<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0081</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-traffikar tal-bnedmin u l-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem b’rabta mar-reklutaġġ ta’ ċittadini mhux Russi, b’mod partikolari mill-Afrika, għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0157, 0165, 0166, 0167, 0170 u 0175/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2026 dwar it-traffikar tal-bnedmin u l-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem b’rabta mar-reklutaġġ ta’ ċittadini mhux Russi, b’mod partikolari mill-Afrika, għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna (2026/2641(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-Russja qed tuża tattiki ta’ reklutaġġ qarrieqa u l-koerċizzjoni biex tirrekluta eluf ta’ ċittadini barranin minn Stati Afrikani differenti, u qed tirrekluta wkoll individwi minn Kuba u mill-Asja t’Isfel u l-Asja Ċentrali, biex issostni l-gwerra ta’ aggressjoni brutali, mhux provokata, mhux ġustifikata u illegali tagħha kontra l-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi rapporti investigattivi u diversi Stati Afrikani żvelaw networks ta’ reklutaġġ sistematikament immirati lejn individwi minn żoni b’introjtu baxx, prinċipalment permezz ta’ pjattaformi tal-media soċjali, b’wegħdiet foloz ta’ impjieg, edukazzjoni jew ċittadinanza; billi r-rekluti jiġu mħajrin jivvjaġġaw lejn ir-Russja, fejn jiġu mċaħħdin mid-dokumenti tal-identità tagħhom u koskritti bil-forza taħt koerċizzjoni jew theddid; billi l-każ ta’ Francis Ndung’u Ndarua, ċittadin Kenjan li b’mod frodulenti safa reklutat u mibgħut fuq il-front fl-Ukrajna, juri l-moħqrija estrema ta’ dawn il-prattiki;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-awtoritajiet Russi allegatament jimplimentaw dawn l-iskemi ta’ reklutaġġ permezz ta’ kumpaniji marbuta mal-Istat, intermedjarji, strutturi militari u uffiċjali tal-ambaxxati;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi x-xhieda tindika li r-rekluti Afrikani jiġu mġiegħla jwettqu l-aktar dmirijiet perikolużi fl-ewwel linja fuq il-front, jitqiesu bħala riżorsi li jistgħu jiġu ssagrifikati u jiġu sottoposti għal abbuż u diskriminazzjoni razzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi ġie rrappurtat li mijiet ta’ nisa Afrikani ġew imqarrqa biex jaħdmu f’fabbriki ta’ assemblaġġ tad-droni fir-Russja f’kundizzjonijiet ferm perikolużi u ta’ sfruttament;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa t-traffikar u r-reklutaġġ koerċittiv ta’ ċittadini barranin fis-servizz militari tar-Russja u l-isfruttament tal-ħaddiema fil-kuntest tal-gwerra; jisħaq li dawn il-prattiki jirrappreżentaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali u jistgħu jikkostitwixxu delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati kollha kkonċernati jinvestigaw u jiġġieldu r-reklutaġġ ta’ ċittadini barranin u jżommu responsabbli lil dawk kollha li jwettquh, jiffaċilitawh jew jippromwovuh, isaħħu l-viġilanza fost l-uffiċjali tal-immigrazzjoni, iwissu liċ-ċittadini b’mod proattiv dwar il-perikli involuti fl-ivvjaġġar lejn ir-Russja għal allegati offerti ta’ impjieg jew ta’ edukazzjoni u jiffaċilitaw ir-ripatrijazzjoni immedjata ta’ ċittadini barranin reklutati b’mod frodulenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-pjattaformi tal-media soċjali jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u jikkooperaw mal-awtoritajiet rilevanti biex jidentifikaw u jneħħu l-kontenut użat min-networks marbutin mar-Russja li jwettqu tali prattiki qarrieqa ta’ reklutaġġ u traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Istati jżommu lil dawn il-pjattaformi responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li ż-żieda fl-użu ta’ tattiki qarrieqa ta’ reklutaġġ tikkoinċidi mal-fatt li l-influwenza tar-Russja fl-Istati Afrikani qed tinfirex, inkluż permezz ta’ kumpaniji militari privati u kampanji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesiġi li r-Russja twaqqaf minnufih tali prattiki ta’ reklutaġġ u tiggarantixxi r-ripatrijazzjoni mingħajr kundizzjonijiet ta’ individwi reklutati b’mod frodulenti; iżomm lill-awtoritajiet Russi responsabbli għall-ħolqien u għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-iskemi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-każ ta’ Francis Ndung’u Ndarua; jitlob ir-ripatrijazzjoni tiegħu; iħeġġeġ lir-Russja tinforma lil qrabatu dwar fejn u f’liema kundizzjoni tas-saħħa jinsab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinvolvu ruħhom mal-Istati kkonċernati u jappoġġjaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw it-traffikar tal-bnedmin u jiffaċilitaw ir-rilaxx u r-ripatrijazzjoni tal-vittmi; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimponu sanzjonijiet immirati fuq l-individwi u l-entitajiet responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri, lill-Unjoni Afrikana, lill-Assemblea Ġenerali tan-NU u lill-awtoritajiet Russi u Ukreni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>