<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0120</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-importanza ta’ leġiżlazzjoni dwar l-istupru bbażata fuq il-kunsens fl-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0047/2026 - Rapporteur: Evin Incir, Joanna Scheuring-Wielgus)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2026 dwar l-importanza ta’ leġiżlazzjoni dwar l-istupru bbażata fuq il-kunsens fl-UE (2025/2040(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sal-Artikoli 8, 10 u 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikoli 83(1) u 82 (2) tat-TFUE, li jindirizzaw ir-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 83(1) tat-TFUE, li jippermetti lill-Parlament u lill-Kunsill jistabbilixxu regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u penali fl-oqsma tal-kriminalità partikolarment serja b’dimensjoni transkonfinali, inkluża l-vjolenza abbażi tal-ġeneru,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni, l-Artikolu 45 tagħha, li jistabbilixxi d-dritt għal-libertà ta’ moviment, u l-Artikolu 47 tagħha, li jistabbilixxi d-dritt ta’ proċess ġust,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul), li l-UE rratifikat fl-2023, b’mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha, li jirrikjedi l-kriminalizzazzjoni ta’ atti sesswali mhux kunsenswali u r-rapporti ta’ monitoraġġ tal-pajjiżi mill-Grupp ta’ Esperti dwar l-Azzjoni kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 21 u 3 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala valur ewlieni tal-Unjoni, li għandu jiġu integrat fil-politiki u l-programmi kollha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tieni rapport ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Azzjoni kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika, ippubblikat f’April 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Rec(2002) 5 tat-30 ta’ April 2002 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tan-nisa kontra l-vjolenza, li tħeġġeġ lill-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa jippenalizzaw kwalunkwe att sesswali mwettaq kontra persuni li ma jagħtux kunsens, anke jekk dawn ma jurux sinjali ta’ reżistenza,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1385 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1385, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1385/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/29/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi”), li tipprovdi qafas għall-ġustizzja orjentata lejn il-vittmi, inklużi f’każijiet ta’ vjolenza sesswali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2024 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (riformulazzjoni) (COM(2024)0060 final), li tinkludi definizzjoni ta’ att mhux kunsenswali, u wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Parlament tas-17 ta’ Ġunju 2025 dwar din il-proposta<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0116.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2021 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta’ kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 88.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2020-2025, li tappella għal protezzjoni msaħħa kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u għal edukazzjoni sesswali komprensiva li tippromwovi s-sensibilizzazzjoni dwar il-kunsens,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Frar 2023 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 283, 11.8.2023, p. 149.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) tal-4 ta’ Diċembru 2003 f’<STRING ITALIC="on">MC</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Bulgarija</STRING> (Applikazzjoni Nru 39272/98), li fiha l-QEDB stabbiliet l-obbligu pożittiv tal-istati li jippromulgaw dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali biex jinvestigaw u jippenalizzaw l-istupru b’mod effettiv, iċċarat li l-ħtieġa ta’ prova ta’ reżistenza fiżika tirriskja li tippermetti li ma jiġux ippenalizzati ċerti tipi ta’ stupru, u sostniet li l-Artikoli 3 u 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) jirrikjedu l-penalizzazzjoni u l-prosekuzzjoni effettiva ta’ kwalunkwe att sesswali mhux kunsenswali, inkluż meta ma jkunx hemm reżistenza fiżika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenza tal-QEDB tas-27 ta’ Mejju 2021 fil- <STRING ITALIC="on">JL</STRING> vs <STRING ITALIC="on">L-Italja</STRING> (Applikazzjoni Nru 5671/16), li sabet li d-dipendenza fuq stereotipi u l-għoti tat-tort lill-vittmi matul il-proċessi li jirrigwardaw stupru, tikkostitwixxi ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata skont l-Artikolu 8 tal-KEDB,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Prinċipji ta’ Yogyakarta, adottati f’Novembru 2006, u l-Prinċipji ta’ Yogyakarta Plus 10, adottati f’Novembru 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istħarriġ u r-rapporti prodotti mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), bħall-istħarriġ tal-2014 dwar il-vjolenza kontra n-nisa u, b’mod partikolari l-istħarriġ tal-2024 dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru fl-UE, li skontu 17,2 % tan-nisa fl-Istati Membri tal-UE esperjenzaw vjolenza sesswali<FOOTNOTE><FIELD> FRA, EIGE u Eurostat, <STRING ITALIC="on">EU gender-based violence survey – Key results: Experiences of women in the EU-27 </STRING>(Stħarriġ tal-UE dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru – Riżultati ewlenin: L-esperjenzi tan-nisa fl-EU-27), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Lussemburgu, 2024, p. 14.</FIELD></FOOTNOTE>, u r-rapport tal-2024 dwar il-persuni LGBTIQ+ fl-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-FRA tal-10 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “Rapport 2025 dwar id-Drittijiet Fundamentali”, b’mod partikolari l-Opinjoni 2 tal-FRA dwar il-protezzjoni effettiva tan-nisa vittmi tal-vjolenza <FOOTNOTE><FIELD> FRA, Rapport 2025 dwar id-Drittijiet Fundamentali, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Lussemburgu, 2025, p. 77.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU tal-15 ta’ Settembru 1995 bit-titolu “Id-Dikjarazzjoni ta’ Beijing u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni” u l-eżiti tal-konferenzi ta’ rieżami tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 35 (2017) tal-Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tas-26 ta’ Lulju 2017 dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-prinċipju li “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura” minquxa fihom, b’mod partikolari, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 3, 4, 5, 10 u 16,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Nru 34/2011 tal-21 ta’ Frar 2014 tal-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, li tħeġġeġ lill-istati jirrevedu l-leġiżlazzjoni dwar l-istupru billi jneħħu r-rekwiżiti relatati mal-forza jew il-prova ta’ penetrazzjoni u jqiegħdu n-nuqqas ta’ kunsens fil-ċentru tar-reat,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(g) tiegħu, li jirrikonoxxi l-istupru u forom oħra ta’ vjolenza sesswali bħala delitti kontra l-umanità meta jitwettqu bħala parti minn attakk mifrux jew sistematiku mmirat kontra kwalunkwe popolazzjoni ċivili,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar il-vjolenza kontra n-nisa, il-kawżi u l-konsegwenzi tagħha tad-19 ta’ April 2021 bit-titolu “Rape as a grave, systematic and widespread human rights violation, a crime and a manifestation of gender-based violence against women and girls, and its prevention” (L-istupru bħala ksur gravi, sistematiku u mifrux tad-drittijiet tal-bniedem, delitt u manifestazzjoni ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa u l-bniet, u l-prevenzjoni tiegħu), li ġie ppreżentat lis-47 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, kif ukoll lill-qafas ta’ akkumpanjament għal-leġiżlazzjoni dwar l-istupru,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (A10-0047/2026),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-atti ta’ vjolenza sesswali huma kkriminalizzati skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kemm fi żmien ta’ gwerra kif ukoll fi żmien ta’ paċi; billi fil-kuntesti kemm tad-dritt umanitarju internazzjonali kif ukoll tad-dritt kriminali internazzjonali, l-istupru huwa identifikat bħala delitt potenzjali tal-gwerra, delitt kontra l-umanità, jew att li jikkontribwixxi għall-ġenoċidju, dment li jkunu preżenti elementi meħtieġa oħra ta’ dawn id-delitti; billi din il-klassifikazzjoni hija artikolata fl-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (Artikolu 8) u l-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1949 u l-Protokolli Addizzjonali; billi l-interpretazzjoni legali tal-istupru bħala delitt tal-gwerra, skont il-Qorti Kriminali Internazzjonali, tinkludi n-nuqqas ta’ kunsens bħala element kruċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi skont il-QEDB, id-definizzjonijiet ibbażati fuq l-użu tal-forza bħala l-element kostitwenti ewlieni tad-delitt joffru protezzjoni inadegwata lill-vittmi tal-vjolenza sesswali u jipperikolaw il-protezzjoni effettiva tal-awtonomija sesswali tal-individwu;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-istupru huwa ksur ta’ firxa ta’ drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt għall-integrità fiżika, id-dritt għall-awtonomija u għall-awtonomija sesswali, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-ogħla standard possibbli ta’ saħħa fiżika u mentali, id-dritt tan-nisa għall-ugwaljanza quddiem il-liġi, u d-dritt li jkunu ħielsa mill-vjolenza, mid-diskriminazzjoni, mit-tortura u minn trattament krudili jew inuman ieħor; billi l-istupru jiċħad ukoll lill-vittma t-tgawdija sħiħa ta’ firxa ta’ drittijiet tal-bniedem oħra, bħad-dritt għall-ħajja, id-dinjità, l-integrità fiżika u mentali, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà personali, id-dritt għall-ugwaljanza fi ħdan il-familja u quddiem il-liġi irrispettivament mill-ġeneru u mill-identità tal-ġeneru, u d-dritt li wieħed ikun ħieles mid-diskriminazzjoni, mit-tortura u minn trattament ħażin ieħor, fost oħrajn;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru għadha waħda mill-ksur abbażi tal-ġeneru l-aktar mifrux u sottorappurtat tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa u tesiġi reazzjoni Ewropea; billi l-qafas ġuridiku internazzjonali attwali tad-drittijiet tal-bniedem jirrikonoxxi l-istupru kemm bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll bħala forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru li taffettwa b’mod predominanti lin-nisa u l-bniet; billi l-istupru huwa wieħed mill-aktar forom pervażivi u brutali ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru li jikser l-integrità fiżika, psikoloġika u sesswali tal-individwu u l-awtonomija fiżika u għandu effetti severi u dejjiema fuq is-superstiti;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru tillimita serjament il-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, l-edukazzjoni u l-indipendenza ekonomika tan-nisa u l-bniet, u għalhekk tikkostitwixxi ostaklu strutturali biex tinkiseb ugwaljanza vera bejn il-ġeneri; billi l-vittmi ta’ stupru jesperjenzaw konsegwenzi severi u dejjiema, inklużi konsegwenzi soċjali u ekonomiċi, bħat-telf ta’ impjieg, dipendenza finanzjarja, instabbiltà tal-akkomodazzjoni u parteċipazzjoni mnaqqsa fl-edukazzjoni jew fil-post tax-xogħol, u dawn jiggravaw l-effetti tal-vjolenza u jsaħħu l-inugwaljanza bejn il-ġeneri;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi skont il-FRA u l-EIGE, 17,2 % tan-nisa fl-UE esperjenzaw vjolenza sesswali, inklużi stupru u atti sesswali oħra mhux mixtieqa, u waħda minn kull 20 mara ġew stuprati, bl-użu tal-forza, mill-età ta’ 15-il sena<FOOTNOTE><FIELD> FRA u EIGE, Violence against women: an EU-wide survey – Results at a glance (Il-vjolenza fuq in-nisa: stħarriġ fl-UE kollha – Ħarsa lejn ir-riżultati, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Lussemburgu, 2014, p. 20.</FIELD></FOOTNOTE>; billi skont il-FRA, il-vjolenza kontra l-persuni LGBTIQ+ żdiedet f’dawn l-aħħar snin, u n-nisa trans ġew esposti b’mod sproporzjonat għal vjolenza fiżika u sesswali; billi l-persuni LGBTIQ+ iġarrbu wkoll vjolenza sesswali minħabba l-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess tagħhom; billi l-kost annwali stmat tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru fl-UE huwa ta’ EUR 366 biljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi d-dimensjoni transkonfinali tar-reat tal-istupru toħloq ħtieġa speċjali li l-istupru jiġi miġġieled fuq bażi komuni fi ħdan l-UE sabiex jiġu żgurati protezzjoni aktar konsistenti u aċċess ugwali għall-ġustizzja għall-vittmi fl-Istati Membri kollha, b’għadd ta’ elementi ewlenin: il-ħtieġa li jiġi żgurat livell minimu ta’ protezzjoni għan-nisa kollha fl-Istati Membri kollha, il-ħtieġa li jiġi żgurat livell minimu ta’ protezzjoni meta n-nisa jkunu qed jeżerċitaw il-libertà ta’ moviment tagħhom madwar l-Unjoni, peress li n-nuqqas ta’ definizzjoni armonizzata ta’ stupru timmina ċ-ċertezza ġuridika u l-aċċess tal-vittmi għall-ġustizzja u tista’ għalhekk tikkostitwixxi ostaklu għall-moviment ħieles, u l-ħtieġa u l-obbligu li d-dritt tal-UE jiġi allinjat mal-istandards internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta’ Istanbul, li jirrikjedi li l-istupru jiġi kriminalizzat abbażi tan-nuqqas ta’ kunsens;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi x-xenarju ġuridiku attwali fl-UE għadu frammentat, b’interpretazzjonijiet ġudizzjarji diversi u definizzjonijiet diverġenti ta’ stupru li mhux dejjem jirriflettu l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul rigward il-kunsens; billi n-nuqqas ta’ definizzjonijiet ġuridiċi armonizzati madwar l-Istati Membri jimmina d-drittijiet tal-vittmi, jimpedixxi l-kooperazzjoni transkonfinali, u jikkontribwixxi għall-impunità għall-awturi tar-reati u għan-nuqqas ta’ għarfien dwar x’jikkostitwixxi att ta’ vjolenza sesswali; filwaqt li diversi Stati Membri għadhom jiddefinixxu l-istupru abbażi tal-użu tal-forza jew tat-theddid, u b’hekk jeskludu ħafna vittmi mill-protezzjoni ġuridika; billi dan jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta’ definizzjoni ta’ stupru bbażata fuq il-kunsens fl-UE kollha; billi l-introduzzjoni ta’ definizzjoni ġuridika komuni ta’ stupru bbażata fuq in-nuqqas ta’ kunsens se tgħin biex tittejjeb il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja u ssaħħaħ il-ġbir u l-komparabbiltà tad-data dwar l-istupru fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Istati Membri kollha ffirmaw il-Konvenzjoni ta’ Istanbul, iżda ħamsa għad iridu jirratifikawha<FOOTNOTE><FIELD> Il-Bulgarija, iċ-Ċekja, l-Ungerija, il-Litwanja u s-Slovakkja.</FIELD></FOOTNOTE>; billi minn dawn, tnejn biss riċentement irriformaw il-leġiżlazzjoni tagħhom biex jagħtu rwol ċentrali lill-kunsens fid-definizzjoni tad-delitt tal-istupru<FOOTNOTE><FIELD> Il-Bulgarija u ċ-Ċekja.</FIELD></FOOTNOTE>; billi mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, 16-il Stat Membru emendaw il-leġiżlazzjoni tagħhom biex jinkorporaw jew jagħmlu aktar espliċitu l-kunċett ta’ kunsens bħala element kostituttiv tad-delitt ta’ stupru; billi l-UE aderiet mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul fl-2023 għall-oqsma taħt il-kompetenza esklużiva tagħha; billi d-dispożizzjoni dwar definizzjoni ta’ stupru bbażata fuq il-kunsens tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul kienet punt ta’ bidla għal riforma ġuridika, u mmarkat bidla mill-approċċ tradizzjonali fejn id-definizzjoni ta’ stupru timplika s-suppożizzjoni ta’ vjolenza; wara li kkunsidra r-Rapport 2025 dwar id-Drittijiet Fundamentali, il-FRA stqarret li l-Istati Membri li rratifikaw il-Konvenzjoni ta’ Istanbul għandhom jikkriminalizzaw il-vjolenza sesswali bl-użu ta’ definizzjonijiet ta’ stupru u forom oħra ta’ vjolenza sesswali bbażati fuq il-kunsens;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-QEDB kellha rwol ċentrali biex jissawwar il-fehim modern tal-istupru skont id-dritt li jirrigwarda d-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari permezz tas-sentenza storika tagħha tal-2003 f’<STRING ITALIC="on">MC vs Il-Bulgarija</STRING>, fejn stabbiliet l-obbligu pożittiv tal-istati li jippromulgaw dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali biex b’mod effettiv jinvestigaw u jikkastigaw l-istupru, sabet li l-ħtieġa ta’ prova ta’ reżistenza fiżika mill-vittma tirriskja li tħalli ċerti tipi ta’ stupru mhux ikkastigati u tonqos milli tipproteġi l-awtonomija sesswali kif meħtieġ skont l-Artikoli 3 u 8 tal-KEDB, u sostniet li dawn l-artikoli jirrikjedu l-penalizzazzjoni u l-prosekuzzjoni effettiva ta’ kwalunkwe att sesswali mhux kunsenswali, inkluż fin-nuqqas ta’ reżistenza fiżika; billi sentenzi sussegwenti tal-QEDB, bħal dawk li ngħataw fil-każ <STRING ITALIC="on">JL vs L-Italja</STRING> (2021) u <STRING ITALIC="on">X vs Ċipru</STRING> (2025)<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-27 ta’ Frar 2025,<STRING ITALIC="on"> X vs Ċipru</STRING>, Applikazzjoni nru. 40733/22.</FIELD></FOOTNOTE>, ikkundannaw l-użu ta’ argumenti u stereotipi li jagħtu t-tort lill-vittmi fi proċedimenti ġudizzjarji, u sabu li tali prattiki jikkostitwixxu ksur tad-dritt li tiġi rispettata l-ħajja privata skont l-Artikolu 8 tal-KEDB, u jipperpetwaw il-preġudizzju u jxekklu l-aċċess għall-ġustizzja għas-superstiti tal-vjolenza sesswali; billi l-QEDB stabbiliet, fis-sentenza tagħha <STRING ITALIC="on">HW vs Franza</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat-23 ta’ Jannar 2025, <STRING ITALIC="on">HW vs Franza</STRING>, Applikazzjoni nru. 13805/21.</FIELD></FOOTNOTE>, li kwalunkwe att sesswali mhux kunsenswali jikkostitwixxi forma ta’ vjolenza sesswali; billi fis-sentenza tagħha <STRING ITALIC="on">L u Oħrajn vs Franza</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-24 ta’ April 2025, <STRING ITALIC="on">L u Oħrajn vs Franza</STRING>, Applikazzjonijiet nru 46949/21, 24989/22 u 39759/22);</FIELD></FOOTNOTE>, il-QEDB interpretat l-Artikoli 3 u 8 tal-KEDB bħala li jirrikjedu li l-partijiet għal din il-Konvenzjoni jkollhom sistemi tal-liġi kriminali kapaċi jikkastigaw atti sesswali mhux kunsenswali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Manwal tan-NU għal-Leġiżlazzjoni dwar il-Vjolenza kontra n-Nisa jiddikjara li l-leġiżlazzjoni trid tipprevedi għal ċirkostanzi aggravanti, inklużi, pereżempju, l-età tas-superstitu, ir-relazzjoni bejn is-superstitu u l-awtur tar-reat, l-użu jew it-theddida ta’ vjolenza fiżika, il-preżenza ta’ diversi awturi ta’ reati, u konsegwenzi fiżiċi jew mentali gravi tal-attakk fuq il-vittma. billi l-manwal jistqarr ukoll li l-leġiżlazzjoni għandha “speċifikament tikkriminalizza l-attakk sesswali f’relazzjoni (jiġifieri “l-istupru maritali”), jew billi jipprevedu li d-dispożizzjonijiet dwar l-attakk sesswali japplikaw “irrispettivament min-natura tar-relazzjoni” bejn l-awtur tar-reat u l-ilmentatur; jew li jiġi ddikjarat li “l-ebda żwieġ jew relazzjoni oħra ma għandha tikkostitwixxi difiża għal akkuża ta’ attakk sesswali skont il-leġiżlazzjoni.”;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fis-16 ta’ Settembru 2021, il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta’ kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE; billi dik ir-riżoluzzjoni stiednet lill-Istati Membri jemendaw id-definizzjoni ta’ “stupru” fil-liġi nazzjonali tagħhom sabiex tkun ibbażata fuq in-nuqqas ta’ kunsens, u saħqet fuq il-fatt li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dinjità u li l-istupru huwa forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Artikolu 83 tat-TFUE għandu jkun applikabbli bħala bażi legali għal proposti leġiżlattivi rigward ir-reat tal-istupru minħabba li l-istupru huwa delitt partikolarment serju b’dimensjoni transkonfinali u jaqa’ fil-qasam ta’ kriminalità ta’ “sfruttament sesswali tan-nisa u t-tfal”;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi t-terminu “l-isfruttament sesswali” fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE mhuwiex limitat għat-traffikar biss, peress li tali interpretazzjoni stretta tillimita b’mod inġust “it-traffikar ta’ bnedmin u l-isfruttament sesswali tan-nisa u t-tfal” għal reati ta’ traffikar; billi l-kliem u l-prattika leġiżlattiva, inkluża d-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/93/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, juru li “l-isfruttament sesswali” jkopri firxa usa’ ta’ reati, inkluż l-abbuż sesswali; billi l-isfruttament sesswali jirreferi b’mod komuni għall-użu inġust ta’ persuna oħra għall-benefiċċju sesswali, u jinvolvi l-vulnerabbiltà tal-vittma, li hija aspett ewlieni għad-delitt tal-istupru;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Artikolu 36 tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul jobbliga l-kriminalizzazzjoni tal-atti sesswali mhux kunsenswali kollha u jispeċifika li “l-kunsens għandu jingħata b’mod volontarju bħala riżultat tar-rieda ħielsa tal-persuna evalwata fil-kuntest taċ-ċirkostanzi relatati”; billi dan il-prinċipju huwa konsistenti mad-deċiżjonijiet tal-QEDB u mal-ġurisprudenza nazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-kunsens huwa ftehim volontarju biex wieħed jinvolvi ruħu f’attività sesswali partikolari u jista’ jitneħħa fi kwalunkwe ħin;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi diversi Stati Membri<FOOTNOTE><FIELD> l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja.</FIELD></FOOTNOTE> u għadd ta’ pajjiżi Ewropej oħra<FOOTNOTE><FIELD> l-Iżlanda, in-Norveġja, il-Montenegro, l-Ukrajna u r-Renju Unit.</FIELD></FOOTNOTE> diġà introduċew definizzjonijiet ta’ stupru bbażati fuq il-kunsens fil-kodiċijiet kriminali tagħhom li rriżultaw fi prevenzjoni, rapportar u prosekuzzjoni aktar effiċjenti ta’ delitti ta’ abbuż sesswali u f’żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-pożizzjoni u l-mandat tal-Parlament dwar id-direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika kienu ferm favur li tiġi inkluża fit-test definizzjoni tar-reat tal-istupru abbażi tal-kunsens, bħal fil-proposta tal-Kummissjoni; billi l-Kunsill, sfortunatament, kien tal-fehma li l-kriminalizzazzjoni tal-istupru m’għandhiex tiġi inkluża f’dik id-direttiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika kienet tinkludi proposta biex l-istupru jiġi kriminalizzat abbażi tar-rikonoxximent li “l-isfruttament sesswali tan-nisa” jinkludi l-istupru; billi din l-interpretazzjoni hija konsistenti mal-impenn tat-Trattati għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; billi, għalhekk, l-Artikolu 83(1) tat-TFUE huwa bażi ġuridika xierqa biex jiġu stabbiliti regoli minimi tal-UE dwar id-definizzjoni ta’ stupru;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi s-superstiti ta’ stupru spiss jiġu mistoqsija dwar in-nuqqas ta’ reżistenza tagħhom meta ġew attakkati sesswalment, bl-awturi tar-reati li jiddikjaraw li n-nuqqas ta’ reżistenza min-naħa tal-vittmi wera kunsens b’mod passiv; billi fi studju Żvediż, 70 % tal-vittmi ta’ vjolenza sesswali rrappurtaw immobilità tonika sinifikanti magħrufa wkoll bħala “reazzjoni ta’ paraliżi”; billi r-reazzjoni magħrufa bħala l-“biża’ li tipparalizzak” (jew immobilità tonika), pjuttost aktar milli reżistenza fiżika attiva għall-awtur tar-reat, hija l-aktar reazzjoni komuni fost is-superstiti tal-istupru; billi n-nuqqas ta’ reżistenza jew “paraliżi” huma reazzjoni involontarja komuni u rifless ta’ sopravivenza meta xi ħadd jiffaċċja theddida, u dan jista’ jirriżulta f’immobilità (qagħda fissa, telf ta’ ton tal-muskoli, nuqqas ta’ kapaċità li wieħed jagħmel azzjonijiet volontarji), diżassoċjazzjoni, fejn is-sensibilizzazzjoni tal-persuna tkun skonnessa minn sensazzjonijiet u emozzjonijiet disturbanti u ta’ uġigħ li jirriżultaw fil-ġisem tagħha, u telf ta’ sens ta’ aġenzija; billi din ir-realtà ma tistax tiġi injorata biex jiġi żgurat l-aċċess għall-ġustizzja għas-superstiti ta’ stupru u biex jiġi promoss ambjent ġuridiku u soċjali li fih l-istupru ma jibqax jiġi tollerat;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi fatturi bħall-koerċizzjoni, il-forza, it-theddid, id-dipendenza finanzjarja u psikoloġika, il-kundizzjonijiet fiżiċi jew mentali – bħall-immobilità tonika, il-paraliżi, il-ħażda, l-istat ta’ biża’, l-intimidazzjoni, it-telf mis-sensi, l-intossikazzjoni, is-sottomissjoni kimika, l-irqad, il-mard, il-ħsara fuq il-persuna, id-diżabbiltà jew kundizzjonijiet oħra, jew sitwazzjoni oħra ta’ vulnerabbiltà partikolari – jew id-diskriminazzjoni strutturali u intersezzjonali jistgħu joħolqu vulnerabbiltà u periklu u jistgħu jipprevjenu l-kunsens liberu, li huwa aspett ewlieni f’każijiet ta’ stupru;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi t-trawma minn attakk sesswali jista’ jkollha impatt fuq il-funzjonament tal-memorja, u dan iwassal għal tfakkiriet frammentati jew neqsin tal-avvenimenti u distorsjonijiet fis-sekwenzi taż-żmien li jagħmluha diffiċli li wieħed jiftakar f’liema ordni seħħew l-avvenimenti; billi t-trawma li tirriżulta mill-istupru hija marbuta ma’disturb minn stress postrawmatiku u ma’ sintomi severi oħra fil-qasam tas-saħħa mentali, inklużi anqas konċentrazzjoni, ansjetà, attakki ta’ paniku, dipressjoni severa, flashbacks u ħmarijiet il-lejl;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi d-dipendenza fuq evidenza materjali ta’ reżistenza, theddid jew vjolenza tipperpetwa miti u stereotipi ta’ stupru dannużi dwar kif il-vittmi huma mistennija jġibu ruħhom, u b’hekk dan jikkontribwixxi għal vittimizzazzjoni sekondarja, speċjalment f’każijiet fejn il-vittmi ma jikkonformawx mal-aspettattivi mibnija soċjalment dwar it-trawma, ir-reżistenza jew il-korriment viżibbli; billi dawn il-prattiki jikkontribwixxu għan-nuqqas ta’ fiduċja fis-sistemi tal-infurzar tal-liġi u jwasslu għal rati baxxi ta’ rapportar fost il-vittmi u impunità għall-awturi ta’ reat;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-awtonomija sesswali u l-integrità fiżika huma drittijiet invjolabbli, u l-għan tal-leġiżlazzjoni dwar l-istupru bbażata fuq il-kunsens huwa li tissaħħaħ il-protezzjoni ta’ dawn; billi l-bidla għal mudell ta’ liġi dwar l-istupru bbażat fuq il-kunsens hija kritika biex jiġi rikonoxxut li l-awtonomija u l-integrità sesswali jistgħu jinkisru wkoll f’sitwazzjonijiet fejn ma jkun hemm l-ebda vjolenza fiżika, bħal fejn ikun hemm dinamika koerċittiva jew abbuż ta’ poter;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-enfasi fuq l-importanza tal-awtonomija sesswali għandha l-għan li tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u, b’mod partikolari, it-twettiq tad-drittijiet tan-nisa u l-bniet; billi l-leġiżlazzjoni dwar l-istupru bbażata fuq il-kunsens tissottolinja b’mod partikolari d-dritt tan-nisa li jieħdu deċiżjonijiet dwarhom infushom u dwar ġisimhom stess;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-kunsens għandu jkun komponent ċentrali tal-leġiżlazzjoni dwar l-istupru; billi l-leġiżlazzjoni dwar l-istupru bbażata fuq il-kunsens hija meħtieġa sabiex tkopri b’mod aktar effettiv sitwazzjonijiet fejn l-att sesswali jibda tant f’daqqa li l-vittma ma jkollha l-ebda opportunità li tesprimi r-rieda tagħha jew tiddefendi lilha nnifisha qabel ma jinbeda l-att; billi l-leġiżlazzjoni dwar l-istupru bbażata fuq il-kunsens hija essenzjali wkoll biex jiġu indirizzati aħjar sitwazzjonijiet li fihom il-vittma ma tkunx tista’ topponi l-att minħabba l-biża’;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-evidenza turi li l-biċċa l-kbira tal-istupri jitwettqu minn konoxxenzi jew sħab intimi u jseħħu ġewwa, iżda l-vittmi ta’ tali każijiet spiss jiġu ffaċjati b’suspett u xettiċiżmu fis-sistema tal-ġustizzja kriminali, b’mod partikolari f’ġuriżdizzjonijiet fejn għadhom japplikaw rekwiżiti evidenzjarji skaduti, li jipperpetwaw il-miti li l-istupri tipikament jitwettqu minn persuni li ma tkunx tafhom f’postijiet pubbliċi u li l-vittmi jipprovokaw l-istupru jew jiffabbrikawh; billi tali miti jiġu msaħħa aktar minn l-immaġni li tagħti l-media u mid-diskors pubbliku inadegwati, u minn nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni pubblika;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi miti u twemmin aċċettati b’mod komuni dwar stupru u attakk sesswali huma ta’ detriment għad-definizzjoni tad-delitt ta’ stupru u joħolqu aktar theddid għall-benesseri tas-superstiti, għar-rieda li jirrapportaw id-delitt, u għall-protezzjoni mill-vittimizzazzjoni sekondarja u l-prevenzjoni tal-prosekuzzjoni u l-aċċess għall-ġustizzja; billi dawn it-twemmin u l-miti aċċettati huma wieħed mill-fatturi li jgħinu jipperpetwaw l-impunità madwar l-istupru u jipprekludu l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni xierqa;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-firxa tal-vjolenza sesswali għadha tiġi sottovalutata u minimizzata bil-kbir, peress li l-maġġoranza l-kbira tad-delitti sesswali jibqgħu moħbija; billi ħafna każijiet ta’ stupru li jiġu rapportati qatt ma tressqu l-qorti u, il-maġġoranza l-kbira tal-prosekuzzjonijiet għal stupru ma jintemmux f’kundanna; billi dan isaħħaħ in-nuqqas ta’ fiduċja tan-nisa fis-sistema, iwassal għal rati baxxi ta’ rapportar u jipperpetwa kultura soċjali ta’ impunità, u dawn iġibu n-normalizzazzjoni tal-vjolenza sesswali, inkluż l-istupru; billi l-impunità mifruxa għall-istupru tikkontribwixxi għall-kumpless prevalenti ta’ twemmin u normi soċjali li jinkoraġġixxu l-aggressjoni sesswali maskili u jappoġġjaw il-vjolenza kontra n-nisa, filwaqt li joħolqu ambjent li fih il-vjolenza sesswali tiġi normalizzata u ġġustifikata permezz ta’ inugwaljanzi persistenti bejn il-ġeneri u attitudnijiet dannużi dwar il-ġeneru u s-sesswalità; billi mhuwiex aċċettabbli li ma jkun hemm l-ebda konsegwenza meta jitwettaq stupru mingħajr vjolenza fiżika; billi l-prosekuzzjoni konsistenti tal-forom kollha ta’ stupru hija essenzjali biex tinżamm il-fiduċja pubblika fis-sistemi ġudizzjarji u hija element essenzjali fil-prevenzjoni tal-vjolenza sesswali; billi l-leġiżlazzjoni dwar l-istupru bbażata fuq il-kunsens hija kruċjali kemm fir-riflessjoni kif ukoll fit-tibdil tal-attitudnijiet dwar ir-reati sesswali kif ukoll fis-sensibilizzazzjoni madwar l-UE kollha, u b’hekk fl-aħħar mill-aħħar jitnaqqas l-għadd ta’ reati sesswali; billi leġiżlazzjoni bbażata fuq il-kunsens tista’ tinstiga bidla fundamentali lejn il-ħtieġa li jinkiseb kunsens minflok biss nuqqas ta’ oppożizzjoni ċara għal att sesswali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi r-Rapport ta’ Spjegazzjoni għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul jikkjarifika, fir-rigward tal-Artikolu 36(2) tal-Konvenzjoni, li l-prosekuzzjoni ta’ vjolenza sesswali, inkluż l-istupru, “se jirrikjedi valutazzjoni sensittiva għall-kuntest tal-evidenza biex jiġi stabbilit fuq bażi ta’ każ b’każ jekk il-vittma tkunx tat il-kunsens liberu tagħha għall-att sesswali li twettaq. Tali valutazzjoni trid tirrikonoxxi l-firxa wiesgħa ta’ reazzjonijiet ta’ mġiba għall-vjolenza sesswali u għall-istupru li l-vittmi juru u ma għandhiex tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet ta’ mġiba tipika f’sitwazzjonijiet bħal dawn. Huwa daqstant importanti li jiġi żgurat li l-interpretazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni dwar l-istupru u l-prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ stupru ma jiġux influwenzati minn stereotipi tal-ġeneri u minn miti dwar is-sesswalità maskili u femminili;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, fil-Komunikazzjoni Nru 34/2011 tiegħu, iħeġġeġ lill-Istati jirrevedu l-leġiżlazzjoni dwar l-istupru billi jneħħu rekwiżiti relatati mal-forza jew mal-prova ta’ penetrazzjoni u jpoġġu n-nuqqas ta’ kunsens fiċ-ċentru tar-reat, u billi fir-Rakkomandazzjoni Ġenerali tiegħu Nru 35 (2017), l-istess Kumitat iħeġġeġ lill-istati jirrikonoxxu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala forma ta’ diskriminazzjoni u jadottaw riformi ġuridiċi li jiżguraw l-eliminazzjoni ta’ tali vjolenza, inkluż billi jikkriminalizzaw atti sesswali mhux kunsenswali u jappoġġjaw l-aċċess għall-ġustizzja u s-servizzi għan-nisa u l-bniet kollha, b’mod partikolari dawk li jiffaċċjaw forom intersezzjonali ta’ diskriminazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nondiskriminazzjoni huma valuri ċentrali tal-UE, drittijiet fundamentali, prinċipji ewlenin tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u kundizzjonijiet essenzjali għall-progress; billi d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, il-ġeneru u raġunijiet oħra hija pprojbita skont l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-intersezzjonalità hija prinċipju gwida importanti minqux fid-dritt tal-UE; billi n-nisa jesperjenzaw inugwaljanzi u diskriminazzjoni intersezzjonali, inklużi dawk marbuta mar-razza, l-oriġini etnika jew soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità u l-espressjoni tal-ġeneru, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-istatus ta’ residenza jew id-diżabbiltà tagħhom; billi l-vjolenza sesswali abbażi tal-ġeneru hija waħda mill-aktar kwistjonijiet sinifikanti ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-progress reali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jista’ jsir biss bl-implimentazzjoni ta’ approċċ intersezzjonali; billi l-applikazzjoni ta’ approċċ intersezzjonali tippermettielna nindirizzaw l-ostakli strutturali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tipprovdi evidenza biex jinħolqu punti ta’ riferiment u biex titwitta t-triq lejn politiki strateġiċi u effettivi biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni sistemika, l-esklużjoni u l-inugwaljanzi soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi minħabba n-natura strutturali tal-inugwaljanza bejn il-ġeneri u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-kunsens jista’ jingħata taħt kundizzjonijiet ta’ koerċizzjoni jew pressjoni soċjali, u dan jenfasizza li jenħtieġ approċċ li jinkorpora mhux biss l-awtonomija individwali, iżda wkoll id-dinamika tas-setgħa soċjali, in-normi tal-ġeneru u d-distribuzzjoni inugwali tal-aġenzija bejn l-irġiel u n-nisa;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluża l-vjolenza sesswali, hija kemm kawża kif ukoll konsegwenza tal-inugwaljanzi strutturali u tal-asimetriji tas-setgħa bl-għeruq fi stereotipi marbuta mal-ġeneru u man-normi soċjali; billi biex tiġi indirizzata tali vjolenza jirrikjedi li dawn in-normi jiġu sfidati u jiġu implimentati riformi legali, soċjali u edukattivi komprensivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi l-istereotipi marbuta mal-ġeneru b’għeruq fondi fir-rigward tas-sesswalità u l-moralità tan-nisa jikkontribwixxu għall-kumpless prevalenti ta’ twemmin u normi soċjali li jinkoraġġixxu l-aggressjoni sesswali maskili u jappoġġjaw il-vjolenza kontra n-nisa, filwaqt li joħolqu ambjent li fih il-vjolenza sesswali tiġi normalizzata u ġġustifikata permezz ta’ inugwaljanzi persistenti bejn il-ġeneri u attitudnijiet dannużi dwar il-ġeneru u s-sesswalità; billi dan jirriżulta fl-istigmatizzazzjoni u t-trattament diskriminatorju ta’ ċerti nisa u persuni oħra minħabba t-trasgressjoni tagħhom ta’ normi soċjali u dawk sesswali bbażati fuq il-ġeneru jew fuq in-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-rwoli tal-ġeneru;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi l-istupru, inklużi elementi li possibbilment jiġu qabel id-delitt, bħall-grooming u l-iscams online, jista’ jsir f’kuntesti transkonfinali; billi l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet isseħħ kemm fi spazji online kif ukoll offline, u tinkludi vjolenza sesswali ffaċilitata mit-teknoloġija, fastidju, kondiviżjoni mhux kunsenswali ta’ immaġnijiet intimi, u kontroll koerċittiv; billi tali forom ta’ abbuż jaffettwaw b’mod sproporzjonat lin-nisa u lill-gruppi emarġinati, u għadhom mhumiex indirizzati biżżejjed f’ħafna oqfsa nazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi l-vittmi tal-istupru jeħtieġu kura medika immedjata, multidixxiplinari, aċċessibbli u komprensiva, inklużi l-ġestjoni klinika tal-istupru, il-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u li jinkludu l-kontraċezzjoni ta’ emerġenza, il-profilassi ta’ wara l-esponiment, it-trattament għal infezzjonijiet trażmessi sesswalment, kif ukoll l-aċċess għal abort sikur u legali, kif ukoll l-appoġġ għat-trawma, u jeħtiġilhom li jkollhom ukoll l-għażla ta’ appoġġ fit-tul, inkluża konsulenza psikoloġika; billi l-aċċess għal ċerti servizzi essenzjali tal-kura tas-saħħa mhuwiex ipprovdut f’xi Stati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi l-kultura tal-istupru hija definita bħala sistema strutturali u mifruxa ta’ attitudnijiet, imġiba, valuri u normi soċjali li jinnormalizzaw u jittrivjalizzaw il-vjolenza sesswali, jimminaw il-kunsens, jipperpetwaw il-miti tal-istupru, u jrawmu n-normalizzazzjoni soċjetali ta’ din il-vjolenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>AN.</NO.P>billi l-prevalenza għolja ta’ vittimizzazzjoni sekondarja turi l-falliment profond mhux biss tas-sistemi ġudizzjarji, iżda wkoll il-falliment ta’ liġijiet skaduti li mhumiex ibbażati fuq il-kunsens, il-falliment li s-superstiti jingħataw aċċess għall-ġustizzja<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kunsill tal-Ewropa, <STRING ITALIC="on">Il-Kawża ta’ L. u Oħrajn vs Franza: sistema tal-liġi kriminali inadegwata għall-kastig tal-atti sesswali mhux kunsenswali kollha, u dan jesponi lill-vittmi tal-istupru għal vittimizzazzjoni sekondarja</STRING>, artiklu tal-aħbarijiet, Kunsill tal-Ewropa, Strażburgu, Franza, 24 ta’ April 2025.</FIELD></FOOTNOTE>, kif evidenzjat mir-rati baxxi ta’ rapportar fost il-vittmi, in-nuqqas ta’ assistenza f’konformità mal-ħtiġijiet tagħhom, id-disponibbiltà ta’ proċeduri aċċessibbli u r-rati baxxi ta’ kundanni f’każijiet ta’ stupru, u dawn jenfasizzaw nuqqasijiet sistematiċi fil-mod kif l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u s-sistemi ġudizzjarji jindirizzaw każijiet ta’ stupru, u li jirriżultaw, min-naħa tagħhom, f’sens soċjetali mifrux ta’ impunità għad-delitt ta’ stupru u jikkostitwixxu xkiel serju għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</CONS><CONS>
<NO.P>AO.</NO.P>billi l-vittimizzazzjoni sekondarja sseħħ meta l-vittmi jġarrbu aktar ħsara mhux bħala riżultat dirett tal-att kriminali tal-istupru iżda minħabba l-mod li bih l-istituzzjonijiet u individwi oħra jittrattawhom; billi l-vittimizzazzjoni sekondarja hija kkawżata minn esponiment ripetut tal-vittma għall-awtur tar-reat, trattament insensittiv, bħal interrogazzjoni ripetuta dwar l-istess avvenimenti, b’attitudnijiet li jagħtu t-tort lill-vittmi, bl-użu ta’ lingwaġġ mhux xieraq jew kummenti insensittivi magħmula minn dawk li jiġu f’kuntatt mal-vittmi, b’interventi mediċi u bi proċedimenti ġudizzjarji, inklużi t-tul tagħhom, u proċessi istituzzjonali oħra; billi l-vittimizzazzjoni sekondarja ddgħajjef id-drittijiet tal-vittmi, timpedixxi l-aċċess tagħhom għall-ġustizzja u tipperpetwa t-trawma tagħhom, inkluż billi tikkawża disturb minn stress postrawmatiku, dipressjoni u ansjetà, u b’hekk jixxekkel l-irkupru tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>AP.</NO.P>billi n-natura trawmatika tal-istupru u l-impatt fit-tul tiegħu fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika, is-sigurtà, l-integrità fiżika, il-benesseri u l-ħajja soċjali tal-vittmi jirrikjedu reazzjoni koordinata, sensittiva għall-ġeneru u għat-trawma minn persunal imħarreġ u speċjalizzat, speċjalment fl-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u fil-ġudikatura, biex jiġu indirizzati każijiet ta’ stupru u tiġi evitata vittimizzazzjoni sekondarja; billi t-taħriġ tal-professjonisti ġuridiċi u tal-infurzar tal-liġi għadu mhux omoġenju u huwa insuffiċjenti f’xi Stati Membri; billi fil-liġi l-implimentazzjoni effettiva ta’ definizzjonijiet ta’ stupru bbażati fuq il-kunsens tiddependi fuq il-kapaċità tal-uffiċjali tal-pulizija, il-prosekuturi u l-awtoritajiet ġudizzjarji li jinterpretaw u japplikaw b’mod korrett dawn id-dispożizzjonijiet u għalhekk li jiżguraw li l-attenzjoni tibqa’ fuq in-nuqqas ta’ kunsens mogħti liberament u mhux fuq l-evidenza ta’ reżistenza jew vjolenza fiżika; billi t-tqegħid tal-oneru tal-provi fuq il-vittmi biex jipprovdu evidenza ta’ nuqqas ta’ kunsens isaħħaħ l-istereotipi dannużi dwar l-istupru;
</CONS><CONS>
<NO.P>AQ.</NO.P>billi l-edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet abbażi tal-kunsens hija kruċjali biex jitnaqqsu l-miżinformazzjoni u l-miti dwar l-istupru u s-sesswalità, jiġu indirizzati n-normi dwar il-ġeneru u jiġu evitati l-forom kollha ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż l-istupru; billi huwa kruċjali għall-isforzi ta’ prevenzjoni li l-irġiel u s-subien jiġu involuti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jisfidaw l-istereotipi marbuta mal-ġeneru u l-mudelli ta’ maskulinità mhux sani u dannużi u li jitqajmu d-dubji dwar l-opinjonijiet tas-sess ibbażati fuq id-drittijiet; billi l-bidla għal kultura bbażata fuq il-kunsens hija kruċjali biex jiġi żgurat ambjent ta’ rispett reċiproku u ta’ sikurezza madwar interazzjonijiet soċjali sani; billi l-għoti ta’ edukazzjoni sensittiva għall-ġeneru, komprensiva u adatta għall-età dwar is-sesswalità, il-kunsens u r-relazzjonijiet hija għodda kruċjali għall-prevenzjoni tal-istupru u tal-vjolenza sesswali u biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin;
</CONS><CONS>
<NO.P>AR.</NO.P>billi l-SDG 5 tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli jappella biex jinkisbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet kollha, u l-SDG 16 jappella biex jiġu promossi soċjetajiet paċifiċi u inklużivi, l-aċċess għall-ġustizzja u istituzzjonijiet effettivi u responsabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AS.</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-prinċipju li “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura”, u b’mod partikolari l-SDGs 3, 4, 5, 10 u 16, jappellaw għall-eliminazzjoni tal-vjolenza sesswali, il-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-aċċess għall-ġustizzja, l-edukazzjoni inklużiva u r-rispett, u l-protezzjoni tal-integrità fiżika u mentali tal-individwi kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>AT.</NO.P>billi n-nuqqasijiet tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-fatturi strutturali u normattivi li jirriżultaw f’impunità għall-awturi tar-reati qed jiġu sfidati minn marċijiet, protesti u movimenti tas-soċjetà ċivili, bħall-moviment #MeToo, li qed ikissru s-silenzju dwar l-istupru u kienu l-muturi għal bidliet leġiżlattivi f’xi Stati Membri; billi l-każijiet li qajmu protesti mifruxa jinkludu l-każ tal-“Wolf Pack” fi Spanja u dak ta’ Gisèle Pelicot fi Franza, u jenfasizzaw l-inadegwatezza tad-definizzjonijiet ta’ stupru li huma bbażati fuq il-forza u mhux iċċentrati fuq il-kunsens;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni, mingħajr dewmien, li tistabbilixxi definizzjoni wiesa’ ta’ stupru fl-UE, liema definizzjoni tkun ibbażata fuq ir-rekwiżit ta’ kunsens mogħti liberament, infurmat u li jista’ jiġi rtirat, f’konformità mal-Artikolu 36 tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri li għadhom jużaw id-definizzjoni ta’ stupru abbażi ta’ suppożizzjoni ta’ vjolenza, iniedu bidliet leġiżlattivi sabiex id-definizzjoni ssir konformi mal-aħħar standards internazzjonali u jiġu pprovduti l-appoġġ u l-protezzjoni meħtieġa u adegwati għall-vittmi u għas-superstiti tal-istupru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li għadd dejjem akbar ta’ Stati Membri introduċew definizzjonijiet ibbażati fuq il-kunsens ta’ vjolenza sesswali, f’konformità mal-Artikolu 36 tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, u jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jirratifikaw il-Konvenzjoni ta’ Istanbul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Itenni li leġiżlazzjoni li tikkriminalizza l-istupru abbażi tan-nuqqass ta’ kunsens hija standard internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem stabbilit fil-Konvenzjoni ta’ Istanbul; ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri li jissodisfaw l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u jistedinhom imorru saħansitra lil hinn sabiex jipproteġu u jappoġġjaw lis-superstiti u lill-vittmi ta’ stupru u jeqirdu l-manifestazzjonijiet kollha tas-sett kumpless prevalenti ta’ twemmin u normi soċjali li jinkoraġġixxu l-aggressjoni sesswali maskili u jappoġġjaw il-vjolenza kontra n-nisa, filwaqt li joħolqu ambjent li fih il-vjolenza sesswali tiġi normalizzata u ġġustifikata permezz ta’ inugwaljanzi persistenti bejn il-ġeneri u attitudnijiet dannużi dwar il-ġeneru u s-sesswalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Itenni li leġiżlazzjoni bbażata fuq in-nuqqas ta’ kunsens hija l-uniku qafas adegwat, komprensiv, infurmat dwar it-trawma u bbażat fuq l-evidenza li jippermetti aċċess għall-ġustizzja għas-superstiti tal-istupru; jinnota li leġiżlazzjoni dwar l-istupru bbażata fuq il-kunsens għandha eżiti pożittivi għall-aċċess tas-superstiti għall-ġustizzja, inklużi rati ogħla ta’ rapportar u kundanni, u tipprovdi wkoll prospetti aħjar għall-irkupru tas-superstiti u l-benesseri emozzjonali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta, abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 83(1) tat-TFUE, proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tidentifika l-vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ta’ delitt ġdid sabiex tiżgura approċċ komuni bil-għan li jiġu miġġielda b’mod effettiv il-forom kollha ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, u dan huwa wieħed mill-ksur tad-drittijiet fundamentali fost l-aktar mifrux fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li indikazzjoni ċara, affermattiva, mogħtija liberament u mhux ambigwa ta’ kunsens biss hija valida u li s-silenzju, in-nuqqas ta’ reżistenza verbali jew fiżika jew in-nuqqas ta’ “le” ma jistgħux jiġu interpretati bħala kunsens, u li la l-kunsens minn qabel, la mġiba sesswali fil-passat jew xi relazzjoni fil-passat jew fil-preżent ma’ awtur ta’ reat, inkluż stat ta’ żwieġ jew ta’ kwalunkwe sħubija oħra, ma jimplikaw kunsens kontinwu jew kunsens għall-futur għal xi att sesswali; jisħaq li l-kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe ħin qabel l-att sesswali jew matulu; jinnota li l-kunsens jista’ jiġi espress bi kwalunkwe mod sakemm jingħata volontarjament bħala riżultat tar-rieda ħielsa tal-persuna u jiġi vvalutat fil-kuntest taċ-ċirkostanzi relatati, f’konformità mal-Artikolu 36 tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jissottolinja li l-kunsens irid jiġi vvalutat fil-kuntest taċ-ċirkostanzi relatati, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-kunsens ma jistax jingħata fejn ikun hemm vjolenza, theddid, ħażda, qerq, abbuż ta’ poter, inklużi l-kontroll, il-koerċizzjoni, kundizzjoni fiżika jew mentali, bħall-istat ta’ biża’, intimidazzjoni, telf tas-sensi, paraliżi minħabba biża’ jew trawma, intossikazzjoni, sottomissjoni kimika, irqad, mard, feriti fiżiċi, diżabbiltà jew xi sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà partikolari oħra, jew età; jirrikonoxxi li tali stati jistgħu jipprevjenu l-kapaċità li jingħata kunsens volontarju u infurmat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu rikonoxxuti r-reazzjonijiet għat-trawma bħall-immobilità tonika jew ir-“reazzjoni ta’ paraliżi”, reazzjoni newrobijoloġika għall-biża’ jew għal theddida li tista’ twassal għal paraliżi jew immobilità temporanja u għat-telf tal-kapaċità li wieħed jitkellem, u r-“reazzjoni biex tingħoġob”, li hija strateġija ta’ sopravivenza li tiżviluppa taħt koerċizzjoni u tinvolvi li l-awtur tar-reat jiġi kkuntentat f’tentattiv biex tiġi evitata eskalazzjoni jew ħsara; jissottolinja li tali reazzjonijiet għat-trawma jseħħu matul l-istupru u l-vjolenza sesswali u għalhekk iridu jiġu riflessi fil-leġiżlazzjoni u fil-prattika ġudizzjarja biex jiġi żgurat approċċ infurmat dwar it-trawma u ċċentrat fuq is-superstiti, u b’hekk jiġi rikonoxxut legalment li n-nuqqas ta’ reżistenza ma jkunx ifisser kunsens;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw approċċ intersezzjonali u ffukat fuq il-vittma għall-politiki kollha rilevanti sabiex jiġi żgurat aċċess għall-ġustizzja u tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jiġi rikonoxxut li l-vjolenza u d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, inkluża l-vjolenza sesswali bħall-istupru, ta’ spiss huma ggravati minn fatturi oħra ta’ diskriminazzjoni u stereotipi marbuta mal-ġeneru, u li l-intersezzjoni ta’ dawn il-fatturi toħloq forom multipli u uniċi ta’ diskriminazzjoni li jirrikjedu miżuri mmirati u speċifiċi għall-kuntest, inkluża leġiżlazzjoni, biex jiżguraw protezzjoni u appoġġ ugwali għall-vittmi u s-superstiti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq li l-leġiżlazzjoni dwar l-istupru bbażata fuq il-kunsens trid tapplika wkoll f’ambjenti diġitali u virtwali, fejn jistgħu jseħħu atti sesswali mhux kunsenswali , bħal stupru simulat jew interazzjonijiet sesswali furzati; jissottolinja li tali atti jista’ jkollhom konsegwenzi psikoloġiċi serji għas-superstiti, u għaldaqstant iridu jiġu rikonoxxuti legalment u mressqa l-qorti kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-vittmi u s-superstiti ta’ stupru jkollhom aċċess sħiħ għall-kura u għas-servizzi mediċi komprensivi, sikuri, kunfidenzjali u speċjalizzati għal kemm dan ikun meħtieġ, bħall-ġestjoni klinika tal-istupru u għall-forniment ta’ saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, inklużi l-kontraċezzjoni klinika ta’ emerġenza, il-profilassi ta’ wara l-esponiment, it-trattament għal infezzjonijiet trażmessi sesswalment u l-aċċess għal abort sikur u legali, komplementati permezz ta’ aċċess għall-kura fit-tul tat-trawma, appoġġ psikoloġiku u psikosoċjali, u servizzi ta’ segwitu xierqa għall-appoġġ tal-irkupru; itenni n-natura kritika ta’ dawn is-servizzi għas-superstiti u l-importanza tagħhom biex jiggarantixxu l-aħjar eżiti tas-saħħa possibbli u jgħinu lis-superstiti jerġgħu jiksbu s-sens ta’ awtonomija fiżika tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw mal-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2024/1385 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika fir-rigward tal-għoti ta’ appoġġ speċjalizzat għall-vittmi ta’ vjolenza sesswali, li huwa adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, mingħajr ħlas u f’distribuzzjoni u kapaċità ġeografika suffiċjenti; jenfasizza l-ħtieġa għall-vittmi u għas-superstiti ta’ vjolenza sesswali kollha li jkollhom aċċess għal riżorsi bħal ċentri ta’ kriżi ta’ 24 siegħa, fejn ikunu jistgħu jirċievu kura medika, appoġġ psikoloġiku u pariri legali mingħajr ma jkunu ppreżentaw rapport formali. jistieden ukoll lill-Istati Membri jiżguraw li l-vittmi u s-superstiti jkollhom aċċess għal appoġġ ġuridiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iħeġġeġ skambju kontinwu tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri sabiex tiġi promossa l-armonizzazzjoni tal-istandards tat-trattament u jiġu żgurati appoġġ u trattament konsistenti, edukati u ta’ kwalità għolja għall-vittmi u għas-superstiti tal-vjolenza sesswali madwar l-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jappella bis-sod biex is-servizzi pubbliċi jkunu disponibbli matul l-istadji kollha tal-proċess ta’ reparazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta’ appoġġ essenzjali psikoloġiku u ġuridiku u assistenza għat-tiftix ta’ impjieg; jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul billi jipprovdu miżuri protettivi u ta’ appoġġ għall-vittmi u għas-superstiti b’attenzjoni fuq id-drittijiet tal-bniedem u s-sikurezza tal-persuna, u b’hekk tiġi evitata vittimizzazzjoni sekondarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-professjonisti li x’aktarx jiġu f’kuntatt mal-vittmi ta’ stupru, inklużi l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, il-persunal mediku forensiku, il-persunal tal-qorti, l-imħallfin u l-prosekuturi, l-avukati, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, l-impjegati tas-servizzi soċjali, il-persunal edukattiv u persunal rilevanti ieħor u l-professjonisti tal-ewwel linja, jirċievu taħriġ obbligatorju, regolari, adegwat, effettiv u mfassal apposta; jisħaq li dan it-taħriġ għandu jkollu l-għan li jipprevjeni l-vittimizzazzjoni sekondarja tas-superstiti sabiex jiġu evitati u identifikati stereotipi dannużi tal-ġeneru, jiġu eliminati l-imġiba u l-attitudnijiet li jagħtu t-tort lill-vittmi u jittrattaw lill-vittmi b’mod sensittiv għat-trawma, għall-ġeneru, għat-tfal u għad-diżabbiltà, f’konformità mal-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2024/1385 u mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u għad-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura madwar l-UE; jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-programmi ta’ taħriġ appoġġjati mill-UE allinjati mal-aħjar prattika ġudizzjarja u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-servizzi tal-ewwel linja jkollhom il-kapaċità u r-riżorsi biex jirrispondu b’mod effettiv għall-ħtiġijiet tal-vittmi u tas-superstiti billi jipprevedu taħriġ obbligatorju għall-professjonisti legali kollha u l-membri tal-persunal tal-infurzar tal-liġi li jiġu f’kuntatt mal-vittmi ta’ stupru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-professjonisti tas-saħħa, inklużi l-pedjatri, il-ġinekologi, l-ostetriki, il-qbiela u l-persunal għall-appoġġ psikoloġiku jirċievu taħriġ immirat biex jidentifikaw u jindirizzaw, b’mod intersezzjonali, il-konsegwenzi fiżiċi, psikoloġiċi u sesswali tal-istupru fis-superstiti.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet ġudizzjarji, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet ibbażati fil-komunità, l-EIGI u atturi speċjalizzati rilevanti oħra biex jiżviluppaw taħriġ, b’mod partikolari fuq stereotipi dannużi marbuta mal-ġeneru, diskriminazzjoni intersezzjonali u kunċetti żbaljati, miti u stereotipi dwar l-istupru, li kollha għadhom ifixklu l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar l-istupru bbażata fuq il-kunsens; jenfasizza li l-uffiċjali tal-pulizija u l-imħallfin b’aktar għarfien u ħiliet biex jifhmu u jirrispettaw lis-superstiti kollha tal-vjolenza sesswali, jikkontribwixxu għal anqas sottorapportar u jimminimizzaw il-vittimizzazzjoni mill-ġdid filwaqt li jinħoloq ambjent aktar sikur għas-superstiti; jistieden ukoll lill-Istati Membri jiżguraw li t-taħriġ għall-membri tal-ġudikatura u l-professjonisti ġuridiċi u tal-infurzar tal-liġi jsegwi l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurisprudenza fir-rigward tal-istupru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw u joħorġu, f’konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u servizzi speċjalizzati tan-nisa, linji gwida speċjalizzati u sensittivi għall-ġeneru għall-awtoritajiet rilevanti, inklużi għall-imħallfin li jkunu involuti fi proċedimenti kriminali, u, fejn rilevanti, dawk ċivili relatati mad-delitt tal-istupru; jissottolinja li dawn il-linji gwida jridu jipprovdu struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-vittmi, b’mod sensittiv għat-trawma u għall-ġeneru, jidentifikaw u jevitaw l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, u jiżguraw li l-vittmi, inklużi dawk li jesperjenzaw diskriminazzjonai intersezzjonali, huma rispettati u protetti minn vittimizzazzjoni sekondarja u minn vittimizzazzjoni mill-ġdid; jissottolinja, barra minn hekk, li l-linji gwida jridu jinkludu struzzjonijiet dwar kif il-vittmi għandhom jiġu riferuti għal servizzi ta’ appoġġ speċjalizzat, inklużi servizzi mediċi, biex jiġi żgurat li jirċievu trattament xieraq; jappella biex il-linji gwida jiġu rieżaminati u aġġornati regolarment f’kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-servizzi speċjalizzati tan-nisa sabiex tiġi żgurata l-effettività tagħhom u jiġu żgurati l-aħjar eżiti possibbli għall-vittmi, kif ukoll biex jintemmu n-nuqqasijiet sistemiċi u strutturali li jrawmu sens soċjetali ta’ impunità għall-istupru u li jippermettu li l-awturi tar-reati tal-vjolenza sesswali jeħilsuha ħafif;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li r-riforma leġiżlattiva trid tiġi kkomplementata minn miżuri edukattivi mmirati lejn it-trawwim ta’ bidla fl-imġiba u ż-żieda fil-fehim tal-importanza tal-kunsens fir-relazzjonijiet sesswali; jappella lill-Kummissjoni biex tressaq, fl-2026, linji gwida tal-UE, aċċessibbli fl-24 lingwa tal-UE kollha, dwar edukazzjoni sensittiva għall-ġeneru, intersezzjonali u komprensiva, ibbażata fuq il-kunsens, dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet, u dawn għandhom jiġu mmirati biex jisfidaw l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, jisħqu fuq in-natura strutturali tal-inugwaljanza bejn il-ġeneri u l-preżenza tagħha fis-sesswalità u r-relazzjonijiet, jippromwovu mġiba mhux vjolenti, u jaħdmu biex fl-aħħar mill-aħħar jeqirdu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inklużi l-istupru, l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni; jistieden ukoll lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ dawn il-linji gwida u tippubblika valutazzjoni tagħhom qabel tmiem il-mandat attwali; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jiżguraw li jinkludu edukazzjoni komprensiva xierqa għall-età dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet fil-kurrikuli nazzjonali tal-edukazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>jissottolinja r-rwol kritiku tal-kampanji pubbliċi għas-sensibilizzazzjoni u l-programmi ta’ prevenzjoni biex jindirizzaw il-miti dwar l-istupru u biex jippromwovu kultura ta’ kunsens, speċjalment fost iż-żgħażagħ, minħabba l-fatt li n-nuqqas kontinwu ta’ edukazzjoni dwar is-sesswalità jkompli jħeġġeġ il-miżinformazzjoni u l-istereotipi dannużi; jistieden lill-Kummissjoni twettaq kampanji pubbliċi ta’ sensibilizzazzjoni madwar l-UE biex teduka lin-nies dwar il-kunsens, ir-relazzjonijiet, l-integrità sesswali u l-awtonomija fiżika u biex tiġġieled il-miti madwar l-istupru; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiżviluppa kampanji li jiġġieldu l-kontenut kontra l-ġeneru u l-propaganda ta’ ċelibat involontarju online, li jpoġġu b’mod partikolari lill-irġiel żgħażagħ fil-mira tagħhom, jinnormalizzaw il-vjolenza sesswali u jipperpetwaw stereotipi dannużi marbuta mal-ġeneru li jikkontribwixxu għas-sett kumpless prevalenti ta’ twemmin u normi soċjali li jinkoraġġixxu l-aggressjoni sesswali maskili u jappoġġjaw il-vjolenza kontra n-nisa, filwaqt li joħolqu ambjent li fih il-vjolenza sesswali tiġi normalizzata u ġġustifikata permezz ta’ inugwaljanzi persistenti bejn il-ġeneri u attitudnijiet dannużi dwar il-ġeneru u s-sesswalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw mal-Artikolu 35 tad-Direttiva (UE) 2024/1385 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika billi jadottaw u jwettqu regolarment inizjattivi edukattivi bbażati fuq l-evidenza u fuq il-kunsens, kampanji u miżuri ta’ sensibilizzazzjoni mmirati lejn it-trawwim ta’ bidla fl-imġiba u fehim li jirrikonoxxi l-kunsens bħala mogħti liberament, reċiproku u bbażat bis-sħiħ fuq il-prinċipji tal-awtonomija fiżika u l-integrità sesswali; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib it-traspożizzjoni mill-Istati Membri ta’ dik id-direttiva, u b’mod partikolari tal-Artikolu 35 tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jadattaw il-leġiżlazzjoni tagħhom rigward il-perjodi ta’ limitazzjoni għar-reati ta’ stupru, minħabba li n-nuqqas ta’ kunsens huwa l-element ċentrali ta’ dawn ir-reati, u ħafna vittmi jistgħu biss jirrikonoxxu, isemmu jew jirrapportaw il-fatti wara li jgħaddi perjodu sinifikanti ta’ żmien, spiss minħabba trawma, biża’, pressjoni soċjali jew nuqqas ta’ għarfien tad-dinamika tal-kunsens; jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jiġi estiż l-istatut tal-limitazzjonijiet sabiex jiġi ggarantit aċċess effettiv għall-ġustizzja f’konformità mad-drittijiet fundamentali; ifakkar li l-Parlament reċentement stieden lill-Istati Membri jiżguraw li ma japplika l-ebda perjodu ta’ limitazzjoni għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 9 tad-Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal; jisħaq li perjodi ta’ limitazzjoni eċċessivament qosra jipprevjenu lill-vittmi milli jfittxu ġustizzja u jimminaw il-protezzjoni tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw il-kawżi tas-sottorapportar u jiżguraw li l-perjodi ta’ limitazzjoni ma jipprevjenux il-prosekuzzjoni effettiva tar-reati ta’ stupru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-għoti ta’ reparazzjoni effettiva, inkluż kumpens, għall-vittmi kollha tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluża l-vjolenza sesswali, f’konformità mal-liġi nazzjonali; ifakkar li tali reparazzjonijiet għandhom ikunu adegwati, mingħajr dewmien, olistiċi u proporzjonati għall-gravità tal-ħsara mġarrba u għandhom iqisu r-riskji ta’ diskriminazzjoni intersezzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jitlob li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-programmi għat-trasgressuri jkunu disponibbli għal dawk li jiġu riferuti jew li jagħmlu awtoreferenza, inkluż barra mis-sistema tal-ġustizzja kriminali, u li jkun disponibbli aċċess immedjat għall-appoġġ, filwaqt li jirrikonoxxu r-rwol tagħhom fil-prevenzjoni ta’ vjolenza futura abbażi tal-ġeneru, jiksru s-silenzju dwar l-istupru, u jeqirdu l-kumpless prevalenti ta’ twemmin u normi soċjali li jinkoraġġixxu l-aggressjoni sesswali maskili u jappoġġjaw il-vjolenza kontra n-nisa, joħolqu ambjent li fih il-vjolenza sesswali tiġi normalizzata u ġġustifikata permezz ta’ inugwaljanzi persistenti bejn il-ġeneri u attitudnijiet dannużi dwar il-ġeneru u s-sesswalità fis-soċjetà tagħna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jappoġġja bil-qawwa lis-soċjetà ċivili u lis-superstiti tal-istupru li jiksru s-silenzju madwar l-istupru; jirrikonoxxi li l-pressjoni mis-soċjetà ċivili u mis-superstiti tal-istupru kienet il-forza ewlenija li mbuttat għal bidliet leġiżlattivi fl-Istati Membri; ifakkar fl-importanza tad-dritt ta’ għaqda paċifika biex iseħħu bidliet fis-soċjetà u jippromwovu bis-saħħa leġiżlazzjoni dwar l-istupru bbażata fuq il-kunsens;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali li għandhom l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u s-servizzi speċjalizzati tan-nisa, inkluż iċ-ċentri ta’ appoġġ għan-nisa, il-postijiet ta’ kenn għan-nisa, il-helplines, iċ-ċentri għall-vittmi ta’ stupru, iċ-ċentri ta’ riferiment f’każ ta’ vjolenza sesswali u s-servizzi ta’ prevenzjoni primarja, biex jipprovdu pariri u appoġġ għall-vittmi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament adegwat biex jiżguraw il-manutenzjoni u l-iżvilupp ta’ tali servizzi; jesiġi appoġġ imsaħħaħ għal dawn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, permezz ta’ appoġġ finanzjarju akbar u allokat fil-baġit tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa għal sħubijiet b’saħħithom u sostenibbli mal-organizzazzjonijiet lokali u mad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, b’mod partikolari f’pajjiżi fejn l-ispazju ċiviku huwa mhedded u r-rigress kontra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet sesswali u riproduttivi qed jiżdied;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jissaħħu l-implimentazzjoni, l-infurzar u l-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni dwar il-vjolenza sesswali u l-istupru, u jappella għall-iżvilupp ta’ parametri referenzjarji u indikaturi għall-UE kollha biex jiġu vvalutati l-effettività u l-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jissottolinja r-rwol tal-UE biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-aġenziji tan-NU, bħall-UN Women, il-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni, u sħab internazzjonali, inkluż il-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għas-Sigrutà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, fl-avvanz tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u fil-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru fil-qafas tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing u l-Programm tal-Iżvilupp ta’ Azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Iħeġġeġ djalogu u kooperazzjoni kontinwi bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u s-soċjetà ċivili biex jiġi żgurat li l-vjolenza sesswali tiġi indirizzata mhux biss bħala att individwali ta’ ħsara iżda wkoll bħala manifestazzjoni ta’ inugwaljanza bejn il-ġeneri u diskriminazzjoni strutturali usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi stabbiliti għall-ġbir tad-data dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru jkopru l-ġbir, l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ statistika dwar l-istupru, inkluża data diżaggregata, inkluża iżda mhux limitata għall-ġeneru, il-grupp ta’ età (tfal/adulti), l-oriġini razzjali u etnika tal-vittma u tal-awtur tar-reat, u r-relazzjoni bejn il-vittma u l-awtur tar-reat; jitlob li l-EIGE u l-FRA jappoġġjaw il-proċess ta’ monitoraġġ u jikkontribwixxu aktar għall-ġbir tad-data u r-riċerka dwar il-forom kollha ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż l-istupru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>