<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0106</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Daniel Obajtek</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0115/2026 - Rapporteur: Pascale Piera)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Daniel Obajtek (2025/2172(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Daniel Obajtek, li waslet permezz tal-ittra tal-21 ta' Lulju 2025 mingħand il-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja li bagħat talba mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Reġjonali ta’ Varsavja b’rabta mal-proċedimenti kriminali li għandhom jitressqu kontra Daniel Obajtek, u mħabbra fil-Parlament fit-8 ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Daniel Obajtek fit-12 ta’ Frar 2026, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs Il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs Il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0115/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, permezz ta’ ittra tal-21 ta’ Lulju 2025, il-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja bagħat talba mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Reġjonali ta' Varsavja għat-tneħħija tal-immunità ta’ Daniel Obajtek, Membru tal-Parlament Ewropew elett fil-Polonja, fir-rigward tal-allegat reat skont l-Artikolu 233(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk u l-Artikolu 49 flimkien mal-Artikolu 3(1) tal-Liġi dwar l-Istampa tas-26 ta’ Jannar 1984;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont it-talba għat-tneħħija tal-immunità, fil-15 ta’ Mejju 2024 l-Uffiċċju tal-Prosekutur Reġjonali ta’ Varsavja fetaħ investigazzjoni dwar allegata xhieda falza; billi, skont it-talba msemmija, l-allegata xhieda falza ġiet ippreżentata fil-11 ta’ Mejju 2023 minn żewġ persuni, inkluż Daniel Obajtek fil-kapaċità tiegħu bħala xhud u wara li ġie infurmat dwar ir-responsabbiltà kriminali f’każ ta’ xhieda falza, fl-ambitu tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Reġjonali ta’ Varsavja-Śródmieście f’Varsavja fir-rigward tal-azzjoni ċivili mressqa mill-applikant kontra l-imputat għal reat imsemmi fl-Artikolu 212(2) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk dwar il-malafama;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont it-talba, Polski Koncern Naftowy ORLEN Spółka Akcyjna kkonkludiet kuntratt għad-distribuzzjoni tar-rivista ta’ kull ġimgħa “NIE”, ippubblikata mill-kumpanija b’responsabbiltà limitata URMA fil-punti kollha tal-bejgħ tal-pompi tal-petrol ORLEN; billi fl-10 ta’ Marzu 2023 tqassmet il-ħarġa Nru 10 tar-rivista ta’ kull ġimgħa; billi fl-14 ta’ Marzu 2023, f’Varsavja, fil-kapaċità tiegħu bħala President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Polski Koncern Naftowy ORLEN Spółka Akcyjna, Daniel Obajtek allegatament talab – minħabba l-fatt li dik il-ħarġa tar-rivista ta’ kull ġimgħa kellha fuq il-qoxra ritratt tal-Papa Ġwanni Pawlu II qed iżomm kruċifiss b’pupa għerja mdendla miegħu minflok Ġesù u minħabba l-kontenut tar-rivista li esprimiet opinjoni negattiva dwar il-miżuri li ħa l-Papa Ġwanni Pawlu II fir-rigward tal-kwistjoni tal-isfruttament sesswali ta’ minorenni minn membri tal-kleru – li l-ħarġa Nru 10/2023 tar-rivista ta’ kull ġimgħa “NIE” titneħħa b’urġenza mill-ixkafef tal-ħwienet tal-bejgħ kollha li jappartjenu lil Polski Koncern Naftowy ORLEN Spółka Akcyjna, u li din ma tibqax tinbigħ, u b’hekk huwa illimita x-xiri tar-rivista li Polski Koncern Naftowy ORLEN Spółka Akcyjna kienet intrabtet li tiddistribwixxi, li jikkostitwixxi ksur li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 49, flimkien mal-Artikolu 3 tal-Liġi dwar l-Istampa tas-26 ta’ Jannar 1984;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Daniel Obajtek ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024 u, għalhekk, ma kienx Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien tal-allegati reati, u lanqas meta nfetħet l-investigazzjoni kriminali dwar l-allegati reati;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-allegati reati ma jikkostitwixxux, u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità ta' Daniel Obajtek mhijiex relatata ma’, opinjoni espressa jew vot mitfugħ minnu fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li, matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, mill-jum li fih jitħabbru r-riżultati tal-elezzjonijiet sal-jum tal-iskadenza tal-mandat tiegħu, deputat ma jistax ikun soġġett għal responsabbiltà kriminali mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm, u la jista’ jiġi detenut u lanqas arrestat mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm, għajr f’każijiet meta jkun inqabad iwettaq reat jew meta d-detenzjoni tiegħu tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-andament xieraq tal-proċedimenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri ma jidhirx li l-intenzjoni li jimminaw l-proċedimenti legali inkwistjoni hija li ssir ħsara lill-attività politika ta' Daniel Obajtek bħala Membru tal-Parlament Ewropew u b'hekk lill-indipendenza tal-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, Membru ma jistax jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs Il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Daniel Obajtek;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Daniel Obajtek.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>