<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0086</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Negozjati multilaterali fid-dawl tal-14-il Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Yaoundé, mis-26 sad-29 ta’ Marzu 2026</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0155/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2026 dwar in-negozjati multilaterali fid-dawl tal-14-il Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Yaoundé, mis-26 sad-29 ta’ Marzu 2026 (2025/2875(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Marrakexx tal-15 ta’ April 1994 li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali adottata fl-14 ta’ Novembru 2001 fl-okkażjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Doha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-WTO, b’mod partikolari dawk tat-8 ta’ Frar 2024 dwar in-negozjati multilaterali fid-dawl tat-13-il Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Abu Dhabi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6342, 7.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6342/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, tal-25 ta’ Novembru 2021 dwar in-negozjati multilaterali fid-dawl tat-12-il Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Ġinevra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 224, 8.6.2022, p. 89.</FIELD></FOOTNOTE>, tad-29 ta’ Novembru 2018 bit-titolu “id-WTO: it-triq ’il quddiem”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 363, 28.10.2020, p. 113.</FIELD></FOOTNOTE> u tat-28 ta’ Novembru 2019 dwar il-kriżi tal-Korp tal-Appell tad-WTO<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 232, 16.6.2021, p. 62.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokumenti ta’ eżitu adottati b’kunsens fis-sessjonijiet annwali tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO fil-25 ta’ Frar 2024 f’Abu Dhabi, fis-7 ta’ Diċembru 2018 f’Ġinevra u fl-10 ta’ Diċembru 2017 fi Buenos Aires,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-eżiti tat-13-il Konferenza Ministerjali tad-WTO (KM13) li saret f’Abu Dhabi fi Frar 2024, fosthom l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Abu Dhabi, li torbot il-kummerċ mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-adeżjoni ta’ Comoros u ta’ Timor Leste mad-WTO, iżda mingħajr ma inkludew ftehimiet dwar oqsma kruċjali bħas-sussidji għas-sajd, l-agrikoltura u r-riforma tas-soluzzjoni tat-tilwim,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dħul fis-seħħ, fil-15 ta’ Settembru 2025, tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji għas-Sajd, li jimpenja lill-membri jnaqqsu b’biljuni ta’ dollari l-infiq annwali għas-sussidji li l-aktar jagħmlu ħsara u li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-istokkijiet tal-ħut fil-baħar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Pariġi fi ħdan il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li ilu fis-seħħ minn Novembru 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2021 bit-titolu “Rieżami tal-Politika Kummerċjali – Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva” kif ukoll l-anness tagħha bit-titolu “Ir-riforma tad-WTO: lejn sistema kummerċjali multilaterali sostenibbli u effettiva” (COM(2021)0066),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi d-WTO nħolqot biex tippromwovi l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ ta’ merkanzija u servizzi, issaħħaħ il-multilateraliżmu u trawwem sistema kummerċjali multilaterali ġusta, miftuħa, inklużiva, ibbażata fuq ir-regoli u mhux diskriminatorja, bil-għan li tiffaċilita l-iskambju ta’ merkanzija u servizzi, toffri opportunitajiet ta’ impjieg, tkabbir u prosperità kif ukoll ittejjeb il-benesseri tan-nies fid-dinja kollha; billi l-għan ġenerali tal-politika kummerċjali tal-UE huwa li tikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tal-kummerċ dinji, għat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali u fuq l-investiment barrani dirett, kif ukoll għal tnaqqis fl-ostakli tad-dwana u oħrajn; billi l-mandat primarju tad-WTO huwa li tiżgura l-aċċess għas-suq, il-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali fil-kummerċ internazzjonali u ma għandhiex tevolvi f’forum ġenerali ta’ politika lil hinn mill-funzjonijiet kummerċjali ewlenin tagħha; billi l-kummerċ huwa essenzjali u huwa strument kruċjali biex jappoġġja u jikkomplementa l-isforzi għal progress fit-tkabbir sostenibbli u għat-titjib tal-istandards tal-għajxien, biex jiġu żgurati livell massimu ta’ impjiegi ta’ kwalità aħjar u volum kbir u li qed jikber b’mod kostanti ta’ introjtu reali f’konformità mal-objettiv tal-iżvilupp sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-sistema kummerċjali multilaterali qed tiffaċċja sfidi politiċi u istituzzjonali serji; billi dawn l-isfidi jirriżultaw mhux biss minn nuqqasijiet istituzzjonali, iżda wkoll mill-proliferazzjoni ta’ miżuri unilaterali u protezzjonisti, fosthom restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, sussidji diskriminatorji u prattiki kummerċjali inġusti, u dawn jimminaw il-fiduċja, jifframmentaw il-ktajjen tal-valur globali u jagħmlu ħsara lill-ekonomija tad-dinja u lill-prosperità tagħha; billi t-taqlib attwali fil-kummerċ dinji qiegħed jiġġenera inċertezza u kostijiet ekonomiċi enormi fid-dinja kollha, u dan juri b’mod ċar li huma indispensabbli regoli prevedibbli, stabbli u ġusti biex il-kummerċ jiffjorixxi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi s-sistema kummerċjali multilaterali għadha ferm ħajja u attiva u t-72 % tal-kummerċ dinji llum għadu jsir skont regoli relatati mat-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit (MFN); billi dan juri li d-WTO tkompli tipprovdi qafas vitali ta’ prevedibbiltà u stabbiltà għall-kummerċ dinji, u li s-salvagwardja tal-prinċipji u d-dixxiplini ewlenin tagħha għadha kruċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-kooperazzjoni u l-involviment mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma vitali biex jinżamm l-ordni multilaterali bbażat fuq ir-regoli; billi tali kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq rispett reċiproku u impenn ġenwin biex titrawwem il-kooperazzjoni internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kuntest tal-kummerċ dinji għadda minn trasformazzjoni f’dawn l-aħħar 30 sena, anki bis-saħħa tal-progress ekonomiku tal-pajjiżi ewlenin tal-G20 u tal-bidliet tal-piż relattiv tagħhom fil-kummerċ dinji, kif ukoll bis-saħħa taż-żieda fil-membri tad-WTO u tad-diversifikazzjoni tagħhom; billi d-WTO sabet diffikultajiet biex tifhem ir-realtà ekonomika u kummerċjali l-ġdida u għalhekk ma kinitx kapaċi toħloq aġenda ambizzjuża, minħabba d-diversità tal-membri tagħha u tal-varjetà tal-interessi; billi s-sistema kummerċjali dinjija tinsab taħt pressjoni qawwija minħabba l-protezzjoniżmu dejjem akbar tal-politiki kummerċjali tal-Istati Uniti, iżda wkoll minħabba l-politiki u l-prattiki mhux tas-suq taċ-Ċina, li qed joħolqu kapaċità żejda u distorsjonijiet tas-suq fis-sistema;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi d-WTO hija organizzazzjoni multilaterali unika fis-sens li kull membru jipparteċipa fuq l-istess livell, toħloq u tirregola regoli vinkolanti tal-kummerċ bejn il-membri tagħha u hija mirfuda minn sistema għas-soluzzjoni tat-tilwim legalment vinkolanti; billi sistema kummerċjali multilaterali li tiffunzjona tajjeb u bbażata fuq ir-regoli hija essenzjali biex tissalvagwardja l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, issaħħaħ ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista u tappoġġja r-reżiljenza strateġika tal-UE b’mod ġenerali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-regoli attwali tad-WTO fil-qasam tas-sussidji ma ġewx adattati għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu tal-kummerċ dinji; billi r-regoli obsoleti ma kinux kapaċi jillimitaw l-interventi statali distorsivi; billi l-kompetizzjoni ġusta u l-limitazzjoni tal-effetti kollaterali tal-politiki industrijali huma prekundizzjonijiet kruċjali biex jinkisbu l-objettivi ta’ industrijalizzazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi d-WTO għandha bżonn tiġi adattata għal dawn ir-realtajiet il-ġodda u tiġi modernizzata biex tkun lesta għas-seklu 21 u biex tindirizza l-isfidi l-ġodda marbuta mat-tranżizzjoni ekoloġika u ma’ dik diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi rapport tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp tal-2025<FOOTNOTE><FIELD> Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp, “Indirect taxation of e-commerce and digital trade – Implications for developing countries” (It-tassazzjoni indiretta tal-kummerċ elettroniku u l-kummerċ diġitali – Implikazzjonijiet għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw), 2025.</FIELD></FOOTNOTE> wera li, għall-kuntrarju tal-argumenti ta’ dawk li jopponu l-moratorju fuq il-kummerċ elettroniku, id-dħul mit-tassazzjoni diġitali jkun limitat u jirriskja li jimmina l-kompetittività u l-kummerċ;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji għas-Sajd, li ntlaħaq qbil dwaru fit-12-il Konferenza Ministerjali u daħal fis-seħħ f’Settembru 2025, huwa l-ewwel ftehim kummerċjali multilaterali li qatt sar iċċentrat fuq is-sostenibbiltà ambjentali u jistabbilixxi ġabra vinkolanti ta’ regoli globali biex tgħin tillimita s-sussidji li jagħmlu l-ħsara pprovduti mill-gvernijiet lis-settur tas-sajd, stmati għal USD 22 biljun fis-sena, kif previst mill-mira 14.6 tal-SDG;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi s-sigurtà tal-ikel għadha sfida, peress li 258 miljun ruħ ġew ikklassifikati li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ kriżi jew f’fażijiet aktar severi ta’ insigurtà akuta tal-ikel fl-2022, ċifra ogħla meta mqabbla mal-193 miljun tal-2021; billi l-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura fil-qafas taċ-Ċiklu tal-Urugwaj jirrikonoxxi espliċitament l-importanza li s-sigurtà tal-ikel titqies fin-negozjati li għaddejjin; billi l-kummerċ għandu l-potenzjal iżid id-disponibbiltà tal-ikel fir-reġjuni li fihom huwa limitat u jista’ jikkontribwixxi wkoll biex itejjeb l-aċċess ekonomiku għall-ikel billi jiġġenera opportunitajiet ta’ impjieg u jżid l-introjti;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi mill-11 ta’ Diċembru 2019, il-Korp tal-Appell tad-WTO ma baqax jopera, u dan iddetermina mblokk tal-istadju tal-appell funzjonali, indipendenti u imparzjali fis-soluzzjoni tat-tilwim; billi d-diskussjoni mmexxija minn faċilitaturi dwar ir-riforma tas-soluzzjoni tat-tilwim mill-KM13 għadha ma wasslitx għal eżitu sodisfaċenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Parlament Ewropew, flimkien mal-Unjoni Interparlamentari, ilu aktar minn 20 sena jiżvolġi rwol kruċjali biex tiġi stabbilita dimensjoni parlamentari għad-WTO permezz tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi matul il-Forum Pubbliku tad-WTO, li sar fis-17 u fit-18 ta’ Settembru 2025, l-organizzaturi ħeġġew b’mod attiv l-impenn imsaħħaħ u strutturat tas-settur privat u rrikonoxxewlu r-rwol essenzjali tiegħu biex jappoġġja sistema kummerċjali multilaterali miftuħa, prevedibbli u inklużiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-14-il Konferenza Ministerjali tad-WTO (KM14) se ssir f’Yaoundé, il-Kamerun, mis-26 sad-29 ta’ Marzu 2026;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni l-impenn sħiħ tiegħu għall-valur dejjiemi tal-multilateraliżmu u jissottolinja li sistema multilaterali modernizzata li tirregola l-kummerċ hija essenzjali; jitlob aġenda kummerċjali bbażata fuq kummerċ miftuħ, ġust u bbażat fuq ir-regoli għall-ġid ta’ kulħadd, li tikkontribwixxi għal żvilupp ekonomiku sostenibbli, u b’hekk jissaħħu l-paċi u s-sigurtà; jenfasizza l-fatt li d-WTO għandha tippromwovi t-twettiq tad-drittijiet soċjali u ambjentali, fosthom l-SDGs, kif ukoll għandha tiżgura l-applikazzjoni universali tar-regoli armonizzati maqbula fil-livell multilaterali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-membri kollha tad-WTO jimpenjaw ruħhom favur eżitu pożittiv tal-KM14, fid-dawl tat-theddida eżistenzjali li għandha quddiemha s-sistema kummerċjali multilaterali; jemmen li l-KM14 għandha ssir il-punt tat-tluq biex titmexxa ’l quddiem u tiġi modernizzata d-WTO bil-għan li jiġi żgurat li tkun tista’ tiżvolġi rwol biex tindirizza l-isfidi tas-seklu 21; jistieden lid-WTO tipproċedi lejn il-konvokazzjoni ta’ konferenzi ministerjali annwali, minflok iċ-ċiklu biennali attwali, b’tali mod li ssaħħaħ it-tmexxija politika, l-obbligu ta’ rendikont u l-kapaċità tagħha li tirrispondi għall-isfidi kummerċjali dinjin f’waqthom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Modernizzazzjoni tad-WTO</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-membri tad-WTO jadottaw pakkett komprensiv ta’ rieżami tal-funzjonijiet ta’ monitoraġġ, negozjar, deliberazzjoni u soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO; jappoġġja bis-sħiħ il-proċess ta’ modernizzazzjoni tad-WTO mmexxi minn faċilitatur u l-aġenda relatata tagħha għall-KM14 dwar modernizzazzjoni komprensiva, u jaqbel mat-tliet perkorsi proposti mill-faċilitatur, jiġifieri governanza, ekwità (kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u kummerċ ibbilanċjat) u “kwistjonijiet ta’ żmienna”; jitlob li matul il-KM14 jiġi approvat pjan direzzjonali ċar għar-riforma, bil-għan li jiġi żgurat li jintlaħaq qbil fuq il-modernizzazzjoni matul il-15-il Konferenza Ministerjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-prevedibbiltà tibqa’ l-pedament tas-sistema kummerċjali multilaterali u li d-dixxiplini ewlenin tad-WTO, inklużi dawk dwar il-valutazzjoni doganali, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji, l-ostakli tekniċi għall-kummerċ, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-proprjetà intellettwali, ikomplu jipprovdu ċertezza legali essenzjali għall-gvernijiet u għan-negozji madwar id-dinja kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jemmen li l-prattika, fit-teħid ta’ deċiżjonijiet bejn il-166 membru tad-WTO, li ftehim b’konsensus jitqies ekwivalenti għal unanimità, wassal għal paraliżi; jinsisti fuq il-fatt li d-WTO teħtieġ titgħallem minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u tintroduċi approċċi differenti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, kif ukoll teħtieġ tiġġenera konverżazzjoni kostruttiva dwar il-prattika tal-konsensus u tagħmel distinzjoni bejnha u bejn l-unanimità; jisħaq li d-WTO għandha teżamina l-possibbiltà li tadotta proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet aktar effettiv u flessibbli, inkluża l-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ “kunsens responsabbli”, skont liema l-membri jkunu mħeġġa jeżerċitaw is-setgħa tal-veto meta jkun neċessarju biss u jagħtu ġustifikazzjoni ċara, u b’hekk jitrawmu l-obbligu ta’ rendikont u l-parteċipazzjoni kostruttiva; jisħaq, barra minn hekk, li d-WTO għandha teżamina l-possibbiltà li twaqqaf organu ta’ ġestjoni jew eżekuttiv bi rwol speċifiku biex jistabbilixxi l-aġenda jew iwettaq funzjonijiet ta’ superviżjoni, b’mod analogu għall-bordijiet eżekuttivi tal-Fond Monetarju Internazzjonali u tal-Bank Dinji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ l-avvanz tan-negozjati dwar il-ftehimiet multilaterali, filwaqt li jisħaq fuq il-bżonn li jinħoloq perkors aktar faċli biex il-ftehimiet plurilaterali jiġu integrati fl-arkitettura multilaterali bil-għan li jiġi żgurat progress f’oqsma li mhumiex maturi biżżejjed għall-membri kollha; jissottolinja li l-inizjattivi plurilaterali miftuħa għandhom jippermettu l-parteċipazzjoni ta’ kull membru li jixtieq jagħmel dan; itenni, għaldaqstant, l-appell tiegħu lill-membri tad-WTO biex jirriflettu dwar mod kif tiġi żviluppata sistema ġdida, fejn membru wieħed jew grupp ta’ membri li ma jipparteċipawx ma jkunux jistgħu jimblukkaw kooperazzjoni aktar mill-qrib dwar inizjattiva plurilaterali, speċjalment meta din il-kooperazzjoni tkun ibbażata fuq l-MFN, u l-benefiċċji tagħha għalhekk japplikaw għall-membri kollha b’mod ġenerali, u abbażi ta’ dan jiġi stabbilit mekkaniżmu sempliċi li jippermetti li l-ftehimiet li jirriżultaw jiġu inkorporati fl-istruttura tad-WTO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jiddispjaċih biż-żieda tal-politiki kummerċjali protezzjonisti fid-dinja kollha u bid-deċiżjoni tal-Istati Uniti li jimponu dazji addizzjonali fuq l-importazzjonijiet minn sħab kummerċjali, inkluża l-UE, u jitilqu mill-prinċipju tal-MFN mingħajr ebda ġustifikazzjoni; jistieden lill-Istati Uniti jinvolvu ruħhom b’mod kostruttiv mal-membri tad-WTO biex isaħħu aktar milli jimminaw is-sistema kummerċjali multilaterali, u b’hekk juru tmexxija globali, u jagħtu eżiti konkreti fil-KM14; jilqa’ l-fatt li l-Istati Uniti ħatru Ambaxxatur għad-WTO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-prinċipju tal-MFN jikkostitwixxi pedament tas-sistema kummerċjali multilaterali; jissottolinja r-rwol ċentrali tiegħu biex jiżgura n-nondiskriminazzjoni, il-prevedibbiltà u l-ġustizzja fil-kummerċ internazzjonali; jisħaq li kwalunkwe modernizzazzjoni tad-WTO għandha sseħħ billi tinbidel is-sistema aktar milli permezz ta’ diżrispett lejha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ambizzjonijiet tal-Indja li tindirizza l-kwistjoni li ilha preżenti tal-ħżin pubbliku għal finijiet ta’ sigurtà tal-ikel, iżda jiddispjaċih li l-Indja mhijiex allinjata mal-pożizzjonijiet tal-UE dwar il-moratorju fuq il-kummerċ elettroniku, in-negozjati dwar is-sussidji għas-sajd u l-progress ġenerali fil-qasam tan-negozjati plurilaterali; jistieden lill-Indja tippermetti lil membri oħra tad-WTO jagħmlu progress f’dawn il-kwistjonijiet kollha; jiddispjaċih, barra minn hekk, dwar il-fatt li l-Indja opponiet l-estensjoni tal-mandat tad-WTO għal kwistjonijiet ġodda relatati mal-klima, max-xogħol u mal-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza wkoll dawn il-kwistjonijiet fil-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Indja li ġie konkluż dan l-aħħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jieħu nota tad-deċiżjoni taċ-Ċina li tirrinunzja għall-vantaġġi marbuta mat-trattament speċjali u differenzjat tad-WTO fil-ftehimiet futuri tad-WTO, kif diġà għamlu membri kbar oħrajn li qed jiżviluppaw; jistieden liċ-Ċina tiżgura li dan l-impenn jiġi rifless retroattivament fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet fis-seħħ tad-WTO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifakkar li l-użu estensiv miċ-Ċina ta’ intrapriżi statali, ta’ sussidji mhux trasparenti u ta’ politiki industrijali statali qed ikompli joħloq kapaċitajiet żejda u distorsjonijiet sinifikanti fil-kummerċ dinji; jiddeplora l-fatt li ċ-Ċina tuża l-kummerċ u d-dipendenzi bħala arma u li s-sistema tagħha ta’ kontrolli tal-esportazzjoni ma għandhomx ġustifikazzjonijiet ta’ użu doppju; jistieden liċ-Ċina tagħmel l-impenji tagħha tad-WTO konsistenti mal-piż ekonomiku tagħha u taħdem biex toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, tindirizza dawn il-kwistjonijiet u tgħin biex titwettaq il-modernizzazzjoni tad-WTO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja l-bżonn ta’ kollaborazzjoni saħansitra aktar mill-qrib bejn is-sħab tal-istess fehma u li jimpenjaw ruħhom biex jiddefendu u jsaħħu l-ordni kummerċjali multilaterali bbażat fuq ir-regoli, imsejjes fuq id-WTO; jinsisti biex, f’dan il-kuntest diffiċli, l-UE tkompli tkun impenjata biex tkun sieħba affidabbli u tappoġġja l-kummerċ ibbażat fuq ir-regoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-membri tad-WTO jerġgħu jistabbilixxu sistema għas-soluzzjoni tat-tilwim li tiffunzjona bis-sħiħ, indipendenti, vinkolanti u fuq żewġ livelli bħala pilastru indispensabbli ta’ prevedibbiltà, filwaqt li jiżguraw li r-regoli jiġu infurzati permezz tal-liġi aktar milli permezz ta’ azzjoni unilaterali, irrispettivament mid-daqs jew mis-setgħa ekonomika tal-membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li 58 membru tad-WTO (li jirrappreżentaw kważi 60 % tal-kummerċ dinji) daħlu fl-Arranġament Proviżorju ta’ Arbitraġġ tal-Appell bejn Bosta Partijiet (MPIA), bħala miżura temporanja sakemm ma terġa’ tkun totalment operattiva sistema ta’ soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO; jistieden lill-membri l-oħra jidħlu fl-MPIA biex juru l-impenn tagħhom favur sistema ġusta u funzjonanti ta’ soluzzjoni tat-tilwim; jisħaq li l-MPIA hija soluzzjoni temporanja u volontarja u ma tridx issir sostitut permanenti għal mekkaniżmu multilaterali tal-appell applikabbli għall-membri kollha tad-WTO;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinsisti fuq il-fatt li l-ekwità hija l-bażi ta’ sistema dejjiema u kredibbli; jinnota li l-interventi statali distorsivi attwali, inklużi s-sussidji industrijali fuq skala kbira u l-prattiki mhux tas-suq, li wasslu għal tensjonijiet fost il-membri u rriżultaw f’kompetizzjonijiet ta’ sussidji li swew il-flus, urew li r-regoli attwali fil-qasam tas-sussidji ma kinux ġew adattati għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu tal-kummerċ dinji; jinsisti li r-riforma tar-regoli tad-WTO dwar is-sussidji industrijali u l-interventi statali jridu jkunu bbażati fuq tliet pilastri komplementari: rekwiżiti mtejba ta’ trasparenza u notifika, dixxiplini msaħħa u ċċarati, u rimedji aktar effettivi biex jiġu indirizzati l-effetti kollaterali negattivi u l-kapaċità żejda; jitlob li dawn it-temi jiġu indirizzati bħala element ċentrali tal-modernizzazzjoni tad-WTO, fuq l-istess livell ma’ temi oħra dwar il-modernizzazzjoni; jesprimi appoġġ għall-proċess ta’ deliberazzjonijiet informali bħala mezz biex jiżdied il-fehim kondiviż bejn il-membri tad-WTO u biex iwitti t-triq għat-tfassil tar-regoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja li r-regoli tad-WTO u d-dixxiplini futuri jridu jkunu kompatibbli mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u ma’ ftehimiet ambjentali multilaterali rilevanti oħrajn u jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn ekonomiji newtrali għall-klima, u jindirizzaw ukoll b’mod effettiv l-effetti kollaterali negattivi bħall-kapaċità żejda u l-ktajjen tal-provvista intensivi fil-karbonju, filwaqt li jevitaw restrizzjonijiet kummerċjali mhux ġustifikati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dimensjoni tal-iżvilupp</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ d-dħul fis-seħħ, f’Settembru 2025, tal-ewwel Ftehim dwar is-Sussidji għas-Sajd; jisħaq fuq l-importanza kruċjali li jintlaħaq ukoll ftehim malajr dwar id-dixxiplini relatati mas-sussidji għas-sajd li jikkontribwixxu għall-kapaċità żejda u għas-sajd eċċessiv, u dan jirrappreżenta aktar min-nofs tas-sussidji kollha għas-sajd, bil-għan li jiġi evitat it-tnaqqis tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u jitħalla li ssir ġestjoni sostenibbli tagħhom, filwaqt li jiġi rispettat il-bżonn ta’ trattament speċjali u differenzjat f’konformità mal-mira 14.6 tal-SDG;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq fuq il-bżonn li tissaħħaħ u tiġi integrata d-dimensjoni tal-iżvilupp fid-WTO, inkluż permezz tal-proċess ta’ modernizzazzjoni tad-WTO, billi tiġi rikonoxxuta d-diversità tas-sitwazzjonijiet ekonomiċi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jiġi evitat li d-dispożizzjonijiet ta’ trattament speċjali u differenzjat japplikaw skont approċċ ta’ “kulħadd f’keffa waħda” u li dawn id-dispożizzjonijiet ikunu aktar dettaljati, aktar ibbażati fuq l-evidenza u fuq il-bżonnijiet, ikunu soġġetti għal rieżami regolari, jinkludu mekkaniżmi ta’ gradwazzjoni ċari, sabiex ikunu jistgħu jilħqu aħjar il-bżonnijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inklużi l-pajjiżi l-anqas żviluppati; jissottolinja, barra minn hekk, li l-awtodeżinjazzjoni tal-membri tal-istatus ta’ żvilupp tagħhom ma tistax tibqa’ l-uniku kriterju għal trattament speċjali u differenzjali, u jitlob kriterji oġġettivi, trasparenti u rieżaminati regolarment, filwaqt li tiġi żgurata flessibbiltà adegwata għall-ifqar pajjiżi u għal dawk l-aktar vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjoni tan-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Investiment għall-Iżvilupp sabiex jinħoloq kuntest aktar ġust, aktar trasparenti, aktar effiċjenti u aktar prevedibbli għall-faċilitazzjoni tal-investiment transfruntier u għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-flussi ta’ investiment fid-dinja; jilqa’ l-appoġġ ta’ 128 membru (minn 166), inklużi 91 ekonomija li qed tiżviluppa (fosthom 27 pajjiż l-anqas żviluppat), u jħeġġeġ lill-membri li fadal ineħħu l-oppożizzjoni tagħhom u jinkorporaw dan il-ftehim fil-ġabra tar-regoli tad-WTO fl-Anness 4 relatat mal-Ftehimiet Kummerċjali Plurilaterali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq fuq il-bżonn li jsir progress fin-negozjati dwar l-agrikoltura sabiex jinkisbu eżiti kredibbli dwar kwistjonijiet bħall-ħżin pubbliku għal finijiet ta’ sigurtà tal-ikel, l-appoġġ intern, l-aċċess għas-suq, il-qoton, ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u l-kompetizzjoni fl-esportazzjoni, kif ukoll it-tisħiħ tas-settur agrikolu biex jirrispondi għall-isfidi kontemporanji, inklużi l-mezzi ta’ sussistenza rurali u s-sostenibbiltà ambjentali; jissottolinja li d-diskussjonijiet ma għandhomx jiffukaw biss fuq it-tnaqqis tal-appoġġ intern b’effetti distorsivi tal-kummerċ, iżda wkoll fuq l-integrazzjoni, fid-diskussjonijiet dwar l-agrikoltura, tal-isfidi rilevanti fid-dinja, fosthom is-sigurtà tal-ikel u s-sostenibbiltà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dimensjoni diġitali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-membri tad-WTO jġeddu, waqt il-KM14, il-Programm ta’ Ħidma dwar il-Kummerċ Elettroniku kif ukoll il-moratorju dwar id-dazji doganali fuq it-trażmissjonijiet elettroniċi; iqis li t-tiftix ta’ soluzzjoni permanenti għan-nonimpożizzjoni ta’ dazji doganali fuq it-trażmissjonijiet elettroniċi huwa essenzjali għan-negozji madwar id-dinja kollha, anki għal dawk fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-membri tad-WTO jappoġġjaw li l-Ftehim dwar il-Kummerċ Elettroniku jiġi inkorporat fil-qafas tad-WTO bħala kwistjoni ta’ prijorità; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ftehim jistabbilixxi l-ewwel regoli fid-dinja fil-qasam tal-kummerċ diġitali, u joħloq qafas ġust, prevedibbli u trasparenti li minnu jibbenefikaw il-konsumaturi u n-negozji billi jiffaċilita t-tranżazzjonijiet transfruntieri, inaqqas l-ostakli u jippromwovi l-innovazzjoni u l-fiduċja; jenfasizza li l-ftehim huwa maħsub biex minnu jibbenefikaw il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-pajjiżi l-anqas żviluppati daqstant ukoll l-ekonomiji avvanzati; jilqa’ l-inizjattivi u l-programmi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet previsti mill-ftehim biex jappoġġjaw l-isforzi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u ta’ dawk l-anqas żviluppati bil-għan li jisfruttaw l-opportunitajiet li joffri l-kummerċ diġitali; itenni l-importanza tal-ftehim għall-appoġġ lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju; jappoġġja l-isforzi tal-koorganizzaturi biex tinkiseb l-implimentazzjoni fil-pront tal-Ftehim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jenfasizza l-importanza dejjem akbar tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali (IA) fil-kummerċ internazzjonali; jappella, f’dan il-kuntest, għal aktar kooperazzjoni internazzjonali dwar ir-regolamenti u l-politiki tal-IA, filwaqt li jiġi rrispettat id-dritt tal-membri tad-WTO li jirregolaw; jissottolinja li d-WTO għandha tikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jiġi żviluppat qafas ta’ governanza robust, sikur, inklużiv u affidabbli tal-IA għall-kummerċ, inkluż billi jiġi stabbilit Grupp ta’ Ħidma ddedikat tad-WTO dwar l-Intelliġenza Artifiċjali biex jiffaċilita d-djalogu, il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-kooperazzjoni fost il-membri dwar ir-regolamenti u l-politiki tal-IA;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Involviment parlamentari</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-Parlament ikompli jkun involut mill-qrib fit-tħejjija tal-KM14 u jinżamm aġġornat u kkonsultat fil-pront matul il-KM14;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-membri tad-WTO jiżguraw il-leġittimità demokratika u t-trasparenza billi jsaħħu d-dimensjoni parlamentari tad-WTO u tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO; ifaħħar il-ħidma importanti li għamlet il-Konferenza Parlamentari konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Unjoni Interparlamentari dwar id-WTO; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-parlamentari jkollhom aċċess aħjar għan-negozjati kollha relatati mal-kummerċ u jkunu involuti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tad-WTO; iħeġġeġ lill-mexxejja jappoġġjaw narrattiva ġdida dwar il-kummerċ fejn dan jitqies bħala fattur abilitanti, aktar milli bħala ostaklu, bil-għan li jinkisbu s-sostenibblità, is-sigurtà u l-inklużività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-membri tad-WTO jintensififikaw id-diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi s-soċjetà ċivili, in-negozji u t-trade unions, u jżidu l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħall-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u, fuq livell aktar ġenerali, is-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti; jistenna li l-mexxejja jikkomunikaw aktar, u f’kull livell, dwar il-vantaġġi tal-kummerċ ibbażat fuq ir-regoli;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lid-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u lis-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni Interparlamentari.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>