<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0107</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Tomasz Buczek</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0116/2026 - Rapporteur: David Cormand)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Tomasz Buczek (2025/2193(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Tomasz Buczek, imressqa mill-Qorti Distrettwali ta’ Tarnobrzeg, it-Tieni Awla Kriminali, permezz tal-ittra tat-12 ta' Settembru 2025, b’rabta mal-proċedimenti kriminali mressqa kontrih permezz ta’ att ta’ akkuża privat ippreżentat mir-rappreżentant legali tal-prosekutur privat u mħabbra fis-seduta plenarja fis-6 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Tomasz Buczek fit-23 ta’ Marzu 2026 u wara li kkunsidra d-dokumenti mressqa minnu, skont ir-Regola 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett, tal-20 ta’ Settembru 1976,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra vs De Gregorio u Clemente</STRING>, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs il-Parlament</STRING>, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23. Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0116/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Settembru 2025, il-Qorti Distrettwali ta’ Tarnobrzeg, it-Taqsima Kriminali II, ressqet talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Tomasz Buczek, Membru tal-Parlament Ewropew elett fil-Polonja, b’rabta ma’ att ta’ akkuża privat imressaq kontrih għal allegat reat skont l-Artikolu 217(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont it-talba għat-tneħħija tal-immunità, fil-21 ta’ Settembru 2024 saret dimostrazzjoni elettorali f’Tarnobrzeg fil-preżenza ta’ Tomasz Buczek; billi l-prosekutur privat ħadet sehem fil-laqgħa msemmija iktar ’il fuq, b’mod partikolari billi esprimiet l-opinjoni tagħha dwar suġġetti politiċi, inklużi l-attivitajiet ta’ Tomasz Buczek; billi, skont it-talba, Tomasz Buczek ħataf il-megafonu żgħir li l-prosekutur privata żammet f’idejha biex tinstema’ u billi dak il-ġest kien allegatament vjolenti tant li l-megafonu ma baqax jaħdem;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-ġest ta’ Tomasz Buczek allegatament jikkostitwixxi reat kontra l-integrità fiżika, kif imsemmi fl-Artikolu 217(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Tomasz Buczek ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024 u kien, għaldaqstant, Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien meta twettaq l-allegat reat;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-allegat reat ma jikkostitwixxix, u t-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità ta’ Tomasz Buczek mhijiex relatata ma’, opinjoni espressa jew ma’ vot mitfugħ minnu fil-qadi ta’ dmirijietu skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, mill-jum li fih jitħabbru r-riżultati tal-elezzjonijiet sal-jum tal-iskadenza tal-mandat tiegħu, deputat ma jistax ikun soġġett għal responsabbiltà kriminali mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm, u la jista’ jiġi detenut u lanqas arrestat mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm, għajr f’każijiet meta jkun inqabad iwettaq reat u fejn id-detenzjoni tiegħu tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-andament xieraq tal-proċedimenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn l-attivitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri ma jidhirx li l-intenzjoni li jimminaw għall-proċedimenti legali inkwistjoni hija li tagħmel ħsara lill-attività politika ta’ Tomasz Buczek bħala Membru tal-Parlament Ewropew u, b’hekk, lill-indipendenza tal-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois vs il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Tomasz Buczek;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Polonja u lil Tomasz Buczek.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>