<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0115</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-benesseri tal-klieb u l-qtates u t-traċċabbiltà tagħhom</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0104/2025 - Rapporteur: Veronika Vrecionová)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2026 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates u t-traċċabbiltà tagħhom (COM(2023)0769 – C9-0443/2023 – 2023/0447(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0769),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 114 u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0443/2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Marzu 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/3388, 31.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3388/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 75(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' Diċembru 2025, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 60 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A10-0104/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt<FOOTNOTE><FIELD> Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fid-19 ta' Ġunju 2025 (ĠU C, C/2025/6280, 19.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6280/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu ppubblikati fis-serje C ta’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT TCLINK="YES"><STRING BOLD="on">P10_TC1-COD(2023)0447</STRING></IDENT><OTTXT><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-28 ta' April 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-benesseri tal-klieb u l-qtates u t-traċċabbiltà tagħhom</STRING></TI><NOTE><STRING ITALIC="on">(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2026/1818.)</STRING></NOTE></OTTXT></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">Dikjarazzjonijiet dwar ir-Regolament (UE) 2026/1818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2026 dwar il-benesseri tal-klieb u tal-qtates u t-traċċabbiltà tagħhom</STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">+</STRING> ĠU L, 2026/1818, 10.8.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1818/oj.</FIELD></FOOTNOTE></STI>
<STRING BOLD="on">Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-passaport għall-annimali tal-kumpanija </STRING>

Il-Kummissjoni tqis b’mod pożittiv l-inizjattiva li tippermetti d-diġitalizzazzjoni tal-passaport tal-annimali tal-kumpanija stabbiliti skont il-Liġi tal-UE dwar is-Saħħa tal-Annimali. Valutazzjoni dettaljata u komprensiva tal-implikazzjonijiet tekniċi u prattiċi u l-modalitajiet ta’ tali objettiv tad-diġitalizzazzjoni għandha titwettaq fi żmien sentejn, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri, inkluż billi jitqiesu l-kundizzjonijiet ewlenin tekniċi, prattiċi u infrastrutturali u l-opzjoni li tintuża l-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali żviluppata aktar fir-Regolament (UE) Nru 910/2014. Il-Kummissjoni se tqis li tadotta atti delegati skont il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali sabiex tipprevedi diġitalizzazzjoni tal-passaport tal-annimali tal-kumpanija ladarba jitlestew dawn il-passi.

<STRING BOLD="on">Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-lista pożittiva tal-annimali tal-kumpanija</STRING>

Kif imħabbar fir-reviżjoni tal-2022 tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi, il-Kummissjoni nediet studju dwar il-ħtieġa, il-valur miżjud u l-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ “lista pożittiva ta’ annimali tal-kumpanija” madwar l-UE. Ir-rapport finali ta’ dan l-istudju se jkun disponibbli għall-pubbliku fil-bidu tal-2026. Il-Kummissjoni se tqis jekk hemmx bżonn ta’ xi segwitu.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>