<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0083</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-każ ta’ Elene Khoshtaria u l-priġunieri politiċi taħt ir-reġim Ħolma Georgjana</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0158, 0161, 0164, 0168, 0171 u 0174/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2026 dwar il-każ ta’ Elene Khoshtaria u l-priġunieri politiċi taħt ir-reġim Ħolma Georgjana (2026/2643(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Georgia,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-awtoritajiet Georgjani eskalaw it-trażżin tagħhom tal-oppożizzjoni politika u tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari mill-elezzjonijiet parlamentari ta’ Ottubru 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi leġiżlazzjoni drakonjana, inkluż “l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Aġenti Barranin”, il-liġi dwar it-trasparenza tal-influwenza barranija, u l-emendi għal-liġi dwar l-għotjiet, il-liġi dwar l-assoċjazzjoni politika u l-kodiċi kriminali, tirrifletti strateġija awtoritarja intenzjonata biex issikket lil min ma jaqbilx, b’mod simili għat-trażżin bi stil Russu;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi mijiet ta’ persuni ġew detenuti, immultati jew imressqa quddiem il-qrati minn mindu bdew il-protesti, inklużi politiċi, ġurnalisti u attivisti, li ħafna minnhom jinsabu taħt arrest preventiv; billi għexieren ta’ persuni ntbagħtu l-ħabs wara li pparteċipaw fil-protesti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi diversi mexxejja tal-oppożizzjoni ġew detenuti, inkluża Elene Khoshtaria, figura ewlenija tal-Koalizzjoni għall-Bidla, li ġiet detenuta f’Settembru 2025 wara li kitbet il-kliem “Ħolma Russa” fuq strixxun elettorali tal-partit fil-gvern, u qed tħabbat wiċċha ma’ proċedimenti kriminali bbażati fuq akkużi foloz mingħajr evidenza kredibbli, li jinvolvu sa 15-il sena ħabs; billi rapporti jindikaw li Khoshtaria ġiet soġġetta għal trattament degradanti fid-detenzjoni u li l-kundizzjoni ta’ saħħitha tirrikjedi kura medika speċjalizzata;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi Mzia Amaglobeli, li wkoll hija priġuniera minħabba twemmin, ingħatat il-Premju Sakharov fl-2025;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa d-detenzjoni politikament motivata ta’ Khoshtaria u ta’ dawk kollha li jinsabu fil-mira talli eżerċitaw il-libertà ta’ espressjoni u ta’ għaqda jew id-dissens paċifiku tagħhom, u l-persekuzzjoni sistematika tal-avversarji politiċi, il-ġurnalisti u l-attivisti mir-reġim Ħolma Georgjana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna t-trattament degradanti u inuman li Khoshtaria allegatament kienet soġġetta għalih matul id-detenzjoni; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tagħha, u ta’ oħrajn detenuti għal raġunijiet politikament motivati jew għax eżerċitaw paċifikament id-drittijiet fundamentali tagħhom; jappella għall-irtirar immedjat tal-akkużi politikament motivati kontrihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar id-detenzjoni kontinwa u l-kundizzjoni tas-saħħa li qed tiddeterjora tal-eks President Mikheil Saakashvili, li ilu għal aktar minn erba’ snin effettivament jinżamm bħala ostaġġ politiku tal-oligarka Bidzina Ivanishvili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob investigazzjoni indipendenti u trasparenti dwar l-allegazzjonijiet ta’ trattament ħażin ta’ persuni taħt arrest u l-abbuż tal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà nazzjonali, u rapporti kredibbli dwar l-użu ta’ armi kimiċi kontra d-dimostranti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-impronta politika, ekonomika u tas-sigurtà li qed tespandi tar-Russja, taċ-Ċina u tal-Iran fil-Georgia, kif ikkonfermat f’bosta rapporti, u li hija riflessa wkoll fl-approċċ tal-pajjiż lejn id-drittijiet tal-bniedem, li qiegħed jiddeterjora; jesprimi rabja li ġew varati investigazzjonijiet kontra l-awturi ta’ tali rapporti, b’mod partikolari l-awtur tar-riċerka tal-Istitut Hudson Giorgi Kandelaki, u Tinatin Khidasheli, minflok ma ġew indirizzati s-sejbiet allarmanti tagħhom dwar l-espansjoni ċara u sistematika tal-influwenza ta’ setgħat awtoritarji fil-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet Georgjani jerġgħu jistabbilixxu l-libertà tal-espressjoni, il-libertà akkademika u r-riċerka indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-adozzjoni kontinwa ta’ leġiżlazzjoni restrittiva li tillimita l-libertajiet fundamentali u trażżan l-attività politika, il-protesti ċiviċi u d-dissens; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Georgia jirrevokaw dawn il-liġijiet restrittivi, jieqfu jużaw l-arrest preventiv għat-trażżin politiku, u jiżguraw l-indipendenza ġudizzjarja u l-proċess ġust;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza li l-eżistenza ta’ priġunieri politiċi hija inkompatibbli mal-obbligi tal-Georgia skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Georgia;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-appoġġ sod tiegħu għall-poplu Georgjan u l-impenn tiegħu għal futur demokratiku Ewropew; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw u jipprovdu protezzjoni lill-attivisti, lill-ġurnalisti u lill-personalitajiet tal-oppożizzjoni Georgjani li jinsabu f’riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jimponu sanzjonijiet immirati, u projbizzjoni tal-viżi fil-livell tal-UE, fuq ir-rappreżentanti tar-reġim u l-faċilitaturi tiegħu li huma responsabbli għall-arresti, il-prosekuzzjonijiet u l-vjolenza politikament motivati kontra l-oppożizzjoni demokratika, id-dissidenti, id-dimostranti u l-ġurnalisti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-VP/RGħ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-OSKE u lill-awtoritajiet Georgjani.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>