<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0103</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati: applikazzjoni EGF/2025/005 AT/KTM - l-Awstrija</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0060/2026 - Rapporteur: Janusz Lewandowski)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2026 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Awstrija – EGF/2025/005 AT/KTM (COM(2026)0010 – C10-0026/2026 – 2026/0037(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2026)0010 – C10‑0026/2026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“Regolament FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE> kif emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj)<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament QFP”), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0060/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta’ eventi u bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji, u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol; billi din l-assistenza qed tingħata permezz ta’ appoġġ finanzjarju mogħti lill-ħaddiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Awstrija ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2025/005 AT/KTM għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG wara 1 488 sensja<FOOTNOTE><FIELD> Fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.</FIELD></FOOTNOTE> f’KTM Gruppe (KTM), fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-diviżjoni 30 tan-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta’ tagħmir ieħor tat-trasport) fir-reġjun tal-Awstrija ta’ Fuq (AT31), b’233 sensja f’perjodu ta’ referenza mill-25 ta’ Frar 2025 sal-25 ta’ Ġunju 2025, u 1 255 sensja qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi l-waqfien tal-attività ta’ mill-anqas 200 ħaddiem issensjat jew persuna li jaħdmu għal rashom matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru; billi għall-1 255 sensja li l-attività tagħhom waqfet qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur, tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-event li wassal għall-waqfien tal-attività għall-ħaddiema ssensjati matul il-perjodu ta’ referenza kif jeżiġi l-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar il-FEG;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi KTM ippreżentat rikors għal insolvenza fid-29 ta’ Novembru 2024 u ġie approvat pjan ta’ ristrutturar fil-25 ta’ Frar 2025; billi ċerti deċiżjonijiet meħuda mill-kumpanija rigward id-distribuzzjoni tad-dividendi fl-2021 u fl-2024, waqt li kienet qed tibbenefika minn għajnuna pubblika mill-Istat matul il-pandemija tal-COVID-19, iqajmu tħassib;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Awstrija indikat li s-Servizz Pubbliku tal-Impjiegi tal-Awstrija ta’ Fuq u l-Provinċja tal-Awstrija ta’ Fuq qed jipprovdu l-prefinanzjament u l-kofinanzjament nazzjonali tal-miżuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u f’dik nazzjonali rigward is-sensji kollettivi ġew issodisfati;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu primarjament diretti lejn miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li għandhom l-għan li jintegraw mill-ġdid b’mod rapidu lill-benefiċjarji fis-suq tax-xogħol, filwaqt li joffrulhom taħriġ fil-ħiliet biex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għall-ħtiġijiet futuri tas-suq tax-xogħol u jħejjuhom għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-FEG ma jridx jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (fi prezzijiet tal-2018)<FOOTNOTE><FIELD> L-Artikolu 8 tar-Regolament QFP.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi r-rilokazzjonijiet reċenti tal-attivitajiet ta’ manifattura barra mill-Unjoni jenfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħu l-kompetittività u r-reżiljenza tal-industrija Ewropea fis-suq globali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament dwar il-FEG u b’mod partikolari fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tiegħu, huma ssodisfati u li l-Awstrija hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 1 806 624 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 60 % tal-kost totali ta’ EUR 3 011 040, liema kost jinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 2 895 120 u n-nefqa għall-attivitajiet ta’ tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u reklamar, kontroll u rapportar ta’ EUR 115 920;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Awstrijaċi ressqu l-applikazzjoni fil-15 ta’ Settembru 2025, u li, wara li waslet informazzjoni addizzjonali mill-Awstrija, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fis-6 ta’ Frar 2026 u nnotifikatha lill-Parlament fil-11 ta’ Frar 2026; jisħaq fuq l-importanza li jitqassar iż-żmien bejn it-tressiq ta’ applikazzjoni għal assistenza mill-FEG u d-deċiżjoni ta’ finanzjament, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati bis-sħiħ id-drittijiet tal-Parlament Ewropew bħala waħda mill-fergħat tal-awtorità baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni hija relatata ma’ 1 488 ħaddiem affettwat mill-proċedimenti ta’ insolvenza ta’ KTM, li kienu l-akbar proċedimenti li qatt saru fl-Awstrija ta’ Fuq; jinnota wkoll li total ta’ 420 ħaddiem issensjat se jkunu benefiċjarji fil-mira u huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota li KTM kienet l-akbar produttur tal-muturi tal-Unjoni u l-akbar sussidjarja ta’ Pierer Mobility AG; jiddispjaċih li l-kumpanija prinċipali ddeċidiet li ċċaqlaq il-produzzjoni lejn iċ-Ċina u l-Indja f’Diċembru 2023 minħabba kundizzjonijiet kompetittivi inġusti; jinnota li dan wassal għal sensji inizjali ta’ 300 impjieg u li t-telf sussegwenti fil-bejgħ wassal lil KTM biex timplimenta tnaqqis fil-kostijiet, inklużi s-sensji ta’ aktar minn 500 impjegat matul l-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-kumpanija omm kellha tibda proċess ta’ ristrutturar u li, matul l-ewwel għeluq tal-produzzjoni ta’ KTM fl-2025, aktar minn 750 impjegat addizzjonali ngħataw is-sensja; jinnota li l-investitur Bajaj Auto International Holdings B.V. ipprovda r-riżorsi meħtieġa biex jiżgura l-kontinwazzjoni ta’ KTM fit-22 ta’ Mejju 2025, filwaqt li evita l-falliment ta’ KTM, u ppermetta li l-produzzjoni terġa’ tibda f’Lulju 2025 filwaqt li naqqas l-infiq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li KTM darba kienet waħda mill-aktar ditti tal-muturi ta’ suċċess fl-Ewropa, impjegatur sinifikanti u pilastru ekonomiku kritiku ta’ ħafna fornituri fid-distrett ta’ Braunau fl-Awstrija ta’ Fuq; jinnota li konsegwentement, il-qgħad fid-distrett żdied b’37,1 % f’Novembru 2024 , meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena preċedenti; jinnota li, fl-2025, il-qgħad laħaq l-ogħla livell li qatt intlaħaq fid-distrett ta’ Braunau;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>	Ifakkar li, bi qbil mas-sħab soċjali, is-servizzi personalizzati li se jiġu pprovduti lill-ħaddiema jikkonsistu fil-miżuri li ġejjin: ġestjoni ta’ każijiet: gwida għall-karriera u orjentazzjoni tal-karriera: taħriġ u taħriġ mill-ġdid: tiftix proattiv għal xogħol: allowances għat-taħriġ: jenfasizza l-importanza li jitrawmu impjiegi ta’ kwalità għolja u orjentati lejn il-futur biex tiġi żgurata reżiljenza ekonomika u soċjali fit-tul; jisħaq fuq l-importanza ta’ kooperazzjoni mill-qrib man-negozji u l-impjegaturi reġjonali biex jiġi żgurat li l-programmi ta’ taħriġ u ta’ rikwalifikazzjoni jirrispondu għal ħtiġijiet konkreti tas-suq tax-xogħol u jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni rapida tal-ħaddiema ssensjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li l-FEG huwa strument ta’ solidarjetà u tranżizzjoni ġusta u, għalkemm jipprovdi appoġġ wara t-telf ta’ impjiegi, ma jistax jissostitwixxi politika industrijali proattiva; jisħaq li l-kompitu primarju tal-Unjoni jrid ikun li l-ewwel nett tipprevjeni tali għeluq, billi toħloq il-kundizzjonijiet biex il-produzzjoni industrijali tinżamm kompetittiva, waqt li fl-istess ħin tinvesti fil-ħiliet kemm għall-ħaddiema bi kwalifiki għoljin kif ukoll għall-ħaddiema industrijali; jissottolinja l-ħtieġa li jingħata appoġġ speċifiku mfassal apposta għall-profili tal-ħaddiema b’livelli baxxi ta’ edukazzjoni, filwaqt li jittieħdu miżuri biex jitnaqqsu l-fallimenti u jiġu indirizzati d-disparitajiet soċjali li jwasslu għall-esklużjoni mill-forza tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li l-awtoritajiet Awstrijaċi għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni u jissottolinjaw il-valur miżjud tiegħu billi jipprovdu informazzjoni effettiva u mmirata lill-benefiċjarji, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lis-sħab soċjali, u lill-pubbliku ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jitlob evalwazzjonijiet finali bir-reqqa tal-miżuri implimentati, inkluża informazzjoni ċara dwar kif intużaw il-fondi u jekk intefqux f’konformità mal-pjanijiet approvati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-Awstrija bdiet tipprovdi servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira kif ukoll bdiet iġġarrab nefqa amministrattiva biex timplimenta l-FEG fl-1 ta’ Marzu 2025, u li l-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun għalhekk minn dik id-data sa, rispettivament, 24 xahar u 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Awstrijaċi pprovdew aċċertament li l-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom, u li kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew ta’ ftehimiet kollettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Awstrija - EGF/2025/005 AT/KTM</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2026/850.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>