<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0105</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’Patryk Jaki</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0108/2026 - Rapporteur: Adrián Vázquez Lázara)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Patryk Jaki (2025/2171(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Patryk Jaki, imressqa mill-Qorti Distrettwali għal Warsaw-Śródmieście permezz ta’ ittra bid-data tas-6 ta’ Awwissu 2025, b’rabta mal-proċedimenti kriminali mressqa kontrih permezz ta’ att ta’ akkuża privat ippreżentat mir-rappreżentant legali tal-prosekutur privat u mħabbra fil-Parlament fit-8 ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Patryk Jaki fit-23 ta’ Marzu 2026, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0108/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, permezz ta’ ittra bid-data tas-6 ta’ Awwissu 2025, il-Qorti Distrettwali għal Warsaw-Śródmieście ressqet talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Patryk Jaki, Membru tal-Parlament Ewropew elett fil-Polonja, b’rabta ma’ proċedimenti kriminali mressqa quddiemha għal allegat reat soġġett għal prosekuzzjoni privata;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont it-talba, matul il-perjodu mill-5 ta’ Ġunju 2024 sas-7 ta’ Ġunju 2024, filwaqt li aġixxa b’mod rapidu u kontinwu sabiex iwettaq pjan premeditat, u b’intenzjoni diretta, Patryk Jaki allegatament immalafama lill-prosekutur privat – imħallef – b’dan il-mod: (i) matul laqgħa tal-kampanja elettorali f’Będzin fil-5 ta’ Ġunju 2024, fi skambju ma’ wieħed mill-persuni preżenti għal-laqgħa, Patryk Jaki allegatament għamel dikjarazzjonijiet dwar il-prosekutur privat fejn sostna li dan tal-aħħar mingħajr ma kien jaf awtorizza l-użu ta’ Pegasus spyware, u (ii) fis-7 ta’ Ġunju 2024 Patryk Jaki mbagħad allegatament xerred ir-recording ta’ dak l-iskambju madwar il-pajjiż kollu permezz tal-media tal-massa (i.e. il-pjattaformi tal-media soċjali Instagram, Facebook u X (Twitter)), fejn sostna li l-prosekutur privat kien ittraskura dmirijietu bħala mħallef relatati mat-twettiq ta’ “investigazzjonijiet u verifiki” mhux speċifikati fir-rigward tal-metodu ta’ sorveljanza operazzjonali fil-kuntest tal-kunsiderazzjoni ta’ talbiet għal ordnijiet ta’ sorveljanza, li huwa eżerċita l-professjoni tiegħu bħala mħallef b’mod mhux xieraq, u li kien ippreġudikat minħabba li kien taħt l-influwenza ta’ partit politiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Patryk Jaki għalhekk allegatament immalafama lill-prosekutur privat bl-intenzjoni diretta li jumiljah mal-pubbliku u jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tiegħu, kif ukoll iġiegħlu jitlef il-fiduċja meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijietu bħala mħallef; billi l-azzjonijiet allegati jistgħu jikkostitwixxu reat skont l-Artikolu 212(1), flimkien mal-Artikolu 212(2) u l-Artikolu 12(1), tal-Kodiċi Kriminali Polakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Patryk Jaki ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2019 u kien, għalhekk, Membru tal-Parlament Ewropew fi żmien l-allegat reat;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-allegat reat ma jikkostitwix opinjoni espressa jew vot mitfugħ minnu fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità ta’ Patryk Jaki mhijiex relatata ma’ dawn;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, mill-jum li fih jitħabbru r-riżultati tal-elezzjonijiet sal-jum tal-iskadenza tal-mandat tiegħu, deputat ma jistax ikun soġġett għal responsabbiltà kriminali mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm, u lanqas ma jista’ jiġi detenut jew arrestat mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm, għajr f’każijiet meta jkun inqabad iwettaq reat u fejn id-detenzjoni tiegħu tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-andament xieraq tal-proċedimenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti legali fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li ma jistgħux jiġu separati minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-proċedimenti legali inkwistjoni hija li ssir ħsara lill-attività politika ta' Patryk Jaki bħala Membru tal-Parlament Ewropew u għaldaqstant lill-indipendenza tal-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, il-Membru ma jistax jitqies bħala akkużat<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs Il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Patryk Jaki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Patryk Jaki.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>