<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0108</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Diana Iovanovici Şoşoacă</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0117/2026 - Rapporteur: Dominik Tarczyński)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Diana Iovanovici Şoşoacă (2025/2196(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Diana Iovanovici Şoşoacă, li waslet permezz tal-ittra datata l-24 ta’ Settembru 2025 mill-Ministru tal-Ġustizzja tar-Rumanija, li tittrażmetti talba mressqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku affiljat mal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja tar-Rumanija b’rabta mal-proċedimenti kriminali istitwiti kontra Diana Iovanovici Şoşoacă u mħabbra fil-Parlament fid-9 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Diana Iovanovici Şoşoacă fl-24 ta’ Marzu 2026, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra vs De Gregorio</STRING> u <STRING ITALIC="on">Clemente</STRING>, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs Il-Parlament</STRING>, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs Il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 72(1) u (2) tal-Kostituzzjoni Rumena,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0117/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, permezz ta’ ittra datata l-24 ta’ Settembru 2025, il-Ministru tal-Ġustizzja tar-Rumanija bagħat talba ppreżentata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur affiljat mal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja tar-Rumanija għat-tneħħija tal-immunità ta’ Diana Iovanovici Şoşoacă, Membru tal-Parlament Ewropew eletta fir-Rumanija, b’rabta ma’ proċedimenti kriminali li jikkonċernaw diversi reati allegatament imwettqa f’dati differenti bejn l-10 ta’ Diċembru 2021 u l-11 ta’ Frar 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi skont it-talba, kien sar ilment minn tliet persuni li Diana Iovanovici Şoşoacă u oħrajn allegatament ċaħħdu lit-tliet kwerelanti u persuna oħra mil-libertà tagħhom għal madwar 20 minuta bejn l-15:40 u l-16:00 fl-10 ta’ Diċembru 2021, f’appartament f’Bucharest; billi l-allegata azzjoni tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 205(1) tal-Kodiċi Kriminali Rumen;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi skont it-talba, fit-28 ta’ Frar 2024 l-Istitut Nazzjonali tal-Gvern Rumen għall-Istudju tal-Olokawst fir-Rumanija “Elie Wiesel” innotifika lill-awtoritajiet ġudizzjarji li, fid-19 ta’ Frar 2024 fuq is-sit web uffiċjali tal-partit SOS România, allegatament ġiet ippubblikata stqarrija għall-istampa ta’ dak il-partit iffirmata minn Diana Iovanovici Șoșoacă bħala president tal-istess partit li fiha allegatament igglorifikat persuna kkundannata bħala kriminal tal-gwerra skont il-Liġi Rumena Nru 312/1945 dwar il-prosekuzzjoni u l-ikkastigar ta’ dawk il-persuni ħatja li ġabu l-pajjiż f’diżastru jew delitti tal-gwerra; billi l-allegata azzjoni tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 5(1) tal-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 31/2002 tar-Rumanija;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi skont it-talba, fis-27 ta’ Mejju 2024 iċ-Ċentru għall-Monitoraġġ u l-Ġlieda kontra l-Antisemitiżmu fir-Rumanija rrapporta li, fit-13 ta’ Mejju u fl-14 ta’ Mejju 2024, Diana Iovanovici Șoșoacă allegatament għamlet dikjarazzjonijiet pubbliċi, inkluż permezz tal-kont pubbliku tagħha fuq Facebook, waqt li kienet fil-bini tal-Parlament Rumen, li permezz tagħhom akkużat lil-Lhud b’mod kollettiv b’delitti storiċi kontra l-poplu Rumen; billi l-allegata azzjoni tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 3 tal-Liġi Nru 157/2018 tar-Rumanija dwar miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-antisemitiżmu;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi skont it-talba, fl-14 ta’ Mejju 2024 Diana Iovanovici Șoșoacă, waqt li kienet fil-bini tal-Parlament Rumen biex tattendi seduta konġunta tal-Kamra tad-Deputati tar-Rumanija u tas-Senat, allegatament għamlet dikjarazzjonijiet li jakkużaw lil-Lhud kollettivament b’delitti storiċi kontra l-poplu Rumen; billi l-allegata azzjoni tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 6(1) tal-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 31/2002 tar-Rumanija;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi skont it-talba, fil-5 u s-6 ta’ Ottubru 2024, Diana Iovanovici Șoșoacă allegatament għamlet diversi dikjarazzjonijiet pubbliċi online li jigglorifikaw ċerti persuni u movimenti meqjusa li wettqu jew ipparteċipaw f’delitti tal-gwerra skont il-liġi nazzjonali Rumena, u akkużat lil-Lhud b’mod kollettiv b’delitti storiċi u reliġjużi; billi l-allegati azzjonijiet jikkostitwixxu reati skont l-Artikolu 5 tal-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 31/2002 tar-Rumanija;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi skont it-talba, fl-1 ta’ Diċembru 2024 Diana Iovanovici Șoșoacă allegatament igglorifikat pubblikament persuna kkundannata għal delitti tal-gwerra skont il-liġi nazzjonali Rumena, permezz ta’ dikjarazzjonijiet li saru online u f’atti ta’ promozzjoni pubblika ta’ ideat u kunċetti leġjonarji, razzisti u ksenofobiċi fir-rigward tal-komunità Lhudija; billi l-allegati azzjonijiet jikkostitwixxu reati skont l-Artikolu 5 tal-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 31/2002 tar-Rumanija;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi skont it-talba, fil-15 ta’ Diċembru 2024, Diana Iovanovici Șoșoacă allegatament heddet direttament li twettaq atti ta’ vjolenza kontra żewġ uffiċjali tal-pulizija fil-qadi ta’ dmirijiethom relatati ma’ multa amministrattiva imposta qabel; billi l-allegata azzjoni tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 257(1) u (4) tal-Kodiċi Kriminali Rumen;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi skont it-talba, fil-25 ta’ Frar 2025, l-Istitut għall-Investigazzjoni tad-Delitti Komunisti u l-Memorja tal-Eżilju Rumen, organizzazzjoni governattiva, innotifika lill-awtoritajiet ġudizzjarji li, fil-11 ta’ Frar 2025, Diana Iovanovici Șoșoacă għamlet diskors fis-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew li matulu allegatament rrakkomandat lill-kollegi tagħha jiżviluppaw strateġiji ta’ politika barranija bbażati fuq dik ta’ Nicolae Ceaușescu, li nstab ħati ta’ ġenoċidju skont sentenza tal-25 ta’ Diċembru 1989 tat-Tribunal Militari Territorjali ta’ Bucharest; billi l-allegata azzjoni tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 5 tal-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 31/2002 tar-Rumanija;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi Diana Iovanovici Șoșoacă ġiet eletta fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024, u għalhekk, ma kienet, Membru tal-Parlament Ewropew fi żmien l-ebda waħda mill-allegati azzjonijiet imsemmija fit-talba mwettqa fl-10 ta’ Diċembru 2021, fid-19 ta’ Frar 2024, u fit-13 u l-14 ta’ Mejju 2024; billi Diana Iovanovici Șoșoacă kienet Membru tal-Parlament Ewropew fi żmien l-allegati azzjonijiet imsemmija fit-talba mwettqa fil-5 u s-6 ta’ Ottubru 2024, fl-1 ta’ Diċembru 2024, fil-15 ta’ Diċembru 2024 u fil-11 ta’ Frar 2025; billi minbarra l-ilmenti jew il-proċedimenti kriminali kontra Diana Iovanovici Șoșoacă rigward l-allegati azzjonijiet tal-10 ta’ Diċembru 2021 u d-19 ta’ Frar 2024, il-proċedimenti kriminali l-oħra kollha nfetħu wara l-elezzjoni tagħha bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li “Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom”;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-allegat reat imwettaq fil-11 ta’ Frar 2025 rigward l-allegata glorifikazzjoni ta’ Nicolae Ceaușescu, ikkundannat bħala kriminal tal-gwerra skont il-liġi nazzjonali Rumena, jinvolvi dikjarazzjoni li għamlet matul is-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu matul dibattitu dwar “Strateġija globali usa’ għall-UE u l-Lvant Nofsani”; billi din id-dikjarazzjoni għalhekk tikkostitwixxi opinjoni espressa jew vot mogħti minn Diana Iovanovici Șoșoacă fil-qadi ta’ dmirijietha fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-allegati reati l-oħra kollha ma jikkostitwixxux u t-talba rimanenti għat-tneħħija tal-immunità ta’ Diana Iovanovici Șoșoacă mhijiex relatata mal-opinjoni espressa jew vot mogħti minnha fil-qadi ta’ dmirijietha skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Artikolu 72(1) u (2) tal-Kostituzzjoni Rumena jipprevedi li:
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
‘1.	l-ebda Deputat jew Senatur ma għandu jinżamm responsabbli ġudizzjarjament għall-voti mogħtija jew għall-opinjonijiet politiċi espressi waqt l-eżerċizzju tal-kariga tiegħu;
</CONS><CONS>
2.	id-Deputati u s-Senaturi jistgħu jkunu soġġetti għal investigazzjoni kriminali, jew jitressqu quddiem qorti kriminali għal atti li mhumiex marbuta ma’ voti mogħtija jew ma’ opinjonijiet politiċi espressi fil-qadi tal-mandat tagħhom, iżda ma jistgħux ikunu perkwiżiti, miżmuma jew arrestati mingħajr il-kunsens tal-Kamra li tagħha jkunu membri, wara li jkunu nstemgħu. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Għolja ta’ Kassazzjoni u Ġustizzja biss jista’ jwettaq l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni. Il-Qorti Għolja ta’ Kassazzjoni u Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq dan il-każ”;
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri ma jidhirx li l-intenzjoni li jimminaw il-proċedimenti legali inkwistjoni hija li ssir ħsara lill-attività politika ta' Diana Iovanovici Şoşoacă bħala Membru tal-Parlament Ewropew u b'hekk lill-indipendenza tal-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, l-Membru ma jistax, fi proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois vs Il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Diana Iovanovici Șoșoacă fir-rigward tal-allegati reati msemmija fil-punti B, C, D, E, F, G u H;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta’ Diana Iovanovici Șoșoacă fir-rigward tal-allegat reat imsemmi fil-punt I;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Rumanija u lil Diana Iovanovici Șoșoacă.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>