<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0104</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Global Gateway – impatti tal-passat u orjentazzjoni futura</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0045/2026 - Rapporteur: Chloé Ridel, Hildegard Bentele)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2026 Global Gateway - impatti tal-passat u orjentazzjoni futura (2025/2073(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 208 u 322(1) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2017, intitolata “Il-Kunsens Ewropew ġdid għall-Iżvilupp – “Id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 210, 30.6.2017, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja u r-rabta bejn l-aspett umanitarju, l-iżvilupp u l-paċi kif approvati mill-Kunsill u mill-Kummissjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/947/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament NDICI-Ewropa Globali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 20.9.2021, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1529/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (Gender Action Plan, GAP) III – Aġenda Ambizzjuża għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-azzjoni esterna tal-UE” (JOIN(2020)0017),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku (JOIN(2021)0024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Diċembru 2021 intitolata “Il-Portal Globali” (JOIN(2021)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-2 ta’ Ottubru 2024 intitolata “Nibnu sħubijiet internazzjonali sostenibbli bħala Tim Ewropa” (JOIN(2024)0025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija 2020-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-importanza tiegħu għal żvilupp ekonomiku inklużiv, sostenibbli u ekwu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija għas-Saħħa Globali tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 201, 3.8.2010, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/427/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra n-nota tal-Kunsill tat-28 ta’ Ottubru 2022 dwar l-arranġamenti ta’ ħidma dwar il-governanza tal-Global Gateway,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2024 dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-istrument NDICI-Ewropa Globali, u tal-21 ta’ Novembru 2023 dwar l-approċċ ta’ Tim Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2025 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-16 ta’ Lulju 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi riżerva ta’ talent tal-UE (COM(2025)0551),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni 03/2024 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li takkumpanja l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, ippubblikata fit-12 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 17/2025 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tas-16 ta’ Settembru 2025 bit-titolu “Għajnuna għall‑kummerċ mogħtija mill‑UE lill‑pajjiżi l‑anqas żviluppati - Il-ħtiġijiet qed jiġu indirizzati, iżda l-finanzjament mill-UE mhuwiex fit-triq it-tajba biex jilħaq il-mira għall-2030”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD), li għall-UE daħlet fis-seħħ fil-22 ta’ Jannar 2011 f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti 70/1 intitolata “Transforming our World – the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Nittrasformaw id-Dinja tagħna – l-Aġenda 2030 għal Żvilupp Sostenibbli) (l-Aġenda 2030), adottata fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fi New York fil-25 ta’ Settembru 2015, u li tistabbilixxi l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Pariġi, adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu relatati mal-adattament, ir-reżiljenza u l-appoġġ għall-pajjiżi l-aktar vulnerabbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-Tieni Summit Dinji għall-Iżvilupp Soċjali, li sar f’Doha mill-4 sas-6 ta’ Novembru 2025, li affermaw mill-ġdid l-importanza ċentrali tal-iżvilupp soċjali, il-protezzjoni soċjali universali u l-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanza bħala pilastri essenzjali tal-iżvilupp sostenibbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti bħala l-istrument primarju ta’ ppjanar u implimentazzjoni fil-livell tal-pajjiżi għall-attivitajiet ta’ żvilupp tan-NU,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, adottata fit-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, li saret f’Addis Ababa, l-Etjopja, mit-13 sas-16 ta’ Lulju 2015, u d-Dokument tal-Eżitu tal-Impenn ta’ Sevilla, adottat fir-Raba’ Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, li saret f’Sevilja, Spanja mit-30 ta’ Ġunju sat-3 ta’ Lulju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ memorandum ta’ qbil bejn l-UE u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel dwar sħubija għal kummerċ u investiment nodfa, iffirmat fl-20 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil bejn l-UE u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel li jistabbilixxi Sħubija Strateġika dwar Ktajjen tal-Valur tal-Minerali u tal-Metalli Sostenibbli, iffirmat fl-20 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar il-konnettività u r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Asja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 10.11.2021, p. 117.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2022 dwar il-futur tal-Arkitettura Finanzjarja Ewropea għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 57.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4163, 2.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4163/oj.</FIELD></FOOTNOTE>.
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar l-implikazzjonijiet għas-sigurtà u d-difiża tal-influwenza taċ-Ċina fuq l-infrastruttura kritika fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5719, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5719/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar it-tfassil ta’ strateġija portwarja Ewropea komprensiva<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5716, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5716/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ April 2025 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4388, 9.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4388/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ April 2025 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4390, 9.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4390/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2025 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2026/574, 24.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/574/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, Taqsima III – Il-Kummissjoni, l-aġenziji eżekuttivi u d-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0077.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Lulju 2025 dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fid-dawl tal-Forum Politiku ta’ Livell Għoli 2025<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0159.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp (A10-0045/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-istrateġija Global Gateway ġiet stabbilita fl-1 ta’ Diċembru 2021 bil-għan li ssir il-qafas emblematiku tal-UE għall-konnettività sostenibbli u l-investiment globali, u bħala alternattiva għall-Inizjattiva “Belt and Road” taċ-Ċina, u biex tallinja mal-objettiv usa’ tal-komunità internazzjonali li tisfrutta l-involviment tas-settur privat biex tmexxi l-finanzjament għall-iżvilupp minn “biljuni għal triljuni” sabiex jiġu indirizzati l-aktar aspetti għaljin tal-SDGs; billi hija inizjattiva ta’ strateġija u politika, u fiha nnifisha mhijiex strument jew regolament; billi l-Global Gateway tistrieħ fuq l-arkitettura finanzjarja għall-azzjoni esterna tal-UE, b’mod partikolari fuq il-politika u l-baġit tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, u speċifikament l-istrument NDICI-Ewropa Globali, għall-qafas legali u l-finanzjament tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi f’ambjent ta’ rivalità u inċertezza ġeopolitiċi akbar, l-istrateġija Global Gateway, jekk tiġi applikata u kkomunikata kif xieraq, se żżid il-piż ġeopolitiku u l-viżibbiltà tal-UE fix-xena globali billi tagħti spinta lir-rabtiet intelliġenti, nodfa u siguri bejn l-UE u s-sħab tagħha fl-oqsma tat-teknoloġiji diġitali, tal-enerġija u tat-trasport u ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tar-riċerka madwar id-dinja, fil-qafas tal-Aġenda 2030 u l-SDGs rilevanti, kif ukoll tirrestawra l-kompetittività industrijali tal-Ewropa, tnaqqas id-dipendenzi tagħha f’setturi kritiċi u tikkontrobilanċja l-influwenza dejjem akbar taċ-Ċina;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE u l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej (PTEE) jinsabu qrib żoni strateġiċi għall-iżvilupp ta’ proġetti tal-Global Gateway; billi l-iżvilupp ta’ dawn iż-żoni għandu impatt pożittiv fuq is-sikurezza u l-prosperità tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-PTEE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-finanzjament tal-UE fl-ambitu tal-Global Gateway ma jridx ikun ta’ benefiċċju għall-entitajiet li jimminaw is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi Ewropej, inklużi kumpaniji li jinsabu taħt sanzjonijiet tal-UE, intrapriżi tal-Istat jew ikkontrollati mill-Istat minn rivali sistemiċi, jew operaturi involuti fiċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet, fit-trasferiment ta’ teknoloġiji b’użu doppju lejn ir-Russja jew f’attivitajiet ostili oħra; billi l-parteċipazzjoni fi proġetti tal-Global Gateway għandha tkun kundizzjonali fuq il-konformità sħiħa mal-miżuri restrittivi tal-UE u fuq sforzi kredibbli biex tiġi prevenuta ċ-ċirkomvenzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-influwenza ġeopolitika u l-kapaċità li jiġu konklużi sħubijiet fit-tul għal benefiċċju reċiproku jiddependu ħafna fuq is-saħħa ekonomika, l-aċċess għas-swieq u l-kapaċità istituzzjonali, kif ukoll fuq pjanijiet direzzjonali maqbula b’mod reċiproku; billi s-sħubijiet u l-investimenti tal-Global Gateway għandhom jiddependu fuq ir-reċiproċità u fuq il-benefiċċju u l-interess reċiproċi konkreti u dimostrabbli; billi l-evoluzzjoni minn relazzjonijiet bejn id-donatur u r-riċevitur għal sħubijiet ta’ investiment ta’ benefiċċju reċiproku se tirrikjedi soluzzjonijiet ġodda adattati għal kuntesti speċifiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-interdipendenza fil-ktajjen diġitali, tal-enerġija u tal-provvista toħloq kemm opportunitajiet kif ukoll vulnerabbiltajiet għall-UE; billi l-involviment effettiv tas-settur privat u l-implimentazzjoni tal-proġetti, il-finanzjament adegwat, u l-koordinazzjoni b’saħħitha mas-sħab, inkluża s-soċjetà ċivili, jikkontribwixxu għall-kredibbiltà tal-UE bħala attur globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi huwa fl-interess tal-UE li tippromwovi l-iżvilupp soċjali, ekonomiku, uman u ambjentali, inkluż permezz ta’ sħubijiet mas-soċjetà ċivili, diplomazija msaħħa u kooperazzjoni kummerċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-objettiv primarju tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, kif stabbilit fl-Artikolu 208 tat-TFUE, huwa t-tnaqqis u l-qerda fit-tul tal-faqar, li jirrikjedi investiment fl-edukazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi, is-saħħa u l-protezzjoni soċjali u l-kooperazzjoni dwarhom, fost oqsma oħra, biex tiġi żgurata l-kisba tal-Aġenda 2030 u l-SDGs, filwaqt li jiġu protetti u avvanzati l-interessi ġeopolitiċi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-NDICI-Ewropa Globali ddefinixxa b’mod ċar miri kwantitattivi għall-iżvilupp tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-azzjoni klimatika; billi l-Global Gateway timpenja ruħha li żżomm standards għoljin tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali u tal-ħaddiema u tat-trasparenza, toħloq sħubijiet ekwi minflok dipendenzi, u toffri aġenda ta’ investiment demokratiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-investimenti sostenibbli u mmexxija mill-valur fil-pajjiżi sħab jikkontribwixxu għall-istabbiltà u s-sigurtà globali; billi 23 % tal-popolazzjoni tad-dinja tgħix f’kuntesti fraġli; billi jibqa’ fl-interess strateġiku tal-UE li tuża strumenti speċifiċi biex tinvolvi ruħha ma’ stati fraġli u milquta minn kunflitti, inkluż permezz tal-Global Gateway; billi s-sħubijiet pubbliċi-privati u l-proġetti ta’ infrastruttura f’pajjiżi bħal dawn jistgħu jkunu ta’ suċċess u jkollhom impatt pożittiv sinifikanti jekk jitfasslu kif xieraq;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi d-diskrepanza fl-investiment tal-SDG fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw issa hija ta’ USD 4 triljun fis-sena; billi l-impenn tas-settur privat għall-SDGs joffri l-possibbiltà li tiżdied l-iskala tal-azzjonijiet ta’ żvilupp u tas-sostenibbiltà tagħhom billi jinħolqu impjiegi deċenti, jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u jiġi eliminat il-faqar;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jonfqu 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross tagħhom fuq l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA), li hija maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u l-benesseri tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi l-kunsiderazzjonijiet ġeopolitiċi ma jridux jegħlbu l-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp jew ifixklu l-prijoritajiet tal-pajjiżi sħab;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi ma jistgħux jinkisbu riżultati dejjiema mingħajr impenn mill-pajjiżi sħab biex isaħħu l-iżvilupp demokratiku fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi s-suċċess tal-Global Gateway jiddependi fuq l-approċċ ta’ Tim Ewropa, li f’dawn l-aħħar tliet snin stinka biex juri sjieda, impenn, u vuċi tal-UE aktar unifikata fid-dinja; billi l-kunċett ta’ Tim Ewropa jista’ jittejjeb aktar fir-rigward tal-programmazzjoni konġunta, it-tfassil tal-proġetti, il-governanza, it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-inklużjoni tal-partijiet ikkonċernati;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi xi proġetti emblematiċi tal-Global Gateway diġà ġew identifikati bħala prijoritajiet fl-ambitu tas-Sħubija tal-G7 għall-Infrastruttura u l-Investiment Globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi xi Stati Membri stabbilixxew pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali; billi l-Istati Membri huma mħeġġa jikkondividu l-aħjar prattika;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Parlament laqa’ l-Global Gateway bħala rispons miftiehem tal-UE għall-isfidi globali, filwaqt li indika n-nuqqasijiet fil-governanza tiegħu, inkluż l-allinjament mal-prijoritajiet tal-pajjiżi sħab, l-impatt, l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u t-trasparenza, kif ukoll in-nuqqas ta’ rappurtar regolari dwar l-impatt tal-inizjattivi emblematiċi; billi l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Global Gateway mhuwiex stabbilit fil-liġi iżda huwa rregolat mill-proċeduri interni tal-Kummissjoni u mid-deċiżjonijiet tal-Kunsill;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Parlament għandu jeżerċita l-influwenza sħiħa tiegħu fir-rwol tiegħu ta’ skrutinju demokratiku fil-politika u l-governanza tal-Global Gateway, kif ukoll fl-iżgurar tal-obbligu ta’ rendikont fl-evalwazzjoni tal-proġetti;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi fi ħdan l-istrateġija attwali tal-Global Gateway, il-korpi eletti fil-pajjiżi riċevituri, inklużi l-parlamenti, kif ukoll is-soċjetà ċivili u l-esperti indipendenti, ma għandhom l-ebda rwol attiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet jew fil-monitoraġġ u fl-iżgurar tal-obbligu ta’ rendikont;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi ftit li xejn hemm aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar il-proġetti tal-Global Gateway;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-iffissar ta’ objettivi u l-użu ta’ għodod aħjar ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni jistgħu jgħinu fil-valutazzjoni tal-kontributi tal-proġetti għall-objettivi tal-iżvilupp u jipprevjenu impatti detrimentali fil-pajjiżi riċevituri;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rendikont, objettivi strateġiċi u viżjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li l-inizjattiva Global Gateway hija kunċett ġeopolitiku strateġiku li jintegra l-politiki barranin, ekonomiċi u ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, inkluż l-involviment tal-UE fil-protezzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, it-trasformazzjoni diġitali u s-setturi tas-saħħa, tar-riċerka, tal-edukazzjoni u tat-trasport, bil-għan li jiġu stabbiliti sħubijiet fit-tul, strateġiċi u ta’ benefiċċju reċiproku bil-ħsieb partikolari li jinbnew u jiġu żgurati l-ktajjen tal-provvista sostenibbli u r-reżiljenza kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi sħab, b’mod partikolari permezz ta’ involviment aktar b’saħħtu tas-settur privat; jissottolinja li l-inizjattiva Global Gateway għandha ssir strateġija fit-tul ibbażata fuq mudell ta’ amministrazzjoni fis-sħuħija tagħha; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-bidla lil hinn mill-mudell donatur-riċevitur lejn sħubijiet fuq bażi ugwali; jisħaq li l-enfasi għandha tkun fuq investimenti intelliġenti f’infrastruttura ta’ kwalità, li jirrispettaw standards soċjali u ambjentali għoljin u allinjati mal-interessi u l-valuri tal-UE, inklużi l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u n-normi u l-istandards internazzjonali rilevanti; jisħaq li l-koordinazzjoni mal-istituzzjonijiet internazzjonali, l-involviment tas-settur privat u l-komunikazzjoni strateġika mfassla apposta, inkluż fil-pajjiżi riċevituri, huma essenzjali biex l-istrument jilħaq l-iskala mixtieqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li sfidi ġeostrateġiċi ġodda bħall-gwerra ta’ aggressjoni Russa li għaddejja kontra l-Ukrajna kif ukoll l-influwenza u l-assertività dejjem akbar taċ-Ċina u tar-Russja, iż-żarmar tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID) u t-tnaqqis dejjem akbar fl-ODA, inkluż f’diversi Stati Membri tal-UE, ħolqu lakuni sinifikanti ta’ finanzjament fil-forniment ta’ servizzi pubbliċi essenzjali; jisħaq li l-atturi tal-politika estera u ta’ sigurtà u tal-iżvilupp tal-UE jeħtiġilhom jagħmlu użu aħjar mir-riżorsi skarsi u jikkoordinaw aħjar l-azzjonijiet tagħhom sabiex iżidu l-effett ta’ lieva, il-preżenza, l-influwenza u l-viżibbiltà tal-UE madwar id-dinja permezz ta’ investimenti ta’ benefiċċju reċiproku, jippromwovu tkabbir sostenibbli u inklużiv fil-pajjiżi sħab, isaħħu l-ugwaljanza u l-għajxien tal-komunitajiet lokali u l-progress lejn il-kisba tal-SDGs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jifhem li l-Global Gateway għandu l-potenzjal li jakkumpanja, jiffaċilita u jsaħħaħ l-investimenti Ewropej sostenibbli globalment, li jipprovdu lill-pajjiżi sħab l-opportunità li jiżviluppaw l-industriji tagħhom u joħolqu valur miżjud u impjiegi lokali deċenti, u jagħtu lil dawk il-pajjiżi aċċess għas-swieq ewlenin fl-UE; jissottolinja li s-sħubijiet fit-tul offruti mill-UE fl-ambitu tal-Global Gateway jistgħu joħolqu offerta alternattiva ġenwina lill-pajjiżi sħab fir-rigward tal-objettivi ta’ żvilupp u ekonomiċi tagħhom, filwaqt li jikkontribwixxu wkoll għall-ilħuq tal-miri ġenerali tal-UE tal-kompetittività, ir-reżiljenza, id-diversifikazzjoni u l-awtonomija strateġika kif ukoll għall-kisba ta’ għanijiet internazzjonali maqbula b’mod konġunt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jieħu nota tar-rieda politika tal-President tal-Kummissjoni li tkabbar il-Global Gateway matul il-leġiżlatura 2024-2029; jinnota li l-Kunsill approva aktar minn 250 proġett emblematiku mill-2022; jinnota wkoll li, skont il-Kummissjoni, EUR 306 biljun kienu ġew mobilizzati sa tmiem l-2024; jiddeplora n-nuqqas ta’ ċarezza u trasparenza rigward ir-rekord ta’ finanzjament u kif intlaħqet iċ-ċifra ta’ EUR 306 biljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-għażla tal-proġetti segwiet approċċ minn fuq għal isfel ċentralizzat iżżejjed, mingħajr involviment xieraq mill-partijiet ikkonċernati; jinnota li l-kunċett u l-kriterji għall-proġetti tal-Global Gateway għadhom mhux ċari, kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-pajjiżi sħab; jissottolinja l-importanza li jiġi ffavorit mudell li fih id-domanda fil-pajjiżi sħab titqabbel ma’ offerti minn negozji Ewropej, f’konformità mal-objettivi barranin, ekonomiċi u ta’ żvilupp tal-UE, u l-impenji internazzjonali, b’mod partikolari l-Aġenda 2030 u l-Ftehim ta’ Pariġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li l-istrateġija Global Gateway hija mibnija fuq ir-regolament NDICI-Ewropa Globali; jinnota wkoll il-proposta tal-Kummissjoni għall-istrument il-ġdid Ewropa Globali u jinnota li naqset milli tieħu l-opportunità li xi dispożizzjoni sostantiva ta’ kodifikazzjoni dwar il-Global Gateway; jiddikjara r-rieda tal-Parlament bħala koleġiżlatur li joħroġ bi proposti ta’ kjarifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li l-Global Gateway trid tibqa’ ankrata fl-objettiv primarju tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, jiġifieri t-tnaqqis u l-qerda fit-tul tal-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jissottolinja li huwa essenzjali li jiġi żgurat li jkun hemm bilanċ bejn il-finanzjament tal-ODA u dak mhux tal-ODA, filwaqt li jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-koordinazzjoni ma’ strumenti u politiki mhux relatati mal-iżvilupp; jitlob lill-Kummissjoni tindika jekk il-proġetti tal-Global Gateway jikkonformawx mal-kriterji tal-ODA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi metodoloġiji ċari u trasparenti għall-valutazzjoni tal-impatt tal-iżvilupp tal-interventi tal-Global Gateway iffinanzjati mill-ODA tal-UE u li jinvolvu atturi tas-settur privat tal-UE, u l-eliġibbiltà tagħhom fir-rigward tal-kriterji tal-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi; jisħaq li tali metodoloġiji għandhom jiġu kkomplementati minn valutazzjonijiet ta’ rilevanza strateġika, filwaqt li jitqiesu l-konnettività affidabbli u l-fehma komuni, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà fit-tul tal-proġetti, u jappella għal rappurtar regolari lill-Parlament b’mod li jirrifletti l-objettivi ta’ żvilupp u ġeopolitiċi tal-Global Gateway;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni aktar sistematiċi tal-impatti tal-proġetti tal-Global Gateway biex jissaħħu l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-effettività tal-inizjattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza li l-investimenti fit-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u fil-kapital soċjali mhumiex biss konformi mal-valuri tal-UE iżda wkoll ekonomikament profittabbli; jisħaq fuq l-importanza li jiġi applikat approċċ reattiv għall-kwistjonijiet tal-ġeneru fil-programmazzjoni tal-Global Gateway, biex jiġi żgurat li l-investimenti jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jiddispjaċih li l-preferenza stabbilita fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament NDICI-Ewropa Globali għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni konġunti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri ma ġietx applikata b’suċċess, u ġiet sostitwita bil-kooperazzjoni aktar laxka ta’ Tim Ewropa; jitlob li din il-programmazzjoni konġunta tiġi integrata fl-istrument futur Ewropa Globali u tiġi implimentata b’mod adegwat, kif mitlub b’mod konsistenti mill-partijiet ikkonċernati ta’ Ewropa Globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jwettqu valutazzjoni komprensiva tal-qafas ta’ Tim Ewropa, inklużi l-inizjattivi ta’ Tim Ewropa, u li jipprovdu informazzjoni dwar l-istatus attwali tal-progress tagħhom, l-atturi involuti, il-finanzjament tagħhom u l-eżiti ewlenin fir-rigward tal-iżvilupp;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-importanza ġeopolitika tal-Global Gateway </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-UE ssaħħaħ il-pożizzjoni strateġika, is-sħubijiet u l-kredibbiltà globali tagħha billi toffri, permezz tal-Global Gateway, alternattiva sostenibbli, trasparenti u demokratika għall-inizjattivi ta’ mudelli u infrastrutturali li jikkompetu, li jkunu allinjati mal-valuri fundamentali tal-UE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tippromwovi l-Global Gateway b’mod effettiv u rapidu bħala alternattiva sostenibbli għall-inizjattivi aggressivi minn rivali bħaċ-Ċina u r-Russja, li l-appoġġ tagħhom spiss wera li għandu effetti negattivi severi fit-tul, inkluża dipendenza kbira fuq id-dejn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-approċċ uniku ta’ 360 grad tal-Global Gateway, li jikkomplementa l-investimenti b’appoġġ għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt fil-pajjiżi sħab, inklużi l-indipendenza ġudizzjarja u l-miżuri kontra l-korruzzjoni, kif ukoll għal istituzzjonijiet demokratiċi u responsabbli tal-azzjonijiet tagħhom, u b’hekk jiġi żgurat li l-proġetti ffinanzjati mill-UE jkollhom impatt ġenwin u jkunu allinjati mal-valuri fundamentali tal-UE u l-SDGs, u mal-bini ta’ ambjent regolatorju abilitanti f’konformità mal-istandards internazzjonali u l-oqfsa ambjentali, soċjali u ta’ governanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza li l-effettività tal-Global Gateway tiddependi mir-rispons tagħha għall-prijoritajiet reali tal-pajjiżi sħab; jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Istati Membri jiżguraw li l-inizjattivi tal-Global Gateway ikunu inklużivi u responsabbli tal-azzjonijiet tagħhom kemm jista’ jkun, ikunu mfassla b’mod konġunt mal-partijiet ikkonċernati lokali u allinjati mal-istrateġiji ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali tal-pajjiżi sħab f’konformità mal-prinċipju tas-sjieda tal-pajjiż; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm rabta bejn id-djalogu politiku, l-investiment, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-azzjoni diplomatika sabiex jiġu żgurati l-koerenza strateġika u l-impatt dejjiemi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tfassal proġetti tal-Global Gateway biex tiżgura komplementarjetà u allinjament b’saħħithom mal-inizjattivi li jippromwovu ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u l-multilateraliżmu, fid-dawl tal-formazzjoni tal-blokok u ż-żieda fit-tensjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappella għal koordinazzjoni aktar profonda ma’ sħab tal-istess fehma li huma lesti li jirrispettaw il-prinċipji msemmija hawn fuq u li jfittxu li jiddiversifikaw ir-relazzjonijiet tagħhom u jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-iżvilupp, li jmorru lil hinn mill-ftehimiet tranżazzjonali, filwaqt li jkunu kompatibbli mal-interessi strateġiċi tal-UE, inklużi dawk li hija tiddefendi fil-G7, fil-G20 u fin-NU, bil-ħsieb li jiġi massimizzat l-impatt kollettiv u jiġu żgurati standards, finanzjament u implimentazzjoni tal-proġetti koerenti, f’ambjent ġeopolitiku kompetittiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar rapporti li għadd ta’ proġetti tal-Global Gateway qed jiġu implimentati minn kumpaniji Ċiniżi bi ksur dirett tal-objettiv tal-inizjattiva li tippreżenta alternattiva għall-Inizjattiva “Belt and Road” u li toħloq valur nazzjonali ġenwin fil-pajjiżi sħab; jitlob, għalhekk, li ssir investigazzjoni immedjata dwar l-involviment tal-kumpaniji Ċiniżi kollha fil-Global Gateway;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar li l-prinċipju fundamentali tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, minqux fl-Artikolu 208(1) tat-TFUE, jobbliga lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jqisu l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki kollha li x’aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jappella għal allinjament aktar effettiv bejn il-Global Gateway u l-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli; jistieden lill-UE tagħmel użu akbar mis-saħħa normattiva tagħha, filwaqt li tinkorpora d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli bħala pedamenti tal-proġetti kollha tal-Global Gateway, filwaqt li tiżgura l-addizzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq li t-tisħiħ tal-istabbiltà u s-sigurtà fil-pajjiżi sħab jikkontribwixxi għat-trawwim ta’ opportunitajiet ekonomiċi, reżiljenza u żvilupp sostenibbli fit-tul, u b’hekk jindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni irregolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jissottolinja li l-integrazzjoni tal-koerenza tal-politika għall-aġenda tal-iżvilupp sostenibbli fil-Global Gateway tal-UE hija essenzjali għal approċċ konġunt ta’ żvilupp sostenibbli u ġeoekonomiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jitlob li l-investimenti fl-enerġija, fil-materja prima kritika u fit-tranżizzjoni ekoloġika jingħataw prijorità, biex titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq rivali barranin, inkluż fin-networks tal-enerġija rinnovabbli, il-kurituri tal-idroġenu nadif, u t-trasport sostenibbli, u b’hekk jissaħħu kemm l-iżvilupp sostenibbli globali kif ukoll l-awtonomija enerġetika tal-UE; jappella wkoll għal sovranità diġitali msaħħa u konnettività affidabbli, filwaqt li jiġu promossi standards diġitali demokratiċi fil-livell globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-investimenti tal-Global Gateway ikunu allinjati mal-proċessi eżistenti ta’ diliġenza dovuta tal-UE kif ukoll li jkunu miftuħa u ta’ benefiċċju għall-atturi tas-suq lokali u reġjonali u għas-soċjetà ċivili, u li jgħinu biex jingħalqu l-lakuni fl-infrastruttura u fl-inugwaljanza, inklużi dawk relatati mal-faqar diġitali u enerġetiku, b’mod partikolari fiż-żoni rurali u periferiċi, filwaqt li jiżguraw li l-benefiċċji assoċjati mal-enerġija rinnovabbli u l-produzzjoni tal-minerali, bħall-introjtu u l-impjiegi, jinħassu mill-komunitajiet lokali u mill-pajjiżi produtturi; jitlob li dawn il-lakuni jiġu identifikati mill-pajjiżi sħab f’konsultazzjoni mal-intrapriżi, il-komunitajiet u l-atturi tas-soċjetà ċivili lokali; jisħaq li dawn il-proġetti jridu jiġu b’ħolqien ta’ valur lokali u jirrispettaw il-prinċipji ta’ aċċessibbiltà u disinn universali għal kulħadd biex jiġi żgurat li l-infrastrutturi ma joħolqux ostakli ġodda, u jħeġġeġ l-inklużjoni sħiħa tal-persuni b’diżabilità fl-aktar ambjenti vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza li l-proġetti tal-enerġija tal-Global Gateway għandhom jitfasslu bi flessibbiltà suffiċjenti biex jirrispondu għall-ħtiġijiet teknoloġiċi u tas-suq li qed jinbidlu fil-pajjiżi sħab; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi mekkaniżmi għal rieżami perjodiku u, fejn xieraq, riallokazzjoni jew aġġustament tal-investimenti biex jiġi żgurat li l-proġetti jibqgħu rilevanti, kosteffettivi, u allinjati mal-ħtiġijiet tal-enerġija li qed jevolvu tal-pajjiżi sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jisħaq li l-investimenti fl-enerġija ekoloġika fl-ambitu tal-Global Gateway iridu jkunu sensittivi għall-kunflitti u bbażati fuq il-prinċipji ta’ governanza ġusta u trasparenti tar-riżorsi, b’mod partikolari fejn tkun involuta l-estrazzjoni ta’ materja prima kritika; jappella għall-monitoraġġ tal-impatti detrimentali potenzjali fuq l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll tar-riskju li jiġu aggravati l-inugwaljanza u l-kunflitti, inkluż f’kuntesti fraġli; jisħaq, b’mod partikolari, li dan jikkonċerna proġetti infrastrutturali kbar bħall-impjanti tal-enerġija ibridi, il-proġetti tal-idroġenu, l-estrazzjoni tal-litju, iċ-ċentri tad-data, l-espansjonijiet tal-portijiet, l-ajruporti u l-kurituri tat-trasport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq li l-insigurtà tal-ilma li qed tikber qed tibda toħloq theddida kbira għall-perspettivi tat-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi sħab, u jissuġġerixxi li l-Global Gateway tinkludi proġetti u politiki dwar l-ilma; jirrikonoxxi li l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli jiddependi wkoll fuq korpi tal-ilma b’saħħithom, u jappella għall-integrazzjoni sistematika ta’ “dimensjoni blu” fl-investimenti tal-Global Gateway li jirfdu s-sigurtà tal-ilma, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp soċjoekonomiku fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal li l-Global Gateway toffri għall-isforzi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b’investimenti li jistgħu jikkontribwixxu għall-ġenerazzjoni ta’ krediti tal-karbonju ta’ kwalità għolja fil-pajjiżi sħab, li jwasslu għal eżiti ta’ benefiċċju reċiproku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jappella għal kjarifika dwar sa liema punt il-Global Gateway għadu parti sħiħa mis-Sħubija għall-Infrastruttura u l-Investiment Globali, li hija impenn kondiviż tal-G7 biex jiġu appoġġjati l-investimenti pubbliċi u privati f’infrastruttura sostenibbli, inklużiva, reżiljenti u ta’ kwalità għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni aktar mill-qrib ma’ sħab tal-istess fehma bil-ħsieb li tinbena xibka reżiljenti ta’ konnettività affidabbli, speċjalment, iżda mhux esklużivament, ma’ sħab bħar-Renju Unit, il-Kanada, il-Ġappun, l-Awstralja, New Zealand, ir-Repubblika tal-Korea, l-Indja u t-Tajwan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni kontinwi man-NU u l-aġenziji tagħha, li għandha l-potenzjal li ttejjeb il-preżenza globali tal-UE u kif tiġi perċepita barra mill-Unjoni; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri permezz ta’ Tim Ewropa, u s-sħab rilevanti l-oħra kollha tal-Global Gateway tal-istess fehma biex jibnu fuq l-għarfien lokali u l-għarfien espert tekniku tan-NU u r-rwol tagħha fil-ħolqien ta’ ambjent abilitanti, l-iżgurar tas-sjieda lokali, il-promozzjoni ta’ żvilupp inklużiv u sostenibbli u l-appoġġ lill-pajjiżi sħab fil-bini ta’ sistemi reżiljenti għas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni għall-iżvilupp</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha għadhom l-akbar fornituri tal-ODA globalment; jissottolinja li l-UE għandha wkoll assi ekonomiċi maġġuri fil-kapaċità tagħha li tipprovdi aċċess għal suq intern attraenti, filwaqt li tkun kapaċi tifhem u tirrispetta r-realtajiet lokali kif ukoll twieġeb għall-ħtiġijiet ta’ żvilupp tal-bniedem, tal-ħarsien tal-ambjent, u tal-ħolqien ta’ impjiegi deċenti lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jissottolinja l-potenzjal tal-Global Gateway bħala għodda li tħalli impatt għall-mobilizzazzjoni tal-fondi meħtieġa biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, u biex tirrispondi għall-interess ta’ ħafna pajjiżi sħab fl-investiment privat u l-integrazzjoni globali tal-ktajjen tal-valur lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jissottolinja li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE trid tkompli tipprovdi appoġġ lill-pajjiżi sħab f’kuntesti fejn il-Global Gateway mhijiex tweġiba adegwata għall-ħtiġijiet tagħhom; jisħaq li kuntesti fraġli u affettwati minn kunflitti jirrikjedu attenzjoni speċifika u forom imfassla apposta ta’ investiment, bħal għotjiet u azzjoni miftiehma fost l-atturi umanitarji, tal-iżvilupp u tal-paċi, inkluż fil-pajjiżi l-anqas żviluppati, li jikkomplementaw jew imorru lil hinn mill-Global Gateway, b’enfasi partikolari fuq l-involviment mal-atturi lokali u l-għoti tas-setgħa lilhom; jappella għal strateġija ambizzjuża b’approċċ iċċentrat fuq in-nies għal kuntesti fraġli sabiex jiġi implimentat il-bini tal-paċi permezz tar-rabta bejn l-aspett umanitarju, l-iżvilupp u l-paċi; jisħaq f’dan il-kuntest li l-ODA tradizzjonali ma għandhiex tiġi ddevjata minn fejn hija l-aktar meħtieġa u li trid tibqa’ għodda essenzjali għall-appoġġ ta’ setturi bħall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-agrikoltura lokali fuq skala żgħira, is-sigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni, l-ilma, l-akkomodazzjoni adegwata u l-protezzjoni soċjali, li huma prerekwiżiti għal soċjetajiet stabbli, inklużivi u prosperi, filwaqt li l-UE għandha ttejjeb il-monitoraġġ biex tiżgura li l-ODA ma tiġix iddevjata għal skopijiet kriminali jew korrotti; jissottolinja li s-sħubijiet pubbliċi-privati jistgħu jikkomplementaw iżda ma jridux jissostitwixxu l-ODA għall-iżvilupp tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jappella għal appoġġ kontinwu permezz ta’ proġetti tal-Global Gateway għat-tisħiħ tat-tħejjija globali kontra t-theddidiet għas-saħħa billi jsir investiment fl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons u inizjattivi lokali sostenibbli ta’ manifattura u bini tal-kapaċità fil-pajjiżi sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jirrikonoxxi li għadd sinifikanti ta’ pajjiżi sħab tal-Global Gateway jiddependu ħafna fuq l-agrikoltura bħala sors primarju ta’ introjtu, impjiegi u sigurtà tal-ikel; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-rieżamijiet strateġiċi u l-valutazzjonijiet tal-implimentazzjoni futuri tal-Global Gateway iqisu l-ħtiġijiet speċifiċi u l-potenzjal ta’ żvilupp tas-settur agrikolu fil-pajjiżi sħab; jirrikonoxxi li finanzjament robust tas-settur pubbliku, appoġġat minn impenji sostnuti ta’ donaturi, huwa essenzjali biex jinkisbu eżiti olistiċi u sostenibbli tal-iżvilupp tal-bniedem; jafferma li l-investiment privat u l-finanzjament innovattiv jista’ jkollhom rwoli komplementari importanti flimkien mal-finanzjament pubbliku b’saħħtu, iżda mhux minfloku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq li l-approċċ ta’ 360 grad jimplika wkoll appoġġ għall-iżvilupp tal-edukazzjoni u t-taħriġ, għall-ugwaljanza u l-inklużjoni, speċjalment fir-rigward taż-żgħażagħ u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jinnota li dan jirrikjedi interventi ta’ politika komprensivi u bini tal-kapaċità; jenfasizza li permezz ta’ dan l-approċċ, l-UE tista’ toħloq kundizzjonijiet ekwi għan-negozji Ewropej, speċjalment fil-konfront ta’ investituri barranin oħra, filwaqt li tirrispetta r-rekwiżiti tal-kontenut lokali, tappoġġja l-ħtiġijiet ta’ żvilupp tal-pajjiżi sħab u żżid il-viżibbiltà ta’ Tim Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-proġetti tal-Global Gateway jintegraw id-drittijiet tat-tfal bħala parti mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni, filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni kontra l-isfruttament u t-tħaddim tat-tfal, kif ukoll programmi li jtejbu l-aċċess għall-edukazzjoni, is-saħħa u l-protezzjoni soċjali; jappella għal sforzi konsolidati biex tittejjeb il-klima tal-investiment fil-livelli lokali u nazzjonali fil-pajjiżi sħab, inkluż il-bini tal-kapaċità biex jakkumpanja r-riformi f’oqsma bħall-faċilitazzjoni tal-investiment, l-akkwist pubbliku, il-politika tal-kompetizzjoni u l-ambjent ġenerali tan-negozju, u permezz tal-appoġġ għal sistemi kontabilistiċi b’saħħithom; jenfasizza li l-bini ta’ infrastruttura ekonomika stabbli u stat li jiffunzjona b’mod affidabbli u ż-żieda fil-kapaċità produttiva lokali huma fatturi importanti għall-qerda fit-tul tal-faqar; ifakkar li l-kumpaniji lokali spiss jiffaċċjaw sfidi monetarji u ta’ likwidità minħabba l-instabbiltà tar-rata tal-kambju u l-konvertibbiltà limitata tal-muniti tagħhom, li jistgħu jirrestrinġu l-parteċipazzjoni tagħhom fi proġetti internazzjonali u jimminaw l-istabbiltà finanzjarja tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni akkademika u xjentifika bħala pilastru tal-aġenda diġitali u tal-innovazzjoni tal-Global Gateway; jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta l-programmi Orizzont Ewropa, Erasmus+ u l-programmi ta’ skambju globali f’sinerġija mal-proġetti tal-Global Gateway biex tippermetti lill-istudenti b’talent jistudjaw fl-Ewropa u jżidu l-għarfien espert lokali fil-pajjiżi sħab, u tagħti spinta lir-riċerka kollaborattiva, l-iskambju tal-għarfien u l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali; jissottolinja li approċċ bħal dan isaħħaħ il-kapaċitajiet tal-edukazzjoni u tar-riċerka globalment u jiżgura li l-investimenti fil-konnettività jkunu akkumpanjati minn żvilupp tal-kapital uman u t-trasferiment tat-teknoloġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-UE tuża l-piż politiku u ekonomiku tagħha biex tavvanza aġenda globali għall-ġustizzja u s-sostenibbiltà fit-tul; jisħaq li l-investimenti tal-Global Gateway iridu jgħinu biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi, jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-bniedem u jiġu promossi sistemi inklużivi u ekwi li jinvolvu u jilħqu l-ifqar 40 % tal-popolazzjoni kif ukoll dawk l-aktar fir-riskju tal-esklużjoni, inklużi l-persuni b’diżabilità, in-nisa, il-bniet u l-popolazzjonijiet spostati; jenfasizza li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha ssaħħaħ is-sistemi finanzjarji tal-pajjiżi sħab; jissottolinja li tali sforzi għandhom ikunu bbażati fuq l-approċċ ta’ 360 grad tal-Global Gateway u għandhom jiġu mmonitorjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jemmen li l-investimenti għandhom jippromwovu impjiegi deċenti, aċċessibbli u sostenibbli, b’enfasi partikolari fuq l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol ta’ gruppi vulnerabbli; jisħaq, barra minn hekk, li l-investimenti għandhom jiġu appoġġjati mit-taħriġ u l-ħiliet vokazzjonali, mit-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija ma’ istituzzjonijiet edukattivi u ċentri ta’ taħriġ lokali relatati, u permezz tat-taħriġ tal-għalliema, it-tagħlim fundamentali, infrastrutturi aċċessibbli u materjali ta’ tagħlim adattati, filwaqt li jiġi żgurat li l-programmi jkunu allinjati mal-kuntest soċjoekonomiku ta’ kull pajjiż sieħeb u li jsaħħu n-nisġa produttiva tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota li ħafna sħab ma għandhomx ir-riżorsi finanzjarji x’jiddedikaw għal proġetti ta’ infrastruttura fuq skala kbira; jenfasizza f’dan ir-rigward li l-Global Gateway tagħmel enfasi qawwija fuq l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-bini tal-kapaċità biex isservi bħala katalist għat-tkabbir sostenibbli u l-integrazzjoni reġjonali kif ukoll għall-konnettività mal-UE; jinnota li l-proġetti ewlenin tal-Global Gateway għall-2023, l-2024 u l-2025, kellhom enfasi partikolari fuq l-infrastruttura, u anqas minn 10 % kienu jindirizzaw l-edukazzjoni u r-riċerka, u ftit aktar minn 10 % kienu ffukati fuq is-settur tas-saħħa; jenfasizza li livelli ogħla ta’ investiment fis-saħħa, l-edukazzjoni u r-riċerka jistgħu jrendu redditi ekonomiċi u soċjali ogħla mill-investiment fl-infrastruttura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jirrimarka li ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment fl-Afrika sub-Saħarjana, jiffaċċjaw livelli għoljin ta’ dejn pubbliku li jxekklu l-kapaċità tagħhom li jinvestu u li jipprovdu servizzi soċjali u bażiċi; jinnota li ċ-Ċina hija l-akbar kreditur bilaterali għal ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw u li l-prattiki ta’ self tagħha kkontribwew għal livelli ta’ dejn li qed jogħlew; jinnota li l-proġetti tal-Global Gateway huma preżenti f’diversi pajjiżi fqar b’ħafna dejn; jissottolinja li l-proġetti tal-Global Gateway għandhom jevitaw li jaggravaw id-dejn jew li joħolqu “nases tad-dejn”; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jnaqqsu u jtaffu l-piż tad-dejn fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari dawk fin-Nofsinhar Globali, billi jappoġġjaw is-serħan mid-dejn u r-ristrutturar tad-dejn fuq livell globali, filwaqt li jqisu l-prinċipji tal-Konferenza tan-NU dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp dwar il-promozzjoni ta’ self sovran responsabbli kif ukoll il-prinċipji tas-sostenibbiltà tad-dejn tal-OECD; jinnota li s-sistema attwali ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu hija ta’ benefiċċju għall-pajjiżi fit-Tramuntana Globali b’mod sproporzjonat meta mqabbla ma’ dawk fin-Nofsinhar Globali; jistieden lill-Kummissjoni tqis dawn ir-riskji maġġuri perċepiti u l-kostijiet tas-self ogħla; jinsisti li l-Global Gateway għandu joffri skambji għat-tranżizzjoni ġusta u għall-investimenti, kif ukoll tpartit tad-dejn għan-natura jew tad-dejn għall-klima; jinnota li l-proġetti ta’ tranżizzjoni ekoloġika tal-Global Gateway għandhom jitqiesu skont l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim ta’ Pariġi għall-kontribut tagħhom għal krediti internazzjonali ta’ kwalità għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jenfasizza li l-aċċess għall-finanzjament għadu sfida ewlenija għal ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw; jilqa’ l-inizjattivi li għandhom l-għan li jappoġġjaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jegħlbu l-ostakli għall-aċċess għall-finanzjament; jirrikonoxxi l-importanza tal-għotjiet biex jiġu żblukkati forom oħra ta’ finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-mekkaniżmi meħtieġa biex tiżgura li s-sħab kollha li jipparteċipaw fi proġetti tal-Global Gateway jikkonformaw bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni tal-UE u mal-istandards internazzjonali rilevanti fl-oqsma tal-ġlieda kontra t-tixħim, tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u tal-integrità finanzjarja, inklużi l-verifiki tal-integrità, l-għodod ta’ valutazzjoni u ġestjoni tar-riskju u s-sistemi ta’ monitoraġġ għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-korruzzjoni, il-flussi finanzjarji illeċiti u forom oħra ta’ mġiba mhux etika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ konsultazzjoni bikrija, inklużiva u adegwata mal-pajjiżi sħab fil-qafas tal-governanza tal-Global Gateway, qabel ma jiġu stabbiliti proġetti biex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipji ta’ effettività tal-iżvilupp, inkluża s-sjieda lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), inklużi l-kooperattivi u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, fil-Global Gateway inkluż bl-istabbiliment ta’ proċessi simplifikati u twieqi finanzjarji dedikati, sensibilizzazzjoni mmirata, aċċess simplifikat għall-offerti u mekkaniżmi ta’ appoġġ biex tissaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tagħhom; jenfasizza l-importanza tal-SMEs fil-ħolqien tal-impjiegi lokali, għas-sjieda lokali u ż-żieda fil-valur, u jitlob li l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, pereżempju fir-rigward tad-daqs u l-volumi finanzjarji tal-proġetti li huma kapaċi jwettqu u l-kapaċitajiet biex jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar, jitqiesu kif xieraq; jisħaq li, flimkien mal-SMEs tal-pajjiżi sħab, l-SMEs Ewropej huma sħab ta’ implimentazzjoni essenzjali għall-Global Gateway; jissottolinja li l-Global Gateway għandha tiġġenera benefiċċji reċiproċi billi toħloq ktajjen tal-valur sostenibbli, innovazzjoni u impjiegi ta’ kwalità fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali b’mod aktar effettiv u fi stadju aktar bikri fit-tfassil tal-proġetti, fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fil-finanzjament; jenfasizza r-rwol doppju tagħhom bħala sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u benefiċjarji; ifakkar li ħafna deċiżjonijiet rigward l-implimentazzjoni ta’ proġetti jittieħdu fil-livell sottonazzjonali fejn l-interessi u l-ħtiġijiet taċ-ċittadini għandhom jitqiesu sew;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Governanza </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jirrakkomanda li tiġi riveduta l-istruttura ta’ governanza tal-Global Gateway u jeżiġi l-involviment aktar sinifikanti tal-Parlament fuq l-istess livell mal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jiddispjaċih li l-Bord tal-Global Gateway, minkejja l-pjanijiet għal laqgħat annwali, s’issa ltaqa’ darbtejn biss, f’Diċembru 2022 u f’Ottubru 2025, u b’ambitu limitat għal analiżi fil-fond u diskussjoni jew tmexxija ta’ azzjonijiet u proġetti futuri; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura parteċipazzjoni ta’ livell għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota li l-Bord għandu jiffunzjona b’mod komplementari għall-Bord tal-Investiment futur tal-Ewropa Globali, u jitlob lill-Kummissjoni tikkjarifika u tiddelimita l-mandati rispettivi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jitlob li l-metodu għall-għażla tal-proġetti emblematiċi jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u kwalitattivi filwaqt li tiġi evitata l-proliferazzjoni detrimentali tal-proġetti, jiġi massimizzat l-impatt globali u jiġi żgurat suċċess li jista’ jitkejjel; jitlob lill-Kummissjoni tikkjarifika l-valur miżjud tal-proġetti emblematiċi tal-Global Gateway meta mqabbla mal-proġetti mhux emblematiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jirrakkomanda li l-proġetti emblematiċi jitfasslu bħala ekosistemi li fihom in-negozji fil-pajjiżi sħab u fl-UE jistgħu joperaw u jiffjorixxu b’mod effettiv; jinsisti fuq il-promozzjoni ta’ “kontenut Ewropew” fil-proġetti emblematiċi u fuq l-involviment bikri tal-pajjiżi sħab, u fuq l-indikazzjoni ċara tal-benefiċċji ta’ tali proġetti fil-pajjiżi sħab; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati kollha jħaddnu kooperazzjoni fit-tul peress li l-investimenti, speċjalment fl-infrastruttura, fl-enerġija u fl-estrazzjoni minerarja, jiddependu ħafna fuq l-involviment fit-tul u s-sigurtà tal-ippjanar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-Bord tal-Global Gateway jikkunsidra r-rapporti tal-partijiet ikkonċernati u jibbaża ruħu b’mod sistematiku fuq evidenza statistika, li għandha tiġi kondiviża b’mod f’waqtu u faċli għall-utent mal-Istati Membri u mal-Parlament, sabiex jiggwida l-orjentament politiku, itejjeb il-koordinazzjoni u jaġġusta l-programmazzjoni futura fejn meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jipproponi li l-Bord tal-Global Gateway isir il-korp operazzjonali ċentrali għall-implimentazzjoni tal-Global Gateway, speċjalment fir-rigward tad-definizzjoni tal-kriterji għall-proġetti emblematiċi, l-għażla ta’ proġetti emblematiċi u l-forniment ta’ kundizzjonijiet qafas adegwati u l-finanzjament għalihom; jitlob li l-proġetti u s-sħubijiet meqjusa “strateġiċi” f’kuntesti oħra jiġu allinjati u jsiru konsistenti mal-proġetti emblematiċi fl-ambitu tal-Global Gateway; jissottolinja li l-kompożizzjoni tal-Bord jeħtieġ li tinbidel biex tinkludi parteċipanti kompetenti fil-livell operattiv, u li l-frekwenza tal-laqgħat tiegħu għandha tiżdied u l-aġendi tiegħu għandhom ikunu orjentati lejn it-teħid ta’ deċiżjonijiet; jissuġġerixxi li l-korpi konsultattivi jgħaddu mill-istess proċess ta’ “operazzjonalizzazzjoni”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Huwa tal-fehma li l-approċċ għall-Global Gateway għandu jinbidel minn approċċ minn fuq għal isfel għal wieħed xprunat mid-domanda; ifakkar li involviment aktar b’saħħtu tas-settur privat Ewropew huwa fil-qalba tal-Global Gateway; jissuġġerixxi, għalhekk, li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni regolari u trasparenti tar-rappreżentanti tas-settur privat Ewropew biex jgħinu fit-tiswir u l-iżvilupp ulterjuri tal-Global Gateway; ifakkar ukoll li l-inizjattiva Global Gateway għandha tkun immexxija mis-sħab, filwaqt li tirrispetta l-pjanijiet ta’ żvilupp nazzjonali u lokali u tikkoinċidi magħhom; iħeġġeġ biex ir-rappreżentanti tal-pajjiżi sħab jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Bord, fuq bażi <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING>, inklużi rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali, is-soċjetà ċivili u n-negozji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali tad-Delegazzjonijiet tal-UE fil-koordinazzjoni mal-partijiet ikkonċernati lokali, fl-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet potenzjali ta’ investiment, fil-bini ta’ għarfien fil-fond dwar il-kompetituri tal-UE u l-lakuni eżistenti, u fl-appoġġ lis-sħab lokali fl-allinjament tal-applikazzjonijiet tal-proġetti tagħhom mal-prijoritajiet lokali kif ukoll tal-UE, u għalhekk jitlob li d-Delegazzjonijiet tal-UE jingħataw biżżejjed riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi, inkluż permezz ta’ programmi ta’ taħriġ immirati, biex ikunu jistgħu jwettqu dawn il-kompiti; jopponi bil-qawwa kwalunkwe pjan biex jitnaqqas il-persunal tad-Delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati kollha involuti jiżguraw il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni sinifikanti tal-Pjattaforma Konsultattiva tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali tal-Global Gateway, kif ukoll tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali, tal-gruppi emarġinati u tat-trade unions, tal-organizzazzjonijiet tan-nisa u tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabbiltà, kif ukoll tal-SMEs lokali u tal-popli indiġeni, u joħolqu l-kundizzjonijiet għal dawk l-atturi biex jaqdu r-rwol demokratiku u ta’ sħubija tagħhom lil hinn mill-approvazzjoni formali, inkluż billi jiżguraw perjodi ta’ żmien, frekwenza u segwitu xierqa dwar l-eżitu ta’ dawn il-laqgħat; jinnota li l-Pjattaforma għandu jkollha rwol komplementari fil-governanza tal-Global Gateway u tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-għażla, it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti, u b’hekk ittejjeb il-leġittimità u l-aċċettazzjoni lokali tal-proġetti tal-Global Gateway;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ konsultazzjonijiet aktar frekwenti u operattivi mal-Grupp Konsultattiv dwar in-Negozju, inkluż ma’ rappreżentanti tan-negozju min-Nofsinhar Globali, immirati lejn it-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-kisba ta’ riżultati konkreti; jinsisti li l-kunflitti ta’ interess potenzjali jridu jiġu indirizzati, inkluż permezz ta’ rekwiżiti ta’ trasparenza finanzjarja; jissuġġerixxi li l-membri tal-Grupp Konsultattiv dwar in-Negozju jiddikjaraw l-involviment tagħhom fi proġetti tal-Global Gateway; jinsisti fuq l-importanza tal-inklużjoni tal-SMEs Ewropej u lokali fil-Grupp Konsultattiv dwar in-Negozju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Ifakkar fir-rwol b’saħħtu tal-Parlament fit-tiswir tal-politiki ekonomiċi, klimatiċi, diġitali, kummerċjali u tal-kompetittività tal-UE; jenfasizza li l-governanza attwali tal-Global Gateway għadha ma ppermettietx lill-Parlament jeżerċita d-dmirijiet ta’ skrutinju tiegħu jew jikkontribwixxi għad-diplomazija parlamentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jemmen li involviment aktar b’saħħtu tal-Parlament, bħala l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament u demokratikament, huwa essenzjali biex jiġu żgurati l-leġittimità demokratika, it-trasparenza u l-koerenza politika tal-Global Gateway, u biex tissaħħaħ il-viżibbiltà tiegħu; jissottolinja l-iskrutinju kruċjali u r-rwol ta’ tmexxija strateġika tal-Parlament, inkluża sorveljanza parlamentari msaħħa tal-identifikazzjoni, l-għażla u l-implimentazzjoni tal-proġetti, kif ukoll l-evalwazzjoni sistematika tar-riżultati u l-impatt; jenfasizza li l-Parlament jeħtieġlu jkollu rwol ċentrali fl-iżgurar li l-investimenti tal-Global Gateway jużaw b’mod effettiv ir-riżorsi u jkunu allinjati bis-sħiħ mal-valuri, l-objettivi tal-iżvilupp u l-istandards ta’ sostenibbiltà tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi rapporti ta’ progress regolari lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Global Gateway, u rieżami strateġiku regolari u strutturat tal-implimentazzjoni tal-Global Gateway mill-kumitati kompetenti tal-Parlament sabiex jiġi żgurat li l-objettivi, il-prijoritajiet u l-enfasi ġeografika tagħha jibqgħu rilevanti, koerenti u allinjati mal-għanijiet ta’ azzjoni esterna u l-prijoritajiet ta’ żvilupp tal-Unjoni, u l-kuntest ġeopolitiku li qed jevolvi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jissottolinja wkoll, hekk kif il-Global Gateway issir dejjem aktar f’idejn l-Istati Membri, il-valur tas-simplifikazzjoni tal-kooperazzjoni ta’ skrutinju u sorveljanza bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali sabiex jirrifletti l-approċċ ta’ Tim Ewropa; jimpenja ruħu li jiżgura konsultazzjoni, parteċipazzjoni u rappreżentanza adegwati, inkluż fil-Bord li fil-futur ikun aktar operattiv; jappella għall-involviment tal-parlamenti tal-pajjiżi sħab, inkluż permezz tal-kondiviżjoni regolari tal-informazzjoni u permezz tal-assemblej multilaterali eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jieħu nota taċ-Ċentru ta’ Investiment tal-Global Gateway li għadu kif inħoloq u jilqa’ s-simplifikazzjoni maħsuba tal-applikazzjonijiet tal-proġetti; jisħaq li l-proċess ta’ applikazzjoni u l-koordinazzjoni ma’ Tim Ewropa fil-livell nazzjonali jridu jkunu trasparenti; jinnota bi tħassib, madankollu, in-nuqqas ta’ rappreżentanza mill-pajjiżi sħab, b’mod partikolari tas-soċjetà ċivili; jissottolinja li informazzjoni aħjar dwar l-opportunitajiet tal-Global Gateway hija meħtieġa wkoll għall-kumpaniji Ewropej, b’mod partikolari l-SMEs, u jħeġġeġ li ċ-Ċentru jiġi implimentat b’mod li jiffaċilita l-aċċess tal-SMEs; jappella wkoll għal indikazzjoni ċara, pubblika, aġġornata u faċilment aċċessibbli tal-offerti u l-proġetti kollha ppjanati, li għaddejjin u li tlestew, kif ukoll għal opportunitajiet ta’ finanzjament, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-SMEs u lill-kumpaniji minn Stati Membri iżgħar li spiss ma jkollhomx rappreżentanzi permanenti f’pajjiżi sħab u huma inqas probabbli li jkollhom ir-riżorsi tal-amministrazzjoni pubblika biex joħolqu perkorsi għall-investiment tas-settur privat; jissuġġerixxi li tiġi stabbilita pjattaforma ta’ tqabbil għal sħab kummerċjali u akkwirenti potenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jirrimarka li l-proġetti jeħtieġ li jkunu ekonomikament vijabbli, jew li jappoġġjaw il-provvista ta’ beni pubbliċi, u li l-vijabbiltà tal-proġetti tal-Global Gateway tiddependi fuq oqfsa u politiki legali koerenti, bħal ftehimiet kummerċjali, politiki tat-tassazzjoni, ftehimiet ta’ xiri, sistemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u mekkaniżmi ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri; jistieden lill-Kummissjoni tallinja aħjar l-inizjattiva Global Gateway mal-aġenda u l-inizjattivi ta’ politika interna tagħha bħall-Aġenda għall-Kompetittività, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u d-Deċennju Diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, meta tagħżel il-proġetti, tagħti prijorità lil dawk li għandhom importanza strateġika sinifikanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ proġetti transfruntieri tal-Global Gateway fit-tisħiħ tal-kummerċ u l-iżvilupp ma’ sħab ewlenin u fl-appoġġ għal integrazzjoni ekonomika reġjonali aktar profonda fil-pajjiżi sħab; jisħaq li l-iżvilupp tal-infrastruttura għandha, meta jkun fattibbli, jikkontribwixxi għall-integrazzjoni kummerċjali intrareġjonali, b’mod partikolari fost l-ekonomiji tal-Viċinat tan-Nofsinhar, tal-Afrika, tal-Amerka Latina u tax-Xlokk tal-Asja; jissottolinja l-importanza strateġika taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Kontinentali Afrikana fl-indirizzar tal-frammentazzjoni reġjonali u jitlob li l-Global Gateway tikkontribwixxi, b’mod immirat, għall-indirizzar ta’ ostakli u konġestjonijiet magħżula li naqqsu r-ritmu tal-implimentazzjoni tagħha; jissottolinja l-importanza li jiġi appoġġjat l-iżvilupp gradwali tal-ktajjen tal-valur intrareġjonali u l-konnettività reġjonali, inkluż permezz ta’ djalogu u assistenza teknika bl-għan li jitnaqqsu l-isfidi regolatorji u l-ostakli mhux tariffarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jenfasizza l-valur strateġiku ta’ sħubijiet ta’ kummerċ u investiment nodfa, li jsegwu loġika mmexxija mill-kummerċ u mmexxija mill-programmi, li jikkomplementaw l-approċċ ibbażat fuq il-proġetti tal-Global Gateway filwaqt li jippermettu integrazzjoni reġjonali aħjar u jikkontribwixxu għall-għan globali li jintlaħqu l-SDGs; jissottolinja li l-kombinazzjoni tal-aċċess għas-suq mal-għodod tal-finanzjament u l-għoti tal-fondi tal-UE bħall-Ewropa Globali u l-Global Gateway hija essenzjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora kif is-sħubijiet ta’ kummerċ u investiment nodfa, imsaħħa permezz tal-Global Gateway, jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-ostakli mhux tariffarji għall-pajjiżi sħab, inkluż permezz ta’ eżenzjonijiet immirati minn leġiżlazzjoni magħżula tal-UE jew permezz tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza; jistieden lill-Kummissjoni trawwem involviment wiesa’ tal-partijiet ikkonċernati min-negozji, speċjalment l-SMEs, it-trade unions, is-soċjetà ċivili u l-komunitajiet lokali; jissottolinja r-rieda tiegħu li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-parlamenti, li jiskrutinizza kif xieraq l-implimentazzjoni li għaddejja u li jikkontribwixxi għall-bini ta’ sħubija bejn il-persuni bħala l-bażi għal aktar suċċess reċiproku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jappella għal titjib sinifikanti fit-trasparenza, ir-responsabbiltà demokratika u l-informazzjoni, mekkaniżmi robusti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, u rappurtar regolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jappella għal kejl effettiv tal-impatt tal-proġetti tal-Global Gateway lokalment, inklużi l-eżiti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tagħhom, bħall-kontribut tagħhom għall-qerda tal-faqar, kif ukoll is-sostenibbiltà finanzjarja u ekonomika tagħhom, bl-użu ta’ indikaturi relatati mal-ħolqien tal-impjiegi, it-trasferiment tal-għarfien, l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, bi qbil mal-objettivi globali relatati mal-kapital soċjali u uman, bħall-SDGs u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru III;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tipprovdi evidenza dwar il-benefiċċji tal-proġetti tal-Global Gateway għall-intrapriżi lokali, speċjalment l-SMEs, in-negozji sostenibbli u inklużivi bħall-kooperattivi u l-intrapriżi soċjali, il-komunitajiet lokali u l-forza tax-xogħol fil-pajjiżi sħab; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja u tevalwa l-impatt tal-proġetti u tippubblika tali evidenza biex tiżgura, <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>, li l-proġetti tal-Global Gateway jirrispettaw l-impenji rigward id-drittijiet tal-bniedem u jkollhom effetti pożittivi fuq l-ekonomija lokali u effetti sekondarji pożittivi għal segmenti usa’ tas-soċjetà; jieħu nota tat-tħassib minn studji u investigazzjonijiet dwar investimenti esterni li xi drabi sabu evidenza limitata ta’ benefiċċji lokali, inkluż għall-SMEs u l-komunitajiet f’pajjiżi sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strumenti ġodda msejsa fuq qafas ibbażat fuq l-evidenza biex timmonitorja u tivvaluta d-distribuzzjoni u l-impatt tal-interventi fil-pajjiżi sħab, b’mod partikolari f’oqsma bħall-kwalità u l-kwantità tal-impjiegi, l-edukazzjoni inklużiva, is-saħħa, l-istandards tal-għajxien, l-impatti fuq l-aktar gruppi vulnerabbli, l-inugwaljanza u l-koeżjoni soċjali, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-protezzjoni ambjentali, u l-iżvilupp tal-intrapriżi lokali, inklużi l-SMEs, peress li dan jgħin biex jiġi ottimizzat u mwessa’ l-impatt lokali tal-interventi u s-sħubijiet attwali tal-UE u jappoġġja t-tfassil ta’ proġetti futuri b’effetti dejjiema fil-pajjiżi sħab; jilqa’ l-markatur tal-inugwaljanza u l-valutazzjoni tal-impatti distributtivi bħala għodod utli għall-monitoraġġ tal-impatt tal-proġetti tal-Global Gateway; jitlob li d-data tiġi diżaggregata skont il-ġeneru u l-età biex jiġu traċċati l-inklużjoni u l-benefiċċji tan-nisa u l-bniet; jissottolinja li tali approċċ empiriku jtejjeb it-trasparenza tal-infiq u jsaħħaħ ir-rwol ta’ sorveljanza tal-Parlament bħala parti mill-awtorità baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jirrakkomanda l-monitoraġġ tal-livell u s-suċċess tal-involviment tal-kumpaniji Ewropej u lokali; jirrakkomanda wkoll il-monitoraġġ tal-istabbiliment ta’ ktajjen tal-provvista u tal-valur, il-kisbiet fl-innovazzjoni, ir-reżiljenza u l-valur miżjud ekonomiku kemm fil-pajjiżi sħab kif ukoll fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika regolarment statistika standardizzata, dettaljata u komparabbli dwar l-implimentazzjoni tal-Global Gateway, li turi, fost affarijiet oħra, is-sehem tal-akkwist u l-kuntratti mogħtija lil kumpaniji tal-UE u mhux tal-UE, il-volum u d-distribuzzjoni settorjali tal-investiment privat mobilizzat minn kull Stat Membru u l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali ewlenin iġġenerati, u tipprovdi evidenza tal-effett ta’ lieva tal-garanziji, l-istrumenti finanzjarji u l-finanzjament imħallat tal-UE; jissottolinja li tali data hija essenzjali biex jiġi vvalutat il-livell reali ta’ “kontenut Ewropew” fil-proġetti tal-Global Gateway u biex jiġi żgurat valur għall-flus għall-kontribwenti tal-UE; jisħaq ukoll li tali miżuri ta’ trasparenza jagħmluha possibbli li jiġi vvalutat jekk proġett jilħaqx l-objettiv iddikjarat tiegħu li jimmobilizza kapital privat sinifikanti għal proġetti sostenibbli u strateġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Itenni l-ħtieġa ta’ metodoloġija unifikata u aċċessibbli għall-pubbliku għall-kalkolu tal-investimenti mobilizzati fl-ambitu tal-Global Gateway, inkluża distinzjoni ċara bejn il-finanzjament tal-baġit tal-UE, il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri, l-ingranaġġ tas-settur privat u l-proġetti preeżistenti kklassifikati mill-ġdid; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika ċ-ċifri awditjati annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jilqa’ t-titjib reċenti fl-informazzjoni pprovduta dwar il-Global Gateway fuq is-siti web tal-Kummissjoni, iżda jissottolinja l-ħtieġa ta’ informazzjoni aktar dettaljata dwar il-proġetti tal-Global Gateway, il-kriterji tal-għażla, is-sorsi ta’ finanzjament, il-valutazzjonijiet tal-impatt <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>, il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, il-valur miżjud lokali, u l-eżiti mistennija kif ukoll dawk imkejla, inkluż f’termini ta’ impatti kummerċjali u l-progress biex jintlaħqu l-SDGs; jemmen li t-trasparenza u l-komunikazzjoni effettiva huma essenzjali biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà, titrawwem il-fiduċja tal-pajjiżi sħab, tiġi żgurata l-adeżjoni, jinbena momentum u jintwera l-valur miżjud tal-Global Gateway; jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal qafas ġdid ta’ traċċar u prestazzjoni li għandu jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-monitoraġġ u r-rappurtar, abbażi ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni; jirrimarka li l-għarfien limitat tal-inizjattiva Global Gateway f’ħafna pajjiżi sħab għadu ostaklu kbir għas-suċċess tagħha; jappella għalhekk għal aktar viżibbiltà, narrattiva aktar b’saħħitha u strateġija ta’ komunikazzjoni koerenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-marka Global Gateway għadha nieqsa mir-rikonoxximent u l-viżibbiltà, speċjalment fost il-pajjiżi sħab; jappella għalhekk għal strateġija ta’ komunikazzjoni b’riżorsi tajbin, ċara u kkoordinata, li tinkludi komunikazzjoni multilingwi li tiffoka fuq l-interessi u r-riżultati tal-UE u tal-pajjiżi sħab għall-partijiet ikkonċernati lokali bħala l-offerta pożittiva tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus billi tippubblika informazzjoni dettaljata u aġġornata regolarment dwar il-ftehimiet ta’ garanzija, l-investimenti ffirmati u żborżati, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u l-benefiċjarji, kif irrakkomandat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jitlob li l-Global Gateway tiġi kkodifikata u integrata fir-Regolament Ewropa Globali, li għandu jiġi adottat qabel il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-2028-2034; huwa tal-fehma li tali titjib huwa meħtieġ b’mod urġenti biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u t-trasparenza tal-mandat; jissottolinja l-prinċipji gwida tal-Parlament f’dan ir-rigward, jiġifieri r-rwol operazzjonali ċentrali tal-Bord ta’ Governanza tal-Global Gateway fid-definizzjoni u l-għażla tal-proġetti, bidla minn approċċ immexxi mill-Kummissjoni għal approċċ minn isfel għal fuq li jiffoka fuq aġenda sostenibbli trasformattiva fl-interess reċiproku, u involviment aktar b’saħħtu tas-setturi tan-negozju, is-sħab u l-Parlament, kif ukoll obbligu ta’ rendikont akbar;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Finanzjament u akkwist fil-futur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jenfasizza li l-istrumenti finanzjarji disponibbli fil-livell nazzjonali u Ewropew għall-proġetti tal-Global Gateway iridu jiġu aġġustati biex iqisu l-kuntest strateġiku, l-imperattiv tal-katina tal-provvista, l-ispeċifiċitajiet tas-settur u l-ambjent kompetittiv, u jridu jiġu ttrasformati f’sett ta’ għodod li jippermettu l-ħolqien ta’ sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku u kundizzjonijiet ekwi għan-negozji Ewropej fil-pajjiżi sħab; jisħaq li l-iżgurar ta’ bilanċ bejn il-finanzjament tal-ODA u dak mhux tal-ODA huwa essenzjali; ifakkar lill-Kummissjoni dwar ir-rekwiżit attwali li mill-inqas 93 % tan-nefqa fl-ambitu tal-NDICI-Ewropa Globali trid tissodisfa l-kriterji għall-ODA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Huwa tal-fehma li ċertu numru ta’ proġetti emblematiċi għandhom jiġu allokati għar-reżiljenza ekonomika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jisħaq li l-proġetti implimentati fl-ambitu tal-Global Gateway għandhom fil-qalba tagħhom l-involviment tas-settur privat tal-UE, tal-pajjiżi sħab u tas-sħab fdati; jenfasizza li l-entitajiet mill-UE jew sħab tal-istess fehma jeħtiġilhom jiffurmaw sehem sinifikanti minn kwalunkwe konsorzju li jipparteċipa fi proġetti tal-Global Gateway;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jissottolinja li l-politiki tal-akkwist, il-proċessi ta’ diliġenza dovuta u t-tfassil tal-offerti għandhom influwenza qawwija fuq is-suċċess jew il-falliment tal-proġetti tal-Global Gateway; jappella għall-użu ta’ kriterji ambjentali, soċjali u ta’ governanza kif ukoll kriterji rigward il-kwalità, l-innovazzjoni, ir-reżiljenza u l-parteċipazzjoni Ewropea, u s-sigurtà, l-affidabbiltà, is-sostenibbiltà u l-kompetittività; jitlob lill-Kummissjoni tiddefinixxi “akkwist strateġiku” u tiżgura li l-proċeduri ta’ akkwist u l-kriterji tal-għażla tal-proġetti jirriflettu r-rekwiżiti deskritti hawn fuq, filwaqt li tenfasizza l-kriterji kwalitattivi pjuttost milli l-prezz, iżżomm it-trasparenza, tippromwovi l-kompetizzjoni ġusta u l-valur għall-flus, u tissalvagwardja l-interessi strateġiċi u l-awtonomija tal-UE kif ukoll tallinja mal-valuri tagħha; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra aġġustamenti għall-approċċ u r-regoli tagħha dwar l-akkwist pubbliku biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta tali kriterji ta’ eliġibbiltà għall-kumpaniji li jieħdu sehem fi proġetti tal-Global Gateway biex tiżgura li l-kumpaniji mill-UE, minn pajjiżi tal-istess fehma u minn pajjiżi sħab dejjem iżommu kontroll operazzjonali fil-proġetti kkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Ifaħħar lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għall-introduzzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-Akkwist Strateġiku tiegħu u li diġà għandu sehem sostanzjali ta’ proġetti ffinanzjati mill-BEI implimentati mill-kumpaniji tal-UE; jitlob lill-BEI jivvaluta b’mod kritiku u jibdel l-approċċ avvers għar-riskju tiegħu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Promozzjoni tal-kummerċ u tal-investiment </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jisħaq li l-Global Gateway, għall-proġetti b’dimensjoni kummerċjali u ta’ investiment, għandha ssaħħaħ u tiffaċilita r-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment ta’ benefiċċju reċiproku, b’mod partikolari billi tiżviluppa u tiftaħ rotot kummerċjali u opportunitajiet ta’ negozju ġodda, inkluż għall-SMEs, u billi tappoġġja l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni ta’ infrastruttura li tiffaċilita l-kummerċ, li hija kruċjali biex jiġu indirizzati l-kostijiet kummerċjali għoljin; jirrikonoxxi li, f’ambjent globali dejjem aktar kompetittiv fejn id-dipendenzi kummerċjali jintużaw ħafna bħala arma u bħala għodod ta’ koerċizzjoni ekonomika, il-Global Gateway għandha rwol ewlieni fl-appoġġ tad-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista, fit-tnaqqis tad-dipendenzi kritiċi f’setturi ewlenin, fit-tisħiħ tal-pożizzjoni ġeopolitika tal-UE u fit-tisħiħ tar-reżiljenza strateġika, is-sigurtà ekonomika u l-kompetittività fit-tul tagħha, kif talab Mario Draghi fir-rapport tiegħu tad-9 ta’ Settembru 2024 dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea, filwaqt li, f’konformità mal-koerenza tal-Politika tal-Koerenza għall-Iżvilupp, tappoġġja l-prijoritajiet tal-iżvilupp tal-pajjiżi sħab u tirrispetta l-proċessi demokratiċi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jisħaq li s-suċċess tal-investimenti tal-Global Gateway jiddependi minn qafas kummerċjali stabbli u prevedibbli; jitlob li l-investimenti tal-Global Gateway jinkludu, fejn rilevanti, komponenti ta’ faċilitazzjoni tal-kummerċ, li jiżguraw żvilupp sostenibbli reali u kisbiet fl-aċċess għas-suq u potenzjal ta’ esportazzjoni għall-pajjiżi sħab; jitlob li jiġu żgurati sinerġiji bejn l-inizjattivi tal-Global Gateway u l-politika kummerċjali tal-UE, inklużi ftehimiet kummerċjali, kif ukoll prijoritajiet ta’ implimentazzjoni taħt il-kapitoli tagħhom dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, l-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi u oqfsa u mekkaniżmi kummerċjali eżistenti oħra; jissottolinja li l-iżgurar ta’ tali sinerġiji jirrikjedi wkoll l-iskrinjar tal-proġetti emblematiċi tal-Global Gateway għal riskji tas-sigurtà u strateġiċi, b’mod partikolari fejn il-kumpaniji kkontrollati mill-Istat minn stati awtoritarji jistgħu jiksbu kontroll fuq l-infrastruttura kritika diġitali, marittima, tat-trasport, tal-enerġija jew tal-komunikazzjoni; jitlob li l-Global Gateway tiġi allinjata sew mar-regoli tad-WTO u, kemm jista’ jkun, tappoġġja l-inklużjoni ta’ pajjiżi sħab fis-sistema kummerċjali reġjonali u globali bbażata fuq ir-regoli; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-flussi kummerċjali u ta’ investiment iġġenerati fl-ambitu tal-Global Gateway;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jitlob li l-Global Gateway tinvolvi lis-settur privat b’mod aktar dirett, permezz tal-promozzjoni tal-kummerċ u tal-investiment, u tiggarantixxi l-impenn tan-negozji Ewropej li jinvolvu l-pajjiżi sħab fir-rigward tal-proġetti emblematiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jappella għal aktar assistenza teknika biex jingħata appoġġ lill-kapaċità istituzzjonali u lir-riforma regolatorja, b’mod partikolari bl-għan tas-simplifikazzjoni tal-proċessi kummerċjali u tat-tisħiħ tal-kapaċità tal-pajjiżi sħab li jikkonformaw mal-istandards internazzjonali inklużi l-istandards sanitarji u fitosanitarji, l-istandards tekniċi, l-istandards tas-sostenibbiltà, id-diġitalizzazzjoni doganali u t-traċċabbiltà tal-katina tal-valur; jissottolinja li l-Global Gateway trid, madankollu, tirrispetta l-ispazju regolatorju domestiku u ma tridx tkun kundizzjonali fuq riformi regolatorji li jdgħajfu lill-awtoritajiet regolatorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jitlob li l-Global Gateway tappoġġja proġetti li jiffaċilitaw il-kummerċ li jistgħu jiksbu tkabbir ekonomiku soċjalment inklużivi u ambjentalment sostenibbli, l-integrazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi, u li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja li dawn il-proġetti, b’mod partikolari l-kurituri tat-trasport, ma jridux isiru għad-detriment tal-kundizzjonijiet tal-impjieg jew tal-protezzjoni tax-xogħol u tal-ambjent; jappella għal garanziji li l-proġetti jsaħħu l-kompetittività reċiproka, inkluż billi jiffaċilitaw l-allinjament mal-miri klimatiċi u jappoġġjaw il-konformità mal-miżuri awtonomi ta’ sostenibbiltà tal-UE relatati mal-kummerċ li jindirizzaw l-emissjonijiet tal-karbonju u l-impatti ambjentali negattivi, u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem; jemmen li l-Global Gateway, filwaqt li tipprova tiggarantixxi l-provvista reżiljenti tal-materja prima kritika meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika u għas-sigurtà ekonomika tal-UE, għandha tqis l-iżvilupp inklużiv u tiżgura li s-sħab kummerċjali jibbenefikaw mill-estrazzjoni tar-riżorsi permezz tal-ipproċessar lokali u t-trasferiment tal-ħiliet u tal-għarfien espert, u tiġġenera valur miżjud għall-komunitajiet lokali; ifakkar li, bi qbil mal-isforzi tad-diplomazija ekoloġika tal-UE, il-Global Gateway għandha tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni tal-enerġija; jitlob li l-finanzjament tal-Global Gateway jiżgura l-interoperabbiltà mal-istandards tal-UE, proċeduri trasparenti u r-rispett għall-istandards ambjentali, soċjali u ta’ governanza, inkluż permezz ta’ sistemi ta’ monitoraġġ kontinwu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għodod finanzjarji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jissottolinja li l-UE ilha timplimenta operazzjonijiet ta’ finanzjament għall-iżvilupp u ta’ investiment ibbażati fuq il-garanziji minn ferm qabel il-varar tal-Global Gateway fl-2021, inkluż permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus, li għandhom jiffurmaw il-bażi tal-Fond Ewropa Globali li jmiss li jappoġġja l-Global Gateway fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, li jrid ukoll ikejjel il-progress f’termini tat-tnaqqis tal-inugwaljanzi u tat-tisħiħ tal-iżvilupp , l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà tal-bniedem, kif ukoll fil-promozzjoni tal-istandards soċjali u ambjentali; jinsisti li kwalunkwe strument finanzjarju futur irid ikun ibbażat fuq valutazzjoni soda tal-finanzjament eżistenti; huwa tal-fehma li huma meħtieġa trasparenza u rappurtar akbar, kif ukoll ġestjoni tar-riskju u strutturi ta’ governanza mtejba, anke f’termini tad-dettall tan-nomenklatura baġitarja; iqis li l-ostakli li bħalissa qed jipprevjenu lill-SMEs Ewropej milli jipparteċipaw b’mod aktar wiesa’ fi proġetti tal-Global Gateway għandhom jitneħħew, filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-isfidi li jirriżultaw mill-kuntest ta’ finanzjament fuq skala kbira u b’kumpaniji multinazzjonali bħala sħab ewlenin tas-settur privat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ approċċ inklużiv ta’ Tim Ewropa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-BEI, lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u lill-istituzzjonijiet nazzjonali ta’ finanzjament għall-iżvilupp ifasslu u jimplimentaw strumenti ta’ tneħħija tar-riskji tal-Global Gateway biex jagħmluhom aktar sempliċi u aktar prevedibbli, u jaħdmu b’mod li jiftaħ b’mod attiv l-aċċess għan-negozji mill-Istati Membri kollha, inklużi dawk mingħajr istituzzjonijiet nazzjonali ta’ finanzjament għall-iżvilupp, filwaqt li jipprovdu rekwiżiti ta’ dħul proporzjonati u opportunitajiet imfassla apposta għall-SMEs, u jfasslu skemi ta’ assigurazzjoni tar-riskju politiċi ddedikati għall-proġetti tal-Global Gateway;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-għodod ta’ promozzjoni tal-kummerċ u tal-esportazzjoni, inklużi l-aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni, il-garanziji, il-prodotti tal-assigurazzjoni u s-sħubijiet kummerċjali, bħala komponenti integrali tas-sett ta’ għodod tal-Global Gateway; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-koordinazzjoni dwar l-użu tal-aġenziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni, l-attivitajiet ta’ diplomazija ekonomika u ż-żjarat politiċi ta’ livell għoli skont approċċ ta’ Tim Ewropa, bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati l-esportazzjonijiet sostenibbli u d-dħul fis-suq għall-kumpaniji Ewropej f’pajjiżi sħab, b’mod partikolari l-SMEs; jappella għal salvagwardji robusti biex tiġi żgurata konformità sħiħa mar-regoli internazzjonali, l-objettivi tal-iżvilupp tal-UE u l-istandards tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent, it-trasparenza klimatika u s-sostenibbiltà tad-dejn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw it-trasparenza sħiħa ta’ kwalunkwe operazzjoni li tinvolvi azzjoni konġunta jew koordinata bejn l-aġenziji Ewropej ta’ kreditu għall-esportazzjoni u l-istituzzjonijiet ta’ finanzjament għall-iżvilupp, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni tal-kriterji tal-għażla tal-proġetti, il-benefiċjarji u l-valutazzjonijiet tal-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Ifakkar li l-BEI Globali, il-fergħa tal-iżvilupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, huwa wieħed mill-implimentaturi ewlenin tal-Global Gateway u għalhekk huwa mistenni li japplika l-ogħla standards ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont fil-proġetti tiegħu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jippubblikaw informazzjoni relatata b’mod f’waqtu u aċċessibbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmassimizza l-kooperazzjoni mal-BEI bħala l-bank tal-UE, li għandha tiġi riflessa fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet ta’ finanzjament għall-iżvilupp li jimplimentaw proġetti tal-Global Gateway, bħall-BEI, jagħmlu kull valutazzjoni tad-dejn relatata mal-proġetti disponibbli għall-pubbliku; itenni t-talba tiegħu biex il-BEI Globali jkun iċċentrat madwar aġenda ta’ żvilupp ekwu u sostenibbli fil-pajjiżi riċevituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ użu akbar ta’ finanzjament imħallat u strumenti konċessjonali fejn xieraq biex il-proġetti jsiru kummerċjalment vijabbli; jilqa’ l-isforzi tal-BEI biex ikompli jimmassimizza l-effiċjenzi u jissimplifika l-proċessi, inkluż billi japplika dipendenza reċiproka ma’ sħab iddedikati ta’ Tim Ewropa kull fejn ikun possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jappella wkoll għal valutazzjoni dwar sa liema punt ir-riżorsi tal-ODA jistgħu jiġu mobilizzati fl-ambitu tal-Global Gateway bl-għajnuna tal-BEI, sabiex tinkiseb ukoll distinzjoni aktar ċara bejn l-aġenda tal-kompetittività tal-UE li ġejja minn sorsi mhux tal-ODA u l-aġenda tal-iżvilupp koperta mill-ODA; jirrimarka li teknoloġiji ġodda u innovattivi u l-SMEs jeħtieġu strumenti ta’ finanzjament speċifiċi u li għandhom ikunu disponibbli għotjiet kif ukoll self, strumenti ta’ tneħħija tar-riskji u, potenzjalment, ekwità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Ifakkar li, minbarra l-BEI Globali, banek multilaterali oħra tal-iżvilupp involuti fl-implimentazzjoni tal-Global Gateway jeħtiġilhom jaderixxu bl-istess mod ma’ standards għoljin ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont; jisħaq li l-banek multilaterali tal-iżvilupp kollha li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tal-Global Gateway għandhom juru addizzjonalità tal-iżvilupp, jevitaw prattiki li jżidu l-vulnerabbiltajiet tad-dejn fil-pajjiżi sħab, u jallinjaw il-finanzjament tagħhom ma’ eżiti tal-iżvilupp ekwi, sostenibbli u ta’ benefiċċju lokali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura konformità sħiħa ma’ dawn il-prinċipji;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>