<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0087</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Grzegorz Braun</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0075/2026 - Rapporteur: Mario Furore)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Grzegorz Braun (2025/2170(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Grzegorz Braun, li waslet permezz tal-ittra tas-16 ta’ Lulju 2025 mill-Prosekutur Ġenerali tal-Polonja, li bagħat talba mill-Prosekutur Reġjonali Pubbliku f’Varsavja-Praga f’Varsavja , b’rabta mal-proċedimenti kriminali miġjuba kontrih, u mħabbra fis-seduta plenarja tat-8 ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-fatt li Grzegorz Braun irrinunzja għad-dritt tiegħu li jinstema’, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra</STRING> vs <STRING ITALIC="on">De Gregorio u Clemente</STRING>, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">il-Parlament</STRING>, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0075/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, permezz ta’ ittra datata s-16 ta’ Lulju 2025, il-Prosekutur Ġenerali tal-Polonja bagħat talba mill-Prosekutur Pubbliku Reġjonali ta’ Varsavja-Praga f’Varsavja għat-tneħħija tal-immunità ta’ Grzegorz Braun, Membru tal-Parlament Ewropew elett fil-Polonja, b’rabta ma’ diversi allegati reati li seħħew fl-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont it-talba, fit-30 ta’ April 2025, fil-pjazza ewlenija (Plac Wolności) f’Biała Podlaska, Grzegorz Braun, li aġixxa flimkien ma’ persuna oħra, allegatament wettaq serq tal-bandiera Ukrena li kienet qed tintwera pubblikament fuq il-gallarija tal-Muniċipju u kkawża telf għad-detriment tal-Muniċipalità tal-Belt ta’ Biała Podlaska; billi l-allegata azzjoni tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 278(3a) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont it-talba, fis-6 ta’ Mejju 2025 f’Katowice, Grzegorz Braun, li aġixxa flimkien ma’ persuna oħra, allegatament wettaq serq tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea li ntweriet fil-lobby tal-Ministeru tal-Industrija (Ministerstwo Przemysłu) u kkawża telf għad-detriment tal-Ministeru tal-Industrija; billi l-allegata azzjoni tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 278(3a) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, skont it-talba, fil-11 ta’ Ġunju 2025, fil-loġġa ewlenija tas-Sejm tar-Repubblika tal-Polonja f’Varsavja, Grzegorz Braun allegatament qered proprjetà ta’ xi ħadd ieħor, li kienet tikkonsisti f’10 bordijiet ikkuluriti li kienu jiffurmaw parti minn wirja ddedikata għall-persuni LGBTQ+ u dan ikkawża telf għad-detriment tal-Klabb Parlamentari ta’ Koalizzjoni tax-Xellug (Koalicyjny Klub Parlamentarny Lewicy); billi l-allegata azzjoni tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 288(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, skont it-talba, fit-28 ta’ April 2025 f’Varsavja, Grzegorz Braun allegatament attribwixxa, permezz tal-media tal-massa, lill-Mużew tal-Istorja tal-Lhud Pollakki (POLIN) u lil entitajiet oħra involuti f’kampanja soċjali, tali imġiba u attributi li jistgħu jiskreditawhom f’għajnejn l-opinjoni pubblika jew jirriżultaw f’telf ta’ fiduċja meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom, billi semma, matul id-dibattitu mal-kandidati għall-kariga ta’ President tar-Repubblika tal-Polonja, imxandar dirett fuq it-televiżjoni u l-internet, li n-narċiż Lhudi huwa simbolu ta’ mistħija u subordinazzjoni; billi l-allegata azzjoni tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 212(2) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi Grzegorz Braun ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024 u għaldaqstant kien Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien tal-allegati reati;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-allegati reati ma jikkostitwux opinjoni espressa jew vot mitfugħ minn Grzegorz Braun fil-qadi ta’ dmirijietu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità tiegħu mhijiex relatata ma’ xi opinjoni espressa jew ma’ xi vot mitfugħ minnu;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjonital-Repubblika tal-Polonja, mill-jum li fih jitħabbru r-riżultati tal-elezzjonijiet sal-jum tal-iskadenza tal-mandat tiegħu, deputat ma jistax ikun soġġett għal responsabbiltà kriminali mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm, u la jista’ jiġi detenut u lanqas arrestat mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm, għajr f’każijiet meta jkun inqabad iwettaq reat u fejn id-detenzjoni tiegħu tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-andament xieraq tal-proċedimenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-proċedimenti legali inkwistjoni kellhom l-intenzjoni li jimminaw l-attività politika ta’ Grzegorz Braun bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois</STRING> vs <STRING ITALIC="on">il-Parlamen</STRING>t, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Grzegorz Braun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Grzegorz Braun.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>