<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0102</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati: applikazzjoni EGF/2025/007 BE/Casa - il-Belġju</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0061/2026 - Rapporteur: Hélder Sousa Silva)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2026 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2025/007 BE/Casa) (COM(2026)0003 – C10-0025/2026 – 2026/0038(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2026)0003 – C10-0025/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (“ir-Regolament dwar il-QFP”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj<STRING ITALIC="on">).</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0061/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta’ avvenimenti u ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji u biex tgħinhom jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; billi din l-assistenza qed tingħata permezz ta’ appoġġ finanzjarju mogħti lill-ħaddiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Belġju ppreżenta l-applikazzjoni EGF/2025/007 BE/Casa għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG wara 416-il sensja<FOOTNOTE><FIELD> Fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.</FIELD></FOOTNOTE> f’Casa International NV (Casa) fil-Belġju, fis-setturi ekonomiċi kklassifikati taħt in-NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 47 (Kummerċ bl-imnut, għajr ta’ vetturi motorizzati u motoċikletti) u Diviżjoni 52 (Ħażna u attivitajiet ta’ appoġġ għat-trasport) fir-reġjun tal-Provinċja ta’ Antwerp (BE21), Flanders, f’perjodu ta’ referenza mis-6 ta’ Marzu 2025 sas-6 ta’ Lulju 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta’ intervent previsti fl-Artikolu 4(2), il-punt (a) tar-Regolament dwar il-FEG; billi 257 sensja huma relatati ma’ Casa International NV (kummerċ bl-imnut), b’65 ħanut tal-bejgħ bl-imnut fil-Belġju kollu, u 159 sensja huma relatati ma’ Casa Logistics NV (ħżin), responsabbli għall-ħżin u d-distribuzzjoni lil dawn il-ħwienet;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Casa ddikjarat falliment fis-6 ta’ Marzu 2025; billi fil-Belġju l-fallimenti ilhom jiżdiedu mill-2022, b’mod partikolari fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, li għaddej minn trasformazzjoni strutturali profonda xprunata miż-żieda fil-kummerċ elettroniku u l-bidla fid-drawwiet tal-konsumaturi; billi n-nisa jirrappreżentaw 67,5 % tal-forza tax-xogħol ikkonċernata f’dan il-każ; jisħaq, għalhekk, li l-miżuri ta’ appoġġ fl-ambitu tal-FEG għandhom iqisu l-ħtiġijiet u l-ostakli speċifiċi li jiffaċċjaw dawk in-nisa biex jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-VDAB qed jipprovdi l-prefinanzjament u l-kofinanzjament nazzjonali tal-miżuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’dik nazzjonali rigward is-sensji kollettivi ġew issodisfati mill-intrapriżi kkonċernati;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu primarjament diretti lejn miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati bl-għan tal-integrazzjoni mill-ġdid rapida tal-benefiċjarji fis-suq tax-xogħol filwaqt li joffrulhom taħriġ fil-ħiliet biex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-FEG jenħtieġ li ma jaqbiżx ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (prezzijiet tal-2018)<FOOTNOTE><FIELD> L-Artikolu 8 tar-Regolament dwar il-QFP.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament dwar il-FEG u b’mod partikolari fl-Artikolu 4(2)(a) tiegħu huma ssodisfati u li l-Belġju għandu d-dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 1 916 733 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 85 % tal-kost totali ta’ EUR 2 254 980, liema kost jinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 2 168 980 u n-nefqa għal attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u reklamar, kontroll u rapportar ta’ EUR 86 000;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani ressqu l-applikazzjoni fit-23 ta’ Settembru 2025, u li, wara l-wasla tal-informazzjoni addizzjonali mill-Belġju, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fis-6 ta’ Frar 2026 u nnotifikatha lill-Parlament fil-11 ta’ Frar 2026; jisħaq fuq l-importanza li jitqassar iż-żmien bejn it-tressiq ta’ applikazzjoni għal assistenza mill-FEG u d-deċiżjoni ta’ finanzjament, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati bis-sħiħ id-drittijiet tal-Parlament Ewropew bħala waħda mill-fergħat tal-awtorità baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni hija relatata ma’ ħaddiema li l-attività tagħhom waqfet fiż-żewġ intrapriżi ta’ Casa u li kollha se jkunu benefiċjarji fil-mira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jieħu nota li l-intrapriżi ta’ Casa esperjenzaw diffikultajiet finanzjarji għal diversi snin qabel ma ddikjaraw falliment, li rriżulta mill-prevalenza dejjem tikber tal-kummerċ elettroniku, kompetizzjoni internazzjonali akbar u kundizzjonijiet kompetittivi inġusti, u li dawn fl-aħħar mill-aħħar irriżultaw f’nuqqas serju ta’ likwidità u l-inabbiltà li jiġu identifikati xerrejja potenzjali għall-kumpanija; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-maniġment tan-negozji biex jevitaw is-sensji permezz tal-adattament għall-kuntest ġeopolitiku attwali, u biex ilaħħaq b’mod proattiv ma’ avvenimenti kbar ta’ ristrutturar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li, filwaqt li l-assistenti tal-bejgħ issensjati għandhom l-aktar prospetti ta’ impjieg favorevoli, il-ħaddiema tal-imħażen jiffaċċjaw diffikultajiet akbar biex jiżguraw pożizzjonijiet ġodda u jirrikjedu appoġġ addizzjonali permezz ta’ titjib tal-ħiliet, taħriġ mill-ġdid, rilokazzjoni, jew riallokazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Belġjani jipprovdu appoġġ speċifiku mfassal apposta biex jgħinu lill-ħaddiema jegħlbu n-nuqqasijiet tagħhom u jsibu impjiegi ġodda allinjati mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; jenfasizza li l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema ssensjati hija essenzjali għal ekonomija Ewropea valida għall-futur b’bażi industrijali b’saħħitha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jiddispjaċih li ż-żieda fil-fallimenti matul dawn l-aħħar sentejn kellha impatt negattiv fuq ir-rata ta’ impjieg f’xi reġjuni fil-Belġju, b’mod partikolari fi Brussell u f’Olen (Provinċja ta’ Antwerp); jinnota li ntilfu madwar 45 000 impjieg fil-Belġju fi żmien 18-il xahar minħabba fallimenti, li seħħew l-aktar fir-reġjun tal-Flanders; jenfasizza li, fir-reġjun tal-Flanders, ir-riskju tal-qgħad huwa aktar mid-doppju għall-persuni b’livell baxx ta’ edukazzjoni; jisħaq fuq l-importanza ta’ ambjent favorevoli għan-negozju li jippermetti lill-intrapriżi jibqgħu kompetittivi, joħloq l-impjiegi u jikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku sostenibbli.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Ifakkar li, bi qbil mal-esperti u mas-sħab soċjali, is-servizzi personalizzati li se jiġu pprovduti lill-ħaddiema jikkonsistu fil-miżuri li ġejjin: sessjonijiet ta’ informazzjoni għal gwida dwar l-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol; servizzi ta’ rikollokament biex jiggwidaw lill-ħaddiema jfittxu impjieg għalihom; medjazzjoni attiva li tiffoka fuq il-profil ta’ kull persuna li qed tfittex impjieg; programmi personalizzati għall-iżvilupp tal-ħiliet, inklużi l-ħiliet tal-IT; taħriġ u taħriġ mill-ġdid: taħriġ individwali fuq il-post tax-xogħol; parteċipazzjoni f’fiera tal-impjiegi; jenfasizza l-importanza li jitrawmu impjiegi ta’ kwalità għolja u orjentati lejn il-futur li jsaħħu l-kompetittività u jappoġġjaw it-trasformazzjoni diġitali, filwaqt li jiġi żgurat li l-FEG jiġi implimentat kif xieraq u jikkontribwixxi għar-reżiljenza ekonomika u soċjali fit-tul tal-Unjoni; jisħaq li s-sħab soċjali jenħtieġ li jkunu involuti matul l-implimentazzjoni kollha tal-miżuri tal-FEG, inkluża l-fażi ta’ monitoraġġ, biex jiġu żgurati l-kwalità u r-rilevanza tal-appoġġ offrut lill-benefiċjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li l-FEG huwa strument ta’ solidarjetà u tranżizzjoni ġusta u, filwaqt li jipprovdi appoġġ wara t-telf ta’ impjiegi, ma jistax jissostitwixxi politika industrijali proattiva; iqis li l-mobilizzazzjoni tal-FEG jeħtieġ li tiġi inkorporata f’rispons ta’ politika akbar fil-livelli politiċi kollha biex jiġi żgurat li l-ħaddiema affettwati jsibu opportunitajiet adegwati f’konformità mal-kwalifiki u l-ħiliet tagħhom; jisħaq li l-kompitu primarju tal-Unjoni jrid ikun li l-ewwel nett tipprevjeni tali għeluq, billi toħloq il-kundizzjonijiet biex il-produzzjoni industrijali tinżamm kompetittiva, waqt li fl-istess ħin tinvesti fil-ħiliet kemm għall-ħaddiema bi kwalifiki għoljin kif ukoll għall-ħaddiema industrijali; jissottolinja l-ħtieġa li jingħata appoġġ speċifiku mfassal apposta għall-profili tal-ħaddiema b’livelli baxxi ta’ edukazzjoni, filwaqt li jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu l-fallimenti u jiġu indirizzati d-disparitajiet soċjali li jwasslu għall-esklużjoni mill-forza tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li l-awtoritajiet Belġjani għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni u jenfasizzaw il-valur miżjud tiegħu billi jipprovdu informazzjoni effettiva u mmirata lill-benefiċjarji, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lis-sħab soċjali, u lill-pubbliku ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jappella biex isiru evalwazzjonijiet finali bir-reqqa tal-miżuri implimentati, inkluża informazzjoni ċara dwar kif intużaw il-fondi, dwar is-suċċess tal-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol, u jekk il-miżuri laħqux l-objettivi li għalihom inħoloq il-FEG;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda joffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fl-14 ta’ Marzu 2025 u li, għalhekk, il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun minn dik id-data sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-Belġju beda jġarrab nefqa amministrattiva biex jimplimenta l-FEG fis-6 ta’ Marzu 2025 u li, għalhekk, tali nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG minn dik id-data sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Belġjani pprovdew aċċertament li l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom, u li kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-awtoritajiet pubbliċi jew tal-kumpaniji fl-ambitu tal-liġi nazzjonali jew ta’ ftehimiet kollettivi; ifakkar li l-FEG huwa mekkaniżmu limitat, immirat u komplementari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju - EGF/2025/007 BE/Casa</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2026/851.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>