<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0082</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-detenzjoni arbitrarja tal-President Mohamed Bazoum mill-ġunta fin-Niġer</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0159, 0163, 0169, 0172 u 0173/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2026 dwar id-detenzjoni arbitrarja tal-President Mohamed Bazoum mill-ġunta fin-Niġer (2026/2642(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>—</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fis-26 ta’ Lulju 2023 seħħ kolp ta’ stat militari fin-Niġer, u wara dan l-ordni kostituzzjonali tal-pajjiż ġie xolt u ġiet stabbilita ġunta militari;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi mill-kolp ta’ stat ’l hawn, il-President Bazoum u martu nżammu mill-ġunta fil-gvern u allegatament qed jiġu detenuti mingħajr aċċess għal avukati jew żjarat tal-familja, u qed jirċievu biss kura medika limitata; billi għal aktar minn sena l-ebda informazzjoni verifikabbli dwar il-kundizzjoni tagħhom ma ngħatat lill-pubbliku;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Qorti tal-Istat neħħiet l-immunità presidenzjali ta’ Bazoum u l-awtoritajiet ħalfu li jħarrkuh għal “tradiment għoli”, li jista’ jwassal għall-piena tal-mewt;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-ġunta ikkommettiet repressjoni usa’, u imponiet restrizzjonijiet dejjem akbar fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-oppożizzjoni politika, is-soċjetà ċivili, u l-libertà tal-media; billi ssospendiet il-Kostituzzjoni, u heddet il-libertà tar-reliġjon;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà fin-Niġer u fis-Saħel qed tkompli tiddeterjora hekk kif il-gruppi ġiħadisti qed iwettqu attakki fatali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi s-sitwazzjoni umanitarja ddeterjorat drastikament minħabba s-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tiddeterjora u x-xokkijiet klimatiċi severi, li ħallew kważi miljun persuna spostata u tliet miljuni fi bżonn ta’ assistenza umanitarja, li ġiet ristretta serjament wara x-xoljiment tal-massa tal-NGOs u t-tkeċċija ta’ atturi internazzjonali ewlenin;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-iżviluppi fin-Niġer huma parti minn xejra reġjonali usa’ inkwetanti ta’ rigress demokratiku u tad-drittijiet tal-bniedem fis-Saħel;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa d-detenzjoni arbitrarja kontinwa tal-President Bazoum elett demokratikament u martu u tal-individwi l-oħra kollha detenuti fil-kolp ta’ stat, u jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza li n-Niġer kien sieħeb tal-UE fis-Saħel f’diversi oqsma ta’ kooperazzjoni; jisħaq li mill-kolp ta’ stat ’l hawn is-sitwazzjoni fin-Niġer marret għall-agħar u żdiedu r-riskji għas-sigurtà, inkluż it-traffikar tal-bnedmin u tal-armi u l-flussi ta’ migrazzjoni irregolari madwar is-Saħel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna r-repressjoni tal-atturi politiċi, il-ġurnalisti u s-soċjetà ċivili, u jistieden lill-awtoritajiet Niġerini jaċċelleraw il-proċess tar-restawr tal-ordni demokratiku, inkluż ir-reintegrazzjoni tal-partiti politiċi u l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati t-twassil kontinwu u l-aċċessibbiltà tal-għajnuna umanitarja u s-servizzi bażiċi tal-UE fiż-żoni ta’ kunflitt fin-Niġer;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-intenzjoni mħabbra tan-Niġer li jirtira mill-QKI; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Niġerini jirrispettaw id-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni umanitarja u tas-sigurtà li qed tiddeterjora fis-Saħel, u jisħaq li l-leġittimità demokratika, il-governanza responsabbli u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huma essenzjali biex tiġi indirizzata l-insigurtà u jiġu protetti ċ-ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri, lill-Unjoni Afrikana u lill-komunità internazzjonali jintensifikaw l-isforzi diplomatiċi biex jiżguraw il-ħelsien tal-President Bazoum;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-VP/RGħ, lill-Unjoni Afrikana, lill-ECOWAS u lill-awtoritajiet tan-Niġer u lill-Alleanza tal-Istati tas-Saħel.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>