<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0109</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Grzegorz Braun</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0118/2026 - Rapporteur: Adrián Vázquez Lázara)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2026 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Grzegorz Braun (2025/2241(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Grzegorz Braun, li waslet permezz tal-ittra datata l-31 ta’ Ottubru 2025 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja, li bagħat talba mill-Kap Kmandant tal-pulizija tal-Polonja b’rabta mal-proċedimenti kriminali li se jitressqu kontra Grzegorz Braun, u mħabbra fil-Parlament tat-13 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-fatt li Grzegorz Braun jitqies li rrinunzja id-dritt tiegħu li jiġi mismugħ, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra vs De Gregorio u Clemente</STRING>, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs Il-Parlament</STRING>, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs Il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0118/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, permezz ta’ ittra datata l-31 ta’ Ottubru 2025, il-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja bagħat talba mill-Kap Kmandant tal-pulizija tal-Polonja għat-tneħħija tal-immunità ta’ Grzegorz Braun, Membru tal-Parlament Ewropew elett fil-Polonja, b’rabta ma’ diversi allegati reati li seħħew fl-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont it-talba, fl-10 ta’ Lulju 2025, matul il-kommemorazzjonijiet tal-84 anniversarju tal-massakru tal-popolazzjoni Lhudija, filwaqt li kien ma’ grupp ta’ persuni f’nofs triq pubblika f’Jedwabne, Grzegorz Braun allegatament ostakola t-traffiku f’dik it-triq; billi l-allegata azzjoni tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 90(1) tal-Att tal-20 ta’ Mejju 1971 – il-Kodiċi ta’ Reati Minuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont it-talba, fl-10 ta’ Lulju 2025, f’Jedwabne, qrib id-daħla għaċ-Ċimiterju Lhudi, matul il-kommemorazzjonijiet tal-84 anniversarju tal-massakru tal-popolazzjoni Lhudija, filwaqt li kien ma’ grupp ta’ persuni f’nofs triq pubblika, Grzegorz Braun allegatament naqas milli jikkonforma mal-ordnijiet maħruġa minn uffiċjal tal-pulizija li talbu jġib ruħu f’konformità mal-liġi u jippermetti li l-vetturi jgħaddu, u b’hekk ostakola deliberatament u b’mod sinifikanti t-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali; billi l-allegata azzjoni tikkostitwixxi reat skont l-Artikolu 65a tal-Att tal-20 ta’ Mejju 1971 – il-Kodiċi ta’ Reati Minuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Grzegorz Braun ġie elett fil-Parlament Ewropew fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju 2024 u kien, għaldaqstant, Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien tal-allegati reati;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-allegati reati ma jikkostitwux opinjoni espressa jew vot mitfugħ minn Grzegorz Braun fil-qadi ta’ dmirijietu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità tiegħu mhijiex relatata ma’ xi opinjoni espressa jew ma’ xi vot mitfugħ minnu;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tal-Istat Membru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 105(2) u (5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, mill-jum li fih jitħabbru r-riżultati tal-elezzjonijiet sal-jum tal-iskadenza tal-mandat tiegħu, deputat ma jistax ikun soġġett għal responsabbiltà kriminali mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm, u la jista’ jiġi detenut u lanqas arrestat mingħajr l-approvazzjoni tas-Sejm, għajr f’każijiet meta jkun inqabad iwettaq reat u fejn id-detenzjoni tiegħu tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-andament xieraq tal-proċedimenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-għan tal-immunità prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhix privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri ma jidhirx li l-intenzjoni li jimminaw l-proċedimenti legali inkwistjoni hija li ssir ħsara lill-attività politika ta’ Grzegorz Braun bħala Membru tal-Parlament Ewropew u b'hekk lill-indipendenza tal-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois vs Il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Grzegorz Braun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Grzegorz Braun.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>