċiberdifiża, jiġu żviluppati l-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar u l-kondiviżjoni tad-data tal-intelligence kif ukoll sistemi awtonomi u għodod ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-IA, jiġu operati attakki profondi u preċiżi u attakki kontra d-droni; jenfasizza l-importanza tal-użu etiku u responsabbli tas-sistemi tal-IA f’konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE jintegraw il-qasam ċibernetiku u t-teknoloġiji diġitali fil-prijoritajiet ewlenin tad-difiża tal-UE, sabiex jiġu żgurati s-sovranità tad-data u l-preparatezza kollettiva kontra t-theddid ibridu u ċibernetiku; jenfasizza li l-iżgurar taċ-ċibersigurtà u tar-reżiljenza ċibernetika għandha tkun objettiv trażversali tal-proġetti ewlenin kollha, filwaqt li jiġu żgurati infrastruttura diġitali siguri, il-protezzjoni tas-sistemi ta’ kmand u kontroll u l-integrità tal-flussi tad-data fl-oqsma operazzjonali kollha, f’konformità mal-Politika tal-UE dwar iċ-Ċiberdifiża u l-prijoritajiet tal-Boxxla Strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ proġetti ewlenin li jkopru l-qasam tal-ispazju – qasam strateġiku li qed isir dejjem aktar militarizzat – peress li huwa qasam li fuqu jiddependu diversi attivitajiet relatati mas-sigurtà, bħall-komunikazzjoni sigura u l-ġbir ta’ intelligence; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li l-proġetti ewlenin jiġu integrati mal-infrastruttura strateġika tat-trasport u tal-loġistika, bħall-kurituri tal-mobbiltà militari transfruntiera u l-infrastruttura b’użu doppju, b’mod partikolari fl-Ewropa tal-Lvant u tax-Xlokk, li huma kritiċi għall-iskjerament rapidu u r-reżiljenza tul in-Naħa tal-Lvant;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza li l-proġetti ewlenin għandu jkollhom l-għan li jrawmu l-kooperazzjoni aktar mill-qrib u l-innovazzjoni fil-mekkaniżmi tal-governanza fil-livell tal-UE u fost l-Istati Memberi, li juru l-aħjar prattiki lejn strateġija komuni u koordinata għad-difiża Ewropea, filwaqt li jqisu l-għarfien li l-Ukrajna kisbet dwar kif titmexxa l-gwerra moderna; jisħaq li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi strateġiji ċari fuq terminu qasir, medju u twil għall-iżvilupp tal-proġetti ewlenin, filwaqt li tiżgura li l-isforzi fit-tul tar-riċerka u l-iżvilupp u tal-innovazzjoni jkunu koordinati b’mod koerenti ma’ investimenti fuq terminu qasir f’kapaċitajiet ta’ difiża kritiċi, sabiex jiġu ggarantiti kemm l-avvanz teknoloġiku kif ukoll il-prontezza operazzjonali immedjata; jenfasizza, barra minn hekk, li l-governanza tajba tal-proġetti ewlenin trid tkun ibbażata fuq viżjoni kondiviża u koordinazzjoni effettiva fost l-“atturi programmatiċi” tagħhom, jiġifieri l-Kummissjoni, il-gvernijiet, il-kwartieri ġenerali militari u l-aġenziji tal-akkwist pubbliku tal-Istati Membri tal-UE, u l-kumpaniji industrijali tad-difiża; iqis li l-proġetti ewlenin jistgħu jibbenefikaw mill-kooperazzjoni eżistenti fil-qafas tal-proġetti tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u tal-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) u jibnu fuqha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi li diversi kumpaniji Ewropej tad-difiża diġà involvew ruħhom maż-żmien fi proġetti kollaborattivi tranżnazzjonali kbar f’diversi oqsma relatati mad-dimensjoni tas-sigurtà; jenfasizza li dawn l-istudji tal-każijiet jistgħu jservu bħala eżempji għat-tfassil u l-ġestjoni tal-proġetti ewlenin; jisħaq li, lil hinn mill-fażijiet ta’ żvilupp u produzzjoni tagħhom, il-proġetti ewlenin għandhom jiżguraw ukoll l-istabbiliment ta’ oqfsa komuni għall-operat, il-manutenzjoni u l-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom fil-livell tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħolqien tal-Proġetti Ewropej għad-Difiża ta’ Interess Komuni (EDPCIs) bħala għodda ġdida fl-ambitu tal-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP); jirrikonoxxi li proġetti ewlenin jistgħu jiġu żviluppati wkoll fil-qafas tiegħu; jinnota li l-Proġetti Ewropej għad-Difiża ta’ Interess Komuni jistgħu jiġu żviluppati fil-kuntest tal-Istruttura għall-Programmi Ewropej dwar l-Armamenti (SEAPs); jisħaq li dawn il-Proġetti Ewropej għad-Difiża ta’ Interess Komuni għandhom isaħħu l-interoperabbiltà u r-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista u jibqgħu għalkollox komplementari mal-ippjanar tal-kapaċitajiet tan-NATO kif spjegat fil-Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi - Nippreparaw id-Difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel ħilitha għall-allinjament kunċettwali u proċedurali sħiħ bejn l-oqfsa ta’ implimentazzjoni tal-proġetti ewlenin u l-istrumenti eżistenti bħall-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF), il-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP) u l-Proġetti Ewropej għad-Difiża ta’ Interess Komuni (EDPCIs), sabiex dawn l-istrumenti joperaw b’mod koerenti u jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku fi ħdan l-arkitettura tad-difiża tal-UE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiċċara kif l-EDPCIs għandhom jiġu strutturati u kkombinati fil-prattika biex jiffurmaw proġett ewlieni, inklużi l-mekkaniżmi meħtieġa ta’ governanza, sekwenzjar u koordinazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitrawmu sinerġiji aktar b’saħħithom bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp industrijali fi ħdan l-ekosistema tad-difiża tal-UE; jirrikonoxxi, f’dan ir-rigward, ir-rwol kontribwenti tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-organizzazzjonijiet tar-riċerka, l-istituzzjonijiet akkademiċi, iċ-ċentri tal-innovazzjoni, iċ-ċentri tat-teknoloġija, u l-korpi tal-ittestjar u taċ-ċertifikazzjoni mill-Istati Membri kollha; jitlob l-inklużjoni tal-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta’ atturi industrijali fil-proġetti ewlenin, b’mod speċjali l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, l-SMEs u l-intrapriżi start-up, biex tkun tista’ tixxerred l-innovazzjoni fl-ispettru kollu tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) u biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista; jitlob l-istabbiliment ta’ grupp ta’ livell għoli tal-industrija tad-difiża Ewropea biex jiżgura l-kooperazzjoni effettiva, u għal djalogu u involviment aktar mill-qrib mal-industrija madwar l-Ewropa kollha kemm hi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata parteċipazzjoni ġeografika bbilanċjata fil-proġetti ewlenin, li għandu jkollhom l-għan tal-usa’ parteċipazzjoni possibbli tal-Istati Membri, inklużi dawk b’industriji tad-difiża emerġenti; jenfasizza li l-proġetti ewlenin għandhom jippermettu lill-Istati Membri parteċipanti kollha jibbenefikaw mill-avvanzi teknoloġiċi u mill-kapaċitajiet ta’ produzzjoni u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u r-reżiljenza madwar l-Unjoni kollha kemm hi; jisħaq ukoll li dawn il-proġetti għandhom jibqgħu miftuħa biex jissieħbu fihom Stati Membri ġodda, u li l-parteċipazzjoni ta’ Stati Membri addizzjonali matul iż-żmien għandha tiġi inkoraġġita u aġevolata; jappella għal mekkaniżmi ta’ kofinanzjament li jkunu flessibbli u inklużivi, li jiżguraw li l-Istati Membri kollha, irrispettivament mid-daqs ekonomiku, ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sinifikattiv fil-proġetti ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li tissaħħaħ id-dimensjoni reġjonali tal-istrateġija industrijali tad-difiża tal-UE u jisħaq fuq l-impatt potenzjali tal-proġetti ewlenin f’dawk li huma effetti konsegwenzjali teknoloġiċi, benefiċċji ekonomiċi, impjiegi b’ħiliet speċjalizzati u koeżjoni soċjali fir-reġjuni kollha fl-UE; jitlob li jiġu involuti l-gvernijiet reġjonali u lokali u li r-reġjuni tal-UE jingħataw l-opportunità li jibbenefikaw mill-proġetti ewlenin sabiex tiġi promossa s-sjieda konġunta fil-kwistjonijiet ta’ difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li t-teknoloġiji militari, b’mod partikolari t-teknoloġiji emerġenti sensittivi u l-oġġetti kritiċi b’użu doppju, speċjalment fl-oqsma tal-ispazju, tat-teknoloġiji kwantistiċi u tal-IA, jiġu pprevenuti milli jiġu ttrasferiti lejn pajjiżi ostili jew rivali sistemiċi barra mill-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-proġetti ewlenin isaħħu l-koordinazzjoni u jimpenjaw ruħhom li jsegwu approċċi komuni u li jiddefinixxu u jaqblu dwar strateġija u kundizzjonijiet komuni għall-għoti ta’ liċenzji tal-esportazzjoni lill-pajjiżi mhux tal-UE mhux parteċipanti għall-prodotti li jirriżultaw mill-proġetti ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappella għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu koordinat ta’ kontroll tal-esportazzjoni, kbbażat fuq ir-riskju, fost l-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fil-proġetti ewlenin, allinjat mal-objettivi tal-Boxxla Strateġika tal-UE u konsistenti mal-kompetenzi nazzjonali, il-prerogattivi u l-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri, inklużi dawk fl-ambitu tan-NATO;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-governanza tal-proġetti ewlenin u r-rwol tal-Parlament</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jippreżentaw proposti għal proġetti ewlenin li jindirizzaw l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ difiża u li jippermettu lill-Istati Membri jallinjaw aħjar l-isforzi nazzjonali tagħhom mal-objettivi tal-UE fil-qasam tad-difiża u f’koerenza mal-miri rilevanti tan-NATO għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet; jenfasizza li l-proposti għal proġetti għandhom iqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri li l-aktar huma esposti għar-riskju li t-theddid militari konvenzjonali u t-theddid ibridu jimmaterjalizzaw; jissottolinja l-importanza li l-industriji tad-difiża jiġu involuti fid-definizzjoni tal-prijoritajiet u tal-ambitu tal-proġetti ewlenin futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jisħaq li l-għażla tal-proġetti ewlenin għandha tkun ibbażata fuq il-mertu u tistrieħ fuq proċeduri trasparenti, filwaqt li tiġi żgurata parteċipazzjoni ġeografika bbilanċjata u jiġi pprevenut li t-teħid tad-deċiżjonijiet jew il-benefiċċji industrijali jiġu konċentrati f’għadd limitat ta’ Stati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) jipparteċipaw fi rwol konsultattiv, ta’ appoġġ u ta’ koordinazzjoni biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-proġetti ewlenin; jissottolinja r-rwol kritiku tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea fl-għoti ta’ pariri militari strateġiċi u fl-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà<STRING BOLD="on">,</STRING> b’mod partikolari dwar l-iżvilupp, il-valutazzjoni u r-rieżami tal-objettivi tal-kapaċitajiet, u jitlob, f’dan ir-rigward, li jiġi inkluż formalment fil-qafas tal-governanza tal-proġetti ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jimpenja ruħu li jeżerċita l-irwol tiegħu ta’ skrutinju, dak leġiżlattiv u dak baġitarju fir-rigward tal-koordinazzjoni, l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-proġetti ewlenin abbażi ta’ informazzjoni u rapporti regolari u komprensivi mill-Kummissjoni; jenfasizza l-awtorità baġitarja u r-responsabbiltà tiegħu fir-rigward tal-użu tal-fondi tal-UE; jappella għal rapportar pubbliku u skrutinju parlamentari regolari biex jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont u titrawwem il-fiduċja fil-proġetti ewlenin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iżgurar tal-finanzjament ta’ proġetti ewlenin fit-tul </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jitlob finanzjament adegwat u ddedikat fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss biex jiġi żgurat il-finanzjament fit-tul tal-proġetti ewlenin; jissottolinja l-ħtieġa ta’ finanzjament adegwat u xieraq għall-proġetti ewlenin li ma jikkompromettix il-fondi allokati għal oqsma strateġiċi oħra tal-baġit tal-UE iddedikati għad-difiża; jenfasizza l-ħtieġa li parti minn dan il-finanzjament tiġi ddedikata għat-taħriġ, għall-iżvilupp tal-ħiliet u għall-inizjattivi għaż-żamma tat-talent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħqa li l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża b’mod kollettiv fil-livell tal-Unjoni jista’ jiġġenera ekonomiji ta’ skala sinifikanti, inaqqas il-kostijiet u jiżgura li l-fondi pubbliċi u l-flus il-kontribwenti jintużaw bl-aktar mod effiċjenti u responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jikkondividi l-osservazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri rigward il-proposta tal-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP) li ż-żmien meħtieġ biex jitlestew il-proġetti ewlenin x’aktarx li jaqbeż il-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ sentejn previst mill-EDIP; jenfasizza, għalhekk, li biex il-proġetti ewlenin jibbenefikaw mill-finanzjament tal-EDIP, l-Istati Membri kkonċernati jeħtiġilhom jimpenjaw ruħhom li jikkofinanzjawhom għad-durata tagħhom kollha kemm hi, ferm lil hinn minn perjodu inizjali ta’ sentejn; jenfasizza l-importanza tal-ippjanar għal investiment sostnut u kontinwità industrijali biex tiġi żgurata l-awtonomija strateġika tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jisħaq li l-kofinanzjament tal-proġetti ewlenin għandu jkun ibbażat fuq ġestjoni u ppjanar baġitarju sodi, kosteffiċjenza u trasparenza; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu stadji importanti, indikaturi tal-prestazzjoni, kontrolli finanzjarji perjodiċi u rieżamijiet tan-nefqa mġarrba fl-implimentazzjoni tal-proġetti ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li sistematikament jallokaw parti mill-baġits tad-difiża nazzjonali tagħhom għall-iżvilupp ta’ inizjattivi ta’ sħubija u għall-akkwist ta’ tagħmir tad-difiża prodott fil-qafas tal-proġetti ewlenin fl-oqsma fejn l-isforzi konġunti jiġġeneraw valur miżjud, f’konformità mal-Artikolu 4(2) tat-TUE u l-Artikolu 346 tat-TFUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jikkoordinaw l-ippjanar baġitarju tad-difiża nazzjonali mal-miri tal-kapaċitajiet tan-NATO sabiex jiżguraw il-komplementarjetà u jevitaw il-frammentazzjoni tar-riżorsi; jistieden lill-Istati Membri jesploraw modi kif jistabbilixxu strument finanzjarju barra l-baġit li jippermetti l-akkomunament u l-mutwalizzazzjoni ta’ ċerti partijiet tal-baġits tad-difiża nazzjonali fil-livell tal-UE, sabiex ikopru ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-proġetti ewlenin;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lin-NATO, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lill-aġenziji tal-UE għas-sigurtà u għad-difiża, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>